ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/815/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008 li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5699) ( 1 ) |
|
|
|
2008/816/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5987) ( 1 ) |
|
|
|
2008/817/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam mill-Kaledonja l-Ġdida ġewwa l-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6050) ( 1 ) |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1054/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
106,4 |
MA |
44,4 |
|
MK |
35,9 |
|
TR |
70,0 |
|
ZZ |
64,2 |
|
0707 00 05 |
JO |
162,5 |
TR |
131,2 |
|
ZZ |
146,9 |
|
0709 90 70 |
TR |
134,0 |
ZZ |
134,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
108,8 |
MA |
95,3 |
|
TR |
96,6 |
|
ZA |
85,2 |
|
ZZ |
96,5 |
|
0806 10 10 |
BR |
231,8 |
TR |
117,8 |
|
US |
240,8 |
|
ZZ |
196,8 |
|
0808 10 80 |
CA |
96,2 |
CN |
90,8 |
|
MK |
37,6 |
|
NZ |
74,2 |
|
US |
144,3 |
|
ZA |
88,8 |
|
ZZ |
88,7 |
|
0808 20 50 |
CL |
60,3 |
CN |
64,9 |
|
TR |
125,5 |
|
ZA |
94,6 |
|
ZZ |
86,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1055/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta’ bilanċ tal-pagamenti
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika tal-Komunità li tikkonċerna l-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani. |
(2) |
Jeħtieġ li jkunu speċifikati l-istandards tal-kwalità komuni, kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità, skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 184/2005, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fuq bażi annwali, rapport tal-kwalità mfassal skond ir-regoli stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapporti tagħhom tal-kwalità sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
1. Introduzzjoni
Ir-rapport tal-kwalità għandu jinkludi kemm indikaturi kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi tal-kwalità. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati tal-indikaturi kwantitattivi għal kull Stat Membru, ikkalkulati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta. L-Istati Membri għandhom jinterpretaw u jikkummentaw dwarhom fid-dawl tal-metodoloġija tal-ġabra tagħhom.
2. Il-qafas taż-żmien
— |
Kull sena, qabel tmiem Ottubru, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’abbozzi ta’ dokumenti għar-rapporti tal-kwalità, li diġà jinkludu, parzjalment, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli lill-Kummissjoni (il-Eurostat). |
— |
Kull sena, qabel it-30 ta’ Novembru, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) r-rapporti kompluti tal-kwalità. |
3. Kriterji ta’ kwalità
Il-kriterji ta’ kwalità li ġejjin ġew identifikati bħala rilevanti: ir-rappurtar tad-dejta u dejta fil-ħin, il-validità metodoloġika, l-istabilità, il-plawżibilità, il-konsistenza u l-akkuratezza. Il-komponent tal-“akkuratezza”, għalkemm rilevanti fil-kunċett, għandu jkun ittrattat separatament, bħala komponent sekondarju, minħabba li hu relatat mal-kwalità fuq in-naħa tad-dħul.
3.1. Ir-rappurtar tad-dejta u dejta fil-ħin imwassla lill-Kummissjoni (il-Eurostat)
Dan il-komponent jirreferi għar-rispett tad-dati ta’ skadenza tat-twassil tad-dejta kif ukoll għad-disponibilità tad-dejta skont il-perjodi ta’ referenza u l-ispjega dettaljata skont il-ġeografija, l-oġġett u l-attività.
3.2. Il-validità metodoloġika
Il-validità metodoloġika tirreferi għall-konformità ma’ standards aċċettati internazzjonalment, linji gwida u prattiki tajbin.
Dan il-komponent għandu jinkludi numru limitat ta’ mistoqsijiet, li jvarjaw minn sena għal sena, fil-qasam tal-metodoloġija, u li għandhom jiffukaw fuq il-konformità mal-istandards miftiehma internazzjonalment. L-Istati Membri għandhom ukoll jiddeskrivu l-akbar bidliet metodoloġiċi li jkunu seħħew waqt il-perjodu ta’ referenza u kif dawn jaffettwaw il-kwalità tad-dejta.
3.3. L-istabilità
L-istabilità tirreferi għall-qrubija tal-valur kif stimat fil-bidu mal-valur finali.
