ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
30 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju ta’ l-anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba, ippreparat jew ippreservat, u li joriġina mit-Tajlandja

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li tinxtered ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 957/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jidderoga għall-perjodu tal-kwoti 2008/2009 mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

12

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi ( 1 )

13

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/761/PESK tad-29 ta' Settembru 2008 li ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar iżjed miżuri b’sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)

60

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 954/2008

tal-25 ta’ Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju ta’ l-anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba, ippreparat jew ippreservat, u li joriġina mit-Tajlandja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 682/2007 (2) (ir-“Regolament definittiv”), il-Kunsill impona dazju ta’ l-anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba, ippreparat jew ippreservat, u li joriġina mit-Tajlandja (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat fil-kodiċijiet tan-NM ex 2001 90 30 u ex 2005 80 00. Minħabba l-għadd kbir ta’ partijiet li kkooperaw, matul l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri ġie magħżul kampjun ta’ produtturi esportaturi Tajlandiżi.

(2)

Il-kumpaniji magħżula ngħataw ir-rati individwali tad-dazju stabbiliti matul l-investigazzjoni. Dazju ta’ 12,9 % li japplika mal-pajjiż kollu, ibbażat fuq il-marġini ta’ dumping b’piż differenzjat tal-partijiet li kienu fil-kampjun, kien impost fuq il-kumpaniji l-oħra kollha.

B.   L-INVESTIGAZZJONI PREŻENTI

(3)

Fit-30 ta’ Awwissu 2007, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ qamħ ħelu li joriġina mit-Tajlandja, Kuiburi Fruit Canning Co., Limited (“Kuiburi” jew “il-kumpanija”), produttur esportatur, li ma ntgħażlitx fil-kampjun iżda li pprovdiet lill-Kummissjoni tweġiba bi kwestjonarju sħiħ u li kienet talbet eżaminazzjoni individwali, ippreżentat applikazzjoni fil-Qorti tal-Prim’Istanza. F’din l-applikazzjoni, il-kumpanija qalet li kellha ssirilha eżaminazzjoni individwali.

(4)

Mingħajr ħsara għall-pożizzjoni li l-istituzzjonijiet tal-Komunità se jieħdu jekk din il-kawża titkompla mill-applikant, il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva proprja li tibda ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzjoni dwar l-anti-dumping (3). Il-ftuħ mill-ġdid kien limitat fl-ambitu għall-eżaminazzjoni ta’ dumping safejn hi kkonċernata l-Kuiburi.

(5)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil Kuiburi, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-industrija Komunitarja, dwar il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jinstemgħu.

(6)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni mogħtija minn Kuiburi li dehrilha li kienet neċessarja għad-determinazzjoni ta’ dumping u għamlet żjara ta’ verifika fil-bini tal-kumpanija.

(7)

Kif stabbilit fir-Regolament definittiv, l-investigazzjoni ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 Diċembru 2005 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”).

C.   IR-RIŻULTATI

1.   Dumping

(8)

Il-metodoloġija użata għall-kalkolu ta’ dumping kienet l-istess bħal dik applikata għall-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjun, kif deskritt fil-premessi (21)-(36) tar-Regolament (KE) Nru 1888/2006 (4) (ir-“Regolament proviżorju”), u kkonfermat fir-Regolament definittiv.

Valur normali

(9)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk it-total tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ totali tal-kumpanija fl-esportazzjoni lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili hu kkunsidrat li hu rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija jaqbeż 5 % tal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità.

(10)

Ġie stabbilit li l-prodott simili assolutament ma nbiegħx fis-suq domestiku. Għalhekk, il-valur normali kellu jkun maħdum skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ġie maħdum billi ġie miżjud mal-ispiża ta’ manifattura ta’ kull tip esportata lejn il-Komunità, ikkoreġut fejn kien il-każ, ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt. Bħalma ġara fl-investigazzjoni oriġinali, ġie deċiż li l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt, ma jiġux stabbiliti abbażi tal-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku, minħabba li kienet waħda biss il-kumpanija minn dawk inklużi fil-kampjun li kellha bejgħ domestiku rappreżentattiv għal dak il-prodott simili. Għaldaqstant, anke b’konformità ma’ dak li kien sar fl-investigazzjoni oriġinali, l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt, kienu ddeterminati skont l-Artikolu 2(6)(b) billi Kuiburi kellha bejgħ rappreżentattiv, fil-proċess ordinarju ta’ kummerċ, tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti.

(11)

L-ispejjeż ta’ manifattura kif ukoll dawk ta’ SG&A rrappurtati, nstabu li kienu anqas milli fil-fatt kienu u ġew ikkoreġuti qabel ma ntużaw biex jiġi maħdum il-valur normali.

(12)

Wara r-rivelazzjoni tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi tar-riżultati f’dan il-proċediment, il-kumpanija Kuiburi sostniet li meta wieħed jiġi biex jiddetermina l-valur normali, l-ammonti tal-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt, għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija argumentat li l-Artikolu 2(6)(b) ma setax jintuża minħabba li l-bejgħ domestiku ta’ prodotti oħrajn (i) kien jinkludi l-prodotti mhux fil-bott u (ii) f’kull każ, ma kienx rappreżentattiv. Fejn jidħol l-ewwel argument, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat ma tinkludix xi tip speċifiku ta’ reċipjent u għaldaqstant ma hijiex limitata għal prodotti ppakkjati fil-bott. B’analoġija, l-istess jgħodd għall-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. Fejn jidħol it-tieni argument, ta’ min jinnota li l-limitu ta’ 5 % li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku jservi biex jiddetermina r-rappreżentattività tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili (kif imqabbel mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità). Mhuwiex meħtieġ, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6)(b), li l-bejgħ tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti tkun tirrappreżenta aktar mil-limitu ta’ 5 %. F’kull każ, il-bejgħ tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti li tagħmel il-kumpanija kif imqabbel mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità, huwa sinifikanti ħafna u, għaldaqstant, rappreżentattiv. Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, l-argumenti tal-kumpanija ma jistgħux jiġu aċċettati u huwa kkonfermat li l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt, huma stabbiliti skont l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku.

(13)

Il-kumpanija Kuiburi iddikjarat li jekk l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt, kienu stabbiliti skont l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku, ried isir livell ta’ aġġustament ta’ kummerċ fuq il-profitt użat biex jiġi ddeterminat il-valur normali minħabba li din tbigħ prodotti bil-marka ta’ bejjiegħ bl-imnut lill-KE u taħlita ta’ prodotti bil-marka tagħhom infushom u b’dik ta’ bejjiegħ bl-imnut domestikament. F’dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jinnota li l-kumpanija Kuiburi kienet allokat il-kost tal-bejgħ abbażi tal-fatturat. Konsegwentement, l-ispejjeż tal-bejgħ, flimkien ma’ dawk ġenerali u amministrattivi (SG&A), u l-profitt, ammontaw għall-istess livell totali fil-każ tal-bejgħ tat-tipi kollha ta’ prodott għas-swieq kollha u l-figuri tal-profitt li kienu rrappurtati kienu jirriflettu biss xi varjazzjoni żgħira fl-ispejjeż ta’ SG&A. Għaldaqstant, ma setax ikun stabbilit li l-figuri rrappurtati kienu jirriflettu differenzi fil-livell ta’ kummerċ. Bħala konsegwenza, mhu awtorizzat ebda aġġustament ta’ livell fil-kummerċ fuq il-profitt, u l-argument tal-kumpanija Kuiburi mhux aċċettat.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(14)

Il-bejgħ kollu tal-kumpanija sar direttament lill-klijenti mhux relatati fil-Komunità. Għal dak il-bejgħ, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-prezzijiet li fil-fatt tħallsu jew li huma pagabbli minn dawn il-klijenti indipendenti fil-Komunità.

Il-paragun

(15)

Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni sar abbażi tal-ħruġ mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust, tqiesu, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li jaffettwa l-paragunar tal-prezzijiet. Fejn applikabbli u ġġustifikat, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż għat-trasport, l-ipproċessar tal-ordni, il-kummissjonijiet, u l-kreditu.

(16)

L-ispejjeż ta’ SG&A użati biex jiġi maħdum valur normali skont il-metodoloġija ddefinita hawn fuq, inkludew l-ispejjeż għall-kummissjonijiet. Għalhekk, għalkemm ma saret ebda talba f’dan ir-rigward, sar aġġustament ex-officio fil-valur normali skont l-Artikolu 2(10)(e) biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ SG&A bl-ammont tal-ispejjeż li saru fir-rigward tal-kummissjonijiet.

Il-marġini ta’ dumping

(17)

Il-marġini ta’ dumping ta’ Kuiburi ġie stabbilit abbażi ta’ tqabbil ta’ valur normali b’piż differenzjat ma’ prezz tal-esportazzjoni b’piż differenzjat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(18)

Il-paragun wera li kien hemm dumping. Il-marġini ta’ dumping b’piż differenzjat stabbilit għall-kumpanija, espress bħala perċentwali tal-prezz tas-CIF mal-fruntiera Komunitarja, jammonta għal 14,3 %.

2.   Livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

(19)

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, il-livell tal-miżura tal-anti-dumping għandu jkun biżżejjed biex jelimina l-ħsara lill-industrija tal-Komunità kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ dumping misjub. Il-kalkolu tal-prezz li jelimina l-ħsara ġie deskritt fil-premessi (120)-(122) tar-Regolament proviżorju.

(20)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad ġiet iddeterminata fuq bażi ta’ paragun, għal kull tip ta’ prodott, tal-prezz tal-importazzjoni b’piż differenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ bi prezz aktar baxx minn dak tas-suq, bil-prezz li jelimina l-ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità. Kull differenza li tirriżulta minn dan il-paragun ġiet imbagħad espressa bħala perċentwali tal-prezz tal-valur totali tas-CIF mal-fruntiera Komunitarja.

(21)

Il-paragun tal-prezzijiet ta’ hawn fuq wera marġini ta’ ħsara ta’ 17,5 %.

D.   IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA’ KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU

(22)

Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, hu kkunsidrat li dazju ta’ l-anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpanija fil-livell tal-marġini misjub ta’ dumping, iżda, skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dan ma għandux ikun ogħla mill-marġini ta’ ħsara stabbilit għal Kuiburi u ppreżentat fil-premessa (21).

(23)

Għaldaqstant, id-dazju ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-prezz tas-CIF mal-fruntiera tal-Komunità għandu jkun ta’ 14,3 %. Billi, skont il-premessa (57) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007, id-dazju għall-kumpaniji li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li jrid jiġi impost fuq il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni, dan id-dazju issa hu ta’ 14,3 %. Madankollu, minħabba li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni ma kellux bħala l-għan tiegħu li jinkludi lill-kumpanija Kuiburi fil-kampjun, iżda li jagħmel eżaminazzjoni individwali tal-kumpanija Kuiburi abbażi tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, ma jkunx xieraq li jiġi kkalkulat mill-ġdid id-dazju għall-fabbrikanti imniżżla fl-Anness I.

(24)

Il-kumpanija Kuiburi u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bir-riżultati tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 għandu jinbidel kif ġej:

“2.   Ir-rata tad-dazju ta’ l-anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett u ħieles mal-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju ta’ l-anti-dumping (%)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Karn Corn Co, Ltd., 68 Moo 7 Tambol Saentor,

Thamaka, Kanchanaburi 71130, it-Tajlandja

3,1

A789

Kuiburi Fruit Canning Co., Ltd., 236 Krung Thon Muang Kaew Building, Sirindhorn Rd., Bangplad, Bangkok 10700, it-Tajlandja

14,3

A890

Malee Sampran Public Co., Ltd., Abico Bldg. 401/1 Phaholyothin Rd., Lumlookka, Pathumthani 12130, it-Tajlandja

12,8

A790

River Kwai International Food Industry Co., Ltd., 52 Thaniya Plaza, 21st. Floor, Silom Rd., Bangrak, Bangkok 10500, it-Tajlandja

12,8

A791

Sun Sweet Co., Ltd., 9 M. 1, Sanpatong,

Chiangmai, it-Tajlandja 50120

11,1

A792

Il-produtturi elenkati fl-Anness I

12,9

A793

Il-kumpaniji l-oħra kollha

14,3

A999 ”

Artikolu 2

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 għandu jinbidel kif ġej:

“ANNESS I

Lista tal-manufatturi li jikkooperaw imsemmija fl-Artikolu 1(2) taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC A793:

Isem

Indirizz

Agro-on (Thailand) Co., Ltd.

50/499-500 Moo 6, Baan Mai, Pakkret,

Monthaburi 11120, Thailand

B.N.H. Canning Co., Ltd.

425/6-7 Sathorn Place Bldg., Klongtonsai,

Klongsan, Bangkok 10600, Thailand

Boonsith Enterprise Co., Ltd.

7/4 M.2, Soi Chomthong 13, Chomthong Rd.,

Chomthong, Bangkok 10150, Thailand

Erawan Food Public Company Limited

Panjathani Tower 16th floor, 127/21 Nonsee Rd.,

Chongnonsee, Yannawa, Bangkok 10120, Thailand

Great Oriental Food Products Co., Ltd.

888/127 Panuch Village, Soi Thanaphol 2,

Samsen-Nok, Huaykwang, Bangkok 10310, Thailand

Lampang Food Products Co., Ltd.

22K Building, Soi Sukhumvit 35, Klongton Nua,

Wattana, Bangkok 10110, Thailand

O.V. International Import-Export Co., Ltd.

121/320 Soi Ekachai 66/6, Bangborn,

Bangkok 10500, Thailand

Pan Inter Foods Co., Ltd.

400 Sunphavuth Rd., Bangna,

Bangkok 10260, Thailand

Siam Food Products Public Co., Ltd.

3195/14 Rama IV Rd., Vibulthani Tower 1, 9th Fl.,

Klong Toey, Bangkok, 10110, Thailand

Viriyah Food Processing Co., Ltd.

100/48 Vongvanij B Bldg, 18th Fl, Praram 9 Rd.,

Huay Kwang, Bangkok 10310, Thailand

Vita Food Factory (1989) Ltd.

89 Arunammarin Rd., Banyikhan, Bangplad,

Bangkok 10700, Thailand”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14.

(3)  ĠU C 7, 12.1.2008, p. 21.

(4)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 68.


