ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
3 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2008 tat-2 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2008 tat-2 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

5

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/773/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2008 li tikkonċerna l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għas-sena 2008, għal proġett bi prova fil-qasam tal-professjonisti tas-saħħa

7

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 967/2008

tad-29 ta' Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 (1) introduċa regoli għall-użu ta’ indikazzjonijiet obbligatorji fuq prodotti organiċi, li, mill-1 ta’ Jannar 2009, jinkludu l-użu tal-logo Komunitarju fuq ikel ippakkjat minn qabel skond l-Artikolu 24(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Irriżulta li l-logo tal-Komunità użat skond l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) seta’ jiġi konfuż ma’ logos oħrajn użati għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonjiet ta’ l-oriġini protetti skond, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (3) u l-logo għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, ddefiniti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (4).

(3)

Huwa importanti għall-perċezzjoni tal-konsumaturi li jkun assigurat tikkettar informattiv b’logo Komunitarju distintiv u attraenti, li jissimbolizza l-produzzjoni organika u jidentifika b’mod ċar il-prodotti. Id-disinn ta’ logo Komunitarju bħal dan jitlob ċertu tul ta’ żmien biex ikun żviluppat u mgħarraf lill-pubbliku.

(4)

Sabiex jiġu evitati piżijiet finanzjarji u organizzattivi żejda fuq l-operaturi, l-użu obbligatorju tal-logo Komunitarju għandu jiġi pospost għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinħoloq il-logo Komunitarju ġdid. Din id-deċiżjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli jużaw, fuq bażi volontarja, il-logo attwali definit fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007:

“Madankollu, l-Artikolu 24(1)(b) u (c) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.


3.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 968/2008

tat-2 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,4

MK

39,4

TR

88,1

ZZ

73,0

0707 00 05

JO

156,8

TR

74,9

ZZ

115,9

0709 90 70

TR

120,2

ZZ

120,2

0805 50 10

AR

79,0

BR

51,8

EG

71,4

TR

92,0

UY

95,7

ZA

71,1

ZZ

76,8

0806 10 10

TR

87,7

US

162,4

ZZ

125,1

0808 10 80

CL

127,5

CN

93,4

CR

67,4

NZ

109,1

US

92,2

ZA

92,6

ZZ

97,0

0808 20 50

CN

69,9

TR

137,5

ZA

92,0

ZZ

99,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2008

tat-2 ta’ Ottubru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-3 ta’ Ottubru 2008

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

25,77

3,56

1701 11 90  (1)

25,77

8,65

1701 12 10  (1)

25,77

3,42

1701 12 90  (1)

25,77

8,22

1701 91 00  (2)

26,72

11,87

1701 99 10  (2)

26,72

7,35

1701 99 90  (2)

26,72

7,35

1702 90 95  (3)

0,27

0,38


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

3.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta' Ottubru 2008

li tikkonċerna l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għas-sena 2008, għal proġett bi prova fil-qasam tal-professjonisti tas-saħħa

(2008/773/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 49(6)(a) u 75 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/154/KEE tal-21 ta’ Jannar 1980 li tirrigwarda r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ provi oħra ta’ kwalifiki formali fil-professjoni tal-qwiebel u li tinkludi miżuri għall-iffaċilitar ta’ l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (3) u l-emendi sussegwenti tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (4),

Billi:

(1)

Il-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — is-Sena Finanzjarja 2008 fiha l-linja baġitarja 04.04.11 - “Proġett bi prova — Sitwazzjoni ta' impjieg ġdid fis-settur tas-saħħa: l-aħjar prassi għat-titjib ta' taħriġ u kwalifiki professjonali ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa u r-rimunerazzjoni tagħhom.”

(2)

L-Artikolu 49(6)(a) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li approprjazzjonijiet għal skemi bi prova ta' natura sperimentali maħsuba biex jittestjaw il-fattibilità ta' azzjoni u l-utilità tagħha jista' jkun implimentat mingħajr att bażiku sakemm l-azzjonijiet li huma maħsuba biex jiffinanzjaw ikunu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità jew l-Unjoni u l-approprjazzjonijiet ta' impenn rilevanti jiddaħħlu fil-baġit għal sentejn finanzjarji suċċessivi biss:

(3)

Skond l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, l-impenn tal-infiq għandu jkun preċedut minn deċiżjoni ta' finanzjament li tiddetermina l-elementi essenzjali ta' azzjoni li tinvolvi l-infiq mill-baġit;

(4)

Din l-azzjoni se tappoġġja l-green paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-forza tax-xogħol tal-UE għas-saħħa ppjanata għat-tieni nofs tal-2008.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-proġett bi prova msemmi fl-Anness huwa approvat u għandu jiġi ffinanzjat permezz tal-linja baġitarja 040411 tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għall-2008 sa massimu ta' EUR 1 000 000.