Dan jikkonsisti fl-eżaminazzjoni tal-qies tar-reviżjonijiet, id-direzzjoni tagħhom u l-konformità bejn ix-xejriet li joħorġu mill-istimi tal-bidu u dawk finali.
3.4. Il-plawżibilità
Il-plawżibilità tirreferi għall-assenza ta’ bidliet bla spjegazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-proċeduri interni ta’ kontroll tagħhom (il-punti b’saħħithom u dawk dgħajfa) u jiddeskrivu pjanijiet oħra għat-titjib.
3.5. Il-konsistenza
Il-konsistenza tanalizza l-koerenza kemm fi ħdan il-ġabra ta’ dejta mwassla (konsistenza interna) kif ukoll mal-ġabra ta’ dejta rilevanti oħra ta’ natura simili (konsistenza esterna).
3.6. L-akkuratezza
L-akkuratezza tirreferi għall-qrubija tal-istima (finali) mal-valur tal-popolazzjoni proprju.
Għandha tinkludi analiżi deskrittiva tal-isfidi prinċipali biex jitjieb ir-rappurtar tad-dejta, ibbażata fuq sett ta’ parametri. Dan il-kriterju għandu jkun ittrattat bħala komponent ta’ kwalità addizzjonali u m’għandux jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni komprensiva dwar il-kwalità.
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1056/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 (5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (2), l-Aġenżija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għamlet ewalvazzjoni tal-implikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Anness I (Parti M) ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Aġenzija kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet attwali tal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huma stretti wisq għall-inġenji tal-ajru li m’humiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru u, b’mod partikolari, għall-l-inġenji tal-ajru li mhumiex ikklassifikati bħala “inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu b’magni”. |
(3) |
Minħabba li skada l-perjodu li fih l-Istati Membri setgħu japplikaw deroga għall-inġenji tal-ajru li mhumiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif stabbilit fl-Artiklu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, li l-maġġoranza tal-Istati Membri issa applikaw, id-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Part M) għandu jkun applikat bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha mit-28 ta’ Settembru 2008, sakemm ma jkunx adottat tibdil ieħor fiż-żmien stipulat. |
(4) |
L-Aġenzija ħasset li għandha tagħmel emendi sinifikanti fir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, u b’mod partikolari l-Anness I (Parti M), biex tadatta r-rekwiżiti eżistenti għall-kumplessità tal-kategoriji differenti tal-inġenji tal-ajru u t-tipi tal-operazzjonijiet mingħajr ma tnaqqas il-livell ta’ sikurezza. |
(5) |
Biex tagħti lok lill-awotoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jiffamiljarizzaw ruħhom mar-rekwiżiti l-ġodda tal-Parti M, u biex jaddataw għalihom, l-Istati Membri għandhom iħallu d-differiment tal-applikazzjoni tal-Parti M għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru għal perjodu ulterjuri ta’ sena jew sentejn, jiddependi fuq id-dispożizzjonijiet ikkonċernati. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jieħdu kont tal-Komunikazzjoni tal-11 ta’ Jannar 2008 mill-Kummissjoni “Aġenda għal Ġejjieni Sostenibbli għall-Avjazzjoni Ġenerali u Kummerċjali” (3). |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (k) u (l) li ġejjin:
|
2. |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Għall-inġenji tal-ajru mhux użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, kwalunkwe ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti maħruġ skont ir-rekwiżiti tal-Istat Membru u validu fit-28 ta’ Settembru 2008 għandu jkun validu sad-data tal-iskadenza tiegħu jew sat-28 ta’ Settembru 2009, liema data tiġi l-ewwel. Meta jiskadi, l-awtorità kompetenti tista’ terġa’ toħroġ mill-ġdid jew testendi għal darb’oħra ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti għal sena, jekk jippermettu r-rekwiżiti tal-Istat Membru. Meta jerġa’ jiskadi, l-awtorità kompetenti tista’ terġa’ toħroġ mill-ġdid jew testendi għal darb’oħra ċ-ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni jew dokument ekwivalenti għal sena, jekk jippermettu r-rekwiżiti tal-Istat Membru. Mhu permess l-ebda ħruġ ieħor jew estensjoni mill-ġdid. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-punt kienu użati, meta kienet ittrasferita r-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru lejn l-UE, għandu jkun maħruġ ċertifikat ta’ reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni ġdid skont M.A.904.” |
3. |
Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Ċertifikati ta’ ħruġ għall-użu u ċertifikati awtorizzati ta’ ħruġ għall-użu maħruġa qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament minn organizzazzjoni ta’ manutenzjoni approvata skont ir-rekwiżiti ta’ Stat Membru għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk mitluba skont il-punti M.A.801 u M.A.802 tal-Anness I (parti M) rispettivament.” |
4. |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’ dan li ġej: “1. Il-persunal li jiċċertifika għandu jkun ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, barra minn kif stabbilit fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(d) u M.A.803 tal-Anness I u fil-punt 145.A.30(j) tal-Anness II (Parti 145) u l-Appendiċi IV ta l-Anness II (Parti 145).” |
5. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
6. |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jibda’ jseħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(2) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.