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 955/2008

tad-29 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

30,0

TR

95,0

ZZ

62,5

0707 00 05

JO

156,8

TR

88,7

ZZ

122,8

0709 90 70

TR

110,1

ZZ

110,1

0805 50 10

AR

69,9

EG

71,4

TR

110,6

UY

80,9

ZA

84,6

ZZ

83,5

0806 10 10

TR

122,8

US

159,1

ZZ

141,0

0808 10 80

CL

107,8

CN

71,3

NZ

106,0

US

115,6

ZA

91,6

ZZ

98,5

0808 20 50

CN

74,0

TR

137,4

ZA

92,5

ZZ

101,3

0809 30

TR

132,4

US

170,9

ZZ

151,7

0809 40 05

IL

102,9

TR

78,6

XS

53,9

ZZ

78,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 956/2008

tad-29 ta’ Settembru 2008

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 7(3), l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 23 u l-Artikolu 23a(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali u f'ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

(2)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-għalf lir-ruminanti bi proteina ġejja mill-annimali huwa pprojbit. Madankollu, l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament jipprevedi deroga minn din il-projbizzjoni għall-għalf liż-żgħar ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tar-ruminanti bi proteini ġejjin mill-ħut, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-kondizzjonijet jinkludu valutazzjoni xjentifika tal-ħtiġijiet tad-dieta taż-żgħar tar-ruminanti u valutazzjoni ta’ l-aspetti ta’ kontroll ta’ deroga bħal din.

(3)

Il-Parti II ta’ l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistipula d-derogi mill-projbizzjoni previsti fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ derogi bħal dawn.

(4)

Fl-24 ta’ Jannar 2007 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottat opinjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa fl-għalf tar-ruminanti tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut fir-rigward tar-riskju tat-TSE. L-opinjoni kkonkludiet li r-riskju ta’ TSE fil-ħut, sew jekk mitmugħ direttament jew permezz ta’ l-amplifikazzjoni ta’ infettività huwa minimu. Din sabet ukoll li jekk hemm xi riskju ta’ TSE fit-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut dan jista’ jiġi mill-għalf ta’ mammiferi li jkun intemgħa reċentement lil dan il-ħut jew permezz tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut ikkontaminat bl-MBM.

(5)

Fid-19 ta’ Marzu 2008, tlesta rapport mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi, li sar bl-għajnuna ta’ għadd ta’ esperti xjentifiċi. Dan ir-rapport jikkonkludi li t-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut huwa sors diġestibbli tajjeb ħafna ta’ proteina b'diġestibilità aktar baxxa mill-ħalib iżda ogħla mill-biċċa l-kbira ta’ proteini li joriġinaw mill-pjanti u bi profil tajjeb ta’ aċidu amminiku meta mqabbel mas-sorsi tal-proteina mill-ħaxix użati attwalment fis-sostituti tal-ħalib u li l-għalf taż-żgħar ta’ l-ispeċi tar-ruminanti bit-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut jista’ jkun permess.

(6)

Jekk titqies il-kondizzjoni li tikkonċerna valutazzjoni ta’ aspetti ta’ kontroll stipulati fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, ir-riskju potenzjali ta’ l-għalf liż-żgħar ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tar-ruminanti bit-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut huwa kontrobilanċjat bir-regoli eżistenti stretti ta’ pproċessar imposti fuq il-produzzjoni ta’ trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut u l-kontrolli fuq kull kunsinna ta’ ikel mill-ħut importat qabel ir-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

(7)

Flimkien ma’ dan, biex ikun żgurat li l-użu tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut huwa biss permess għaż-żgħar ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tar-ruminanti, użu bħal dan għandu jkun limitat għall-produzzjoni tas-sostituti tal-ħalib, imqassma fil-forma niexfa u amministrata wara taħlita bi kwantità speċifika ta’ likwidu, maħsub għall-għalf għaż-żgħar ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tar-ruminanti bħala suppliment, jew bħala sostituzzjoni għal ħalib postkolostrali qabel jintemm il-ftim. Kif ukoll, għandhom jiġu imposti regoli stretti għall-implimentazzjoni fuq il-produzzjoni, l-imballaġġ, it-tikkettar u t-trasport tas-sostituti tal-ħalib li fih it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut maħsub għal annimali bħal dawn.

(8)

F'ġieħ iċ-ċarezza u l-konsistenza għandhom jiġu stipulati l-istess regoli relatati mat-tikkettar tad-dokument komplementari ta’ l-għalf li fih trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut imfassal għal dawk li mhumiex ruminanti.

(9)

Il-Punt E.1. tal-Parti III ta’ l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta’ proteini pproċessati ta’ l-annimali mnissla minn ruminanti, u ta’ prodotti li fihom proteini pproċessati bħal dawn, huma pprojbiti.

(10)

Minkejja dan, l-użu ta’ proteini bħal dawn għall-produzzjoni ta’ l-għalf ta’ l-annimali domestiċi bħalissa huwa permess fi ħdan il-Komunità. Fl-interess ta’ konsistenza ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li jiġu permessi esportazzjonijiet ta’ għalf ipproċessat ta’ l-annimali domestiċi inkluż għalf tal-bott ta’ l-annimal domestiċi li fih proteini pproċessati ta’ l-annimali mnissla minn ruminanti ta’ pajjiżi terzi.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.


ANNESS

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti II hija emendata hekk:

(a)

Fil-punt A, għandu jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

l-għalf lill-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi ruminanti ta’ trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt BA).”

(b)

Il-Punt B huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

id-dokument kummerċjali li jakkumpanja kunsinni ta’ għalf li fih it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut u kwalunkwe imballaġġ li fih kunsinni bħal dawn, iridu jkunu mmarkati b'mod ċar bil-kliem ‘fih trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut – ma għandux jintemgħa lir-ruminanti’.”

(ii)

Jiżdied il-punt BA li ġej:

BA   Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut imsemmi fil-punt A(b)(i) u l-għalf li jkun fih it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut fit-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija mhux miftuma ta’ l-ispeċi ruminanti:

(a)

it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut għandu jkun prodott f'impjanti ta’ l-ipproċessar iddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta’ prodotti mnissla mill-ħut;

(b)

qabel ma tinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, kull kunsinna importata tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut għandha tiġi analizzata permezz tal-mikroskopija skond id-Direttiva 2003/126/KE;

(c)

l-użu tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut għaż-żgħar ta’ l-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi tar-ruminanti se jkun awtorizzat biss għall-produzzjoni tas-sostituti tal-ħalib, imqassmin fil-forma mnixxfa u amministrati wara taħlita bi kwantita speċifika ta’ likwidu, maħsuba għall-għalf għaż-żgħar ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tar-ruminanti bħala suppliment, jew bħala sostitut għal ħalib postkolostrali qabel jintemm il-ftim;

(d)

sostituti tal-ħalib li fihom trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut maħsub għaż-żgħar ta’ l-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi tar-ruminanti għandhom jiġu prodotti fi stabilimenti li ma jipproduċux għalf ieħor għar-ruminanti u li huma awtorizzati għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

Permezz ta’ deroga mill-punt (d), il-produzzjoni ta’ għalf ieħor għar-ruminanti fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll sostituti tal-ħalib li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut maħsuba għaż-żgħar ta’ l-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi tar-ruminanti tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-għalf bl-ingrossa u ppakkjat maħsub għar-ruminanti jinżammu f’faċilitajiet li jkunu separati fiżikament minn dawk għat-trab ta’ l-ikel bl-ingrossa magħmul mill-ħut u sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li jkun fihom trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut matul il-ħażna, it-trasport u l-ippakkjar;

(ii)

għalf ieħor maħsub għar-ruminanti jiġi mmanifatturat f’faċilitajiet separati fiżikament minn faċilitajiet fejn jiġu mmanifatturati sostituti tal-ħalib li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut.

(iii)

reġistri bid-dettalji tax-xiri u l-użi tat-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut u s-sostituti tal-ħalib li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut jinżammu għad-disponibilità ta’ l-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin, u

(iv)

isiru testijiet b'mod regolari fuq għalf ieħor maħsub għar-ruminanti sabiex jiġi żgurat li ma jkunux preżenti proteini pprojbiti li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut. Ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

(e)

id-dokument kummerċjali li jakkumpanja s-sostituti tal-ħalib li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut, maħsuba għaż-żgħar ta’ l-annimali tat-trobbija ta’ l-ispeċi tar-ruminanti, u kwalunkwe imballaġġ li fih kunsinna bħal din, iridu jkunu mmarkati b'mod ċar bil-kliem ‘fih it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut – irid jintemgħa biss lil ruminanti mhux miftuma’;

(f)

sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut maħsuba għaż-żgħar ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi tar-ruminanti għandhom jiġu trasportati permezz ta’ vetturi li ma jkunux qed iġorru għalf ieħor għar-ruminanti fl-istess waqt. ekk applikabbli, meta l-vettura sussegwentement tintuża għat-trasport ta’ l-għalf maħsub għar-ruminanti, din għandha titnaddaf kompletament skond proċedura approvata mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni reċiproka;

(g)

f'irziezet fejn jinżammu r-ruminanti, se jkunu stabbiliti miżuri speċifiċi għal dak ir-razzett sabiex jipprevjenu s-sostituti tal-ħalib li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut milli jintemgħu lil ruminanti oħra minbarra dawk previsti mid-deroga li jaqgħu taħt il-punt A(e) tal-parti II ta’ l-Anness IV. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi lista ta’ rziezet fejn is-sostituti tal-ħalib li fihom it-trab ta’ l-ikel magħmul mill-ħut jintużaw permezz ta’ sistema ta’ notifika minn qabel mir-razzett jew sistema oħra li tiżgura konformità ma’ din id-dispożizzjoni.”

(2)

Fil-Parti III, il-punt E.1 jinbidel b'dan li ġej:

E.1   L-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ proteini ta’ l-annimali pproċessati mnissla minn ruminanti, u ta’ prodotti li fihom proteini pproċessati ta’ l-annimali bħal dawn, għandha tkun ipprojbita. Madankollu dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-ikel ipproċessat tal-bott ta’ l-annimali domestiċi li fih proteini pproċessati ta’ l-annimali mnissla mir-ruminanti u li għaddew minn trattament u li huma ttikkettati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.”


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 957/2008

tad-29 ta’ Settembru 2008

li jidderoga għall-perjodu tal-kwoti 2008/2009 mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Uniku) (1), u partikolarment l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-forma ta’ minuti maqbula rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal-laħam tat-tjur, bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, ir-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja, skond it-Titolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT 1994) (2), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Awwissu 2008 l-Brażil ippubblika Direttiva (3) relatata mal-proċedura taċ-ċertifikati tal-oriġini b'seħħ mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)

Minħabba l-inċertezza dwar il-kondizzjonijiet marbuta mal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw fil-Brażil, f'dan l-istadju ta' rappurtar f'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet tal-oriġini l-perjodu tal-applikazzjoni għas-subperjodu tal-importazzjonijiet mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009, li konformi mal-Artikolu 5 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (4), ġie ffissat għall-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2008.

(3)

B'konsegwenza għall-perjodu tal-kwoti 2008/2009 għanda ssir deroga, għal din l-oriġini, skond id-dispożizzjonijiet, mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament KE Nru 616/2007.

(4)

Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għas-subperjodu li jmiss għandu jibda fl-1 ta' Ottubru 2008, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 5(1), tar-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu tal-kwoti li jibda mill-ewwel 1 ta’ Jannar 2009, l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat għall-prodotti relatati mal-gruppi 1, 4 u 7 ma tistax tiġi ppreżentata biss fl-ewwel sebat ijiem ta' Novembru 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.

(3)  Portaria (Ordni Ministerjali) Nru 16, tal-1 ta’ Awwissu 2008, Diario Oficial da Uniao, 5.8.2008.

(4)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


DIRETTIVI

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/13


DIRETTIVA 2008/68/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2008

dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew fuq il-passaġġi ta’ l-ilma interni jġib miegħu riskju konsiderevoli ta’ inċidenti. Għandhom għalhekk jittieħdu miżuri sabiex jiżguraw li dan it-trasport jitwettaq bl-aħjar kondizzjonijiet ta’ sikurezza.

(2)

Ġew stabbiliti regoli uniformi dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq u bil-ferrovija permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (3) u tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (4), rispettivament.

(3)

Sabiex titwaqqaf sistema komuni li tkopri l-aspetti kollha tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq l-ilmijiet interni navigabbli, id-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE għandhom jinbiddlu b’Direttiva waħdanija li tistipula wkoll id-dispożizzjonijiet b’rabta ma’ passaġġi ta’ l-ilma interni.

(4)

Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri huma partijiet kontraenti fil-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq (“ADR”), huma suġġetti għar-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija (“RID”) u, sa fejn ikun rilevanti, fil-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fuq Passaġġi ta’ l-Ilma Interni (“ADN”).

(5)

L-ADR, l-RID u l-ADN jistipulaw regoli uniformi għat-trasport internazzjonali sikur ta’ oġġetti perikolużi. Regoli bħal dawn għandhom ukoll jiġu estiżi għat-trasport nazzjonali sabiex jarmonizzaw fil-Komunità il-kondizzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jiġu trasportati, u sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif imiss tas-suq komuni tat-trasport.

(6)

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi f’ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta man-natura tal-vetturi jew bastimenti involuti, jew man-natura limitata tat-trasport użat.

(7)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva lanqas għandhom japplikaw għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi taħt ir-responsabbiltà jew is-superviżjoni diretta u fiżika tal-forzi armati. It-trasport ta’ oġġetti perikolużi li jsir minn kuntratturi kummerċjali li jaħdmu għall-forzi armati għandu, madanakollu, jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-Direttiva ħlief jekk id-dmirijiet kuntrattwali tagħhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà jew is-superviżjoni diretta u fiżika tal-forzi armati.

(8)

Stat Membru li ma jkollux sistema ferrovjarja, u l-ebda prospett immedjat li jkollu waħda, ikun sottopost għal obbligu sproporzjonat u bla fini kieku kellu jittrasponi u jimplementa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tat-trasport ferrovjarju. Għalhekk, sakemm ma jkollux sistema ferrovjarja, tali Stat Membru għandu jiġi eżentat mill-obbligu li jittrasponi u jimplementa din id-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport ferrovjarju.

(9)

Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jeżenta mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq passaġġi ta’ l-ilma interni, jekk il-passaġġi ta’ l-ilma interni fit-territorju tiegħu ma jkunux magħquda, permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni, ma’ passaġġi ta’ l-ilma interni ta’ Stati Membri oħrajn, jew jekk ma jinġarrux oġġetti perikolużi fuqhom.

(10)

Mingħajr preġudizzju għal-liġi Komunitarja u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, Taqsima I.1 (1.9), l-Anness II, Taqsima II.1 (1.9) u l-Anness III, Taqsima III.1 (1.9), għandu jkun possibbli għall-Istati Membri, għal raġunijiet ta’ sikurezza tat-trasport, li jżommu jew jistabbilixxu dispożizzjonijiet f’oqsma li m’humiex koperti minn din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu speċifiċi u definiti b’mod ċar.

(11)

Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jirregola jew li jipprojbixxi t-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tiegħu, għal raġunijiet li m’humiex ta’ sikurezza, bħalma huma raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew ta’ protezzjoni ambjentali.

