ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
30 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (Verżjoni kodifikata)

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 735/2008 tad-29 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi ta’ l-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi ta’ l-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2008 tat-28 ta' Lulju 2008 li jemenda, għat-tnax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

33

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2008 tat-28 ta’ Lulju 2008 li jipprojbixxi s-sajd għall-Bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII ta’ l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għajr Spanja, Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2008 tad-29 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal esportazzjoni ta’ skart lejn ċerti pajjiżi ( 1 )

36

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 741/2008 tad-29 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 996/97 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini

45

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/81/KE tad-29 ta' Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difenacoum bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

46

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 742/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta’ l-użu ta’ Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni Ġodda ( 1 )

49

 

*

Deċiżjoni Nru 743/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp. ( 1 )

58

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/624/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2008 li taħtar erba’ membri u erba’ membri supplenti Franċiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

68

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru. 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u għat-trejlers tagħhom

70

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 733/2008

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta’ Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta’ l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl (1) ġie emendat kemm-il darba (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Wara l-inċident fl-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta’ Chernobyl fis-26 ta’ April 1986, kwantitajiet konsiderevoli ta’ elementi radjuattivi ġew rilaxxati fl-atmosfera.

(3)

Mingħajr preġudizzju għall-possibilità li, fejn ikun meħtieġ, wieħed jirrikorri, fil-futur, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabilixxi l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni radjuattiva permessi għall-oġġetti ta’ l-ikel u għall-għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (3), il-Komunità għandha tassigura, rigward l-effetti speċifiċi ta’ l-inċident ta’ Chernobyl, li l-prodotti agrikoli u l-prodotti agrikoli proċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li x’aktarx ikunu kontaminati jiġu mdaħħla fil-Komunità biss skond arranġamenti komuni.

(4)

Dawk l-arranġamenti komuni għandhom jissalvagwardaw is-saħħa tal-konsumaturi, għandhom iżommu, mingħajr ma jkollhom effetti ħżiena fuq il-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, in-natura unifikata tas-suq u jipprevjenu t-tagħwiġ fil-kummerċ.

(5)

Il-konformità mal-livelli massimi permessi għandha tkun is-suġġett ta’ kontrolli xierqa, li jistgħu jwasslu għall-projbizzjoni ta’ l-importazzjonijiet fil-każi ta’ nuqqas ta’ konformità.

(6)

Il-kontaminazzjoni radjoattiva f’ħafna prodotti agrikoli naqset u trid tissokta tonqos għal-livelli li kienu jeżistu qabel l-inċident ta’ Chernobyl. Għalhekk għandha tiġi stabbilita proċedura sabiex tagħti l-poter illi jiġu esklużi dawn il-prodotti mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Ġaladarba dan ir-Regolament ikopri l-prodotti agrikoli kollha u l-prodotti agrikoli pproċessati maħsuba għall-konsum mill-bniedem, ma hemmx bżonn, fil-każ preżenti, li tiġi applikata l-proċedura imsemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin (4).

(8)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bl-eċċezzjoni tal-prodotti li ma jkunux tajba għall-konsum mill-bniedem li huma elenkati fl-Anness I u dawk il-prodotti li jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 5(2), dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi koperti bi:

(a)

Anness I għat-Trattat;

(b)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar il-glutosju u l-lattosju (6);

(ċ)

ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (7);

(d)

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (8).

Artikolu 2

1.   Mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet l-oħra eżistenti, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-konformità mal-livelli massimi permessi mniżżla fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

2.   Il-livell massimu akkumulat ta’ radjuattività f’termini ta’ ċesju – 134 u – 137 għandu jkun (9):

(a)

370 Bq/kg għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib imniżżla fl-Anness II u għal oġġetti ta’ l-ikel intenzjonati għat-tmiegħ speċjali tat-trabi fl-ewwel erba’ sa sitt xhur tal-ħajja, li jilħqu, fihom infushom, il-bżonnijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuni u li jkunu mpoġġija għall-bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu identifikabbli b’mod ċar u bit-tikketta “preparazzjoni ta’ ikel għat-trabi”;

(b)

600 Bq/kg għall-prodotti l-oħra kollha in kwestjoni.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-konformità mal-livelli massimi permessi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) rigward il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1, billi jitqiesu l-livelli ta’ kontaminazjoni fil-pajjiż ta’ l-oriġini.

Il-kontroll jista’ jinkludi wkoll il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ l-esportazzjoni.

Skond ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi applikat l-Artikolu 2(1), inkluża l-projbizjoni tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, filwaqt li jieħdu kull każ individwalment jew b’mod ġenerali għal prodott imsemmi.

2.   Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu li jirrigwrda l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment dawk il-każi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-livelli massimi permessi.

Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Fil-każi fejn ikun hemm nuqqas ripetut ta’ konformità mal-livelli massimi permessi, jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 5(2).

Dawn il-miżuri jistgħu saħansitra jinkludu l-projbizzjoni ta’ l-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi terzi interessati.

Artikolu 4

L-arranġamenti sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, kull emenda li trid issir għall-prodotti f’Anness I, u l-lista tal-prodotti esklużi minn dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.

Artikolu 6

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, kif emendat mir-Regolamenti imniżżla fl-Anness III, hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa jiskadi:

(a)

fil-31 ta’ Marzu 2010, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor f’data aktar bikrija, partikolarment jekk il-lista ta’ prodotti li għandhom ikunu esklużi li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 4 tkopri l-prodotti kollha li jkunu tajbin għal konsum uman li fir-rigward tagħhom huwa applikabbli dan ir-Regolament;

(b)

mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, jekk dan id-dħul fis-seħħ iseħħ qabel il-31 ta’ Marzu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 82, 29.3.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  Ara l-Anness III.

(3)  ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/89 (ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1).

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321 Verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).

(8)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(9)  Il-livell li japplika għall-prodotti kkonċentrati jew imnixxfa għandhom jiġu kalkolati fuq il-bażi tal-prodott rikonstitwit bħala lest għall-konsum.


ANNESS I

Il-Prodotti li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0101 10 10

ex 0101 90 19

Żwiemel tat-tiġrija

ex 0106

Oħrajn (annimali ħajjin, esklużi fniek domestiċi u ħamiem: li mhumiex tajbin għall-konsum uman)

ex 0301 10

ħut ħaj ornamentali

0408 11 20

0408 19 20

0408 91 20

0408 99 20

Bajd, mhux fil-qoxra, u isfar tal-bajd, li ma jkunux tajba għall-konsum uman (1)

ex 0504 00 00

imsaren, bżieżaq u stonki ta’ l-animali li ma jittieklux (apparti minn ħut), sħiħ jew bċejjeċ minnu

0511 10 00

ex 0511 91 90

0511 99

Prodotti mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi post ieħor, eskluż demm ta’ l-annimali li jittiekel; annimali mejta ta’ Kapitoli 1 jew Kapitolu 3, mhux tajba għall-konsum uman

ex 0713

ħxejjex legumini mqadda, maħruġa mill-fosdqa, sew jekk imqaxxra jew le, jew maqsuma, għaż-żriegħ

1001 90 10

Spelt xorta ta’ qamħ għaż-żriegħ (1)

1005 10 11

1005 10 13

1005 10 15

1005 10 19

Qamħirrum ibridu għaż-żriegħ (1)

1006 10 10

Ross għaż-żriegħ (1)

1007 00 10

Sorgu ibrdiu għaż-żriegħ (1)

1201 00 10

1202 10 10

1204 00 10

1205 10 10

1206 00 10

1207 20 10

1207 40 10

1207 50 10

1207 91 10

1207 99 15

Żrieragħ taż-żejt u frott oleoganejo, sħiħ jew imfarrak għaż-żriegħ (1)

1209

Żrieragħ, frott u spori, tat-tip użati għaż-żriegħ

1501 00 11

Sonża u xaħmijiet oħra tal-qżieqeż għal użu industrijali apparti milli għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman (1)

1502 00 10

Sonża ta’ annimali bovini, nagħaġ jew mogħoż, ħlief dawk taħt l-intestatura 1503 , għal użu industrijali apparti minn għal manifattura ta’ oġġetti ta’ ikel għal konsum uman (1)

1503 00 11

Sonża stearin u oleostearin għal użu industrijali (1)

1503 00 30

Żejt tat-tallow (xaħam tad-dam) għal użu industrijali apparti milli għal manifattura ta’ “oġġetti tal-ikel għal konsum uman (1)

1505 00

Xaħam tas-suf u sustanzi mxaħma idderivati minnhom (inkluz il-lanolin)

1507 10 10

1507 90 10

Żejt mill-ful tas-soya u l-frazzjonijiet tiegħu, sew jekk raffinat u anki jekk le; imma mhux kimikament modifikat, għal użu tekniku apparti minn għal manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman (1)

1508 10 10

1508 90 10

Żejt minn ġewż mitħun u l-frazzjonijiet tiegħu, sew jekk raffinat u anki jekk le imma mhux kimikament raffinat, għal użu tekniku jew industrijali apparti milli għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman (1)

1511 10 10

Żejt tal-palma krud u l-frazzjonijiet tiegħu, sew jekk raffinat u anki jekk le, imma mhux kimikament modifikat, għal użu tekniku jew industrijali apparti milli għal manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal konsum uman (1)

1511 90 91

1512 11 10

1512 19 10

1512 21 10

1512 29 10

1513 11 10

1513 19 30

1513 21 10

1513 29 30

1514 11 10

1514 19 10

1514 91 10

1514 99 10

1515 19 10

1515 21 10

1515 29 10

1515 50 11

1515 50 91

1515 90 21

1515 90 31

1515 90 40

1515 90 60

1516 20 95

Żjut oħra għall-użu tekniku jew industrijali apparti milli għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum uman (1)

1515 30 10

Żejt tal-kastru u l-frazzjonijiet tiegħu għal produzzjoni ta’ aċidi aminoundecanoiċi għall-użu fil-manifattura ta’ fibri sintetiċi jew ta’ materjali plastiċi artifiċjali (1)

1515 90 11

Żejt tung; żjut ġoġoba u oiticica; xemgħa tar-riħan u xemgħa Ġappuniża; frazzjonijiet tagħhom

1518 00 31

1518 00 39

Żjut veġetali għal stabilizzar, fluwidi, imħallta, għal użu tekniku jew industrijali apparti milli għal manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal konsum uman (1)

2207 20 00

Ethyl alkoħol u spirti oħra; denaturati, ta’ kull qawwa

3824 10 00

Għaqqada mħejjija għal forom tal-funderija jew għal partijiet minnhom

4501

Sufra naturali, nejja jew sempliċement imħejjija; Ħela tas-sufra; Sufra mgħaffġa, mfarrka, jew magħmula trab

5301 10 00

5301 21 00

5301 29 00

Kittien, nej jew ipproċessat imma mhux minsuġ

5302

Qanneb veru (Cannabis sativa L.), nej jew ipproċessat imma mhux minsuġ; Stoppa u ħela ta’ qanneb veru (inkluża ħela tal-ħjut u stoppa maħluġa)

ex Kapitolu 6

Siġar ħajjin u pjanti oħra; basal, għeruq u simili, fjuri maqtuha u ħxejjex ornamentali, esklużi pjanti u għeruq taċ-ċikwejra tas-sub-interstatura 0601 20 10


(1)  Dħul f’din is-subintestatura huwa suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Komunità.