(3) KUMM(2007) 869 finali.
ANNESS
1. |
L-Anness I (Parti M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2042/2003 huwa b’hekk emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness II, (parti-145) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:
|
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/30 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1057/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 216/2008 tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ ingenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (2) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2008 (3). |
(2) |
Iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni stabbilit fl-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (4) jiġi sostitwit b’mod li jirrefletti t-tibdil li sar fuq ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003. |
(3) |
Il-miżuri previsti b’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija (5) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Appendiċi II (Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni, EASA Formola 15a tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003) jiġi sostitwit mit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jibda’ jseħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(2) ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.
(3) Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
(5) Opinjoni 02/2008.
ANNESS
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1058/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għat-tħassir tad-denominazzjoni “Arroz del Delta del Ebro”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummisjsoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/06, ir-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni għandha titħassar. |
(3) |
Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, id-denominazzjoni għalhekk trid titħassar mir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni murija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija mħassra.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 314, 22.12.2007, p. 44.
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
SPANJA
Arroz del Delta del Ebro (IĠP)
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/34 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1059/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro jew Arròs del Delta de l’Ebre (DPO)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Arroz del Delta del Ebro” jew “Arròs del Delta de l’Ebre”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummisjsoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 314, 22.12.2007, p. 46.
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
SPANJA
Arroz del Delta del Ebro jew Arròs del Delta de l’Ebre (DPO)
DIRETTIVI
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/36 |
DIRETTIVA 2008/94/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Ottubru 2008
dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 137(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE ta’ l-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Il-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Fundamentali Soċjali tal-Ħaddiema adottata fid-9 ta’ Diċembru 1989 tiddikjara, fil-punt 7, li l-iżvilupp komplet tas-suq intern għandu jwassal għal titjib fil-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien u tax-xogħol tal-ħaddiema fil-Komunità u li dan it-titjib għandu jkopri, fejn meħtieġ, l-iżvilupp ta’ ċerti aspetti tar-regolamenti tax-xogħol bħal proċeduri għal sensji kollettivi u dawk li jirrigwardaw il-fallimenti. |
(3) |
Jeħtieġ li jsir provvediment għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom u biex jiġi żgurat livell minimu ta’ protezzjoni, speċjalment biex jiġu garantiti pretensjonijiet mhux imħallsa b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ żvilupp, ekonomiku u soċjali, bilanċjat fil-Komunità. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korp li jiggarantixxi l-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti ta’ l-impjegati kkonċernati. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata protezzjoni imparzjali lill-impjegati interessati, l-istat ta’ l-insolvenza għandu jiġi definit fid-dawl tax-xejriet leġislattivi fl-Istati Membri u tali kunċett għandu jinkludi wkoll il-proċeduri ta’ insolvenza minbarra l-istralċ. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom, sabiex jistabbilixxu r-responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni ta’ garanzija, ikunu jistgħu jistabbilixxu li fejn sitwazzjoni ta’ insolvenza tirriżulta fi proċeduri diversi ta’ l-insolvenza, is-sitwazzjoni tiġi trattata bħala proċedura waħdanija ta’ insolvenza. |
(5) |