(12)

Huwa meħtieġ li jkun permess l-użu ta’ mezzi ta’ trasport reġistrati f’pajjiżi terzi għat-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fit-territorji ta’ l-Istati Membri, suġġett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-ADR, l-RID jew l-ADN u ta’ din id-Direttiva.

(13)

Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibbiltà li japplika regoli iktar stretti għall-operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali mwettqa minn mezzi ta’ trasport reġistrati jew li qed joperaw fit-territorju tiegħu.

(14)

L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet li huma fis-seħħ għat-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi m’għandhiex timpedixxi milli jitqiesu ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. Din id-Direttiva għandha għalhekk tagħti il-possibbiltà lill-Istati Membri sabiex jagħtu ċerti derogi skond ċerti kondizzjonijiet identifikati. Derogi bħal dawn għandhom ikunu elenkati f’din id-Direttiva bħala “derogi nazzjonali”.

(15)

Sabiex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet mhux tas-soltu u eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jagħtu awtorizzazzjonijiet individwali li jippermettu t-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom, li kieku kienu jkunu pprojbiti minn din id-Direttiva.

(16)

Fid-dawl tal-livell ta’ l-investiment meħtieġ f’dan is-settur, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jżommu fuq bażi temporanja ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni relatati ma’ mezzi tat-trasport jew ma’ tagħmir u li jikkonċernaw it-trasport permezz taċ-Channel Tunnel. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu permessi li jżommu u jadottaw dispożizzjonijiet għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija bejn Stati Membri u Stati li huma partijiet kontraenti ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni tal-Ferroviji (“OSJD”) sakemm ir-regoli ta’ l-Anness II mal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti bil-Ferrovija (“SMGS”) u d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva, u permezz tagħhom l-RID, ikunu ġew armonizzati. Fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-konsegwenzi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposti xierqa. Dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu elenkati f’din id-Direttiva bħala “dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali”.

(17)

Huwa meħtieġ li jkun possibli l-Annessi tad-Direttiva jiġu adattati malajr għall-progress xjentifiku u tekniku inkluż l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda għall-insegwiment u t-traċċar, partikolarment sabiex jitqiesu dispożizzjonijiet ġodda inkorporati fl-ADR, fl-RID u fl-ADN. L-emendi għall-ADR, għall-RID u għall-ADN u l-adattazzjonijiet korrispondenti għall-Annessi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess waqt. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju kif jixraq għat-traduzzjoni ta’ l-ADR, l-RID u l-ADN u kwalunkwe emenda għalihom fil-lingwi uffiċjali tagħhom.

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5).

(19)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Annessi ma’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba sabiex jemendaw jew iħassru elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jew sabiex jissupplimentaw din id-Direttiva biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)

Huwa meħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tkun tista’ tirrivedi l-listi tad-derogi nazzjonali u li tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fl-eventwalità ta’ xi aċċident jew inċident.

(21)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti ta’ żmien li normalment japplikaw għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitnaqqsu għall-adozzjoni ta’ l-adattamenti ta’ l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku.

(22)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar ta’ l-applikazzjoni uniformi ta’ regoli tas-sikurezza armonizzati fil-Komunità u livell għoli ta’ sikurezza għall-operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(23)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-impenn li assumew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, skond il-miri stabbiliti fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-iżvilupp (UNCED) f’Rio de Janeiro f’Ġunju ta’ l-1992, sabiex jaħdmu għall-armonizzazzjoni ta’ sistemi għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

(24)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirregola l-kondizzjonijiet tas-sikurezza li taħthom għandhom jiġu trasportati aġenti bijoloġiċi u organiżmi ġenetikament modifikati, irregolati skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (6), id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7), u d-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (8).

(25)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji oħra fl-oqsma tas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u tal-protezzjoni ta’ l-ambjent; partikolarment id-Direttiva Kwadru dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (9), u d-Direttivi subordinati għaliha.

(26)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (10), tipprevedi li bastimenti li jkollhom ċertifikat, maħruġ skond ir-Regolament għat-trasport ta’ sustanzi perikolużi fuq ir-Rhine, jistgħu jġorru oġġetti perikolużi fit-territorju Komunitarju kollu skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-istess ċertifikat. B’konsegwenza ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, id-Direttiva 2006/87/KE għandha tiġi emendata sabiex tħassar dik id-dispożizzjoni.

(27)

Huwa meħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn sentejn għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni sabiex jingħata żmien biżżejjed għall-adattament ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, għat-twaqqif ta’ oqfsa legali u għat-taħriġ ta’ persunal. Għandu jingħata perjodu tranżizzjonali ġenerali ta’ ħames snin għaċ-ċertifikati kollha tal-vapuri u ta’ persunal li jkunu nħarġu qabel jew matul il-perjodu tranżizzjonali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni, sakemm ma jkunx indikat perjodu iqsar ta’ validità fiċ-ċertifikat.

(28)

Id-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità, huwa wkoll meħtieġ li jiġu mħassra d-Direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifiki vokazzjonali ta’ konsulenti dwar is-sigurtà għat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (11), id-Direttiva 2000/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2000 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-eżami tal-konsulenti tas-sigurtà dwar it-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni (12), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/263/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza l-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE fir-rigward tat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq (13), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/180/KE ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza l-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE fir-rigward tat-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija (14).

(29)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (15), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li jillustraw, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew fuq passaġġi ta’ l-ilma interni fl-Istati Membri jew bejniethom, inkluż l-attivitajiet tat-tagħbija u l-ħatt, trasferimenti lejn jew minn mezz ieħor tat-trasport u waqfiet meħtieġa skond iċ-ċirkostanzi tat-trasport.

Iżda ma għandhiex tapplika għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi:

(a)

b’vetturi, vaguni jew bastimenti li jappartjenu lil jew huma fir-responsabbiltà tal-forzi armati;

(b)

b’bastimenti tal-baħar f’żoni marittimi li jiffurmaw parti minn passaġġi ta’ l-ilma interni;

(ċ)

b’laneċ li jaqsmu biss passaġġi ta’ l-ilma interni jew port; jew

(d)

imwettaq fil-perimetru ta’ żona magħluqa.

2.   It-Taqsima II.1 ta’ l-Anness II m’għandhiex tapplika għal Stati Membri li m’għandhomx sistema ferrovjarja, sakemm l-ebda sistema bħal din ma titwaqqaf fit-territorju tagħhom.

3.   Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx it-Taqsima III.1 ta’ l-Anness III għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a)

ma għandhomx passaġġi ta’ l-ilma interni;

(b)

il-passaġġi ta’ l-ilma interni tagħhom m’humiex magħquda, permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma inteni, ma’ permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma inteni ta’ Stati Membri oħra; jew

(ċ)

ma jiġux trasportati oġġetti perikolużi fuq il-permezz ta’ passaġġi ta’ l-ilma inteni tagħhom.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma japplikax id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Taqsima III.1, hu għandu jgħarraf b’dik id-deċiżjoni lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf b’dan lill-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti speċifiċi ta’ sikurezza għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom, fir-rigward ta’:

(a)

it-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ vetturi, vaguni u bastimenti ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni mhux koperti minn din id-Direttiva;

(b)

l-użu ta’ rotot preskritti;

(ċ)

regoli speċjali għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra skond il-każ.

5.   L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jew jipprojibixxu, strettament għal raġunijet li ma jkunux ta’ sikurezza waqt it-trasport, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)

“ADR” tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq, konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957, kif emendat;

(2)

“RID” tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija, muri bħala l-Appendiċi C mal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF) konkluż f’Vilnius fit-3 ta’ Ġunju 1999, kif emendat;

(3)

“ADN” tfisser il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq passaġġi ta’ l-ilma interni, konkluż f’Ġinevra fis-26 ta’ Mejju 2000, kif emendat;

(4)

“vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha ta’ lanqas erba’ roti u maħsuba għal veloċità massima li taqbeż l-25 km/h, flimkien mal-karrijiet tagħha, u bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji tal-ferrovija, makkinarju mobbli u tratturi agrikoli jew tal-foresterija li ma jivvjaġġawx b’veloċità li tisboq l-40 km fis-siegħa meta jkunu qed jittrasportaw oġġetti perikolużi;

(5)

“vagun” tfisser kwalunkwe vettura ferrovjarja, mingħajr il-faċilità ta’ awtopropulsjoni, li tinstaq fuq ir-roti tagħha fuq il-linji ferrovjarji u li tkun użata għall-ġarr ta’ oġġetti;

(6)

“bastiment” tfisser kwalunkwe bastiment ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni jew tal-baħar.

Artikolu 3

Dispożizzjonjiet ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, l-oġġetti perikolużi ma għandhomx jiġu trasportati jekk dan ikun projbit mill-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1, jew l-Anness III, Taqsima III.1

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali dwar l-aċċess għas-suq jew ir-regoli ġenerali applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi għandu jiġi awtorizzat, suġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1

Artikolu 4

Pajjiżi terzi

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandu jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ l-ADR, l-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi.

Artikolu 5

Restrizzjonijiet minħabba raġunijiet ta’ sikurezza tat-trasport

1.   L-Istati Membri jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ sikurezza tat-trasport, japplikaw dispożizzjonijiet, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni, aktar stretti dwar it-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ vetturi, vaguni u bastimenti ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni reġistrati jew li jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom.

2.   Jekk, fl-eventwalità ta’ xi aċċident jew inċident fit-territorju tiegħu, Stat Membru jqis li d-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza applikabbli nstabu li ma kinux biżżejjed sabiex jillimitaw il-perikli involuti fl-operazzjoni tat-trasport u jekk ikun hemm bżonn urġenti sabiex tittieħed azzjoni, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, fl-istadju ta’ l-ippjanar, bil-miżuri li huwa jipproponi li jieħu.

Konformement mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tawtorizzax l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati u dwar it-tul tal-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6

Derogi

1.   L-Istat Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ ilsna oħra barra dawk previsti fl-Annessi għall-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa fit-territorji tagħhom.

2.

(a)

Mingħajr preġudizzju għas-sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jitolbu derogi mill-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 għat-trasport fit-territorji tagħhom ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti perikolużi, bl-eċċezzjoni ta’ sustanzi ta’ livell medju jew għoli ta’ radjuattività, kemm-il darba l-kondizzjonijiet għal tali trasport ma jkunux aktar stretti mill-kondizzjonijiet stipulati f’dawk l-Annessi.

(b)

Mingħajr preġudizzju għas-sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll derogi mill-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom għal dan li ġej:

(i)

trasport lokali fuq distanzi qosra, jew

(ii)

trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar.

Il-Kummissjoni għandha f’kull każ teżamina jekk il-kondizzjonijiet stipulati fis-subparagrafi (a) u (b) ġewx sodisfatti u għandha tiddeċiedi, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), jekk tawtorizzax id-deroga u iżżidhiex mal-lista tad-derogi nazzjonali fl-Anness I, Taqsima I.3, fl-Anness II, Taqsima II.3 jew l-Anness III, Taqsima III.3.

3.   Id-derogi skond il-paragrafu 2 għandhom ikunu validi għal perjodu li ma jeċċedix sitt snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni, liema perjodu għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni. Fir-rigward tad-derogi eżistenti fl-Anness I, Taqsima I.3, l-Anness II, Taqsima II.3 u l-Anness III, Taqsima III.3, id-data ta’ awtorizzazzjoni għandha titqies li hija it-30 ta’ Ġunju 2009. Jekk ma jkunx indikat mod ieħor, id-derogi għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ sitt snin.

Id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

4.   Jekk Stat Membru jitlob l-estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal deroga, il-Kummissjoni għandha tanalizza d-deroga kkonċernata.

Jekk ma tiġix adottata l-ebda emenda għall-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 li tolqot is-suġġett tad-deroga, il-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skond l-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), għandha ġġedded l-awtorizzazzjoni għal perjodu ieħor li ma jeċċedix sitt snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni, li għandha tiġi stipulata fid-deċiżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.

Jekk tiġi adottata emenda għall-Anness I, Taqsima I.1, l-Anness II, Taqsima II.1 u l-Anness III, Taqsima III.1 li tolqot is-suġġett tad-deroga, il-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), tista’:

(a)

tiddikjara d-deroga bħala skaduta u tneħħiha mill-Anness rilevanti;

(b)

tnaqqas l-ambitu ta’ l-awtorizzazzjoni u temenda l-Anness rilevanti skond dan;

(ċ)

iġġedded l-awtorizzazzjoni għal perjodu ieħor li ma jeċċedix sitt snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni, u tali perjodu għandu jiġi stipulat fid-deċiżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.

5.   Kull Stat Membru jista’, b’mod eċċezzjonali u kemm-il darba s-sikurezza ma tiġix kompromessa, joħroġ awtorizzazzjoni individwali sabiex jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tiegħu li huma projbiti minn din id-Direttiva jew sabiex jitwettqu tali operazzjonijiet skond kondizzjonijiet differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva, bil-kondizzjoni li dawk l-operazzjonijiet ikunu definiti b’mod ċar u limitati fiż-żmien.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Fit-territorji rispettivi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness I, Taqsima I.2., fl-Anness II, Taqsima II.2. u fl-Anness III, Taqsima III.2.

L-Istati Membri li jżommu tali dispożizzjonijiet għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III, Taqsima III.1 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. F’dan il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fir-rigward ta’ passaġġi ta’ l-ilma interni, jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/35/KE u 2000/18/KE applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009.

Artikolu 8

Adattamenti

1.   L-emendi meħtieġa sabiex jadattaw l-Annessi mal-progress xjentifiku u tekniku, inkluż l-użu tat-teknoloġiji għall-insegwiment u t-traċċar, fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, partikolarment sabiex jitqiesu l-emendi għall-ADR, l-RID u l-ADN, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3).

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi sostenn finanzjarju, kif ikun meħtieġ, lill-Istati Membri għat-traduzzjoni ta’ l-ADR, ta’ l-RID u ta’ l-ADN u tal-modifiki tagħhom għall-lingwa uffiċjali.

Artikolu 9

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun wieħed ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 5a (3)(c) u (4)(b) u (e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar, xahar u xahrejn rispettivament.

Artikolu 10

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Ġunju 2009. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minnufih dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Emenda

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/87/KE huwa b’dan imħassar.

Artikolu 12

Tħassir

1.   Id-Direttivi 94/55/KE, 96/49/KE, 96/35/KE u 2000/18/KE huma b’dan imħassra b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2009.

Iċ-ċertifikati maħruġa skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi mħassra għandhom jibqgħu validi sad-dati ta’ l-iskadenza tagħhom.

2.   Id-Deċiżjonijiet 2005/263/KE u 2005/180/KE huma b’dan imħassra.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 256, 27.10.2007, p. 44.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU C 187E, 24.7.2008, p. 148), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' 7 ta' April 2008 (ĠU C 117E, 14.5.2008, p. 1), u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.

