ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
28 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 841/2008 tas-27 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 842/2008 tas-27 ta’ Awwissu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/693/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni C(2006) 4332, li tistipula allokazzjoni annwali indikattiva skond l-Istat Membru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 mill-approprjazzjonijiet ta’ l-impenji tal-Komunità mill-Fond Ewropew għas-Sajd (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4358)

5

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 229/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 841/2008

tas-27 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

22,9

XS

22,4

ZZ

22,7

0707 00 05

JO

162,5

MK

21,6

TR

128,2

ZZ

104,1

0709 90 70

TR

90,6

ZZ

90,6

0805 50 10

AR

69,5

UY

69,9

ZA

72,2

ZZ

70,5

0806 10 10

EG

190,0

TR

112,9

ZZ

151,5

0808 10 80

AR

89,1

BR

96,3

CL

89,7

CN

74,3

NZ

107,1

US

113,2

ZA

82,6

ZZ

93,2

0808 20 50

AR

131,3

CN

53,0

TR

145,5

ZA

97,1

ZZ

106,7

0809 30

TR

140,9

ZZ

140,9

0809 40 05

IL

129,7

TR

107,3

XS

70,3

ZZ

102,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 229/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 842/2008

tas-27 ta’ Awwissu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 827/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 23.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-28 ta’ Awwissu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,91

3,84

1701 11 90  (1)

24,91

9,08

1701 12 10  (1)

24,91

3,68

1701 12 90  (1)

24,91

8,65

1701 91 00  (2)

28,20

11,13

1701 99 10  (2)

28,20

6,61

1701 99 90  (2)

28,20

6,61

1702 90 95  (3)

0,28

0,37


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 229/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Awwissu 2008

li temenda d-Deċiżjoni C(2006) 4332, li tistipula allokazzjoni annwali indikattiva skond l-Istat Membru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 mill-approprjazzjonijiet ta’ l-impenji tal-Komunità mill-Fond Ewropew għas-Sajd

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4358)

(2008/693/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4332 ta' l-4 ta' Ottubru 2006 (2), stipulat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, allokazzjoni annwali indikattiva skond l-Istat Membru, ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-impenji Komunitarji għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għas-Sajd (minn issa 'l quddiem “FES”) taħt l-għan tan-non-Konverġenza, l-approprjazzjonijiet ta' l-impenji Komunitarji għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-FES taħt l-għan tal-Konverġenza u tat-total ta' l-approprjazzjonijiet ta' l-impenji Komunitarji mill-FES.

(2)

Skond il-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (3), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bid-Deċiżjoni 2008/371/KE awtorizzaw it-trasferiment għal snin sussegwenti l-allokazzjonijiet mhux użati fl-2007 b’riżultat tad-dewmien fl-adozzjoni ta’ ċerti programmi operattivi.

(3)

L-Artikolu 74 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jipprovdi li l-ewwel impenn tal-baġit għandu jsir disponibbli qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni li tapprova l-programm operattiv. Skond l-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), jipprovdi li l-impenn tan-nefqa għandu jkun ippreċedut minn deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li kellhom poteri delegati lilhom mill-istituzzjoni. Għal dak l-għan, din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni se tikkostitwixxi wkoll id-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-programmi operattivi tal-Belġju, l-Irlanda, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, l-Ungerija u r-Renju Unit, li ma ġewx adottati fl-2007 u li għalhekk jippermettu għall-ewwel impenn tal-baġit fir-rigward tal-programmi operattivi ta’ hawn fuq, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova dawn il-programmi operattivi.

(4)

Id-Deċiżjoni C(2006) 4332 għandha tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni C(2006) 4332 jinbidel bit-test fl-Anness li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-kontribut mill-FES għall-2008 fir-rigward tal-programmi operattivi għall-Belġju, l-Irlanda, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, l-Ungerija u r-Renju Unit, b’mod separat, għall-Għanijiet tal-Konverġenza u tan-non-Konverġenza jammontaw rispettivament għal EUR 138 122 568 u EUR 26 140 015, bi prezzijiet attwali u għandhom jiġu ddebitati mill-linji tal-baġit 11 06 12 u 11 06 13.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara l-adozzjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/218/KE (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 37).

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Il-Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).