Għandu jiġi żgurat li l-impjegati msemmija fid-Direttiva 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (5), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar l-Ftehim Qafas dwar x-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1991 li tissupplimenta l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta’ mpjieg bi żmien fiss jew ta’ mpjieg temporanju (7) ma jkunux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom f’għadd ta’ Stati Membri, u sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-impjegati skond il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom isiru dispożizzjonijiet li espressament jiddikjaraw liema istituzzjoni tkun responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet f’dawn il-każijiet u li jistabbilixxu bħala l-għan tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istati Membri r-riżoluzzjoni bikrija tal-pretensjonijiet pendenti ta’ l-impjegati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-arranġamenti rilevanti jiġu adegwatament implimentati billi jsir provvediment għall-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fl-Istati Membri. |
(7) |
L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitazzjonijiet tar-responsabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija. Dawk il-limitazzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli ma’ l-għan soċjali tad-Direttiva u jistgħu jieħdu kont tal-livelli differenti tal-pretensjonijiet. |
(8) |
Sabiex tiġi faċilitata l-identifikazzjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza, partikolarment f’sitwazzjonijiet b’dimensjoni transkonfinali, għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar it-tipi ta’ proċeduri ta’ insolvenza li jwasslu għal intervent minn istituzzjoni ta’ garanzija. |
(9) |
Ladarba l-għanijiet ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(10) |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ġodda ta’ impjieg li qegħdin jinħolqu fl-Istati Membri. |
(11) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti Ċ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-pretensjonijiet ta’ l-impjegati li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg u dawk eżistenti kontra dawk li jħaddmu meta jkunu fi stat ta’ insolvenza fis-sens ta’ l-Artikolu 2(1).
2. L-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni, jeskludu l-pretensjonijiet minn ċerti kategoriji ta’ impjegati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, bis-saħħa ta’ l-eżistenza ta’ għamliet oħra ta’ garanzija jekk jiġi stabbilit li dawn joffru lill-persuni kkonċernati livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak li jirriżulta minn din id-Direttiva.
3. Fejn tkun diġà applikabbli tali dispożizzjoni fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:
(a) |
is-servi domestiċi impjegati minn persuna fiżika; |
(b) |
is-sajjieda bi sħab. |
Artikolu 2
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, min iħaddem għandu jitqies bħala fi stat ta’ insolvenza meta tkun saret talba għall-ftuħ ta’ proċeduri kollettivi bbażati fuq l-insolvenza ta’ dak li jħaddem, kif ikun previst mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ Stat Membru, u li jinvolvu d-divestiment parzjali jew totali ta’ l-assi ta’ dak li jħaddem u l-ħatra ta’ stralċjarju jew ta’ persuna li twettaq kompitu simili, u ta’ l-awtorità li tkun kompetenti skond id-dispożizzjonijiet imsemmija tkun:
(a) |
jew iddeċidiet li tiftaħ il-proċeduri, jew |
(b) |
stabbilixxiet li l-impriża jew in-negozju ta’ min iħaddem ingħalqu b’mod definittiv u li l-assi disponibbli ma jkunux suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċeduri. |
2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali fir-rigward tad-definizzjoni tat-termini “impjegat”, “min iħaddem”, “paga”, “dritt li jagħti titolu immedjat” u “dritt li jagħti titolu prospettiv”.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu ma jeskludux mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:
(a) |
lill-impjegati part-time fis-sens tad-Direttiva 97/81/KE; |
(b) |
lill-impjegati fuq kuntratt ta’ żmien fiss fis-sens tad-Direttiva 1999/70/KE; |
ċ) |
lill-impjegati f’relazzjoni ta’ impjieg temporanju fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/383/KEE. |
3. L-Istati Membri ma jistgħux jimponu perijodu minimu ta’ żmien għall-kuntratt ta’ impjieg jew għar-relazzjoni ta’ impjieg sabiex il-ħaddiema jikkwalifikaw għall-pretensjonijiet taħt din id-Direttiva.
4. Din id-Direttiva ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jestendu l-protezzjoni tal-ħaddiema għal sitwazzjonijiet oħra ta’ insolvenza, per eżempju fejn il-ħlasijiet ikunu twaqqfu de facto fuq bażi permanenti, li jkunu stabbiliti bi proċeduri differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 kif previsti fil-liġijiet nazzjonali.
Dawn il-proċeduri m’għandhomx b’danakollu joħolqu xi obbligu ta’ garanzija għall-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri l-oħra fil-każijiet imsemmija fil-Kapitolu IV.