(4)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1.

(7)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21.

(9)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(10)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 145, 19.6.1996, p. 10.

(12)  ĠU L 118, 19.5.2000, p. 41.

(13)  ĠU L 85, 2.4.2005, p. 58.

(14)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 41.

(15)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


ANNESS I

TRASPORT BIT-TRIQ

I.1.   ADR

Fl-Annessi A u B ma’ l-ADR, kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa mifhum li l-frażi “parti kontraenti” tiġi mibdula bil-frażi “Stat Membru” kif xieraq.

I.2.   Dispożizzjonijiet transizzjonali addizzjonali

1.

L-Istati Membri jistgħu jżommu d-derogi adottati abbażi ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/55/KE sal-31 ta’ Diċembru 2010, jew, sa meta l-Anness I, Taqsima I.1, jiġi emendat, sabiex jirrifletti r-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi msemmija f’dak l-Artikolu, jekk dan iseħħ qabel.

2.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ tankijiet u vetturi mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1997 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, iżda li ġew prodotti b’konformità ma’ rekwiżiti nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996, sakemm tali tankijiet u vetturi jinżammu fil-livelli ta’ sikurezza meħtieġa.

Tankijiet u vetturi prodotti fl-1 ta’ Jannar 1997, jew wara, li ma jikkonformawx ma’ din id-direttiva imma li kienu nbnew skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/55/KE fis-seħħ fid-data tal-kostruzzjoni tagħhom, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport nazzjonali.

3.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru fejn it-temperatura ambjentali regolarment tkun inqas minn – 20 °C, jistgħu jimponu standards iktar stretti fir-rigward tat-temperatura operattiva ta’ materjali użati fl-ippakkjar bil-plastik, tankijiet u t-tagħmir tagħhom maħsubin għall-użu fit-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bit-triq sakemm it-temperaturi ta’ referenza, xierqa għal żoni klimatiċi speċifiċi, jiġu inkorporati fl-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva.

4.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali barra dawk fl-Anness fir-rigward tat-temperatura ta’ referenza għat-trasport fit-territorju tiegħu ta’ gassijiet likwefatti jew taħlitiet ta’ gassijiet likwefatti, sakemm dispożizzjonijiet relatati mat-temperaturi approprjati ta’ referenza għal żoni klimatiċi indikati jkunu inkorporati fl-istandards Ewropej u msemmija fl-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva.

5.

Għal operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa minn vetturi reġistrati fi ħdan it-territorju tiegħu, kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996 marbuta mal-wiri jew it-tpoġġija ta’ kodiċi ta’ azzjoni ta’ l-emerġenza, jew it-tabella tal-perikli, minflok in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-periklu stipulat fl-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva.

6.

L-Istati Membri jistgħu jżommu restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ sustanzi li jkun fihom id-diossini u l-furani (furans) applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 1996.

I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO = Triq

a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru ta’ l-ordni

Abbażi ta’ l-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-Direttiva

BE il-Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 tillimita l-kwantità ta’ splussiv għall-minjieri li jista’ jiġi trasportat f’vettura ordinarja għal 20 kg.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ’l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru 25 kg ta’ dinamita jew splussivi qawwija u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi bil-mutur ordinarji, suġġett għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal de 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE–2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.1.6

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE-3

Suġġett: Adozzjoni ta’ l-RO–a–UK–4.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

DE il-Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 4.1.10 u 7.5.2.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-pakketti mħallta u tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fid-deroga. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli mal-punt 1.1.3.6.4) m’għandu qatt jinqabeż.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex partijiet tal-karozzi għas-sikurezza jkunu jistgħu jitqassmu malajr, skond id-domanda lokali; minħabba l-varjetà kbira fl-għażla ta’ prodotti, il-ħażna ta’ dawn minn garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE–2

Suġġett: Deroga mill-ħtieġa sabiex ikun hemm dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-m’ hu għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif imfisser fil-punt 1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: mhu meħtieġ ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità ta’ l-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija fl-immarkar u l-ittikkettar tal-pakketti tkun ikkunsidrata bħala waħda suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun meħtieġ fejn tkun involuta d-distribuzzjoni lokali.

Id-deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-3

Suġġett: It-trasport ta’ l-istandards tal-kejl u pompi tal-karburant (imbattla, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Dispożizzjonijiet għan-numru NU 1202, 1203 u 1223.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-ipproċessar, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: kumparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss;

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE–5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakkettar ikkumbinat.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 4.1.10.4 MP2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni tal-pakkettar ikkumbinat.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ pakkettar ikkumbinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u trattamenti, fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’pakketti kkumbinati fil-grupp II ta’ l-ippakkettar u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

DK id-Danimarka

RO–a–DK–1

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ sustanzi perikolużi miġbura minn djar u ċerti impriżi sabiex jintremew.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 2, 4.1.4, 4.1.10, 5.2, 5.4 u 8.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat. Dispożizzjonijiet ta’ l-immarkar u t-tikkettar Id-dokument tat-trasport

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: il-pakketti interni li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ sustanzi kimiċi miġbura minn djar jew ċerti impriżi jista’ jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu tip ta’ pakketti esterni approvati min-NU. Il-kontenut ta’ kull pakkett intern m’għandux ikun aktar minn 5 kg jew 5 litri. Derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar, dokumentazzjoni u taħriġ.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR kollha meta jinġabru skart jew fdalijiet ta’ sustanzi kimiċi, minn djar u ċerti impriżi, sabiex jintremew. L-iskart tipikament jintrema f’pakketti li jinbiegħu mill-ħwienet bl-imnut.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq li jkun jinkludi l-pakketti ta’ sustanzi splussivi u l-pakketti ta’ detonaturi fuq l-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5.2.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-pakkettar imħallat.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-regoli ta’ l-ADR għandhom jitħarsu meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Hemm ħtieġa prattika sabiex fl-istess vettura jkunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi meta dawn l-oġġetti jkunu qed jiġu trasportati mill-maħżen lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġislazzjoni Daniża dwar it-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-tip ta’ trasport b’dawn il-kondizzjonijiet:

(1)

Ikunu qed jiġi trasportati mhux aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

(2)

Ikunu qed jiġi trasportati mhux aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi taħt il-Grupp B.

(3)

Id-detonaturi u sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f’pakketti ċċertifikati min-NU skond r-regoli li hemm fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

(4)

Id-distanza bejn l-ippakkettar li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih sustanzi splussivi għandha tkun minn ta’ l-anqas metru. Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma ħesrem tal-brejkijiet. Il-pakketti li fihom ikun hemm sustanzi splussivi u dawk li jkun fihom id-detonaturi għandhom jitpoġġew b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jitneħħew malajr mill-vettura.

(5)

Għandhom jitħarsu r-regoli l-oħra kollha dwar it-trasport ta’ l-oġġetti perikolużi bit-triq.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

FI il-Finlandja

RO–a–FI–1

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti bix-xarabankijiet u materjali radjuattivi b’attività baxxa fi kwantitajiet żgħar għall-kura tas-saħħa u r-riċerka

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 4.1, 5.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-pakkettar, dokumentazzjoni

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi, f’ċerti ammonti taħt il-limitu ta’ 1.1.3.6 b’piż nett massimu ta’ mhux aktar minn 200 kg, fix-xarabankijiet huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jintlaħqu r-rekwiżiti tal-pakkettar kollha. Waqt it-trasport ta’ materjali radjuattivi ta’ attività baxxa sa massimu ta’ 50 kg għall-kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma tinħtieġx li tkun immarkata jew mgħammra skond l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FI–2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mogħtija fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.1.6

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-pakketti vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontejners, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri ta’ gass ta’ elementi multipli (“MEGCs”).

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank vojta u mhux imnaddfa li fihom jinġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien ma’ isem il-prodott bl-aktar temperatura baxxa sabiex jieħu n-nar. “Vettura bit-tank vojta, 3, l-aħħar tgħabbija: NU 1203 Motor spirit, II”.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FI–3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar ta’ l-unità ta’ trasport għall-isplussivi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.3.2.1.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi lewn oranġjo.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Unitajiet ta’ trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-pjanċi skond il-mudell Nru 1.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RO–a–FR–1

Suġġett: It-trasport ta’ tagħmir radjografiku tar-raġġi gamma li huwa portabbli u mobbli (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: l-Annessi A u B

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tagħmir radjografiku tar-raġġi gamma minn utenti f’vetturi speċjali huwa eżentat iżda suġġett għal regoli speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 28.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni u ttrattat bħala partijiet anatomiċi koperti min-NU 3291 b’piż ta’ inqas minn jew ugwali għal 15 kg.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: l-Annessi A u B

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ l-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskji ta’ infezzjonijiet u ttrattat bħala partijiet anatomiċi koperti min-NU 3291 b’piż ta’ inqas minn jew ugwali għal 15 kg.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 12.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR–3

Suġġett: It-trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u sustanzi perikolużi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja ta’ l-idejn (hand luggage): japplikaw biss id-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakketti kif stabbilit fil-punt 4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 21.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

Kummenti: Fil-bagalja ta’ l-idejn huwa permess li jkun hemm oġġetti perikolużi li jkunu biss għal użu personali jew inkella għall-użu professjonali. Għal kull vjaġġ jistgħu jiġu trasportati fl-ammonti meħtieġa kontenituri ta’ gass li jiġi trasportat għal pazjenti li jbatu minn problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FR–4

Suġġett: Awtodeskrizzjoni tat-trasport ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: L-obbligu li jkun hemm dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Awtodeskrizzjoni tat-trasport ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-punt 1.1.3.6. mhix suġġetta għall-obbligu li jkun hemm dokument tat-trasport kif hemm stabbilit fil-punt 5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 23-2.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

IE - l-Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 ta’ l-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr tal-perstiċidi tal-Klass 3 ta’ l-ADR, elenkati fil-punt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (temperatura sabiex jieħu n-nar < 23 °C) u l-Klassi 6.1 ta’ l-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’temperatura sabiex jieħu n-nar ta’ anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 ta’ l-ADR

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għal dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 ta’ l-ADR u 6.1, fejn il-kwantità ta’ l-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 ta’ l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 89(9) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004.

Kummenti: Rekwiżiti onerużi, bla bżonn għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ tali pestiċidi.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE–2

Suġġett: L-eżenzjoni minn uħud mid-dispożizzjoni ta’ l-ADR dwar il-pakkettar, l-immarkar u t-tikkettar tal-ġarr, lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi, fi kwantitajiet żgħar (taħt il-limiti fil-punt 1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 ta’ l-ADR, li juru n-numri rispettivi ta’ l-identitifikazzjoni tas-sustanza NU0092, NU0093, NU0403 jew NU0404.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar il-pakkettar, l-immarkar u t-tikkettar tal-ġarr ta’ materjal pirotekniku skadut, li juri n-numru NU rispettivi NU0092, NU0093, NU0403, NU0404, lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkettar ta’ l-ADR jitħarsu u fid-dokument tat-trasport tkun inkluża informazzjoni addizzjonali. Tapplika biss għat-trasport lokali, għall-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar minn dan il-materjal pirotekniku skadut, għal rimi sikur.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(10) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004.

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ murtali skaduti għall-emerġenza fuq il-baħar speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari sabiex jintremew ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-pakkettar. Id-deroga għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna mhux imnaddfa u nominalment vojta (għall-ħżin f’postijiet fissi), għall-finijiet ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew skreppjar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.7 u 6.8

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8 ta’ l-ADR għat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħażna mhux imnaddfa u nominalment vojta (għall-ħżin f’postijiet fissi), għall-finijiet ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew skreppjar, bil-kondizzjoni li (a) sa l-aktar li jkun jista’ raġonevolment jitneħħa, il-pajpijiet li kienu konnessi mat-tank jkunu tneħħew; (b) titwaħħal fit-tank valvola ta’ ħelsien mill-pressjoni adatta, li tibqa’ operattiva matul it-trasport; u (c) mingħajr preġudizzju għall-kondizzjoni (b) l-aperturi kollha fit-tank u fil-pajpijiet mwaħħla magħhom ġew issiġillati sabiex jipprevjenu kull ħruġ ta’ oġġetti perikolużi, sakemm ikun raġonevolment fattibbli.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi fi stabbilimenti fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikunu trasportati lejn stabbilimenti differenti għat-tindif, tiswija, eċċ.

Preċedentement skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE–4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, Parti 7 u Anness B ta’ l-ADR, fir-rigward tat-trasport taċ-ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributi awtomatiċi (ta’ xorb) meta huma ttrasportati fuq l-istess vettura tax-xorb (li għalihom għandhom jintużaw).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Kapitoli 5.3, 5.4, Parti 7 u Anness B

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, il-dokumentazzjoni tat-trasport u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, il-Parti 7 u l-Anness B ta’ l-ADR, fir-rigward taċ-ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributi awtomatiċi ta’ xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass huma ttrasportati fuq l-istess vettura tax-xorb (li għalihom għandhom jintużaw).

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: L-attivitajiet prinċiplai jikkonsistu fit-tqassim ta’ pakketti ta’ xorb, li mhumiex sustanzi ta’ l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri li jkun fihom il-gass assoċjat magħhom.

Preċedentement skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fit-territorju ta’ l-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u ttestjar ta’ kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom li jinsabu fi 6.2. e 4.1. ta’ l-ADR u applikabbli għal ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, li wettqu trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni nbnew, ġew ittestjati u użati skond il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda, iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini tat-trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tqassmu lokalment f’kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 ta’ l-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u ttestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 ta’ l-ADR.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1. u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 ta’ l-ADR, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni nbnew u ġew ittestjati skond il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ntużaw skond il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ntbagħtu lura lill-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, (iv) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ntbagħtu lura lill-utent finali fi vjaġġ wieħed, li sar f’ġurnata, mid-destinatarju tat-trasport multimodali inkluż it-trasport marittimu (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Istat u meħuda lura nominalment vojta lill-pajjiż ta’ l-oriġini tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tqassmu lokalment fl-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, rikjesti mill-utenti finali, li tirriżulta mill-ħtieġa li jiġu impurtati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura lill-pajjiż ta’ l-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid b’gassijiet espressament speċifikati, u ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja mhumiex konformi ma’ l-ADR, huma konformi għall-finijiet tal-kodiċi IMDG u aċċettati minnu. It-trasport multimodali, li jibda minn barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fl-istabbilimenti ta’ l-importatur, minn fejn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni huma maħsuba sabiex jitqassmu lill-utenti finali lokalment, fuq it-territorju ta’ l-Irlanda, u fi kwantitajiet żgħar. Dan it-trasport fuq it-territorju ta’ l-Irlanda għandu jsir fir-rispett ta’ l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

LT il-Litwanja

RO–a–LT–1

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK-6.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje”.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RO–a–UK–1

Suġġett: It-trasport ta’ ċerti oġġetti b’radjuattività baxxa bħal arloġġi, strumenti li jindunaw bid-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Ħafna mir-rekwiżiti ta’ l-ADR

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li jkun fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes minn bniedem; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja ta’ mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura ta’ terminu qasir, li ma tibqax tinħtieġ aktar meta emendi simili għar-regoli ta’ l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika (IAEA) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinżamm dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra mill-Klassi 7) kif ddefinit fil-1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport ma jkunx meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jiffurmaw parti minn tagħbija akbar.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, meta d-dokument tat-trasport mhuwiex dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjuattività b’livell baxx sabiex iġorru tagħmir ta’ kontra n-nar (E4).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.1.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat għat-tifi tan-nar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit sabiex jinġarr tagħmir għat-tifi tan-nar (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regulation 5(4)(d).