ANNESS

“ANNESS I

Tqassim annwali indikattiv skond l-Istat Membru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji għar-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-FES wara li jitneħħa l-ammont maħsub għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva ta' u/jew f'isem il-Kummissjoni

Tabella 1

Tqassim annwali indikattiv skond l-Istat Membru mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 ta’ l-approprjazzjoniet għall-impenji għar-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-FES skond l-għan tan-non-Konverġenza (prezzijiet attwali)

f'EUR

L-Istat Membru

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Belgïe/Belgique

0

4 191 906

4 263 970

4 337 474

4 412 449

4 488 923

4 566 926

26 261 648

Danmark

17 980 908

18 340 527

18 707 336

19 081 484

19 463 114

19 852 376

20 249 424

133 675 169

Deutschland

7 936 768

8 095 504

8 257 413

8 422 560

8 591 011

8 762 832

8 938 089

59 004 177

Éire/Ireland

0

6 746 632

6 862 613

6 980 914

7 101 580

7 224 661

7 350 203

42 266 603

Elláda

4 169 266

4 252 651

4 337 705

4 424 459

4 512 948

4 603 207

4 695 273

30 995 509

España

25 045 920

25 546 840

26 057 775

26 578 931

27 110 509

27 652 718

28 205 774

186 198 467

France

24 454 642

24 943 736

25 442 610

25 951 462

26 470 491

26 999 902

27 539 898

181 802 741

Italia

14 266 471

14 551 800

14 842 836

15 139 694

15 442 488

15 751 337

16 066 364

106 060 990

Kýpros

2 653 171

2 706 234

2 760 358

2 815 565

2 871 876

2 929 314

2 987 900

19 724 418

Magyarország

0

89 023

83 961

85 758

95 563

100 199

104 999

559 503

Nederland

6 534 378

6 665 065

6 798 367

6 934 334

7 073 021

7 214 481

7 358 771

48 578 417

Österreich

682 243

695 888

709 806

724 003

738 483

753 252

768 317

5 071 992

Portugal

3 032 194

3 092 838

3 154 693

3 217 789

3 282 145

3 347 788

3 414 743

22 542 190

Slovensko

146 865

141 066

134 023

121 779

131 131

145 048

187 157

1 007 069

Suomi/Finland

5 306 338

5 412 465

5 520 715

5 631 130

5 743 752

5 858 627

5 975 800

39 448 827

Sverige

7 353 069

7 500 130

7 650 134

7 803 137

7 959 199

8 118 383

8 280 751

54 664 803

United Kingdom

0

15 112 454

15 372 251

15 637 246

15 907 541

16 183 241

16 464 455

94 677 188

Total

119 562 233

148 084 759

150 956 566

153 887 719

156 907 301

159 986 289

163 154 844

1 052 539 711


Tabella 2

Tqassim annwali indikattiv skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 ta’ l-approprjazzjoniet għall-impenji għar-reġjuni eliġibbli għall-iffinanzjar mill-FES skond l-għan tan-non-Konverġenza (prezzijiet attwali)