ANNESS II

Il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib li għalihom japplika l-livell massimu permess ta’ 370 Bq/kg

Kodiċi tan-NM

0401

0402

0403 10 11 sa 39

0403 90 11 sa 69

0404


ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90

(ĠU L 82, 29.3.1990, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 686/95

(ĠU L 71, 31.3.1995, p. 15)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 616/2000

(ĠU L 75, 24.3.2000, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

Punt 7 biss ta’ l-Anness III


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 737/90

Dan ir-Regolament

Artikolu 1, kliem tal-bidu

Artikolu 1, kliem tal-bidu

Artikolu 1, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(a)

Artikolu 1, it-tieni inċiż

Artikolu 1(b)

Artikolu 1, it-tielet inċiż

Artikolu 1(ċ)

Artikolu 1, ir-raba’ inċiż

Artikolu 1(d)

Artikolu 1, il-ħames inċiż

Artikolu 2

Artikolu 2(1)

Artikolu 3, l-ewwel sentenza

Artikolu 3, it-tieni sentenza

Artikolu 2(2), introduzzjoni

Artikolu 3, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 2(2) (a) u (b)

Artikolu 4(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 3(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 4(2), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 3(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 5, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 3(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 6

Artikolu 4

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 6

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu

Artikolu 8, it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 7, it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 8, it-tieni paragrafu, punt 1

Artikolu 7, it-tieni paragrafu, (a)

Artikolu 8, it-tieni paragrafu, punt 2

Artikolu 7, it-tieni paragrafu, (b)

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 734/2008

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Komunità hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta’ l-10 ta’ Diċembru 1982 rigward il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut Transżonali u Ħażniet ta’ Ħut Migratorju Ħafna. Dawn l-istrumenti internazzjonali jistabbilixxu d-dmir ta’ l-Istati li jikkooperaw fil-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ta’ l-ibħra internazzjonali, u jistipulaw li din il-kooperazzjoni għandha tkun segwita direttament mill-Istati permezz ta’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti reġjonali jew sottoreġjonali xierqa għall-ġestjoni tas-sajd.

(2)

In-nuqqas ta’ organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd ma jeżentax lill-Istati mill-obbligu tagħhom skond il-Liġi tal-Baħar li jadottaw fir-rigward taċ-ċittadini tagħhom dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ta’ l-ibħra internazzjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli mill-effetti ħżiena ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-politika komuni dwar is-sajd (2) jipprevedi li l-politika komuni dwar is-sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonali fit-teħid ta’ miżuri li jimminimizzaw l-impatt ta’ l-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi marini. L-Artikolu 7 ta’ l-istess Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar miżuri ta’ emerġenza fuq talba ssostanzjata minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk ikun hemm evidenza ta’ theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, jew għall-ekosistema marina b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u li tkun teħtieġ azzjoni immedjata.

(4)

Il-Komunità hija impenjata favur il-konservazzjoni ta’ l-ekosistemi marini bħalma huma skollijiet, muntanji tal-baħar, qroll tal-baħar fond, bokok idrotermali u qigħan ta’ l-isponoż. Teżisti informazzjoni xjentifika abbundanti li turi li l-integrità ta’ dawn l-ekosistemi hija mhedda minn attivitajiet tas-sajd li jużaw irkaptu tal-qiegħ. Il-Komunità diġà adottat miżuri biex tagħlaq għas-sajd tal-qiegħ iż-żoni fl-ibħra Komunitarji li fihom jinsabu dawn l-ekosistemi. Hi kienet strumentali wkoll fl-adozzjoni ta’ miżuri simili fl-ibħra internazzjonali fiż-żoni tal-kompetenza ta’ l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd eżistenti kollha li għandhom il-poter li jirregolaw is-sajd tal-qiegħ. Hi kkontribwixxiet ukoll b’mod attiv għat-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti ġodda bil-ħsieb li jkun hemm kopertura sħiħa ta’ l-oċeani tad-dinja permezz ta’ reġimi xierqa reġjonali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd. Madankollu, hemm ċerti żoni fl-ibħra internazzjonali fejn it-twaqqif ta’ korp bħal dan għalihom jiltaqa’ ma’ diffikultajiet sinifikanti.

(5)

Bir-Riżoluzzjoni 61/105 ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, adottata fit-8 ta’ Diċembru 2006, il-komunità internazzjonali qablet dwar il-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli mill-effetti distruttivi ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ permezz ta’ regolamentazzjoni stretta ta’ dawk l-attivitajiet minn organizzazzjonijiet jew arranġamenti reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd jew mill-Istati fir-rigward tal-bastimenti bil-bandiera tagħhom li jkunu qed joperaw f’żoni fejn ma tkunx twaqqfet tali organizzazzjoni jew arranġament.

L-Assemblea Ġenerali pprovdiet gwida dwar it-tip ta’ miżuri li għandhom jiġu adottati għal dan il-għan. Il-ħidma mwettqa fi ħdan il-FAO biex ikunu żviluppati linji gwida dwar il-ġestjoni ta’ dawn l-attivitajiet tas-sajd fil-qafas tal-Kodiċi tal-Kondotta għal Sajd Responsabbli hija wkoll ta’ rilevanza kbira għad-disinn u l-adozzjoni ta’ tali miżuri, kif ukoll għall-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri.

(6)

Il-Komunità għandha flotta mdaqqsa li twettaq sajd tal-qiegħ f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li tirregola tali attivitajiet tas-sajd u li għalihom mhux mistenni li titwaqqaf tali organizzazzjoni jew arranġament fi żmien qasir. Mingħajr preġudizzju għall-isforzi kontinwi biex jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet fil-kopertura li għad baqa’ fis-sistema tar-regolamentazzjoni internazzjonali tas-sajd, il-Komunità għandha twettaq l-obbligi tagħha skond il-liġi tal-baħar fejn tidħol il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin marini f’dawn iż-żoni u għandha għalhekk tadotta miżuri xierqa fir-rigward ta’ dawn il-flotot. Fit-twettiq ta’ dan, il-Komunità għandha taġixxi skond il-gwida pprovduta mill-Assemblea Ġenerali fir-Riżoluzzjoni 61/105.

(7)

Komponent ewlieni tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Assemblea Ġenerali huma l-miżuri “… biex jivvalutaw, abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli, jekk l-attivitajiet individwali tas-sajd tal-qiegħ ikollhomx impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli, u biex jiġi żgurat li f’każ li jitqies li dawn l-attivitajiet ikun se jkollhom impatti ħżiena sinifikanti, huma jiġu ġestiti b’mod li jipprevjeni tali impatti, jew ma jiġux awtorizzati jkomplu”.

(8)

L-implimentazzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni titlob li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jiġu awtorizzati li jistadu taħt permess speċjali tas-sajd maħruġ skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2943/95 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 (4). Barra minn dan, il-ħruġ u l-validità ta’ tali permessi għandhom ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw li l-impatt ta’ l-attivitajiet tas-sajd awtorizzati jkun ġie vvalutat kif suppost u li t-twettiq ta’ l-operazzjonijiet tas-sajd ikunu konformi ma’ din il-valutazzjoni.

(9)

L-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Assemblea Ġenerali titlob ukoll miżuri rilevanti ta’ monitoraġġ biex tkun żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-ħruġ tal-permessi. Dawn jinkludu osservaturi abbord u dispożizzjonijiet speċifiċi rigward it-tħaddim ta’ Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bis-satellita biex jiġu indirizzati okkorrenzi ta’ ħsara teknika jew nuqqas ta’ funzjoni tas-sistema, oltre dawk imsemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Bastimenti bbażata fuq satellita (5).

(10)

L-identifikazzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd hija ħidma li għadha qed issir u l-informazzjoni xjentifika f’dan ir-rigward hija relattivament limitata. Għal din ir-raġuni, huwa imperattiv li jiġi pprojbit l-użu ta’ l-irkaptu tal-qiegħ f’żoni li ma jkunux ġew soġġetti għal valutazzjoni xjentifika għar-riskji ta’ impatti avversi sinifikanti li dawn l-attivitajiet ta’ sajd jista’ jkollhom fuq ekosistemi marini vulnerabbli.

(11)

Il-ksur ta’ kondizzjonijiet speċifiċi bħal dawk marbuta ma’ żoni li ma jkunux ġew ivvalutati, it-tħaddim tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u t-trasferiment ta’ l-attivitajiet lejn żona oħra f’każ ta’ skoperta imprevista ta’ xi ekosistema marina vulnerabbli jista’ jwassal għal ħsara irreparabbli f’tali ekosistemi u jistħoqqlu għaldaqstant li jiġi inkluż fil-lista ta’ infrazzjonijiet serji fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta’ mġiba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd (6).