Kummenti: It-trasport ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–4

Suġġett: It-tqassim ta’ oġġetti f’pakketti interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa ta’ l-imnut lill-utenti finali (N1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakkettar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkati b’mod ieħor jekk ikun fihom oġġetti previsti fix-Schedule 3.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ l-ADR mhumiex xierqa għall-aħħar stadji ta’ trasport minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew inkella mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent finali. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri ta’ ġewwa ta’ l-oġġetti għat-tqassim għall-bejgħ bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkettar ta’ barra.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–5

Suġġett: sabiex ikun hemm “kwantità massima totali” differenti “għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jkunu trasportati għal kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4.

Kummenti: Li jitħallew limiti differenti ta’ kwantità għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-kategorija 1 u “500” għall-kategorija 2. Sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata tagħbija mħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-kategorija tat-trasport 1 u “2” għall-kategorija tat-trasport 2.

Preċedentement deroga skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa netta massima ta’ splussiv awtorizzat fuq il-vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5.5.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq kwantitajiet għal sustanzi u oġġetti splussivi li jkunu ttrasportati.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq kwantitajiet għal sustanzi u oġġetti splussivi li jkunu ttrasportati.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta massima ta’ 5 000 kg fil-vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jittieħdu lejn l-Ewropa jkunu kbar jew goffi, u dawn jaqbżu madwar iż-2,5 m fit-tul. Primarjament dawn ikunu oġġetti li jisplodu u jkunu għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni għall-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jkunu jistgħu jitgħabbew u jitħattew. Xi oġġetti jista’ jeħtieġu tagħmir speċjalizzat tat-tagħbija u l-ħatt fil-bidu u fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika, iżda, dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi tat-tip EX/III li qed jintużaw fir-Renju Unit, u dan ikun ferm ta’ piż għall-industrija sabiex issir talba għal aktar vetturi speċjalizzati tat-tip EX/III sabiex dawn jinbnew ħalli jġorru dan it-tip ta’ splussivi.

Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu l-vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari li hemm fid-Direttiva Kwadru. sabiex tissolva din il-problema, ir-Renju Unit dejjem ippermetta t-trasport ta’ mhux aktar minn 5 000 kg ta’ dan it-tip ta’ oġġetti fuq vetturi EX/II. Il-limitu li hemm bħalissa mhuwiex dejjem suffiċjenti, għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg fi splussivi.

Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin “50”) li rrigwardaw l-isplużjoni ta’ materjal splussiv b’toqol ta’ aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw mill-ħruq ta’ tajers u minn sistema ta’ l-exhaust sħun li tat in-nar lix-sheeting. In-nirien setgħu tqabbdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittima.

Hemm evidenza empirika li turi li oġġetti splussivi ppakkjati kif suppost ma jkunux jistgħu jisplodu minħabba xi impatt, eż. meta l-vettura tkun involuta f’xi kolliżjoni. L-evidenza minn rapporti militari u minn informazzjoni ġejja minn testijiet li saru fuq l-impatt ta’ missili juru li sabiex ikun hemm splużjoni ta’ skrataċ, irid ikun hemm veloċità ta’ l-impatt ‘il fuq minn dik maħluqa minn drop test ta’ 12-il metru.

L-istandards ta’ sikurezza li hemm bħalissa mhux se jintlaqtu.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.4 u 8.5 S1(6)

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Tipprevedi pparkjar mingħajr periklu u faċilitajiet ta’ superviżjoni, imma m’ hemmx ħtieġa li ċerta tagħbija tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti, kif stabbilit fi 8.5 S1(6) ta’ l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni ta’ l-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–8

Suġġett: It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni nazzjonali hija inqas stretta fejn għandu x’jaqsam it-trasport imħallat ta’ splussivi, bil-kondizzjoni li dan it-trasport ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-isplussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “jkunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’ kwalunkwe oġġetti minn dawn, jew inkella li jpoġġu tali oġġetti fil-periklu jew li jkunu mhedda minn tali oġġetti”.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura ma’ l-oġġetti perikolużi li ġew allokati n-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa għat-tagħbija għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D;

2.

Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jkunu trasportati fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet li jieħdu n-nar, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tat-tieni kategorija tat-trasport jew oġġetti perikolużi tat-tielet kategorija tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, bil-kondizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tat-tieni kategorija tat-trasport ma’ tisboqx il-500 kg jew 500 litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-isplussivi ma tisboqx il-500 kg;

3.

Splussivi ta’ 1.4G jistgħu jkunu trasportati flimkien ma’ likwidi li jaqbdu malajr u gassijiet li jieħdu n-nar fit-tieni kategorija tat-trasport jew ma’ gassijiet li ma jieħdux in-nar u li mhumiex tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew f’xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, bil-kondizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi kollha f’daqqa ma taqbiżx/jaqbiżx il-200 kg jew 200 litru u l-massa totali netta ta’ splussivi ma taqbiżx l-200 kg;

4.

Oġġetti li jisplodu li ġew allokati n-numri ta’ klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jiġu trasportati ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li għalihom dawn huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva sabiex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjuattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.3.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Il-kriterju sabiex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata b’dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

1.

Il-vetturi għandhom jew:

(a)

ikollhom avviż skond id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ 5.3.2 ta’ l-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vetturi ta’ inqas minn 3 500 kg bħala toqol, li jkunu qed iġorru inqas minn għaxar kaxxi li jkun fihom materjal mhux fissili jew fissili (mhux radjuattiv), u fejn l-għadd ta’ l-indiċijiet tat-trasport ta’ dawn il-pakki ma jkunx jaqbeż il-valur ta’ 3, jistgħu jġorru alternattivament avviż li jaqbel mar-rekwiżit tal-paragarfu 2.

2.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-avviż li għandu jintwera fuq il-vettura waqt it-trasport ta’ materjal radjuattiv għandu jkun f’konformità ma’ dan li ġej:

(a)

Għandu jkun mhux inqas minn 12 ċm kwadru. L-ittri kollha ta’ fuq l-avviż għandhom ikunu ta’ lewn iswed, b’tipa grassa, u leġġibbli. L-ittri kollha għandhom ikunu intaljati jew stampati. L-ittri kbar fil-kelma “RADJUATTIV” ma għandhomx ikunu inqas minn 12 mm fl-għoli u l-ittri kbar l-oħra kollha ma għandhomx ikunu inqas minn 5 mm fl-għoli.

(b)

Dan ma għandux jinħaraq b’tali mod u manjiera li l-kliem ta’ fuq l-avviż għandu jibqa’ jinqara anki wara li dan ikun ġie espost għal xi ħruq tal-vettura.

(ċ)

Għandu jitwaħħal tajjeb fuq il-vettura f’pożizzjoni fejn ikun jidher b’mod ċar għas-sewwieq, iżda li ma jtellifx il-vista tiegħu tat-triq, u għandu jkun muri biss meta fuq il-vettura jkun qed jiġi trasportat materjal radjuattiv.

(d)

Għandu jkun f’forma miftiehma, u għandu juri l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon f’każ ta’ xi emerġenza.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Id-deroga hija meħtieġa għal ċaqliq limitat ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjal radjuattiv, primarjament monodożi ta’ materjal radjuattiv għal pazjenti bejn il-faċilitajiet ta’ l-isptar lokali, fejn jintużaw vetturi żgħar u fejn mhux sempliċi li jitwaħħlu pjanċi oranġjo żgħar. L-esperjenza wriet li għal dawn il-vetturi it-twaħħil ta’ pjanċi oranġjo huwa wieħed problematiku, u huwa diffiċli li dawn jinżammu f’kondizzjonijiet normali ta’ trasport. Il-vetturi għandhom ikunu mmarkati bi pjanċi li juru l-kontenut f’konformità ma’ 5.3.1.5.2 (u normalment 5.3.1.7.4) ta’ l-ADR, u li dawn ikunu jispeċifikaw b’mod ċar il-periklu. Barra minn hekk, għandu jitwaħħal f’post fejn jidher avviż li ma jkunx jista’ jinħaraq u li fuqu jkun hemm l-informazzjoni rilevanti fil-każ ta’ emerġenza. Fil-prattika, se jkun hemm aktar informazzjoni ta’ sikurezza milli skond ir-rekwiżiti ta’ 5.3.2 ta’ l-ADR.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

Abbażi ta’ l-Artikolu 6(3(b)(i) ta’ din id-Direttiva

BE il-Belġju

RO–bi–BE–1

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport fi triq pubblika.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Derogi 2-89, 4-97 u 2-2000.

Kummenti: Oġġetti perikolużi trasferiti bejn żewġ siti industrijali

Deroga 2-89: qsim ta’ triq prinċipali pubblika (prodotti kimiċi f’pakketti);

deroga 4-97: distanza ta’ 2 km (lingotti tal-ħadid (pig-iron) f’temperatura ta’ 600 °C).

deroga 2-2000: distanza ta’ madwar 500 m (Kontenitur Gross Intermedju (“IBC”), PG II, III, Klassijiet 3, 5.1, 6.1, 8 u 9).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–2

Suġġett: Ċaqliq ta’ tankijiet ta’ ħażna li mhumiex maħsuba bħala tagħmir ta’ trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.2. (f)

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Tawtorizza ċ-ċaqliq ta’ tankijiet ta’ ħażna nominalment vojta għat-tindif/tiswija.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni 6-82, 2-85.

Kummenti: Deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 7 (skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–3

Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa.

It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tas-sede prinċipali).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

1.

Taħriġ dwar “Pakketti”

2.

Taħriġ dwar “Tankijiet”

3.

Taħriġ speċjali Klassi 1

4.

Taħriġ speċjali Klassi 7

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni tal-korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti.

Kummenti: Qed jiġi propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mis-sede prinċipali - it-taħriġ għandu jdum skond ir-rekwiżiti ta’ l-ADR – wara ħames snin, is-sewwieq ikun obbligat isegwi kors ta’ aġġornament u li jgħaddi mill-eżami – iċ-ċertifikat jistipola t-“trasport nazzjonali ta’ oġġetti NU 1202, 1203 u 12223 skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/68/KE.”

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet sabiex dawn ikunu eliminati permezz ta’ inċinerazzjoni.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 3.2

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fil-Kapitolu 3.2, huwa permess l-użu ta’ kontenitur-tank bil-kodiċi L4BH minflok il-kodiċi L4DH għat-trasport ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, n.o.s. (mhux speċifikati b’mod ieħor) f’kondizzjonijiet speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Deroga 01 – 2002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–5

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż lejn impjanti ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.2, 5.4, 6.1 (regolament il-qadim: A5, 2X14, 2X12)

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar il-pakkettar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skond l-ADR, dan huwa assenjat lil gruppi differenti (solventi li jaqbdu, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan l-istess grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-pakketti huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat għat-trasport ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart sa l-impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni ta’ l-RO–bi–SE–5.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni ta’ l-RO–bi–SE-6.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE–8

Suġġett: Adozzjoni ta’ l-RO–bi–UK–2.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

DE il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.1.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta’ 1.4S), 5.2 u 7:

Ebda indikazzjoni m’hi meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi ta’ kaxex, jekk il-punt 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-Annessi A u B;

(ċ)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport ta’ l-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx fattibbli fit-tip ta’ traffiku kkonċernat.

Id-deroga hija reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22. (skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE–2

Suġġett: Trasport bl-ingrossa ta’ materjal tal-Klassi 9 kontaminat bil-PCB.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Trasport bl-ingrossa.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport bl-ingrossa f’vetturi interkambjabbli jew kontejners issiġillati kontra t-trab u impermeabbli għal-likwidi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE–3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1 sa 5

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, pakkettar u mmarkar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Pakkettar ikkumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart għandu jkun ppakkjat f’pakketti interni (waqt il-ġbir) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan grupp); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-kategoriji ta’ skart u bħala kopja ta’ kargu; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

DK id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għat-trasport ta’ prodotti ta’ żejt minerali tal-Klassi 3, ta’ l-oġġetti NU 1202, 1203 e 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 fir-rigward tad-distribuzzjoni (oġġetti li jridu jiġu kkonsenjati lil destinatarju wieħed jew aktar u ġbir ta’ oġġetti mibgħuta lura f’sitwazzjonijiet analogi) jekk l-istruzzjonjiet bil-miktub, barra l-informazzjoni meħtieġa mill-ADR, ikun fihom l-informazzjoni dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15 ta’ Awwissu 2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni li tiġġustifika din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp ta’ tagħmir elettroniku jagħmel possibbli, pereżempju, li kumpaniji taż-żejt li jagħmlu użu kontinwu minnu sabiex jibagħtu lill-vetturi informazzjoni dwar il-klijentela. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-vjaġġ u din tgħaddi għand il-vettura matul il-vjaġġ, ma jkunx possibbli li jimtlew id-dokumenti tat-trasport qabel ma jibda l-vjaġġ. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Bħalissa teżisti deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni analoga skond l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

EL il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31 ta’ Diċembru 2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, spezzjonijiet u testijiet, u mmarkar ta’ tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri-tank u partijiet tat-tank interkambjabbli, bil-partijiet ta’ barra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi-batterija u kontenituri għall-gass b’element multepliċi (multiple element gas containers MEGCs).

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorja: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri-tank li l-ewwel reġistrazzjoni saret fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1985 u l-31 ta’ Diċembru 2001 jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjal perikoluż li ġej (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Din il-modalità ta’ trasport hija maħsuba għal kwantitajiet żgħar jew bħala trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skond:

1.

Il-paragrafi ta’ l-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211 151, 211 152, 211 153, 211 154).

2.

Il-ħxuna minima tal-qoxra ta’ barra tkun 3 mm għal tankijiet li jkollhom kompartimenti b’kapaċità sa 3 500 litru u minn talanqas 4 mm ħxuna ta’ ħadid azzarjat għal tankijiet b’kompartimenti ta’ kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li jkunu ġejjin minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn ikunu ġew reġistrati qabel. F’każ li ma jkunx hemm disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.8.2.1.17 (211 127).