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ GARANZIJA
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ garanzija jiggarantixxu, suġġett għall-Artikolu 4, il-ħlas tal-pretensjoniet pendenti, ta’ ħaddiema, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg, inkluża, fejn previst mil-liġijiet nazzjonali, paga terminali fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg.
Il-pretensjonijiet li tidħol għalihom l-istituzzjoni ta’ garanzija għandhom ikunu l-pretensjonijiet pendenti tal-ħlas tal-paga relatati ma’ perijodu preċedenti ta’ żmien u/jew, skond il-każ applikabbli, wara data speċifikata stabbilita mill-Istati Membri.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija imsemmija fl-Artikolu 3.
2. Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jispeċifikaw it-tul tal-perijodu ta’ żmien li għalih għandhom jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet pendenti mill-istituzzjoni ta’ garanzija. Madankollu, dan ma jistax ikun iqsar minn perijodu ta’ żmien li jkopri r-rimunerazzjoni ta’ l-aħħar tliet xhur tar-relazzjoni ta’ impjieg qabel u/jew wara d-data msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3.
L-Istati Membri jistgħu jinkludu dan il-perijodu minimu ta’ tliet xhur f’perijodu ta’ żmien ta’ referenza ta’ mhux anqas minn sitt xhur.
L-Istati Membri li jkollhom perijodu ta’ żmien ta’ referenza ta’ mhux anqas minn 18-il xahar jistgħu jillimitaw il-perijodu li għalih jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet pendenti mill-istituzzjoni ta’ garanzija għal tmien ġimgħat. F’dan il-każ, dawk il-perijodi ta’ żmien li jkunu l-aktar favorevoli għall-impjegat għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-perijodu minimu ta’ żmien.
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti massimi rigward il-ħlasijiet magħmula mill-istituzzjoni ta’ garanzija. Dawn il-limiti massimi m’għandhomx jaqgħu taħt livell li jkun soċjalment kompatibbli ma’ l-għan soċjali ta’ din id-Direttiva.
Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw din il-għażla, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-metodi użati sabiex jiġi stabbilit il-limitu massimu.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-organizzazzjoni, finanzjament u funzjonament ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija, konformi b’mod speċjali mal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
l-assi ta’ l-istituzzjonijiet għandhom ikunu indipendenti mill-kapital operattiv impjegat mill-persuna li tħaddem u għandhom ikunu inaċċessibbli għall-proċeduri ta’ insolvenza; |
(b) |
min iħaddem għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament, sakemm dan ma jkunx kompletament kopert mill-awtoritajiet pubbliċi; |
ċ) |
ir-responsabbilitajiet ta’ l-istituzzjonijiet m’għandhomx jiddipendu fuq jekk l-obbligazzjonijiet ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament ġewx sodisfatti jew le. |
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR SIGURTÀ SOĊJALI
Artikolu 6
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-Artikoli 3, 4 u 5 ma japplikawx għall-kontribuzzjonijiet dovuti taħt skemi statutorji nazzjonali ta’ sigurtà soċjali jew taħt xi skemi supplimentari okkupazzjonali jew inter-okkupazzjonali li ma jidħlux fl-iskemi statutorji nazzjonali tas-sigurtà soċjali.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li n-nuqqas li jitħallsu l-kontribuzzjonijiet obbligatorji dovuti minn min iħaddem, qabel il-bidu ta’ l-insolvenza, lill-istituzzjonijiet assigurattivi taħt l-iskemi statutorji nazzjonali ta’ sigurtà soċjali ma jaffettwax ħażin it-titolu ta’ l-impjegati għall-benefiċċji fir-rigward ta’ dawn l-istituzzjonijiet assigurattivi sa fejn il-kontribuzzjonijiet ta’ l-impjegati jkunu tnaqqsu mill-ewwel mir-rimunerazzjoni mogħtija lilhom.