(12)

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (7), li huwa applikabbli fl-intier tiegħu għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tas-soġġetti tad-data għall-aċċess, ir-rettifika, l-imblukkar u t-tħassir ta’ data u notifika lil partijiet terzi, li bħala konsegwenza ma ġewx speċifikati aktar f’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b’irkaptu tal-qiegħ f’ibħra internazzjonali.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fiż-żoni:

(a)

taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li jirregola tali attivitajiet tas-sajd;

(b)

li fir-rigward tagħhom ikun għaddej proċess għall-istabbiliment ta’ organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; fejn il-parteċipanti f’tali proċess ikunu qablu dwar miżuri interim għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli mill-impatti distruttivi li jirriżultaw mill-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ekosistema marina” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikro-organiżmi u l-ambjent abijotiku tagħhom f’interazzjoni bħala unità funzjonali;

(b)

“ekosistema marina vulnerabbli” tfisser kull ekosistema marina li l-integrità tagħha (jiġifieri, l-istruttura jew il-funzjoni ta’ l-ekosistema) hija, skond l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli u l-prinċipju prekawzjonali, mhedda minn impatti avversi sinifikanti li jirriżultaw mill-kuntatt fiżiku ma’ l-irkaptu tal-qiegħ waqt attivitajiet normali tas-sajd, inklużi inter alia skollijiet, muntanji tal-baħar, bokok idrotermali, qroll tal-baħar kiesaħ jew qigħan ta’ sponoż tal-baħar kiesaħ. L-ekosistemi l-aktar vulnerabbli huma dawk li jiġu imfixkla faċilment u li barra minn hekk jirkupraw bil-mod ħafna, jew jistgħu ma jirkupraw qatt;

(ċ)

“impatti avversi sinifikanti” tfisser impatti (evalwati individwalment, flimkien jew b’mod kumulattiv) li jikkompromettu l-integrità ta’ ekosistema b’mod li jfixkel il-kapaċità tal-popolazzjonijiet affettwati milli jissostitwixxu lilhom infushom u li jiddegrada l-produttività naturali fit-tul tal-abitats, jew jikkawża fuq bażi aktar minn temporanja telf sinifikanti tar-rikkezza, l-abitat u t-tipi komunitarji ta’ l-ispeċi;

(d)

“irkaptu tal-qiegħ” tfisser irkapti użati waqt attivitajiet normali tas-sajd f’kuntatt ma’ qiegħ il-baħar, inklużi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, gangmi, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases.

Artikolu 3

Permess speċjali tas-sajd

1.   Sabiex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandu jkollhom permess speċjali tas-sajd.

2.   Il-permess speċjali tas-sajd għandu jinħareġ skond ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 u jkun soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet tal-ħruġ

1.   L-applikazzjonijiet għal permess speċjali tas-sajd previst fl-Artikolu 3(1) għandhom ikunu akkumpanjati minn pjan dettaljat tas-sajd li jispeċifika b’mod partikolari:

(a)

iż-żona prevista ta’ l-attivitajiet,

(b)

l-ispeċi mmirati,

(ċ)

it-tip ta’ rkaptu u l-fond li fih ikun se jintuża, u

(d)

il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta’ qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet, meta din l-informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat tal-Bandiera kkonċernat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess speċjali tas-sajd wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta’ l-impatti potenzjali ta’ l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli.

3.   Għall-fini ta’ l-implimentazzjoni tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joqogħdu fuq l-aqwa informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli dwar iż-żona ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli fiż-żoni fejn il-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jkollhom il-ħsieb li joperaw. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn tkun disponibbli, data xjentifika li abbażi tagħha tkun tista’ tiġi stmata l-probabbiltà ta’ l-okkorrenza ta’ dawn l-ekosistemi. Il-proċess ta’ valutazzjoni għandu jinkludi elementi adegwati ta’ reviżjoni xjentifika indipendenti bejn il-pari.

4.   L-evalwazzjoni tar-riskju ta’ impatti avversi sinifikanti fuq ekosistemi marini vulnerabbli li ssir taħt il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tqis, skond kif ikun opportun, il-kondizzjonijiet li jvarjaw prevalenti fiż-żoni fejn l-attivitajiet tas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ huma stabbiliti sew u f’żoni fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd ma seħħewx jew iseħħu okkażjonalment.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. F’każ ta’ dubju dwar jekk l-impatti ħżiena humiex sinifikanti jew le, huma għandhom iqisu li l-impatti ħżiena probabbli li jirriżultaw mill-pariri xjentifiċi mogħtija huma sinifikanti.

6.   Fejn il-valutazzjoni tikkonkludi li l-attivitajiet imwettqa skond il-pjan tas-sajd ippreżentat jistgħu jirriżultaw f’impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw ir-riskji vvalutati u jippermettu lill-applikant jemenda l-pjan tas-sajd biex jevitahom. Fin-nuqqas ta’ tali emendi, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx joħorġu l-permess speċjali mitlub tas-sajd.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet tal-validità

1.   Il-permess speċjali tas-sajd previst fl-Artikolu 3(1) għandu jagħmel b’mod espliċitu l-fatt li l-attivitajiet tas-sajd imwettqa taħtu għandhom jikkonformaw f’kull ħin mal-pjan tas-sajd ippreżentat skond l-Artikolu 4(1).

2.   Fejn ċirkostanzi barra l-kontroll tal-persuna responsabbli mill-operazzjonijiet tal-bastiment ikunu jeħtieġu bidla fil-pjani ppreżentati, il-persuna responsabbli mill-operazzjonijiet tal-bastiment għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u tindika l-modifiki li bi ħsiebha tagħmel fil-pjan oriġinali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw dawn il-modifiki u ma għandhomx jawtorizzawhom jekk jimplikaw rilokazzjoni ta’ l-attivitajiet lejn żoni fejn jinsabu jew x’aktarx jinsabu ekosistemi vulnerabbli marini.

3.   In-nuqqas ta’ konformità mal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1) f’ċirkostanzi għajr dawk speċifikati fil-paragrafu (2) għandu jwassal għall-irtirar mill-Istat tal-bandiera tal-permess speċjali tas-sajd maħruġ lill-bastiment tas-sajd ikkonċernat.

Artikolu 6

Żoni li ma jkunux ġew ivvalutati

1.   Fiż-żoni fejn l-ebda valutazzjoni xjentifika proprja ma tkun saret u ġiet magħmula disponibbli, l-użu ta’ rkaptu tas-sajd tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit. Din il-projbizzjoni għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament prevista fl-Artikolu 13.

2.   L-attivitajiet ta’ sajd tal-qiegħ għandhom ikunu permessi taħt il-kundizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament fejn din il-valutazzjoni xjentifika turi li l-ekosistemi marini vulnerabbli ma jkunux f’riskju.

Artikolu 7

Skoperta imprevista ta’ ekosistemi marini vulnerabbli

1.   Fejn, waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiskopri ekosistema marina vulnerabbli, hu għandu jieqaf jistad immedjatament, jew ma jistadx fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f’sit alternattiv f’distanza minima ta’ 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa’ maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu previst fl-Artikolu 4(1).

2.   Jekk jerġa’ jiltaqa ma’ ekosistema marina vulnerabbli oħra fis-sit alternattiv imsemmi fil-paragrafu 1, il-bastiment għandu jibqa’ jbiddel il-pożizzjoni tiegħu skond ir-regoli mniżżlin f’dak il-paragrafu sakemm jintlaħaq sit fejn ma jkun hemm l-ebda ekosistema vulnerabbli marina.

3.   Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta ta’ ekosistema vulnerabbli marina lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti dwar din l-iskoperta.

Artikolu 8

Għeluq ta’ żoni

1.   Abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta’ l-okkorrenza ta’ ekosistemi marini vulnerabbli fir-reġjun ta’ l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan l-għeluq. Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola n-notifika lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq, tippreżenta proposti lill-Kunsill skond l-Artikolu 37 tat-Trattat għall-adozzjoni ta’ miżuri Komunitarji biex jiġi implimentat l-għeluq ta’ żoni, kemm abbażi ta’ l-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri jew fuq inizjattiva tagħha stess.

Artikolu 9

Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

1.   Minkejja l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003, fl-eventwalità ta’ ħsara teknika jew nuqqas ta’ funzjonament ta’ l-apparat ta’ lokalizzazzjoni bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, il-kaptan tal-bastiment għandu jirrapporta l-pożizzjoni ġeografika tiegħu lill-Istat Membru tal-bandiera kull sagħtejn.

2.   Wara li jirritorna mill-vjaġġ fuq il-baħar, il-bastiment m’għandux jerġa’ jħalli l-port qabel ma l-apparat ta’ lokalizzazzjoni bis-satellita ma jkunx qed jaħdem għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 10

Infrazzjonijiet serji

1.   Kwalunkwe attività tas-sajd li titwettaq mill-ħin li l-bastiment jiżvija mill-pjan tas-sajd tiegħu f’ċirkostanzi għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 5(2) għandu jitqies bħala sajd mingħajr permess tas-sajd u għaldaqstant bħala mġiba li tikser b’mod serju r-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd.

2.   Każijiet ripetuti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 9 għandhom jitqiesu bħala mġiba li tikser serjament r-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd.

Artikolu 11

Osservaturi

1.   L-osservaturi għandhom ikunu abbord il-bastimenti kollha li jinħarġilhom permess speċjali tas-sajd previst fl-Artikolu 3(1). L-osservaturi għandhom josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tul it-twettiq tal-pjan tas-sajd tiegħu previst fl-Artikolu 4(1).

L-għadd ta’ osservaturi li jkopru l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd għandu jiġi rrivedut fit-30 ta’ Lulju 2009.