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211 128, 6.8.2.1.28 (211 129), paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211 130, 211 131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2002, bil-ħxuna tal-qoxra tagħhom li tkun inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211 127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO-bi–EL–2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti ta’ bażi marbuta mal-kostruzzjoni tal-vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ vetturi ta’ bażi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi (kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) ta’ l-Anness B mad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

Huwa meħtieġ li jkunu rispettati r-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system) u jekk ġiet applikata sistema EBS (endurance braking system) skond id-definizzjoni ta’ 9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun provduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbda direttament mal-batterija (paragrafu marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu li jerfa’ fus ta’ karru (bogie axle) għandu jkun installat fejn ġie oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u għandu jkun protett f’kaxxa siġillata (paragrafu marġinali 220 517).

Fl-ispeċifiku, il-vetturi bit-tank b’volum massimu inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali ta’ diżil għat-tisħin (NU: 1202) għandhom jisoddisfaw ir-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5, iżda mhux neċessarjament l-oħrajn.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (Rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.)

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija fuq huwa żgħir, meta mqabbel ma’ l-għadd totali ta’ vetturi reġistrati diġà, u barra minn hekk dawn huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti li jiġu trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

ES Spanja

RO–bi–ES–1

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra (anhydrous ammonia).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.8.2.2.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali ta’ għeluq [lateral shut-off devices]), il-valvola interna ta’ għeluq u fejn hi mqiegħda għandhom ikunu protetti kontra l-possibbiltà li jitqaċċtu f’każ ta’ forza qawwija esterna jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu għal dawn il-forzi. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u kuperċi protettivi għandhom ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonali.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni ta’ ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1992 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza esterna, minklok interna, bil-kondizzjoni li joffru protezzjoni talanqas ekwivalenti għal dik mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Real Decreto 2115/1998. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1992, tip ta’ ta mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza esterna ntuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni ta’ ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw b’tagħbija fuq it-toroq, iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

FI il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika ta’ l-informazzjoni fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.2.1 (a)

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permess li jintuża n-numru tad-detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondu għal 1 kg splossivi) minklok il-massa effettiva netta tas-sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: L-informazzjoni titqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-finijiet ta’ l-użu ta’ splussivi fis-settur tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga hija reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 31.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta’ dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li titħatt it-tagħbija minn fuq il-bastiment.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 23-4.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR–2

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti tal-Klassi 1 flimkien ma’ materjal perikoluż fi klassijiet oħra (91).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5.2.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Il-projbizzjoni kontra t-tagħbija flimkien ta’ pakketti b’tikketti differenti ta’ periklu.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-possibbiltà li jiġu trasportati flimkien detonaturi sempliċi jew assemblati u oġġetti li mhumiex fil-Klassi 1, iżda suġġett għal ċerti kondizzjonijiet u għal distanzi ta’ mhux inqas minn jew ugwali għal 200 km fi Franza.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 26.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR–3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi ta’ ħażna ta’ gass ta’ żejt likwefatt (LPG) (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi ta’ ħażna ta’ LPG huwa suġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 30.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR–4

Suġġett: Kondizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni ta’ vetturi użati għal trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route - Artikolu 29-2 - Anness D4.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

IE - l-Irlanda

RO-bi–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 5.4.1.1.1. li jkun indikat: (i) l-isem u l-indirizz tad-destinatarji, (ii) in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali ta’ oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, meta jiġu trasportati lill-utenti finali pitrolju, diżil jew gass ta’ żejt likwefatt li jkollhom in-numru ta’ identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, 1202 u 1965.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: F’każ ta’ trasport lejn l-utent finali ta’ pitrolju, diżil jew gass ta’ żejt likwefatt li jkollhom in-numru ta’ identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965, kif speċifikat fl-Appendiċi B.5. ta’ l-Annes B ta’ l-ADR, mhuwiex meħtieġ li jkun inkluż fuq l-unità ta’ trasport l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, kontenituri jew reċipjenti intermedjarji bl-ingrossa, u lanqas il-kwantità totali ta’ oġġetti trasportati.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Meta jiġi kkonsenjat iż-żejt għat-tisħin tad-djar lill-klijenti domestiċi, hija prattika komuni li “jimtela” t-tank ta’ ħżin tal-klijent – b’hekk il-kwantità konsenjata ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti moqdija (fi vjaġġ wieħed) mhu magħruf meta li t-tank mimli jibda jqassam. F’każ ta’ konsenja ta’ ċilindri ta’ LPG għal konsum domestiku, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċiċlindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kwantità rċevuta mhumiex magħrufa mill-bidu ta’ l-operazzjone tat-trasport.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE–2

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għal dak li għandu x’jaqsam mat-trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport ta’ l-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: B’mod partikolari fil-każ ta’ konsenji ta’ petrol jew diżil lil pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-karburant (biex terġa’ timtela għal konsenji oħra) immedjatament wara li kkonsenjat it-tagħbija lill-aħħar klijent.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, suġġetti għad-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11. jew S1 fil-punt 8.5, f’post pubbliku mingħajr awtorizzazzjoni speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5 u 8.5

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-ipproċessar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku huwa permess mingħajr awtorizzazzjoni speċjali mill-awtoritajiet kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 7.5.11. jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fit-territorju statali, din id-dispożizzjoni tirrappreżenta obbligu oneruż ħafna għall-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE–4

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-trasport f’tankijiet ta’ matriċi ta’ emulsjonijiet splussivi (Emulsion Explosive Matrix), bin-numru ta’ l-identifikazzjoni NU 3375.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 4.3

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ tankijiet, eċċ.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Tippermetti t-trasport f’tankijiet ta’ matriċi ta’ emulsjonijiet splussivi, bin-numru ta’ l-identifikazzjoni NU 3375.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(6) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Il-matriċi, minkejja li kklassifikata bħala solidu, mhijiex fi trab u lanqas fi ħbub.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni mill-“projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta” tal-punt 7.5.2.1. għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġjar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B ta’ l-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D ta’ l-ADR Klassi 1 jisgħu jkunu trasportati fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 ta’ ADR bil-kondizzjoni li (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 ta’ l-ADR ikunu trasportati f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u fir-rispett tal-kondizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 ta’ l-ADR ikunu trasportati f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti imposti mill-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, kostruzzjoni, ittestjar, eżami, tħaddim u użu.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Ikun permess, f’kondizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 - (jiġifieri “Trakkijiet b’pompa”).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE–6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli għall-mili u t-tbattil li huma mqabbda permanentement mat-tank tal-vettura għandhom ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 4.3

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi b’tank.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Irkiekel tal-manek flessibbli (inkluż pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla mal-vetturi b’tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru ta’ identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1202, NU 1223, NU 1011 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq bil-kondizzjoni li jiġu adottati miżuri adegwati sabiex it-telf ta’ kontenut ikun prevenut.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Il-manek flessibbli mwaħħla ma’ vetturi b’tank għall-konsenji domestiċi għandhom jibqgħu mimlija f’kwalunkwe mument anki matul it-trasport. Is-sistema tat-tbattil huwa magħruf bħala “sistema ta’ kejl bil-linja umda” li teħtieġ li l-manka tat-tank għandu jkun mimli u l-arloġġ jaħdem, sabiex jiggarantixxu li l-klijent jirċievi l-kwantità ta’ prodott korretta.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1. u 7.5.11. ta’ l-ADR għat-trasport bl-ingrossa ta’ fertilizzanti bin-nitrat ta’ l-ammonju NU 2067 mill-portijiet għad-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument tat-trasport separat, bil-kwantità totali eżatta u d-dettalji tat-tagħbija, għal kull vjaġġ ta’ trasport u r-rekwiżiti għall-vettura sabiex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Deroga proposta sabiex jitħallew il-modifiki tar-rekwiżiti ta’ l-ADR dwar id-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-aspetti prattiċi tat-trasport bl-ingrossa bejn il-port u d-destinatarju.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR jeħtieġu (a) dokument tat-trasport separat, li fih il-massa totali ta’ l-oġġetti perikolużi trasportati għat-tagħbija partikolari, u (b) id-dispożizzjoni speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju matul il-ħatt minn bastiment li jġorr merkanzija bl-ingrossa. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment li jġorr merkanzija bl-ingrossa, li jinvolvi tagħbija multepliċi għat-trasport [fl-istess ġurnata jew fi ġranet wara xulxin] ta’ l-istess sustanza bejn il-bastimenti u d-destinatarji, dokument tat-trasport wieħed biss li jindika l-massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun neċessarja l-konformità mar-rekwiżit tad-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

LT il-Litwanja

RO–bi–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ l-RO–bi–EL-1.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje”.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–LT–2

Suġġett: Adozzjoni ta’ l-RO–bi–EL–2.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje”.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

NL l-Olanda

RO–bi–NL–1

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6; 3.3; 4.1.4; 4.1.6; 4.1.8; 4.1.10; 5.2.2; 5.4.0; 5.4.1; 5.4.3; 7.5.4; 7.5.7; 8.1.2.1, (a) u (b); 8.1.5, (c); 8.3.6.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

1.1.3.6: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jiġu trasportati għal kull unità ta’ trasport.

3.3: Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

4.1.4:Lista bl-istruzzjonijiet għall-ippakkjar; 4.1.6: Rekwiżiti speċjali ta’ ppakkjar għal oġġetti tal-Klassi 2;

4.1.8: Rekwiżiti speċjali ta’ ppakkjar għal sustanzi li jistgħu jwasslu għal xi infezzjoni; 4.1.10: Rekwiżiti speċjali għal ippakkjar kollettiv.

5.2.2: Tikkettar ta’ pakketti ta’ trasport; 5.4.0: L-oġġetti trasportati fl-ambitu ta’ l-iskema ta’ l-ADR għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni prevista f’dan il-kapitolu, jekk applikabbli, sakemm tingħata eżenzjoni skond 1.1.3.1. sa 1.1.3.5; 5.4.1: dokument ta’ tranżitu għal oġġetti perikolużi flimkien ma’ informazzjoni relatata; 5.4.3: struzzjonijiet bil-miktub.

7.5.4: Prekawzjonijiet dwar ikel, oġġetti oħra ta’ konsum u għalf; 7.5.7: l-ipproċessar u l-istivar.

8.1.2.1: Barra mid-dokumentazzjoni meħtieġa skond il-liġi, id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu abbord l-unità ta’ trasport: (a) id-dokumenti ta’ tranżitu msemmija fil-punt 5.4.1 u li jkunu jkopru l-oġġetti perikolużi kollha li qed jiġu trasportati u, jekk applikabbli, iċ-ċertifikat tat-tagħbija tal-kontejner kif imfisser fil-punt 5.4.2; (b) l-istruzzjonijiet bil-miktub kif stabbilit fil-punt 5.4.3, li jittrattaw l-oġġetti perikolużi kollha li qed jiġu trasportati; 8.1.5: kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra: (c) bl-apparat meħtieġ li jippermetti t-twettiq ta’ miżuri supplimentari u speċjali kif indikat fl-istruzzjonijiet bil-miktub imsemmija fi 5.4.3.

8.3.6: Il-magna titħalla mqabbda matul it-tagħbija u l-ħatt.

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR li ġejjin ma għandhomx japplikaw:

(a)

1.1.3.6;

(b)

3.3;

(ċ)

4.1.4; 4.1.6; 4.1.8; 4.1.10;

(d)

5.2.2; 5.4.0; 5.4.1; 5.4.3;

(e)

7.5.4; 7.5.7;

(f)

8.1.2.1. (a) u (b); 8.1.5. (c); 8.3.6.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 3 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: L-iskema tfasslet b’tali mod sabiex ċittadini privati jkunu jistgħu jippreżentaw “skart kimiku żgħir” f’sit wieħed. Dan japplika għal fdalijiet bħal ma huma, l-fdalijiet miż-żebgħa. Il-livell ta’ periklu jitnaqqas għall-minimu permezz ta’ l-għażla tal-mezzi ta’ trasport, li tinvolvi, fost affarijiet oħra, l-użu ta’ elementi speċjali ta’ trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip, liema avviżi jkunu jidhru b’mod ċar mill-pubbliku.

Minħabba l-kwantitajiet limitati offruti u n-natura speċjalizzata tal-pakketti, dan l-Artikolu jeskludi għadd ta’ Taqsimiet ta’ l-ADR. L-iskema tipprevedi regoli supplimentari oħra.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–2

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jiġu trasportati għal kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

Kemm iċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali tas-sewwieq kif ukoll in-nota msemmija fl-Artikolu 16(1)(b) jinsabu abbord il-vettura. Is-sewwieq tal-vettural għandu l-kwalifika għat-“trasport ta’ skart perikoluż” maħruġa mis-CCV (Bord ta’ ċertifikazzjoni tas-sewwieqa).

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 10, onderdeel a, en 16, onderdeel b, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ skart domestiku perikoluż involut, l-operatur tat-trasport għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentati. Rekwiżit addizzjonali jipprevedi li l-operatur tat-trasport ikun kiseb il-kwalifika għat-trasport ta’ skart perikoluż.

Waħda mir-raġunijiet għal dan huwa sabiex ikun żgurat li l-operatur tat-trasport ma jkunx jista’, pereżempju, jippakkja aċidi u bażijiet flimkien, u li dan ikun jaf kif jaġixxi kif suppost għal xi inċidenti.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–3

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.6.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jiġu trasportati għal kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

Dawn li ġejjin iridu jkunu abbord il-vettura: b. struzzjonijiet bil-miktub u informazzjoni miġbura f’konformità ma’ l-anness għall-att li jistabbilixxi din l-iskema.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 10b van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Peress li l-iskema teskludi l-eżenzjoni minn 1.1.3.6 ta’ l-iskema ta’ l-ADR, l-istruzzjonijiet bil-miktub għandhom jakkumpanjaw ukoll kwantitajiet żgħar. Din hija meħtieġa minħabba l-firxa wiesgħa ta’ skart perikoluż li jkun ippreżentat u l-fatt li dawk li jippreżentaw l-iskart (ċittadini privati) ma jkunux familjari mal-livell ta’ periklu involut.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–4

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

1.

L-iskart domestiku perikoluż għandu jkun ippreżentat biss f’pakketti ssiġillati ermetikament xieraq għas-sustanza inkwistjoni, u:

(a)

għal oġġetti li jkunu ġejjin mill-kategorija 6.2: pakkett bil-garanzija li ma jpoġġix f’riskju meta jkun ippreżentat;

(b)

għal skart domestiku perikoluż ta’ oriġini industrijali: kaxxa li jkollha kapaċità ta’ mhux aktar minn 60 litru, li fiha s-sustanzi ta’ l-iskart ġew separati f’konformità mal-kategorija ta’ periklu (kga-box).