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ l-impjegati u ta’ persuni li jkunu diġa’ telqu mill-impriża jew negozju ta’ min iħaddem fid-data tal-bidu tal-insolvenza tiegħu fir-rigward tad-drittijiet li jintitolawhom immedjatament jew prospettivament għal benefiċċji tax-xjuħija, inklużi benefiċċji lil min jibqa’ ħaj, taħt skemi pensjonistiċi supplimentari okkupazzjonali jew inter-okkupazzjonali li ma jkunux parti mill-iskemi statutorji nazzjonali ta’ sigurtà soċjali.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW SITWAZZJONIJIET TRANSNAZZJONALI
Artikolu 9
1. Jekk impriża li teżerċita attivitajiet fit-territorji f’mill-inqas żewġ Stati Membri tkun fi stat ta’ insolvenza fis-sens ta’ l-Artikolu 2(l), l-istituzzjoni responsabbli mill-ħlas tal-pretensonijiet pendenti ta’ l-impjegati għandha tkun dik fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dawn jaħdmu jew abitwalment jaħdmu.
2. Il-limitu tad-drittijiet ta’ l-impjegati għandu jiġi stabbilit mil-liġi li tirregola l-istituzzjoni kompetenti ta’ garanzija.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jittieħed kont tad-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-proċeduri ta’ insolvenza msemmija fl-Artikolu 2(1), li jkunu ntalbu fi Stat Membru ieħor, meta jkun qiegħed jiġi deċiż l-istat ta’ insolvenza ta’ min iħaddem fis-sens ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 10
1. Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex jikkondividu l-informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti u/jew l-istituzzjonijiet ta’ garanzija tagħhom imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3, biex b’hekk jagħmluha possibbli b’mod partikolari li jgħarrfu lill-istituzzjoni ta’ garanzija li tkun responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti ta’ l-impjegati.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti u/jew ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 11
Din id-Direttiva ma taffettwax l-għażla ta’ l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi aktar favorevoli għall-impjegati.
L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandha fl-ebda ċirkustanza tkun raġuni suffiċjenti għal rigressjoni relattivament għas-sitwazzjoni kurrenti fl-Istati Membri u relattivament għal-livell ġenerali ta’ protezzjoni ta’ impjegati fil-qasam kopert minnha.
Artikolu 12
Din id-Direttiva ma taffettwax l-għażla ta’ l-Istati Membri:
(a) |
li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw l-abbużi; |
(b) |
li jirrifjutaw jew inaqqsu r-responsabbiltà msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3 jew l-obbligu ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 7 jekk ikun jidher inġustifikat it-twettiq ta’ l-obbligu minħabba l-eżistenza ta’ konnessjonijiet speċjali bejn l-impjegat u min iħaddem u minħabba interessi komuni li jirriżultaw minn kollużjoni bejniethom; |
ċ) |
li jirrifjutaw jew inaqqsu r-responsabbiltà imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3 jew l-obbligu ta’ garanzija previst fl-Artikolu 7 fil-każijiet fejn l-impjegat, f’ismu jew f’isimha jew flimkien ma’ qraba viċini, kien proprjetarju ta’ parti essenzjali ta’ l-impriża jew tan-negozju ta’ min iħaddem u kellu influwenza konsiderevoli fuq l-attivitajiet tagħha. |
Artikolu 13
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bit-tipi ta’ proċeduri nazzjonali ta’ insolvenza li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u b’kull emenda relatata magħha.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn il-komunikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi prinċipali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 15
Mhux aktar tard mit-8 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni, fl-Istati Membri, ta’ l-Artikoli 1 sa 4, l-Artikoli 9 u 10, it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(ċ) u l-Artikoli 13 u 14.
Artikolu 16
Id-Direttiva 80/987/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness I, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relattivament għal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness I, Parti Ċ.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 17
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 75.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2007 (ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 71) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008.
(3) ĠU L 283, 28.10.1980, p. 23.
(4) Ara l-Anness I, Partijiet A u B.
(6) ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43.