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-“Saħħa u l-Konsumatur” huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 33, 11.2.1980, p. 1.

(4)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.


ANNESS

Ambitu: professjonisti tas-saħħa

Bażi ġuridika: L-Artikoli 49(6)(a) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002

Proġett bi prova taħt il-linja baġitarja: 04 04 11.

L-għanijiet politiċi: L-Awtorità Baġitarja titlob lill-Kummissjoni fl-approprjazzjoni tagħha biex tiffinanzja l-inizjattivi li jgħinu t-trattament tas-sitwazzjoni ta' impjieg ġdid fis-settur tas-saħħa partikolarment f'relazzjoni mal-kwalifiki professjonali u d-dmirijiet imwettqa mill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, assistenti tal-kura tas-saħħa u infermiera b'ħiliet aktar baxxi. Il-miżuri jinkludu:

l-analiżi tal-fatturi u politiki mmirati biex jintlaħaq aħjar il-bżonn ta' miżuri biex jiżdied il-forniment u titjieb il-kwalifika tal-persunal tal-kura tas-saħħa fit-tul;

il-promozzjoni ta' politiki ta' skambju u l-aħjar prassi mmirati biex jiffaċċjaw iż-żieda fil-konsum tal-kura minħabba bidla demografika;

il-finanzjament ta' inizjattivi li jeżaminaw l-effetti transkonfinali fuq is-servizzi tas-saħħa;

attenzjoni għall-effetti tal-livelli differenti ta' rimunerazzjoni, li jistgħu joħorġu minn dan il-kuntest, studji, laqgħat mal-esperti u kampanja ta' informazzjoni. Għandha tinstab soluzzjoni wkoll biex jinżamm il-livell ta' kura fis-sistemi ta' saħħa nazzjonali.

Il-ħidmiet tal-proġett huma konformi mal-green paper ippjanata tal-Kummissjoni dwar il-forza tax-xogħol tal-UE għas-saħħa li se tibda proċess ta' kunsiderazzjoni dettaljata ta' ppjanar tal-forza tax-xogħol u forniment u l-impatt ta' mobilità ta' ħaddiema tas-saħħa fi ħdan l-Istati Membri u fi ħdan l-UE.

Approprjazzjonijiet 2008: Linja tal-baġit 04 04 11 proġett bi prova: Sitwazzjoni ta' impjieg ġdid fis-settur tas-saħħa: l-aħjar prassi għat-titjib ta' taħriġ u kwalifiki professjonali ta' ħaddiema tal-kura tas-saħħa u r-rimunerazzjoni tagħhom. EUR 1 000 000

Għadd ta’ azzjonijiet speċifiċi ppjanati: 4.

L-ewwel azzjoni se tkun kontribuzzjoni ta' massimu ta' EUR 100 000 għal studju dwar “Is-Servizzi, is-Setturi u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa fl-Ewropa, Valutazzjoni tal-qagħda Kurrenti, Opportunitajiet, Sfidi u Impatt Soċjo-Ekonomiku” mniedi mid-DĠ Intrapriża u Industrija flimkien mad-DĠ Saħħa u Konsumaturi. L-azzjoni għandha tkun implimentata permezz ta' sejħa miftuħa għall-offerti. Il-proċedura tal-għażla hija mistennija titlesta f'Settembru 2008.

It-tieni waħda se tkun għotja diretta ta' massimu ta' EUR 400 000 u 80 % lill-osservatorju tad-WHO għall-organizzazzjoni ta' workshops dwar l-iskambju ta' l-aħjar prassi dwar politiki biex tinżamm il-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa. Kif previst mill-Artikolu 168 (1) (f) tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, l-għotja se tingħata mingħajr sejħa għall-proposti minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' din l-azzjoni u l-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni tad-WHO.

It-tielet waħda se tkun għotja diretta ta' massimu ta' EUR 300 000 u 60 % lill-OECD għal studju li jivvaluta l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-infermiera u l-politiki ta' promozzjoni ta' ġestjoni iktar effiċjenti tal-forza tax-xogħol tal-infermiera. Kif previst mill-Artikolu 168 (1) (f) tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, l-għotja se tingħata mingħajr sejħa għall-proposti minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' din l-azzjoni u l-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni tal-OECD.

Ir-raba' waħda se tkun l-organizzazzjoni ta' workshop fi Brussell f'Diċembru 2008 għal massimu ta' EUR 200 000. Il-workshop se jkun iffinanzjat permezz ta' bosta kuntratti wara l-pubblikazzjoni tal-green paper dwar il-forza tax-xogħol tal-UE għas-saħħa biex iniedi kampanja ta' informazzjoni, irawwem id-dibattitu u jinkoraġġixxi l-kontribuzzjoni mmirata lejn l-identifikazzjoni ta' l-aħjar prassi.


3.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 264/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.