2.

M’hemmx skart domestiku perikoluż fuq il-parti ta’ barra tal-pakkett.

3.

Isem is-sustanza għandu jkun indikat fuq il-pakkett.

4.

Għal kull ġbir, kaxxa waħda biss fit-tifsira tal-paragrafu 1(b) għandha tiġi aċċettata.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 6 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Dan l-Artikolu jirriżulta mill-Artikolu 3, li taħtu ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-ADR huma dikjarati mhux applikabbli. Fl-ambitu ta’ din l-iskema, pakketti approvati kif previst fi 6.1. ta’ l-ADR mhumiex meħtieġa. Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanzi perikolużi involuti. Minflok, hemm għadd ta’ regoli stabbiliti fl-Artikolu 6, inkluż rekwiżit li jeħtieġ li sustanzi perikolużi għandhom ikunu trasportati f’kontenituri ssiġillati sabiex dawn ma jkunux jistgħu jnixxu mill-pakketti tagħhom.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–5

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

Il-vettura għandha kompartiment tat-tagħbija separat mill-kabina tas-sewwieq permezz ta’ ħajt solidu oħxon jew, inkella, kompartiment tat-tagħbija li ma jiffurmax parti integrali mill-vettura.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 7, tweede lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Fl-ambitu ta’ din l-iskema, pakketti approvati kif stipulat fi 6.1. ta’ l-ADR mhumiex meħtieġa. Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanza perikoluża involuta. Għalhekk, dan l-Artikolu għandu rekwiżit addizzjonali maħsub sabiex jipprevjeni milli d-duħħan tossiku jidħol fil-kompartiment tas-sewwieq.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–6

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

Il-kompartiment tat-tagħbija ta’ vettura magħluqa jkollha estrattur ta’ l-arja, li jinżamm dejjem mixgħul, fuq in-naħa ta’ fuq u jkun mgħammar b’aperturi minn taħt.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 8, eerste lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Fl-ambitu ta’ din l-iskema, pakketti approvati kif stipulat fi 6.1. ta’ l-ADR mhumiex meħtieġa. Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanza perikoluża involuta. Għalhekk, dan l-Artikolu fih rekwiżit addizzjonali maħsub sabiex jipprevjeni l-akkumulazzjoni ta’ duħħan tossiku fil-kompartiment tat-tagħbija.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–7

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

1.

Il-vettura hija mgħammra b’unitajiet li, waqt it-trasport:

(a)

protetti miċ-ċaqliq aċċidentalment; kif ukoll

(b)

ikunu ssiġillati b’għatu u protetti kontra xi ftuħ aċċidentali.

2.

Il-paragrafu 1(b) ma japplikax tul it-tranżitu għal raġunijiet ta’ ġbir jew meta l-vettura tkun wieqfa fil-postijiet tal-ġbir.

3.

Fil-vettura għandu jkun hemm żona biżżejjed imdaqqsa sabiex l-iskart domestiku perikoluż jintgħażel u jkun iddepożitat fl-unitajiet differenti.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 9, eerste, tweede en derde lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Fl-ambitu ta’ din l-iskema, pakketti approvati kif stipulat fi 6.1. ta’ l-ADR mhumiex meħtieġa. Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanza perikoluża involuta. Dan l-Artikolu jara li jipprovdi garanzija waħda bl-użu ta’ unitajiet għall-ħażna tal-pakketti, li b’hekk ikun żgurat metodu xieraq ta’ ħażna għal kull kategorija ta’ oġġetti perikolużi.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–8

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

1.

L-iskart domestiku perikoluż jiġi trasportat esklussivament f’elementi.

2.

Hemm element separat għal sustanzi u oġġetti f’kull klassi.

3.

Fejn għandhom x’jaqsmu s-sustanzi u l-oġġetti tal-Klassi 8, hemm elementi separati għall-aċidi, il-bażijiet u l-batteriji.

4.

Il-laned ta’ l-isprej jistgħu jitpoġġew f’kaxxi tal-kartun li jingħalqu, sakemm dawn il-kaxxi jiġu trasportati f’konformità ma’ l-Artikolu 9(1).

5.

Jekk ikunu nġabru fire extinguishers tal-Klassi 2, dawn jistgħu jitpoġġew fl-istess element bħal-laned ta’ l-isprej iżda mhux ippakkjati f’kaxxi tal-kartun.

6.

B’deroga mill-Artikolu 9(1), l-ebda għatu mhu meħtieġ għat-trasport ta’ batteriji, sakemm dawn jitpoġġew fl-element b’tali mod u manjiera li l-fetħiet kollha tal-batteriji jkunu magħluqa u jħarsu ‘l fuq.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 14 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Dan l-Artikolu jirriżulta mill-Artikolu 3 li taħtu ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-ADR huma dikjarati mhux applikabbli. Fl-ambitu ta’ din l-iskema, pakketti approvati kif stipulat fi 6.1. ta’ l-ADR mhumiex meħtieġa. L-Artikolu 14 jistipula rekwiżiti għall-elementi għall-ħżin temporanju ta’ skart domestiku perikoluż.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–9

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 6.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

1.

L-elementi, jew il-kaxxi maħsuba għat-trasport ta’ laned tal-isprej, għandhom ikunu mmarkati sew kif ġej:

(a)

għal sprejs tal-Klassi 2 dawn iridu jkunu f’kaxxi tal-kartun: il-kelma “SPUITBUSSEN” [laned ta’ l-isprej];

(b)

għal fire extinguishers u laned tal-isprej tal-Klassi 2: it-tikketta Nru 2.2;

(ċ)

għal fire extinguishers u laned tal-isprej tal-Klassi 3: it-tikketta Nru 3;

(d)

għal skart miż-żebgħa tal-Klassi 4.1: it-tikketta Nru 4.1;

(e)

għal sustanzi noċivi tal-Klassi 6.1: it-tikketta Nru 6.1;

(f)

għal oġġetti tal-Klassi 6.2: it-tikketta Nru 6.2;

(g)

għal sustanzi u oġġetti kawstiċi tal-Klassi 8: it-tikketta Nru 8; u aktar minn hekk:

(h)

għal sustanzi alkalini: il-kelma “BASEN” [bażijiet];

(i)

għal sustanzi aċidi: il-kelma “ZUREN” [aċidi];

(j)

għal batteriji: il-kelma “ACCU’S” [batteriji].

2.

L-istess tikketti u kliem iridu jkunu jidhru sew fuq l-ispazji li jingħalqu fil-vettura fejn l-elementi jkunu jistgħu jitpoġġew.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 15 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Dan l-Artikolu jirriżulta mill-Artikolu 3 li taħtu ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-ADR huma dikjarati mhux applikabbli. Fl-ambitu ta’ din l-iskema, pakketti approvati kif stipulat fi 6.1. ta’ l-ADR mhumiex meħtieġa. L-Artikolu 15 jistipula rekwiżiti għall-identifikazzjoni ta’ l-elementi għall-ħżin temporanju ta’ skart domestiku perikoluż.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–10

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5.4.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Prekawzjonijiet dwar l-ikel, oġġetti oħra ta’ konsum u għalf.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

1.

It-trasport ta’ ikel għall-bnedmin u għalf fl-istess waqt bħala skart domestiku perikoluż huwa pprojbit.

2.

Il-vettura għandha tkun wieqfa matul il-ġbir.

3.

Fuq il-vettura għandu jintuża dawl safrani jteptep waqt li din tkun qed timxi jew tkun wieqfa għall-ġbir.

4.

Waqt il-ġbir f’post fiss, indikat għal dan il-għan, il-magna għandha tintefa u, b’deroga mill-paragrafu 3, id-dawl iteptep jista’ jintefa.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 13 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Il-projbizzjoni li hemm fi 7.5.4 ta’ l-ADR hija estiża hawnhekk għaliex, minħabba l-firxa wiesgħa ta’ sustanzi preżentati, kważi dejjem hemm preżenti xi sustanzi tal-Klassi 6.1.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–11

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 7.5.9.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-tipjip.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-avviżi bil-kelma “Tpejjipx” għandhom ikunu jidhru b’mod ċar fuq il-ġnub u n-naħa ta’ wara tal-vettura.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 9, vierde lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Peress li l-iskema tkopri il-preżentazzjoni ta’ sustanzi perikolużi minn ċittadini privati, l-Artikolu 9.4 jistipula li l-avviż “Tpejjipx” għandu jkun jidher b’mod ċar.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–NL–12

Suġġett: Skema ta’ l-2002 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.1.5.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Tagħmir ta’ tipi varji.

Kull unità ta’ trasport li ġġorr fuqha oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bi:

(a)

mill-lanqas stop block wieħed għal kull vettura, b’qies adatt għat-toqol tal-vettura u d-dijametru tar-roti;

(b)

it-tagħmir meħtieġ sabiex jitwettqu l-miżuri ġenerali indikati fl-istruzzjonijiet ta’ sikurezza msemmija fil-punt 5.4.3, b’mod partikolari:

(i)

żewġ sinjali ta’ twissija separati f’pożizzjoni wieqfa (eż. koni li jirriflettu, tabelli trijangoli ta’ twissija ta’ emerġenza, jew dwal iteptpu ta’ lewn safrani, li jkunu indipendenti mill-istallazzjoni elettrika tal-vettura);

(ii)

ġakketta jew ilbies ta’ sikurezza ta’ kwalità tajba (eż. kif deskritt fl-Istandard Ewropew EN 471) għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ;

(iii)

torċ ta’ l-idejn (ara wkoll 8.3.4) għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ;

(iv)

tagħmir protettiv tan-nifs konformi mar-rekwiżit addizzjonali S7 (ara 8.5), jekk din id-dispożizzjoni addizzjonali tkun tapplika b’mod konformi ma’ l-indikazzjoni li hemm fil-kolonna 19 tat-Tabella A tal-Kapitolu 3.2;

(ċ)

it-tagħmir meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-miżuri addizzjonali u speċjali kif indikat fl-istruzzjonijiet bil-miktub imsemmija fil-punt 5.4.3.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għandu jkun hemm abbord kitt ta’ sigurtà, aċċessibbli, għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ, li jkun jikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

maskli ta’ sikurezza li jagħlqu kompletament;

(b)

maskra protettiva tan-nifs;

(ċ)

ġagagi jew fradal reżistenti għall-aċidi u li ma jgħaddi l-ebda aċidu minnhom;

(d)

ingwanti tal-gomma sintetiċi;

(e)

bwiez jew żraben li ma jgħaddi l-ebda aċidu minnhom u li huma reżistenti għall-aċidi; kif ukoll

(f)

flixkun għat-tlaħliħ ta’ l-għajnejn b’ilma distillat.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 11 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kummenti: Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ sustanzi perikolużi ppreżentati, qed ikunu imposti rekwiżiti żejda fuq tagħmir ta’ sikurezza obbligatorju minbarra dawk li hemm fi 8.1.5 ta’ l-ADR.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

SE Żvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż lejn impjanti ta’ rimi ta’ l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 2, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni tikkonsisti minn rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni simplifikati, rekwiżiti inqas stretti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti, tikkettar modifikat u rekwiżit ta’ mmarkar.

Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skond l-ADR, jiġi assenjat lil gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skond l-ADR, jiġu ppakkjati f’daqqa (pakkjar imħallat).

Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi tal-grupp ta’ skart rilevanti minflok in-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–2

Suġġett: L-isem u l-indirizz tad-destinatarju fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakketti vojta u mhux imnaddfa jkunu ritornati bħala parti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi pakketti vojta mhux imnaddfa li jiġu rritornati xorta waħda jista’ jkollhom kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jkunu qed jirritornaw kontenituri vojta mhux imnaddfa tal-gass sabiex minflokhom jieħdu oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport tagħhom f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport minn toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni konformement ma’ 9.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn stabbilimenti li jkunu jinsabu fuq in-naħat opposti ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix parti mit-trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun assoċjat mar-rekwiżiti reletati. Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew konfiskati mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Annessi A u B.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jistgħu ikunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu motivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, prevenzjoni ta’ riskji waqt il-ħatt, preżentazzjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti matul kondizzjonijiet normali ta’ trasport.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ippakkjati, immarkati jew tikkettati skond l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ xorb tal-kuntrabandu, dan għandu jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie konfiskat sal-faċilità ta’ ħażna għall-provi, u wara lejn faċilità fejn dan jinqered; dawn l-aħħar tnejn jistgħu jkunu ‘l bogħod minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) mhemmx għalfejn ikun hemm tikketta fuq kull kaxxa, u b) mhemmx għalfejn jintużaw kaxxi approvati. Madankollu, kull pallet li jkollha dawn il-pakketti għandha tkun immarkata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu sodisfatti. Kull sena, isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti għandhom jiġu jinġarru fuq l-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li jkollha oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jiġu trasportati dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fuq il-unità ta’ trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tractors jeħtieġu ċertifikat ta’ approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tat-taħriġ ta’ l-ispettur ta’ l-ADR.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.2.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li l-ispetturi li jkunu wettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vettura jattendu għall-korsijiet ta’ taħriġ li hemm imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ ta’ l-ADR.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’ċerti każijiet, vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati permezz ta’ spezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru xi oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rigward it-tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners-tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skond il-punt 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal kontejners-tank, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport f’konformità mal-punt 5.4.1.1.6 mhijiex meħtieġa, jekk l-ammont ta’ sustanzi fil-pjan tat-tagħbija jkun immarkat b’0. L-isem u l-indirizz tad-destinatarji m’hu meħtieġ fl-ebda dokument li jkun hemm abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–9

Suġġett: Trasport lokali rigward siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 5.4, 6.8 u 9.1.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; il-kostruzzjoni ta’ tankijiet; iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali li għandu x’jaqsam ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhuwiex meħtieġ li jikkonforma ma’ xi wħud mir-regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhijiex meħtieġa.

(b)

tankijiet/kontenituri qodma mhux magħmula b’mod konformi mal-kapitolu 6.8, iżda b’mod konformi ma’ leġislazzjoni nazzjonali aktar antika, u li dawn ikunu mwaħħla fuq vaguni ta’ l-ekwipaġġ, xorta jisgħu jibqgħu jintużaw.