2.   L-osservatur għandu:

(a)

jirreġistra b’mod indipendenti, fl-istess format bħal dak użat fil-ġurnal ta’ abbord, l-informazzjoni dwar il-qabda prevista fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd (8);

(b)

jirreġistra kull każ ta’ bidla fil-pjan tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 5(2);

(ċ)

jirreġistra kull laqgħa imprevista ma’ ekosistemi marini vulnerabbli msemmijin fl-Artikolu 7, inkluż il-ġbir ta’ informazzjoni li tista’ tkun utli għall-protezzjoni tas-sit;

(d)

jirreġistra l-livelli ta’ fond li fihom jintuża l-irkaptu;

(e)

jippreżenta rapport lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat fi żmien 20 jum mit-tmiem tal-perijodu ta’ osservazzjoni. Kopja ta’ dan ir-rapport għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi t-talba bil-miktub.

3.   L-osservatur m’għandux ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

qarib tal-kaptan tal-bastiment jew ta’ xi uffiċjal ieħor li jkun jaħdem fuq il-bastiment li fuqu jkun assenjat l-osservatur;

(b)

impjegat tal-kaptan tal-bastiment li għalih jiġi assenjat;

(ċ)

impjegat tar-rappreżentant tal-kaptan;

(d)

impjegat ta’ kumpanija kkontrollata mill-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu;

(e)

qarib tar-rappreżentant tal-kaptan.

Artikolu 12

Informazzjoni

1.   Safejn il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull semestru tas-sena kalendarja fi żmien tliet xhur mill-iskadenza ta’ dak is-semestru tas-sena kalendarja, rapport dwar:

(a)

minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-qabdiet mill-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu (1), stabbiliti abbażi ta’ l-informazzjoni rreġistrata fil-ġurnali ta’ abbord, inklużi entrati kompleti tal-ġranet tas-sajd barra l-port u r-rapporti ppreżentati mill-osservaturi, imqassmin fuq kull tliet xhur tas-sena kalendarja, skond it-tip ta’ rkaptu u skond l-ispeċi;

(b)

il-konformità mal-pjan tas-sajd u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8 mill-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(1) u l-miżuri meħuda biex jirrimedjaw u jissanzjonaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u infrazzjonijiet serji kif imsemmija fl-Artikolu 10;

(ċ)

l-implimentazzjoni min-naħa tagħhom ta’ l-Artikolu 8.

2.   Ir-rapporti ppreżentati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati mill-valutazzjonijiet kollha ta’ impatt imwettqa mill-Istat Membru kkonċernat skond l-Artikolu 4(2) matul il-perijodu ta’ sitt xhur irrappurtat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni li tirċievi kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2, inter alia permezz tal-FAO, u għandha tittrasmettiha wkoll mingħajr dewmien lill-korpi xjentifiċi rilevanti kif ukoll lill-Istati Membri meta jitolbu dan.

Artikolu 13

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament qabel it-30 ta’ Ġunju 2010. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  Opinjoni ta’ l-4 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

(4)  ĠU L 308, 21.12.1995, p. 15.

(5)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(6)  ĠU L 167, 2.7.1999, p. 5.

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 735/2008

tad-29 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

28,9

TR

74,2

XS

29,6

ZZ

44,2

0707 00 05

MK

27,4

TR

106,2

ZZ

66,8

0709 90 70

TR

97,2

ZZ

97,2

0805 50 10

AR

84,2

US

62,5

UY

59,6

ZA

89,4

ZZ

73,9

0806 10 10

CL

58,0

EG

144,2

IL

145,6

TR

123,9

ZZ

117,9

0808 10 80

AR

95,1

BR

101,6

CL

97,9

CN

87,4

NZ

115,6

US

107,9

ZA

88,2

ZZ

99,1

0808 20 50

AR

67,9

CL

88,3

NZ

97,1

TR

156,5

ZA

100,6

ZZ

102,1

0809 10 00

TR

172,1

US

186,2

ZZ

179,2

0809 20 95

CA

388,4

TR

449,8

US

433,2

ZZ

423,8

0809 30

TR

143,6

ZZ

143,6

0809 40 05

BA

82,7

IL

116,4

TR

115,5

XS

66,2

ZZ

95,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 736/2008

tat-22 ta’ Lulju 2008

dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea lil ċerti kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali [għajnuna orizzontali mill-Istat] (1), u partikolarment l-Artikolu 1(1)(a)(i) tiegħu,

Wara liġie ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, li taħt ċerti kundizzjonijiet, għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SME”) hija kompatibbli mas-suq komuni u mhux suġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat lill-impriżi [impriżi] żgħar u ta’ daqs medju (3) ma japplikax għall-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (4).

(3)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat f’għadd kbir ta’ deċiżjonijiet għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u wkoll iddikjarat il-politika tagħha, l-aktar riċenti fil-Linji ta’ Gwida għall-eżaminar ta’ l-għajnuna mill-Istat għas-sajd u għall-akkwakultura (5) (minn issa ’l quddiem “Il-Linji ta’ Gwida dwar is-Sajd”). Fid-dawl ta’ l-esperjenza konsiderevoli li għandha l-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd, jixraq li, bil-għan li tiġi assigurata s-superviżjoni effiċjenti u li tiġi simplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma ddgħajjef il-monitoraġġ tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni għandha tuża effettivament is-setgħat mogħtija lilha permezz tar-Regolament (KE) Nru 994/98 anki għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd, safejn l-Artikolu 89 tat-Trattat ġie ddikjarat li hu applikabbli għal dawn il-prodotti.

(4)

Il-kompatibbilità ta’ l-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd hija vvalutata mill-Kummissjoni abbażi ta’ l-għanijiet kemm tal-Politika tal-Kompetizzjoni u tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).

(5)

Dan ir-Regolament għandu jkopri t-tipi ta’ għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd li ġew approvati sistematikament mill-Kummissjoni għal ħafna snin. Din l-għajnuna ma tirrikjedix li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni każ b’każ dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni, dejjem jekk tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 tas-26 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (7) u ma’ ċerti kundizzjonijiet oħra. Minkejja li r-Regolament (KE) Nru 1198/2006 ilu fis-seħħ biss mill-4 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni, abbażi tal-Linji ta’ Gwida għas-Sajd eżistenti, kisbet biżżejjed esperjenza biex tapplika kundizzjonijiet simili għat-tip ta’ miżuri konċernati sabiex tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament huma preċiżi biżżejjed biex jiġġustifikaw li m’hemmx bżonn ta’ valutazzjoni għal kull każ.

(6)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għall-possibilità li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jkunu attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd. Tali notifiki għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ dan ir-Regolament u abbażi tal-Linji ta’ Gwida għas-Sajd.

(7)

L-għajnuna li Stati Membri għandhom l-intenzjoni jagħtu fis-settur tas-sajd iżda li ma taqax fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, jew ta’ Regolamenti oħra adottati in segwitu għall-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, għandha tibqa’ suġġetta għal ħtieġa ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Dik l-għajnuna se tiġi evalwata fid-dawl ta’ dan ir-Regolament u l-Linji ta’ Gwida dwar is-Sajd.

(8)

Dan ir-Regolament għandu jeżenta kull għajnuna li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li jistipula u kwalunwke skema ta’ għajnuna, bil-kundizzjoni li kwalunkwe għajnuna li setgħet tingħata taħt tali skema tissodisfa l-ħtiġijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament. Għotjiet individwali allokati taħt skema ta’ għajnuna u għajnuniet ad hoc għandu jkollhom fihom referenza speċifika għal dan ir-Regolament.

(9)

Fl-interessi tal-koerenza ma’ miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mill-Komunità, l-ogħla livelli ta’ għajnuna koperti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu ugwali għal dawk iffissati għall-istess tip ta’ għajnuna fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

(10)

Huwa essenzjali li ma tingħata l-ebda għajnuna f’ċirkostanzi fejn ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi tal-Komunità, u b’mod partikolari mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għalhekk l-għajnuna fis-settur tas-sajd tista’ tingħata biss minn Stat Membru jekk il-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. Qabel ma jagħtu kwalunkwe għajnuna, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-benefiċarji ta’ l-għajnuna mill-Istat jikkonformaw mar-regoli dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

(11)

Bil-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna tkun proporzjonata u limitata għall-ammont neċessarju, il-limiti għandhom, kull meta jkun possibbli, jiġu espressi f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna b’relazzjoni għal sett ta’ spejjeż eliġibbli. Bil-għan li jiġu kkalkulati l-intensitajiet ta’ l-għajnuna, l-għajnuna pagabbli f’diversi kambjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha meta tingħata. Ir-rata ta’ interessi li trid tintuża għal finijiet ta’ għoti ta’ skont u biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ għajnuna f’għajnuna li mhix forma ta’ għotja, għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli meta tingħata l-għotja, kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (8).

(12)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jinstab il-bilanċ xieraq bejn il-minimizzar tax-xkiel għall-kompetizzjoni fis-settur megħjun u l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, m’għandux jeżenta għotjiet individwali li jaqbżu ammont massimu stabbilit, kemm jekk magħmula taħt skema ta’ għajnuna enżetata minn dan ir-Regolament u kemm jekk le.

(13)

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal attivitajiet marbuta ma’ l-esportazzjoni jew l-għajnuna li tiffavorixxi prodotti domestiċi fuq prodotti importati. B’mod partikolari, m’għandux japplika għall-għajnuna li tiffinanzja l-istabbiliment u l-operat ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi oħra. L-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew għal servizzi ta’ studji jew konsulenza meħtieġa biex tniedi prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment m’għandhiex tikkostitwixxi għajnuna għall-importazzjoni.