f'EUR

L-Istat Membru

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Bulgaria

5 818 765

8 517 922

11 598 136

12 221 422

13 084 212

13 951 819

14 817 432

80 009 708

Česká republika

3 360 014

3 526 490

3 693 682

3 868 715

4 043 811

4 218 249

4 395 714

27 106 675

Deutschland

13 802 007

13 821 981

13 837 235

13 847 569

13 852 783

13 852 664

13 847 001

96 861 240

Eesti

9 130 309

9 971 872

10 889 823

11 891 071

12 995 534

14 201 298

15 488 132

84 568 039

Elláda

26 091 444

25 849 796

25 588 046

25 305 486

25 001 388

24 675 004

24 325 564

176 836 728

España

133 846 204

134 323 828

134 767 020

135 174 209

135 543 780

135 874 064

136 163 340

945 692 445

France

4 607 081

4 699 222

4 793 207

4 889 071

4 986 852

5 086 589

5 188 321

34 250 343

Italia

43 317 946

44 016 945

44 726 576

45 446 984

46 178 319

46 920 730

47 674 364

318 281 864

Latvija

13 597 544

14 887 723

16 282 146

17 736 296

19 243 706

20 816 794

22 451 354

125 015 563

Lietuva

6 937 316

6 978 531

7 086 453

7 546 096

8 161 553

8 671 254

9 332 205

54 713 408

Magyarország

0

5 456 086

5 145 790

5 256 028

5 856 938

6 141 144

6 435 371

34 291 357

Malta

0

1 422 356

1 356 456

1 250 716

1 271 388

1 426 192

1 645 221

8 372 329

Österreich

31 203

29 837

28 406

26 903

25 331

23 684

21 962

187 326

Polska

0

120 001 664

121 825 117

119 906 010

121 944 858

124 084 618

126 330 307

734 092 574

Portugal

30 519 983

30 998 886

31 484 737

31 977 622

32 477 628

32 984 845

33 499 358

223 943 059

România

15 127 527

22 157 050

30 156 234

36 391 468

39 257 052

42 262 575

45 362 301

230 714 207

Slovenija

0

4 110 308

3 921 112

3 722 949

3 515 536

3 298 585

3 071 793

21 640 283

Slovensko

1 849 383

1 776 374

1 687 685

1 533 487

1 651 255

1 826 503

2 356 772

12 681 459

United Kingdom

0

7 132 154

7 157 960

7 182 351

7 205 260

7 226 620

7 246 356

43 150 701

Total

308 036 726

459 679 025

476 025 821

485 174 453

496 297 184

507 543 231

519 652 868

3 252 409 308


Tabella 3

Tqassim Annwali Indikattiv skond l-Istat Membru għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 ta’ l-approprjazzjoniet għall-impenji totali mill-FES (prezzijiet attwali)

f'EUR

L-Istat Membru

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Bulgaria

5 818 765

8 517 922

11 598 136

12 221 422

13 084 212

13 951 819

14 817 432

80 009 708

Belgïe/Belgique

0

4 191 906

4 263 970

4 337 474

4 412 449

4 488 923

4 566 926

26 261 648

Česká republika

3 360 014

3 526 490

3 693 682

3 868 715

4 043 811

4 218 249

4 395 714

27 106 675

Danmark

17 980 908

18 340 527

18 707 336

19 081 484

19 463 114

19 852 376

20 249 424

133 675 169

Deutschland

21 738 775

21 917 485

22 094 648

22 270 129

22 443 794

22 615 496

22 785 090

155 865 417

Eesti

9 130 309

9 971 872

10 889 823

11 891 071

12 995 534

14 201 298

15 488 132

84 568 039

Éire/Ireland

0

6 746 632

6 862 613

6 980 914

7 101 580

7 224 661

7 350 203

42 266 603

Elláda

30 260 710

30 102 447

29 925 751

29 729 945

29 514 336

29 278 211

29 020 837

207 832 237

España

158 892 124

159 870 668

160 824 795

161 753 140

162 654 289

163 526 782

164 369 114

1 131 890 912

France

29 061 723

29 642 958

30 235 817

30 840 533

31 457 343

32 086 491

32 728 219

216 053 084

Italia

57 584 417

58 568 745

59 569 412

60 586 678

61 620 807

62 672 067

63 740 728

424 342 854

Kýpros

2 653 171

2 706 234

2 760 358

2 815 565

2 871 876

2 929 314

2 987 900

19 724 418

Latvija

13 597 544

14 887 723

16 282 146

17 736 296

19 243 706

20 816 794

22 451 354

125 015 563

Lietuva

6 937 316

6 978 531

7 086 453

7 546 096

8 161 553

8 671 254

9 332 205

54 713 408

Magyarország

0

5 545 109

5 229 751

5 341 786

5 952 501

6 241 343

6 540 370

34 850 860

Malta

0

1 422 356

1 356 456

1 250 716

1 271 388

1 426 192

1 645 221

8 372 329

Nederland

6 534 378

6 665 065

6 798 367

6 934 334

7 073 021

7 214 481

7 358 771

48 578 417

Österreich

713 446

725 725

738 212

750 906

763 814

776 936

790 279

5 259 318

Polska

0

120 001 664

121 825 117

119 906 010

121 944 858

124 084 618

126 330 307

734 092 574

Portugal

33 552 177

34 091 724

34 639 430

35 195 411

35 759 773

36 332 633

36 914 101

246 485 249

România

15 127 527

22 157 050

30 156 234

36 391 468

39 257 052

42 262 575

45 362 301

230 714 207

Slovenija

0

4 110 308

3 921 112

3 722 949

3 515 536

3 298 585

3 071 793

21 640 283

Slovensko

1 996 248

1 917 440

1 821 708

1 655 266

1 782 386

1 971 551

2 543 929

13 688 528

Suomi/Finland

5 306 338

5 412 465

5 520 715

5 631 130

5 743 752

5 858 627

5 975 800

39 448 827

Sverige

7 353 069

7 500 130

7 650 134

7 803 137

7 959 199

8 118 383

8 280 751

54 664 803

United Kingdom

0

22 244 608

22 530 211

22 819 597

23 112 801

23 409 861

23 710 811

137 827 889

Total

427 598 959

607 763 784

626 982 387

639 062 172

653 204 485

667 529 520

682 807 712

4 304 949 019 ”