(7) ĠU L 206, 29.7.1991, p. 19.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 16)
Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 87/164/KEE |
|
Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
PARTI B
Att emendatorju mhux imħassar
(imsemmi fl-Artikolu 16)
Adeżjoni ta’ l-1994
PARTI Ċ
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 16)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
80/987/KEE |
fit-23 ta’ Ottubru 1983 |
|
87/164/KEE |
|
fl-1 ta’ Jannar 1986 |
2002/74/KE |
fis-7 ta’ Ottubru 2005 |
|
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 80/987/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8a |
Artikolu 9 |
Artikolu 8b |
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 10a |
Artikolu 13 |
Artikolu 11(1) |
— |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
— |
— |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008
li tapprova ċerti programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5699)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/815/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifikati li jinġarru fl-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta’ produzzjoni primarja, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju tagħhom għas-saħħa pubblika. |
(2) |
Dan ir-Regolament jistipula li għandhom jiġu stabbiliti miri tal-Komunità għat-tnaqqis f’ċerti popolazzjonijiet ta’ annimali tal-prevalenza taż-żoonożi u aġenti żoonotiċi elenkati fl-Anness I tiegħu. |
(3) |
Ġiet stabbilita mira tal-Komunità għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fil-brojlers fil-livell tal-produzzjoni primarja bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Komunità għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium fil-brojlers (2). |
(4) |
Biex tinkiseb il-mira tal-Komunità l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus u jibagħtuhom lill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. |
(5) |
Ċerti Stati Membri bagħtu dawn il-programmi u dawn kienu b’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità u b’mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. |
(6) |
Dawn il-programmi nazzjonali ta’ kontroll għandhom għalhekk jiġu approvati. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tas-Salmonella f’qatgħat ta’ brojlers Gallus gallus mibgħuta mill-Istati Membri elenkati fl-Anness huma approvati.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(2) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 21.
ANNESS
Il-Belġju
Il-Bulgarija
Ir-Repubblika Ċeka
Id-Danimarka
Il-Ġermanja
L-Estonja
L-Irlanda
Il-Greċja
Spanja
Franza
L-Italja
Ċipru
Il-Latvja
Il-Litwanja
Il-Lussemburgu
Malta
L-Ungerija
L-Olanda
L-Awstrija
Il-Polonja
Il-Portugall
Ir-Rumanija
Is-Slovenja
Is-Slovakkja
Il-Finlandja
L-Iżvezja
Ir-Renju Unit
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta' Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5987)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/816/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u ħnieżer (1), u b'mod partikolari l-Anness D (I) (E) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista', fir-rigward tal-imrieħel bovini, jiġi kkunsidrat uffiċjalment bħala ħieles mil-lewkożi bovina enżootika, suġġett għal konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-listi tar-reġjuni tal-Istati Membri ddikjarati ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u mil-lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2). |
(3) |
Il-Polonja issa ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni fejn uriet il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward ta' 29 reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unitajiet amministrattivi superjuri (Voivodships) ta' Mazowieckie, Podlaskie u Warminsko-mazurskie biex dawk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika fil-Polonja. |
(4) |
Wara valutazzjoni ta' dik id-dokumentazzjoni, dawk ir-reġjuni (powiaty) fil-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni li huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ta' dak l-Istat Membru. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata f'dan ir-rigward. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.
ANNESS
Fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, it-tieni parti li tikkonċerna l-Polonja hija mibdula b'dan li ġej:
“Fil-Polonja:
— |
Voivodship Dolnośląskie
|
— |
Voivodship Lubelskie
|
— |
Voivodship Kujawsko-Pomorskie
|
— |
Voivodship Łódzkie
|
— |
Voivodship Małopolskie
|
— |
Voivodship Mazowieckie
|
— |
Voivodship Opolskie
|
— |
Voivodship Podkarpackie
|
— |
Voivodship Podlaskie
|
— |
Voivodship Śląskie
|
— |
Voivodship Świętokrzyskie
|
— |
Voivodship Warmińsko-mazurskie
|
— |
Voivodship Wielkopolskie
|
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam mill-Kaledonja l-Ġdida ġewwa l-Komunità
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6050)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/817/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għal dawn ir-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3) tistipula regoli dwar l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem. Il-Parti 2 tal-Anness II għal dik id-Deċiżjoni tinkludi lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti għandhom jiġu awtorizzati. Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll ċertifikati mudelli u regoli dwar it-trattamenti meħtieġa għal dawn il-prodotti. |
(2) |
Il-Kaledonja l-Ġdida talbet l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam ippreparati minn annimali bovini domestiċi u ċertu laħam tat-tjur tal-kaċċa u ta’ certi partijiet ta’ dawk l-annimali. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet verifika tal-Kaledonja l-Ġdida li wriet li l-awtorità veterinarja kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz jipprovdi garanziji xierqa fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/99/KE. |