(14)

Għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà skond l-ambitu tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-kumpaniji f’diffikultà (9) għandhom jiġu vvalutati taħt dawk il-linji gwida sabiex tiġi evitata ċ-cirkumvenzjoni tagħhom. Għalhekk, għajnuniet lil impriżi ta’ dan it-tip għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri, fl-għoti ta’ għajnuna koperta minn dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ x’għandu jitqies bħala impriża f’diffikulta għandha tiġi simplifikata meta mqabbla mad-definizzjoni użata f’dawk il-Linji ta’ Gwida. Barra minn hekk, l-SMEs li jkunu ilhom li twaqqfu għal inqas minn tliet snin m’għandhomx jitqiesu li huma f’diffikultà f’dan il-perjodu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament sakemm ma jissodisfawx il-kriterji taħt il-liġi domestika tagħhom bħala s-suġġett ta’ proċeduri ta’ insolvenza kollettiva. Dawn is-simplifikazzjonijiet m’għandhomx jippreġudikaw il-kwalifikazzjoni ta’ dawn l-SME fil-kuntest ta’ dawk il-Linji ta’ Gwida fir-rigward ta’ għajnuna li ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament li tibqa’ soġġetta għad-definizzjoni sħiħa pprovduta f’dawk il-Linji Gwida.

(15)

Il-Kummissjoni trid tiżgura li għajnuna awtorizzata ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tan-negozju b’mod kuntrarju għall-interess ġenerali. Għalhekk, l-għajnuna lil xi benefiċarju li hi soġġetta għal ordni ta’ rkupru li nħareġ wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, għandha tiġi eskluża mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, kwalunkwe għajnuna ad hoc mogħtija lil dan il-benefiċjarju, kwalunkwe skema ta’ għajnuna li ma jkunx fiha dispożizzjoni li speċifikament teskludi dawn il-benefiċjarji tibqa’ soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tolqot l-aspettativi leġittimi ta’ benefiċjarji ta’ skemi ta’ għajnuna li mhumiex suġġetti għal ordnijiet ta’ rkupru pendenti.

(16)

Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal xkiel fil-kompetizzjoni u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi differenti tal-Komunità u dawk nazzjonali li jikkonċernaw l-SMEs, id-definizzjoni ta’ “impriżi żgħar u ta’ daqs medju” użata f’dan ir-Regolament għandha tkun dik stipulata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

(17)

Għall-finijiet ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna li tkun trasparenti. L-għajnuna trasparenti hija l-għajnuna li għaliha tista’ tiġi kkalkulata b’mod preċiż l-għotja globali ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa ta’ evalwazzjoni tar-riskju. Għajnuna fil-forma ta’ self, b’mod partikolari, għandha titqies bħala trasparenti fejn l-ekwivalenti gross f’għotjiet ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta’ referenza kif stipulat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (10). L-għajnuna magħmula minn miżuri fiskali għandha titqies bħala trasparenti meta l-miżuri jipprovdu għall-iffissar ta’ limitu li jassigura limitu applikabbli ma jinqabiżx.

(18)

Għajnuna inkluża fi skemi ta’ garanzija għandha titqies bħala trasparenti meta l-metodoloġija għall-kalkoli ta’ l-ekwivalenti gross f’għotjiet tkun ġiet approvata wara notifika ta’ din il-metodoloġija lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni teżamina dawn in-notifiki abbażi tan-Notifika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (11). Għajnuna inkluża fi skemi ta’ garanzija għandha titqies bħala trasparenti ukoll meta l-benefiċjarju jkun SME u l-ekwivalenti gross f’għotjiet jkun ġie kkalkulati fuq il-bażi tal-primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stipulati fit-Taqsimiet 3.3 u 3.5 ta’ dak l-Avviż.

(19)

Minħabba d-diffikultà fil-kalkolu ta’ l-ekwivalenti ta’ l-għotja f’għajnuna fil-forma ta’ self li jitħallas lura, din l-għajnuna m’għandhiex tkun koperta b’dan ir-Regolament, ħlief jekk l-ammont totali tas-self li jitħallas lura ikun inqas mil-limitu ta’ notifikazzjoni individwali applikabbli u l-massimu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna pprovduta skond dan ir-Regolament.

(20)

Wara li jitqies l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, l-għajnuna normalment m’għandhiex ikollha biss l-effett li kontinwament jew perjodikament tnaqqas l-ispejjeż operattivi li l-benefiċjarju s-soltu jkollu jġarrab, u għandha tkun proporzjonata għall-iżvantaġġi li jridu jingħelbu sabiex jitħarsu l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi meqjusa bħala fl-interess Komunitarju. Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li sempliċement jippruvaw itejbu l-qagħda finanzjarja tal-produtturi iżda li bl-ebda mod ma jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, u b’mod partikolari għall-għajnuna li tingħata biss abbażi tal-prezz, kwantità, unità ta’ produzzjoni jew unità tal-mezzi ta’ produzzjoni jitqiesu li jikkostitwixxu l-għajnuna għat-tħaddim li huma inkompatibbli mas-suq komuni. Barra minn hekk, dik l-għajnuna x’aktarx tinterferixxi wkoll mal-mekkaniżmi ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq. Għalhekk jixraq li jiġi limitat l-ambitu ta’ dan ir-Regolament għal għajnuna fuq investimenti, kif ukoll għal għajnuna fuq ċerti miżuri soċjo-ekonomiċi.

(21)

Sabiex jiġi assigurat li l-għajnuna hi meħtieġa u taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati ċerti attivitajiet, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-għajnuna għal attivitajiet li fihom ikun diġà involva ruħu waħdu l-benefiċarju taħt kundizzjonijiet tas-suq. Dan l-inċentiv għandu jitqies preżenti meta, qabel jinbdew l-attivitajiet relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-proġett jew ta’ l-attivitajiet megħjuna, il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni lill-Istat Membru.

(22)

Sabiex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika individwali u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna stabbiliti f’dan ir-Regolament ġewx rispettati, l-ammont totali ta’ appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett assistit għandu jiġi kkunsidrat, mingħajr ma jiġi meqjus jekk dak l-appoġġ ikunx finanzjat minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Komunità.

(23)

Dan ir-Regolament għandu jkopri l-għajnuna li ġejja: għajnuna għal twaqqif permanenti u temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd, għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri soċjo-ekonomiċi, għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura, għajnuna għal miżuri akkwa-ambjentali, għajnuna għal miżuri dwar is-saħħa pubblika u saħħet l-annimali, għajnuna għal sajd fil-magħluq, għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura, għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni li jiġu implimentati bl-appoġġ attiv ta’ l-operaturi nfushom jew minn organizzazzjonijiet li jaġixxu għan-nom tal-produtturi jew ta’ organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istati Membri, għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni maħsuba biex tipproteġi u tiżviluppa l-fawna u l-flora akkwatika filwaqt li ttejjeb l-ambjent akkwatiku, għajnuna għall-investimenti f’portijiet tas-sajd pubbliċi jew privati, postijiet ta’ żbark u kenn għas-sajd, għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni intiżi biex tiġi implimentata politika ta’ kwalità u ta’ titjib fil-valur, żvilupp ta’ swieq ġodda jew kampanji promozzjonali għal prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura, għajnuna għal proġetti pilota, għajnuna għal modifikazzjoni għal assenjament mill-ġdid tal-bastimenti tas-sajd, u għajnuna għall-assistenza teknika.

(24)

Meta l-eżenzjonijiet mit-taxxa pprovduti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (12) jiġu applikat bl-istess mod għas-settur kollu tas-sajd, il-Kummissjoni tqis li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur u jaqdu l-interess komuni. Dawn l-eżenzjonijiet ġew applikati bl-istess mod mill-Istati Membri l-esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri skond ir-Regolament (KE) Nru 1595/2004 wriet li m’affettwawx il-kundizzjonijiet tan-negozju b’mod negattiv u għenu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd billi jiżguraw kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali sostenibbli. Fid-dawl tat-trasparenza tal-miżura, bl-għajnuna kkalkulata fuq l-ammont reali ta’ fjuwil li jintuża mill-bastiment, u wkoll jekk jitqies il-fatt li dan ir-regolament japplika biss għall-SMEs u li l-maġġoranza l-kbira ta’ l-impriżi tas-sajd fl-Unjoni Ewropea huma SMEs (il-maġġoranza ta’ l-impriżi jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa huma impriżi żgħar li għandhom biss bastiment wieħed), il-Kummissjoni tqis li miżuri bħal dawn ma jxekkluxwisq il-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kundizzjonijiet ta’ kummerċ b’tali mod li jmorru kontra l-interess komuni. B’konsegwenza, eżenzjonijiet bħal dawn mit-taxxa għandhom, minkejja li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, jkunu dikjarati bħala kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE bil-kundizzjoni li jaderixxu ma’ dawk id-Direttivi u li jkunu aplikabbli għas-settur kollu tas-sajd. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu wkoll, f’ċerti kundizzjonijiet, jiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis applikabbli għas-sajd fl-ilmijiet interni u xogħlijiet ta’ pixxikultura li l-Istati Membri jistgħu jintroduċuhom skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE.

(25)

Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza u l-monitoraġġ effettiv, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, jixraq li jiġi stabbilit format standard li fih l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni mqassra kull meta, skond dan ir-Regolament, tiġi implimentata xi skema ta’ għajnuna jew għajnuna individwali. Il-Kummissjoni trid tagħti numru ta’ identifikazzjoni lil kull miżura ta’ għajnuna li tiġi kkomunikata lilha. Il-fatt li dak in-numru jingħata lil xi miżura ta’ għajnuna ma jfissirx li l-Kummissjoni eżaminat jekk l-għajnuna tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk hi ma toħloq l-ebda tamiet leġittimi għall-Istati Membri jew għall-benefiċarju fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna ma’ dan ir-Regolament.

(26)

Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-forma u l-kontenut tar-rapporti annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jirrigwardaw ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-Istati Membri fir-rigward ta’ skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali eżentata minn dan ir-Regolament, f’konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 569/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (13).