(ċ)

tankijiet eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti li hemm fil-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista’ jibqa’ jintuża għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ postijiet fejn ikun qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq,

(d)

iċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni għall-ekwipaġġ ta’ vaguni jew tankers b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, mhumiex meħtieġa.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun ta’ l-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann li jintuża għax-xogħol mill-ekwipaġġ. Dan ikollu kamra għall-ekwipaġġ u jkun mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub sabiex iħaddem tratturi tal-foresti.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta’ splussivi b’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 4.1.4

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skond il-punt 4.1.4.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport ta’ splussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permess għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħammra bi splussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u tikkettata skond il-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg. Utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg och den svenska förordningen SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Dan japplika biss għat-trasport intern u t-trasport huwa, fil-parti l-kbira tiegħu, ta’ natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru ta’ l-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu trasport ta’ splussivi f’vetturi b’tank. Huwa mistenni li fil-futur qrib isseħħ it-tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Ex deroga Nru 84.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–11

Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ ta’ l-ekwipaġġ tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ għas-sewwieq għal kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Appendiċi S - Regolamenti speċifiċi għat-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skond l-Att tat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE–12

Suġġett: Trasport ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Anness B, 7.2.4, V2 (1)

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: F’każ ta’ trasport ta’ logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) fil-punt 7.2.4 tapplika biss għal kontenut splussiv nett ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), bil-kondizzjoni li l-logħob tan-nar jiġi assenjat lin-NU 0335 skond it-tabella tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar, użata meta ma tkunx disponibbli dejta wara t-test, fil-punt 2.1.3.5.5 ta’ l-erbatax-il edizzjoni rriveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tan-Nazzjonijiet Uniti.

Assenjazzjoni bħal din għandha ssir bi ftehim ma’ l-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika ta’ l-assenjazzjoni fuq l-unità ta’ trasport.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Appendiċi S - Regolamenti speċifiċi għat-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skond l-Att tat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb ix-xahar bejn April u Mejju. It-trasport mill-kunsinnatur sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni ta’ xiri kif ukoll dak li jibqa’ lura fit-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati li jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn għax ma jistgħux jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista li tinsab fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb il-klassifikazzjoni bl-aġġornament l-iktar reċenti possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-dispożizzjoni speċjali 651, 3.3.1 ta’ l-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Il-passaġġ minn toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: Annessi A u B

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-waqfien ta’ l-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn proprjetajiet privati separati minn triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplikax għal ebda dispożizzjoni mir-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni bħal din tista’ sseħħ faċilment meta l-oġġetti jiġu trasferiti bejn proprjetajiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi fi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tkun tapplika f’każ bħal dan.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s’għand l-utent finali (barra għall-Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 8.3.3

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kwalifikata bil-kondizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle”, (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12(3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-mod kif inhi miktuba l-projbizzjoni fl-Anness tista’ twassal sabiex ikun hemm problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK–3

Suġġett: Dispożizzjonijiet għal trasport alternattivi għal btieti ta’ l-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp ta’ l-ippakkettar III.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ma’ din id-Direttiva: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti ta’ pakkettar u tikkettar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Tippermetti it-trasport ta’ xorb alkoħoliku b’kontenut ta’ alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f’termini ta’ volum (Grupp ta’ l-ippakkettar III) fi btieti ta’ l-injam mingħajr l-approvazzjoni min-NU li ma għandhomx tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott ta’ valur għoli suġġett għas-sisa tal-gvern li jrid jitmexxa bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u sikuri li juru s-siġilli tad-dazju ta’ l-Istat. It-tnaqqis tar-rekwiżiti ta’ pakkjar u tikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali sabiex tkun garantita s-sikurezza.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.


ANNESS II

TRASPORT BIL-FERROVIJA

II.1.   RID

L-Anness mar-RID, li jidher fl-Appendiċi C mal-COTIF, kif japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

II.2.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali

1.

L-Istati Membri jistgħu jżommu d-derogi adottati abbażi ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/49/KE sal-31 ta’ Diċembru 2010, jew, sa meta l-Anness II, Taqsima II.1 jiġi emendat, sabiex jirrifletti r-Rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi msemmija f’dak l-artikolu, jekk dan iseħħ qabel.

2.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ vaguni u vaguni b’tankijiet ta’ ħxuna ta’ 1 520/1 524 mm mibnija qabel l-1 ta’ Lulju 2005 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, iżda li kienu mibnija skond l-Anness II ma’ l-SMGS jew skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2005, sakemm dawk il-vaguni huma miżmuma fil-livelli ta’ sikurezza meħtieġa.

3.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jawtorizza l-użu ta’ tankijiet u vaguni mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1997 li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, iżda li kienu mibnija skond ir-rekwiżiti nazzjonali fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996, sakemm tali tankijiet u vaguni jinżammu fil-livelli ta’ sikurezza meħtieġa.

Tankijiet u vaguni mibnija fl-1 ta’ Jannar 1997, jew wara, li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva imma li kienu nbnew skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva 96/49/KE li kienu fis-seħħ fid-data tal-kostruzzjoni tagħhom, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport nazzjonali.

4.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru, fejn it-temperatura ambjentali regolament tkun inqas minn – 20 °C, jistgħu jimponu standards iktar stretti fir-rigward tat-temperatura operattiva ta’ materjali użati fl-ippakkjar bil-plastik, tankijiet u t-tagħmir tagħhom maħsubin għall-użu fit-trasport nazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija sakemm id-dispożizzjonijiet dwar it-temperaturi ta’ referenza, xierqa għal żoni klimatiċi speċifiċi, jiġu inkorporati fl-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva.

5.

Fil-limiti tat-territorju tiegħu kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali barra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward tat-temperatura ta’ referenza għat-trasport ta’ gassijiet likwefatti jew taħlitiet ta’ gassijiet likwefatti, sakemm dispożizzjonijiet relatati mat-temperaturi approprjati ta’ referenza għal żoni klimatiċi indikati jkunu inkorporati fl-istandards Ewropej u msemmija fl-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva.

6.

Għall-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa minn vaguni reġistrati fit-territorju tiegħu, kull Stat Membru jista’ jżomm id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1996 marbuta mal-wiri jew it-tpoġġija ta’ kodiċi ta’ azzjoni ta’ l-emerġenza, jew it-tabella tal-perikli, minflok in-numru ta’ l-identifikazzjoni tal-periklu, previst fl-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva.

7.

Għal trasport mit-Tunnel taħt il-Kanal Ingliż, Franza u r-Renju Unit jistgħu jimponu dispożizzjonijiet iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

8.

Stat Membru jista’ jżomm kif inhuma u jiżviluppa dispożizzjonijiet għat-territorju tiegħu għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija minn jew lejn il-partijiet kontraenti ta’ l-OSJD. Permezz ta’ miżuri u obbligi xierqa l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiggarantixxu l-manutenzjoni ta’ livell ta’ sikurezza ekwivalenti għal dak previst fl-Anness II, Taqsima II.1

Il-Kummissjoni tiġi infurmata b’dawn id-dispożizzjonijiet u tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

Fi żmien għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tevalwa l-konsegwenzi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tressaq proposti xierqa flimkien ma’ rapport.

9.

L-Istati Membri jistgħu jżommu restrizzjonijiet nazzjonali fuq it-trasport ta’ sustanzi li jkun fihom id-diossini u l-furani (furans) applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 1996.

II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA = Ferrovija

a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru ta’ l-ordni

Abbażi ta’ l-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-Direttiva

DE Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti kkumbinati.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 4.1.10.4 MP2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti kkumbinati.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ pakketti kkumbinati ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u trattamenti, fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għal bejgħ f’pakketti kkumbinati fil-grupp tal-pakkettar II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RA–a–FR–1

Suġġett: Trasport ta’ bagalji reġistrati fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 7.7

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: materjali u oġġetti RID li huma esklużi mit-trasport bħala bagalji.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: materjali u oġġetti RID li jistgħu jinġarru bħala pakketti express jistgħu jinġarru bħala bagalji fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer – Artikolu 18.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR–2

Suġġett: Pakketti ta’ materjali perikolużi li jinġarru minn passiġġieri fuq il-ferroviji.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 7.7

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: materjali u oġġetti RID li huma esklużi mit-trasport bħala bagalji li jinġarru bl-idejn.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport bħala bagalji li jinġarru bl-idejn ta’ pakketti ta’ materjali perikolużi maħsub għall-użu personali jew professjonali ta’ passiġġieri huwa awtorizzat f’ċerti kondizzjonijiet: id-dispożizzjonijiet marbuta mal-pakkettar, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4 biss ikunu japplikaw.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer - Artikolu 19.

Kummenti: Għal kull vjaġġ jistgħu jiġu trasportati fl-ammonti meħtieġa kontenituri ta’ gass li jiġi trasportat għal pazjenti li jbatu minn problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR–3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 5.4.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni dwar il-materjali perikolużi li għandha tkun indikata fuq in-nota tal-konsenja.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti fil-punt 1.1.3.6 mhuwiex suġġett għad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer - Artikolu 20.2.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni postali.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 5.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni postali biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal ta’ l-istess klassi (li mhux dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) għandhom jitwaħħlulhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer - Artikolu 21.1.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR–5

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq vaguni li jġorru kontejners żgħar.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 5.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jekk it-tikketti li huma mwaħħla mal-kontejners iż-żgħar jidhru sewwa, il-vaguni ma għandhomx jitwaħħlilhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de fer - Artikolu 21.2.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR–6

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq vaguni li jġorru vetturi tat-triq mgħobbija bil-pakketti.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 5.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jekk il-vetturi tat-triq ikollhom tikketti li jikkorrispondu għall-pakketti li hemm fihom, il-vaguni ma għandhomx jitwaħħlilhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par chemin de - Artikolu 21.3.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

SE - l-Iżvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Mhuwiex meħtieġ li vagun tal-ferrovija li jkun qed iġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ikun immarkat b’tikketti.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 5.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li vagun tal-ferrovija li jkun qed iġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ikun immarkat b’tikketti.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu limiti fil-kwantitajiet fl-RID għal oġġetti definiti bħala oġġetti express. Għalhekk, hija kwistjoni li tikkonċerna kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

UK ir-Renju Unit

RA–a–UK–1

Suġġett: Trasport ta’ ċerti oġġetti b’radjuattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: Ħafna mir-rekwiżiti ta’ l-RID

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li jkun fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu ta’ żmien qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli ta’ l-IAEA fl-RID.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK–2

Suġġett: It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6).

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni nazzjonali hija inqas stretta fejn għandu x’jaqsam it-trasport imħallat ta’ splussivi, bil-kondizzjoni li dan it-trasport ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-isplussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta’ kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b’mod raġonevoli sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’, jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn, dawn l-oġġetti”.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura ma’ l-oġġetti perikolużi li ġew allokati fir-rigward tan-numru ta’ klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa għat-tagħbija għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D;

2.

Splussivi kklassifikati bin-numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, u 0453 jistgħu jkunu trasportati fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet li jaqbdu malajr, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tat-tieni kategorija tat-trasport jew oġġetti perikolużi tat-tielet kategorija tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, bil-kondizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tat-tieni kategorija tat-trasport ma taqbiżx/jaqbiżx il-500 kg jew l u l-massa totali netta ta’ dawn l-isplussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta’ 1.4G jistgħu jkunu trasportati flimkien ma’ likwidi li jieħdu n-nar u gassijiet li jieħdu n-nar fit-tieni kategorija tat-trasport jew ma’ gassijiet li ma jieħdux in-nar u li mhumiex tossiċi fit-tielet kategorija tat-trasport, jew f’xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, bil-kondizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi kollha f’daqqa ma taqbiżx/jaqbiżx il-200 kg jew l u l-massa totali netta ta’ splussivi ma taqbiżx l-200 kg;

4.

Oġġetti li jisplodu li ġew allokati n-numri ta’ klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jiġu trasportati ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kumpatibbiltà D, E jew F li għalihom dawn huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK–3

Suġġett: Li tkun permessa “kwantità totali massima għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 1.1.3.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura ta’ l-operazzjoni tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: sabiex jiġu preskritti regoli li jirrigwardaw eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: sabiex jiġu permessi limiti differenti ta’ kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għat-trasport mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal raġunijiet ta’ kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-ewwel Kategorija tat-trasport u “2” għat-tieni Kategorija tat-trasport.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RA–a–FR–6.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 5.3.1.3.2.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Tnaqqis tar-rekwiżit ta’ tikkettar għall-ġarr ta’ vettura fuq vettura oħra (piggyback carriage).

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit ta’ tikkettar ma japplikax f’każijiet meta t-tikketti tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

Abbażi ta’ l-Artikolu 6(2)(b)(i) ta’ din id-Direttiva

DE il-Ġermanja

RA–bi–DE–1

Suġġett: Trasport ta’ materjal kontaminat PCB tal-Klassi 9 bl-ingrossa.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 7.3.1.

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Trasport bl-ingrossa.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport bl-ingrossa f’vetturi interkambjabbli jew kontejner issiġillati kontra t-trab u impermeabbli għal-likwidi.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 1 sa 5

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, pakkettar u mmarkar.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Pakketti kkumbinati u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart għandu jkun ppakkjat f’pakketti interni (waqt il-ġbir) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan kategorija ta’ l-iskart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-kategoriji ta’ skart u bħala kopja ta’ kargu; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.

SE - l-Iżvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintrema l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 ma’ din id-Direttiva: 2, 5.2 u 6.1

Il-kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikkettar, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni tikkonsisti minn rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni simplifikati, rekwiżiti inqas stretti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakkettar, tikkettar modifikat u rekwiżit ta’ mmarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skond l-RID, jiġi assenjat lil gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skond l-RID, jiġu ppakkjati f’daqqa (pakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi tal-grupp ta’ skart rilevanti minflok in-numru NU.

Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: fit-30 ta’ Ġunju 2015.


ANNESS III

TRASPORT FUQ ILMIJIET INTERNI NAVIGABBLI

III.1.   ADN

Regolamenti annessi ma’ l-ADN applikabbli b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, kif ukoll bħala Artikoli 3(f), 3(h), 8(1), 8(3) ta’ l-ADN, mifhum li “Parti Kontraenti” huwa sostitwit bi “Stati Membri” skond kif ikun l-każ.

III.2.   Dispożizzjonijiet tranżizzjonali addizzjonali

1.

L-Istati Membri jistgħu iżommu restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ sustanzi li jkun fihom id-dijossini u l-furani applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2009.

2.

Iċ-ċertifikati skond l-Anness III tat-Taqsima III.1(8.1) maħruġa qabel jew waqt il-perjodu transizzjonali imsemmi fl-Artikolu 7(2) għandhom ikunu validi sat-30 ta’ Ġunju 2016, ħlief jekk ikun indikat perjodu iqsar ta’ validità fiċ-ċertifikat innifsu.

III.3.   Derogi nazzjonali


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/60


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/761/PESK

tad-29 ta' Settembru 2008

li ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar iżjed miżuri b’sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati pubblikament mill-ICTY b’delitti tal-gwerra iżda li m’humiex fil-kustodja tal-ICTY.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sal-10 ta’ Ottubru 2008.

(3)

Il-Kunsill iqis li jeħtieġ li tiġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għal perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar.

(4)

Il-miżuri implimentattivi Komunitarji huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jimponi miżuri restrittivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) (2),

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija mġedda sal-10 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.

(2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.


30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.