(4) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet mill-Kaledonja l-Ġdida ġewwa l-Komunità ta’ prodotti tal-laħam ippreparati minn annimali domestiċi bovini u ċertu laħam tat-tjur tal-kaċċa u ta’ ċerti partijiet ta’ dawk l-annimali mal-applikazzjoni ta’ trattament mhux speċifikat stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali għal dawk il-prodotti. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 2 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2007/777/KE tinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
ANNESS
“PARTI 2
Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-laħam u l-istonku, bżieżaq u intestini ġewwa l-UE huma awtorizzati
(Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi wżati f’din it-tabella)
Il-kodiċi ISO |
Il-pajjiż tal-oriġini jew parti minnu |
|
Ovini u kaprini domestiċi |
|
Annimal b’difru sod domestiku |
|
Għasafar li ma jtirux imrobbija għal skopijiet kummerċjali |
Il-fenek domestiku u l-leporidae mrobbija għal skopijiet kummerċjali |
Annimali slavaġ tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief għall-ħnieżer) |
Ħnieżer slavaġ |
Annimal salvaġġ b’difru sod |
Leporidae slavaġ (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa slavaġ |
Mammali tal-art slavaġ tal-kaċċa (ħlief għall-mammali bid-difer mgħawweġ, għal dawk bid-difer sod u għal-leporidae) |
||||||||||||
AR |
L-Arġentina AR |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
L-Arġentina AR-1 (1) |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
L-Arġentina AR-2 (1) |
A (2) |
A (2) |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
AU |
L-Awstralja |
A |
A |
A |
A |
D |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
A |
||||||||||||
BH |
Il-Baħrejn |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
BR |
Il-Brażil |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
Il-Brażil BR-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
|||||||||||||
Il-Brażil BR-2 |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
Il-Brażil BR-3 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
BW |
Il-Botswana |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
BY |
Il-Belarus |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
CA |
Il-Kanada |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
CH |
L-Iżvizzera (*) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
CL |
Iċ-Ċilì |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
CN |
Iċ-Ċina |
B |
B |
B |
B |
B |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
||||||||||||
Iċ-Ċina CN-1 |
B |
B |
B |
B |
D |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
|||||||||||||
CO |
Il-Kolombja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
ET |
L-Etjopja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
GL |
Greenland |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
HK |
Ħong Kong |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
HR |
Il-Kroazja |
A |
A |
D |
A |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
IL |
L-Iżrael |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
IN |
L-Indja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
IS |
L-Iżlanda |
A |
A |
B |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
KE |
Il-Kenja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
KR |
Il-Korea t’Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
MA |
Il-Marokk |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
ME |
Il-Montenegro |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
MG |
Il-Madagaskar |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
MK |
Ir-Repubblika eks Jugożlava tal-Maċedonja (**) |
A |
A |
B |
A |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
MU |
Il-Mawrizju |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
MX |
Il-Messiku |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
MY |
Il-Malażja MY |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
||||||||||||
Il-Malażja MY-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|||||||||||||
NA |
In-Namibja (1) |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
NC |
Il-Kaledonja l-Ġdida |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
||||||||||||
NZ |
New Zealand |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
||||||||||||
PY |
Il-Paragwaj |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
RS |
Is-Serbja (***) |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
RU |
Ir-Russja |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
A |
||||||||||||
SG |
Singapor |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
SZ |
Is-Sważiland |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
TH |
It-Tajlandja |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
TN |
It-Tuniżija |
C |
C |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
TR |
It-Turkija |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
UA |
L-Ukraina |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
||||||||||||
US |
L-Istati Uniti |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
||||||||||||
UY |
L-Urugwaj |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
ZA |
L-Afrika t’Isfel (1) |
C |
C |
C |
A |
D |
A |
A |
C |
C |
A |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
ZW |
Iż-Żimbabwe (1) |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
||||||||||||
(1) Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati.
(2) Għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati imħejjija minn laħam frisk minn annimali li tbiċċru wara l-1 ta’ Marzu 2002.
(*) Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli.
(**) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni ta’ negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.
(***) Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.
XXX |
L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u l-prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li fihom il-laħam ta’ din l-ispeċi mhumiex awtorizzati.” |
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.