(27)

Sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun ukoll f’pożizzjoni li tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja mill-Istati Membri dwar il-miżuri implimentati taħt il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jipprovdu l-informazzjoni dwar dawn il-miżuri ta’ għajnuna fi żmien raġonevoli ta’ skadenza, dan jista’ jitqies bħala indikazzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mhumiex jiġu rrispettati. Jekk Stat Membru jonqos milli jipprovdi informazzjoni li tippermetti li jsir monitoraġġ ta’ xi miżuri ta’ għajnuna dan jista’ jwassal lill-Kummissjoni li tiddeċiedi li r-Regolament, jew il-parti relevanti tar-Regolament, għandha tkun irtirata fir-rigward ta’ l-Istat Membru kkonċernat u li l-miżuri sussegwenti kollha ta’ għajnuna, inklużi miżuri individwali ġodda allokati fuq il-bażi ta’ skemi ta’ għajnuna li qabel kienu koperti minn dan ir-Regolament, dan jeħtieġ li jiġi notifikat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88 tat-Trattat. Hekk kif l-Istat Membru jipprovdi informazzjoni korretta u sħiħa, il-Kummissjoni għandha tippermetti li r-Regolament jerġa’ jkun kollu kemm hu applikabbli mill-ġdid.

(28)

B’referenza għad-data ta’ skadenza tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-fatt li l-kundizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna taħt dan ir-Regolament ġew konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd, jixraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għad-data li fiha jiskadi r-Regolament (KE) Nru 1198/2006. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jiġi estiż, l-iskemi ta’ għajnuna diġà eżentati b’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu eżentati għal sitt xhur.

(29)

Jixraq li jiġu stipulati dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal notifiki pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għall-għajnuna li ngħatat qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament u li ma ġietx innotifikata bħala ksur ta’ l-obbligu fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, kif ukoll għall-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1595/2004 tat-8 ta’ Settembru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta’ l-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tas-sajd. (14)

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna trasparenti mogħtija lil impriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

(b)

għajnuna għall-attivitajiet konnessi ma’ l-esportazzjoni, primarjament għajnuna konnessa direttament mal-kwantitajiet esportati, lill-istabbliliment u l-operat ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ta’ nefqa oħra kurrenti konnessa ma’ l-attività ta’ l-esportazzjoni;

(c)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti nazzjonali fuq dawk importati;

(d)

għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà;

(e)

skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux b’mod espliċitu l-ħlas ta’ għajnuna individwali favur impriża li tkun suġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li ddikjarat għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, kif ukoll għajnuna individwali ad hoc favur l-istess impriża;

(f)

għajnuna ad hoc favur impriża li għadha suġġetta għal ordni ta’ irkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tkun iddikjarat li għajnuna kienet illegali u inkompatibbli mas-suq komuni;

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal għajnuna għal proġetti individwali bi spejjeż eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2 miljun, jew fejn l-ammont ta’ l-għajnuna jaqbeż miljun EUR għal kull benefiċjarju għal kull sena.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat;

(b)

“skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għotjiet ta’ għajnuna individwali jkunu jistgħu jsiru lil impriżi definiti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu għajnuna li mhix marbuta ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil intrapriża waħda jew diversi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit;

(c)

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc u allokazzjonijiet notifikabbli ta’ għajnuna abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(d)

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna individwali mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(e)

“intensità ta’ l-għajnuna” tfisser l-ammont ta’ l-għajnuna espressa bħala perċentwali ta’ l-ispejjeż eliġibbli;

(f)

“prodotti tas-sajd” tfisser kemm prodotti maqbuda mill-baħar jew mill-ilmijiet interni kif ukoll il-prodotti ta’ l-akkwakultura elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000;

(g)

“impriżi żgħar u ta’ daqs medju” (“SMEs”) tfisser impriżi żgħar u ta’ daqs medju kif definiti fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru …/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni [titlu mhux uffiċjali] (15);

(h)

“għajnuna trasparenti” tfisser għajnuna li fir-rigward tagħha jkun possibbli li jiġi kkalkolat b’mod preċiż l-ekwivalenti gross ta’ l-għotja ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju;

(i)

“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

jekk hija kumpanija ta’ responsabbiltà limitata, meta aktar minn nofs il-kapital tagħha jkun sparixxa, b’aktar minn kwart tal-kapital mitluf matul l-aħħar 12-il xahar; jew

jekk hija kumpanija li fiha għallinqas xi membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija, meta aktar minn nofs il-kapital kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun sparixxa u aktar minn kwart tal-kapital mitluf matul l-aħħar 12-il xahar; jew

għal kull forma ta’ impriża, meta tkun laħqet, skond il-liġi nazzjonali applikabbli, il-kundizzjonijiet ta’ sottomissjoni għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   Għajnuna ad hoc li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mill-ħtieġa tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat bil-kondizzjoni li l-informazzjoni sommarja skond l-Artikolu 25(1) tkun ġiet mogħtija u li jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titlu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Skemi ta’ l-għajnuna, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni fil-qosor li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 25(1) tkun tressqet, li l-għajnuna individwali li setgħet tingħata taħt din l-iskema tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, u li l-iskema jkun fiha referenza speċifika għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titolu tiegħu u referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   Għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bil-kundizzjoni li l-għajnuna li tingħata tissodisfa direttament il-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, li l-informazzjoni fil-qosor li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 25(1) tkun tressqet u li l-miżura ta’ għajnuna individwali jkun fiha referenza speċifika għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titolu tiegħu u referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

4.   Qabel ma tingħata kwalunkwe għajnuna taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom ikunu konformi mal-liġi Komunitarja.

5.   Il-miżuri ta’ l-għajnuna għandhom ikunu eżentati biss skond dan ir-Regolament jekk jipprovdu espliċitament li, matul l-ewwel perjodu ta’ għotja, il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna għandhom jikkonformaw mar-Regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li, jekk matul dan il-perjodu jinsab li l-benefiċjarju ma jikkonformax mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għotja trid titħallas lura skond is-serjetà ta’ l-infrazzjoni.

Artikolu 4

Intensità ta’ l-għajnuna u l-ispejjeż eleġibbli

1.   Għall-finijiet ta’ kalkolu ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna, iċ-ċifri kollha għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ħlas ieħor. Fejn l-għajnuna tingħata f’forma oħra li ma tkunx għotja, l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti f’għotja ta’ l-għajnuna. Għajnuna pagabbli f’diversi pagamenti għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata ta’ l-interessi li tintuża għal skopijiet ta’ skont għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument ta’ l-għotja. F’każijiet fejn l-għajnuna tingħata permezz ta’ eżenzjoni ta’ taxxa jew tnaqqis f’taxxi dovuti fil-futur, suġġett li tkun rispettata ċerta intensità ta’ għajnuna definita fl-ekwivalenti ta’ l-għotja gross, jingħata skont fil-porzjon ta’ l-għajnuna abbażi tar-rati ta’ referenza applikabbli f’diversi żminijiet li jidħlu fis-sehh dawn il-benefiċċji fuq it-taxxa

2.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 55(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-Artikoli 26 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 u jkunu appoġġati minn provi bil-miktub li għandhom ikunu ċari u mqassma għalihom.

Artikolu 5

Trasparenza ta’ l-għajnuna

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal għajnuna trasparenti. B’mod partikolari, it-tipi ta’ għajnuna li ġejjin għandhom jitqiesu li huma trasparenti:

(a)

għotjiet diretti u sussidji fuq ir-rati ta’ interess;

(b)

għajnuna mogħtija b’self, fejn l-ekwivalenti gross ta’ l-għotja jkun ġie kkalkolat abbażi tar-rati ta’ referenza fiż-żmien ta’ l-għotja u waqt li tiġi kkunsidrata l-eżistenza ta’ titoli ta’ sigurtà normali u/jew riskju mhux normali assoċjat mas-self;

(c)

għajnuna fi skemi ta’ garanzija,

fejn il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għotja globali ekwivalenti tkun ġiet aċċettata wara li ġiet notifikata din il-metodoloġija lill-Kummissjoni u l-metodoloġija approvata tindirizza espliċitament it-tip ta’ garanziji u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet ikkonċernati marbuta magħha fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; jew

fejn l-ekwivalenti gross ta’ għajnuna jkun ġie kkalkulat abbażi tal-primjum fil-limitu ta’ eżenzjoni stipulat fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji.

(d)

l-għajnuna magħmula minn miżuri fiskali għandha titqies bħala trasparenti meta l-miżuri jipprovdu għall-iffissar ta’ limitu li jassigura li l-ogħla livell applikabbli ma jinqabiżx.

2.   It-tipi ta’ għajnuna li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala trasparenti:

(a)

għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital;

(b)

għajnuna magħmula minn miżuri ta’ kapital ta’ riskju.

3.   Għajnuna fil-forma ta’ self li jitħallas lura għandha titqies bħala trasparenti biss jekk l-ammont totali tas-self li jitħallas lura ma jaqbiżx il-limitu applikabbli skond dan ir-Regolament. Jekk l-ogħla livell applikabbli jiġi espress f’termini ta’ intensità ta’ l-għajnuna, l-ammont totali tal-pagament misluf li għandu jitħallas lura, espress bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż eleġibbli, m’għandux jaqbeż l-intensità ta’ l-għajnuna applikabbli.

Artikolu 6

Kumulazzjoni

1.   Biex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika individwali kontemplati fl-Artikolu 1(3) u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna kontemplati f’Kapitolu 2 ġewx rispettati, l-ammont totali ta’ miżuri ta’ appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett assistit għandu jiġi kkunsidrat, mingħajr ma jiġi meqjus jekk dak l-appoġġ ġiex finanzjat minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Komunità.

2.   L-għajnuna eżentata taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi miżjuda ma’ kwalunkwe għajnuna oħra eżentata taħt dan ir-Regolament dejjem jekk dawk il-miżuri ta’ għajnuna jikkonċernaw spejjeż eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati.

3.   Għajnuna eżentata skond dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi akkumulata ma’ xi għajnuna oħra eżentata taħt dan ir-Regolament jew għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 (16) jew ma’ finanzjament ieħor tal-Komunità fir-rigward ta’ l-istess spejjeż eliġibbli - li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox - jekk din l-akkumulazzjoni tirriżulta li taqbeż l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Effett ta’ Inċentiv

1.   Dan ir-Regolament għandu jeżenta biss għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv.

2.   Għajnuna għandha tiġi meqjusa li jkollha effett ta’ inċentiv jekk tagħmilha possibbli għall-benefiċjarju li jwettaq attivitajiet jew proġetti li ma kienx iwettaq mingħajr l-għajnuna.

Din il-kundizzjoni għandha titqies bħala sodisfatta jekk, qabel inkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew attività, il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna lill-Istat Membru konċernat.

3.   Il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ miżuri fiskali li jistabbilixxu dritt legali għal għajnuna skond il-kriterji oġġettivi u mingħajr ma l-Istat Membru jkompli juża d-diskrezzjoni tiegħu jekk dawk il-miżuri fiskali jkunu adottati qabel ma tkun bdiet il-ħidma fuq il-proġett jew l-attività.

4.   Jekk skond dan ir-Regolament il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 3 ma jkunux sodisfatti, il-miżura kollha ta’ l-għajnuna ma għandhiex tkun eżentata.

KAPITOLU 2

KATEGORIJI TA’ GĦAJNUNA

Artikolu 8

Għajnuna għal waqfien permanenti ta’ l-attivitaijiet tas-sajd

L-għajnuna għall-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 9

Għajnuna għal waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd

L-għajnuna għal waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd għal sajjieda u sidien ta’ bastimenti tas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 10

Għajnuna għal kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta

Għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri soċjo-ekonomiċi għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 26(3) u 27 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 11

Għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura

L-għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 12

Għajnuna għal miżuri akkwa-ambjentali

L-għajnuna għall-kumpens għall-użu ta’ metodi ta’ produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jgħinu fil-ħarsien u t-titjib ta’ l-ambjent u fil-konservazzjoni tan-natura għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 13

Għajnuna għal miżuri tas-saħħa pubblika

Għajnuna għall-kumpens lill-bdiewa tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-ħsad ta’ molluski mkabbra għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 14

Għajnuna għal miżuri ta’ saħħet l-annimali

L-għajnuna għal miżuri għal saħħet l-annimali għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 28 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 15

Għajnuna għal sajd fil-magħluq

L-għajnuna għal sajd fil-magħluq għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 16

Għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni

L-għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 17

Għajnuna għal azzjonijiet kollettivi

L-għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni li jiġu implimentati bl-appoġġ attiv ta’ l-operaturi nfushom jew mill-organizzazzjonijiet li jaġixxu f’isem il-produtturi jew ta’ organizzazzjoni oħra rikonoxxuta mill-Istati Membri għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 18

Għajnuna għal miżuri intiżi biex iħarsu u jiżviluppaw il-fawna u l-flora akkwatika

L-għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni intiżi biex iħarsu u jiżviluppaw fawna u flora akkwatika filwaqt li jtejbu l-ambjent akkwatiku għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 38 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 19

Għajnuna għal investimenti f’portijiet tas-sajd, postijiet tal-ħatt u postijiet ta’ kenn

L-għajnuna għal investimenti f’portijiet tas-sajd pubbliċi jew privati, postijiet ta’ ħatt u postijiet ta’ kenn għas-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 20

Għajnuna għall-iżvilupp ta’ swieq ġodda u kampanji promozzjonali

L-għajnuna għal miżuri ta’ interess komuni maħsuba biex timplimenta politika ta’ titjib fil-kwalità u fil-valur, tiżviluppa swieq ġodda jew kampanji promozzjonali għal prodotti tas-sajd u ta’ l-akkwakultura għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 21

Għajnuna għal proġetti pilota

L-għajnuna għal proġetti pilota għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 22

Għajnuna għall-modifikazzjoni għal assenjament mill-ġdid tal-bastimenti tas-sajd

L-għajnuna għall-modifikazzjoni għal assenjament mill-ġdid tal-bastimenti tas-sajd, taħt il-bandiera ta’ xi Stat Membru u reġistrata fil-Komunità għal finijiet ta’ taħriġ jew ta’ riċerka fis-settur tas-sajd jew għal attivitajiet oħra barra s-sajd għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikoli 36 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 23

Għajnuna għal assistenza teknika

L-għajnuna għal assistenza teknika għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat dejjem jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’sussidju ekwivalenti, mar-rata totali tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi stabbilita bl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 24

Eżenzjonijiet mit-taxxa skond id-Direttiva 2003/96/KE

1.   L-eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għas-settur tas-sajd kollu li l-Istati Membri jintroduċu skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/96/KE għandhom, safejn jikkostitwixxu l-għajnuna mill-Istat, ikunu kompatibbli mas-suq komuni u eżentati mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

2.   Għajnuna ambjentali fil-forma ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa jew tnaqqis applikabbli għas-sajd fl-ilmijiet interni u xogħlijiet ta’ pixxikultura li l-Istati Membri jistgħu jintroduċuhom skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, bil-kundizzjoni li ma tingħatax għal perjodi ta’ aktar minn 10 snin. Wara dan il-perjodu ta’ 10 snin, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid kemm ikunu għadhom xierqa l-miżuri ta’ għajnuna kkonċernati.

Il-benefiċjarju tat-tnaqqis tat-taxxa għandu jħallas għallinqas il-livell minimu Komunitarju tat-taxxa stabbilit minn dik id-Direttiva.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI

Artikolu 25

Trasparenza u monitoraġġ

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ skema ta’ l-għajnuna jew l-allokazzjoni ta’ għajnuna ad hoc li tkun ġiet eżentata skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru għandu jippreżenta sinteżi ta’ informazzjoni dwar dik il-miżura ta’ l-għajnuna lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fil-format elettroniku skond l-applikazzjoni stabbilita ta’ l-IT tal-Kummissjoni, fil-forma stabbilita fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi li rċeviet is-sintezi msemmija hawn fuq mingħajr dewmien.

Is-sinteżijiet ipprovduti mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

2.   Mad-dħul fis-seħħ ta’ skema ta’ l-għajnuna, inkella l-għoti ta’ għajnuna ad hoc li tkun ġiet eżentata skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat gġandu jippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta’ din il-miżura ta’ għajnuna, u jindika l-kriterji u l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat din l-għajnuna u l-identità ta’ l-awtorità li tat l-għajnuna. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li t-test sħiħ tal-miżura ta’ l-għajnuna jkun aċċessibbli fuq l-internet sakem iddum is-seħħ il-miżura ta’ l-għajnuna kkonċernata. L-informazzjoni fil-qosor ipprovduta mill-Istat Membri kkonċernat skond il-paragrafu 1 għandha tispeċifika indirizz ta’ l-internet li jwassal direttament għat-test sħiħ tal-miżura ta’ l-għajnuna. L-indirizz ta’ l-internet għandu jkun inkluż ukoll fir-rapport annwali li jintbagħat skond il-paragrafu 4.

3.   Fl-għoti ta’ għajnuna individwali eżentata skond dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna fil-forma ta’ miżuri fiskali, l-att dwar l-għoti ta’ l-għajnuna għandu jkun fih referenza espliċità għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament ikkonċernat minn dan l-att, għal-liġi nazzjonali li tassigurtà r-rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament u għall-indirizz elettroniku msemmi fil-paragrafu 2.

4.   Skond Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (17), l-Istati Membri għandhom jikkompilaw rapport f’forma elettronika dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.

5.   L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati dwar kwalunkwe għajnuna ad hoc jew għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ għajnuna eżentata skond dan ir-Regolament. Dawn ir-rekords għandhom ikollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar l-istatus ta’ kwalunkwe intrapriża li d-dritt tagħha għal għajnuna jew għal bonus jiddependi fuq l-istatus tagħha bħala SME, l-informazzjoni dwar l-effett ta’ inċentiv ta’ l-għajnuna u informazzjoni li tagħmilħa possibbli biex jiġi stabbilit l-ammont preċiż ta’ spejjeż eliġibbli għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

6.   Rekords dwar għajnuna individwali għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Ir-rekords li jirrigwardaw skema ta’ għajnuna għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha ngħatat l-aħħar għajnuna taħt dik l-iskema.

7.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment il-miżuri ta’ għajnuna li tkun ġiet infurmata dwarhom skond paragrafu 1.

8.   Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru konċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni fi żmien perjodu fiss stabbilit fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis neċessarja biex tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax fi żmien dak il-perjodu jew perjodu miftiehem fuq bażi komuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat tfakkira li tagħti data ta’ skadenza ġdida sa meta għandha tintbagħat l-informazzjoni. Jekk, minkejja dik it-tfakkira, l-Istat Membru konċernat ma jagħtix l-informazzjoni mitluba, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru konċernat il-possibbiltà li jagħti l-opinjoni tiegħu, tadotta deċiżjoni li tgħid li l-miżuri ta’ għajnuna kollha individwali futuri adottati abbażi ta’ l-iskema jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali

1.   Notifiki pendenti fiż-żmien tad-dħul fi-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikunu evalwati skond id-dispożizzjonijiet tiegħu. Fejn il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jiġux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha teżamina dawk in-notifikazzjonijiet pendenti taħt il-linji ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd.

L-għajnuna notifikata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew mogħtija qabel dik id-data fin-nuqqas ta’ xi awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni u bi ksur tar-rekwiżit tan-notifika skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fil-kuntest ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, minbarra r-rekwiżit li ssir referenza għar-Regolament u jissemma n-numru ta’ identifikazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe għajnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni skond l-istrutturi, il-linji ta’ gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

2.   Skemi ta’ għajnuna eżenti taħt dan ir-Regolament għandhom jibqgħu eżenti għal perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur wara d-data stipulata fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 27.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jkun applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU C 248, 23.10.2007, p. 13.

(3)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).

(4)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3.).

(5)  ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5.

(6)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.

(8)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(9)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(10)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(11)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(12)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100).

(13)  ĠU L 83, 27.3.1999, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(14)  ĠU L 291, 14.9.2004, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 183M, 15.7.2006, p. 168.

(15)  ĠU L …, … 2008, p. …

(16)  ĠU L 193, 25.7.2007, p. 6.

(17)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS I

Formola ta’ informazzjoni mqassra li trid tiġi pprovduta kull meta xi skema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament tiġi implimentata u kull meta xi għajnuna ad hoc eżentata minn dan ir-Regolament tingħata barra kwalunkwe skema ta’ għajnuna

1.

Stat Membru:

2.

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna:

3.

Titlu ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc:

4.

Bażi ġuridika:

5.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta’ għajnuna ad hoc mogħtija lill-kumpanija:

6.

Intensità massima ta’ l-għajnuna:

7.

Data tad-dħul fis-seħħ:

8.

Tul ta’ l-iskema jew għotja ta’ l-għajnuna individwali (mhux aktar tard mill-30.6.2014); indika:

taħt l-iskema: sa liema data tista’ tingħata l-għajnuna;

fil-każ ta’ xi għajnuna ad hoc: id-data mistennija ta’ l-aħħar pagament li jrid jitħallas:

9.

Għan ta’ l-għajnuna:

10.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża:

11.

Attività kkonċernata:

12.

Isem u indirizz ta’ l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

13.

Indirizz elettroniku fejn jista’ jinstab it-test kollu ta’ l-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta’ għajnuna:

14.

Motivazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew tas-Sajd:


ANNESS II

Formola tar-Rapport Perjodiku li trid tiġi kkompletata u nnotifikata lill-Kummissjoni

Għall-obbligi tar-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni taħt ir-regolamenti ta’ eżenzjoni tal-grupp adottati abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija hawn taħt li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna kollha koperti b’dan ir-Regolament, f’forma kompjuterizzata, fil-format ikkomunikat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

1.

Stat Membru:

2.

Titlu:

3.

Numru ta’ l-għajnuna:

4.

Sena ta’ skadenza:

5.

Għan ta’ l-għajnuna:

6.

Għadd ta’ benefiċjarji:

7.

Kategorija ta’ għajnuna (eż. għotja diretta, self b’rata ta’ imgħax imnaqqsa, eċċ.):

8.

Nefqa totali annwali:

9.

Rimarki:


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 737/2008

tat-28 ta’ Lulju 2008

li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi ta’ l-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta’ referenza Komunitarja għar-rabja u t-tuberkolożi ta’ l-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 55(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Komunità għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa ta’ l-annimali. Il-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-saħħa ta’ l-annimali u għall-annimali ħajjin huma mniżżla fil-Parti II ta’ l-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Id-Direttiva 2006/88/KE dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għat-tqegħid tagħhom fis-suq, u l-importazzjoni u t-transitu mal-Komunità ta’ annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u ċerti miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll minimi ta’ ċertu mard f'dawk l-annimali. Skond din id-Direttiva, il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għall-mard ta’ annimali akkwatiċi għandhom jikkonformaw mal-funzjonijiet u mad-dmirijiet stipulati fil-Parti I ta’ l-Anness VI tagħha.

(3)

Wara tmiem il-proċedura ta’ l-għażla għal sejħa għal ħatra, is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, għandu jinħatar bħala l-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji.

(4)

Wara tmiem il-proċedura ta’ l-għażla għal sejħa għal ħatra, il-Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages ta’ l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA) għandu jinħatar bħala laboratorju Komunitarju ta’ referenza għar-rabja.

(5)

Wara tmiem il-proċedura ta’ l-għażla għal sejħa għal ħatra, il-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) tal-Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, għandu jinħatar bħala laboratorju Komunitarju ta’ referenza għat-tuberkolożi ta’ l-ifrat.

(6)

Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji, ir-rabja u t-tuberkolożi ta’ l-ifrat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ bidu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Lulju 2008 sabiex jippermetti evalwazzjoni tar-rendiment u l-konformità tagħhom.

(7)

Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet speċifiċi marbuta mal-karatteristiċi ta’ l-aġenti li jikkawżaw il-marda għandhom jitwettqu fuq livell Komunitarju biex jiżguraw koordinazzjoni aħjar. Għalhekk, dawn ir-responsabbiltajiet u ħidmiet speċifiċi supplementari għandhom jiġu stipulati f'dan ir-Regolament għal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza għar-rabja u t-t-tuberkolożi ta’ l-ifrat.

(8)

Il-Parti II ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, hu hawnhekk maħtur bħala l-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 2

Il-Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages ta’ l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments (AFSSA), Nancy, Franza, hu hawnhekk maħtur bħala l-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għar-rabja mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

Ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet għal dak il-laboratorji huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 3

Il-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET), Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, hu hawnhekk maħtur bħala l-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għat-tuberkolożi ta’ l-ifrat mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

Ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet għal dak il-laboratorji huma stipulati fl-Anness II.

Artikolu 4

Fil-Parti II ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jiżdiedu l-punti 15, 16 u 17 li ġejjin:

“15.

Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju għall-mard tal-kurstaċji

Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas)

Weymouth Laboratory

The Nothe

Barrack Road

Weymouth

Dorset DT4 8UB

United Kingdom

16.

Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju għar-rabja

AFSSA – Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, France

54220 Malzéville

France

17.

Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju għat-tuberkolożi ta’ l-ifrat

VISAVET – Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid

Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria

28040 Madrid

Spain”

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; il-verżjoni kkoreġuta: ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85).

(2)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 27).


ANNESS I

ĊERTI RESPONSABBILTAJIET U ĦIDMIET TAL-LABORATORJU KOMUNITARJU TA’ REFERENZA GĦAR-RABJA

Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza fis-settur tas-saħħa ta’ l-annimali skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għar-rabja se jkollu r-responsabbiltajiet u l-ħidmiet stipulati fil-punti 1 sa 5.

(1)

Li jikkoordina, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dijanjosi tar-rabja, b'mod partikolari billi:

(a)

jsib it-tip, jaħżen u jipprovdi razez tal-vajrus tar-rabja;

(b)

jħejji, jikkontrolla u jforni s-sera standard Internazzjonali u reaġenti oħra ta’ referenza lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex jiġu standardizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri;

(c)

jivvalida tar-reaġenti ta’ referenza li jinkludu l-antiġeni u s-sera Standard Nazzjonali ppreżentati mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza;

(d)

jibni u jżomm bank tas-sera u jiġbor il-vajrus tar-rabja, u jżomm database ta’ razez iżolati mal-Komunità li jinkludu l-ispeċifikazzjoni;

(e)

jorganizza testijiet ta’ tqabbil perjodiċi ta’ proċeduri ta’ djanjożi fuq livell Komunitarju u jwettaq testijiet ta’ ħila għal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza;

(f)

jiġbor u jgħaqqad flimkien fatti magħrufa u tagħrif dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

(g)

jikkaratterizza vajrus tar-rabja mill-metodi disponibbli l-aktar aġġornati biex jippermetti li tinftiehem aktar l-epidemjoloġija tal-marda;

(h)

iżomm aġġornat ma’ l-iżviluppi fis-sorveljanza tar-rabja, l-epidemjoloġija u l-prevenzjoni fid-dinja kollha;

(i)

jakkwista għerf sħiħ dwar it-tħejjija u l-użu tal-prodotti ta’ immunoloġija veterinarja użati biex tinqered u tiġi kkontrollata r-rabja inkuża l-valutazzjoni tat-tilqim.

(2)

Li jħaffef l-armonizzazzjoni tat-tekniċi mal-Komunità kollha, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjoni ta’ metodoloġiji tat-test standard.

(3)

Li jorganizza gruppi ta’ ħidma għall-benefiċċju tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza kif miftiehem fil-programm ta’ ħidma u l-baġit annwali msemmi fl-Artikoli 2 sa 4 tar-Regolament (KE) Nru 156/2004 (1), inkluż it-taħriġ ta’ esperti mill-Istati Membri u, kif xieraq, minn pajjiżi terzi, f'metodoloġiji analitiċi ġodda.

(4)

Li jipprovdi għajnuna teknika lill-Kummissjoni u, fuq talba tiegħu, jieħu sehem f'fora internazzjonali rigward ir-rabja, li jikkonċernaw b'mod partikolari l-istandardizzazzjoni ta’ metodi ta’ dijanjosi analitiċi u l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Li jwettaq attivitajiet ta’ riċerka u, fejn possibbli, jikkoordina attivitajiet ta’ riċerka diretti lejn kontroll imtejjeb u l-qerda tar-rabja, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

Twettiq jew kollaborazzjoni mal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza fit-twettiq tal-provi ta’ validazzjoni tat-test;

(b)

għoti ta’ parir xjentifiku lill-Kummissjoni u l-ġabra ta’ tagħrif u rapporti assoċjati ma’ l-attivitajiet tal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza.


(1)  ĠU L 27, 30.1.2004, p. 5.


ANNESS II

ĊERTI RESPONSABBILTAJIET U ĦIDMIET TAL-LABORATORJU KOMUNITARJU TA’ REFERENZA GĦAT-TUBERKOLOŻI TA’ L-IFRAT

Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza fis-settur tas-saħħa ta’ l-annimali skond l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għat-tuberkolożi ta’ l-ifrat jkollu r-responsabbiltajiet u l-ħidmiet stipulati fil-punti 1 sa 5.

(1)

Li jikkoordina, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-djanjosi tar-rabja, b'mod partikolari billi:

(a)

jsib it-tip, jaħżen u jforni razez tal-Mycobacterium sp. li jikkawżaw it-tuberkolożi fl-annimali;

(b)

jħejji, jikkontrolla u jforni r-reaġenti ta’ referenza lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex jiġu standardizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri;

(c)

jivvalida r-reaġenti ta’ referenza li jinkludu l-antiġeni u t-tuberkulini ppreżentati mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għat-tuberkolożi ta’ l-ifrat;

(d)

jibni u jżomm kollezzjoni tal-Mycobacterium sp. li jikkawżaw it-tuberkolożi fl-annimali, u jżomm database ta’ razez iżolati mal-Komunità li jinkludu l-ispeċifikazzjoni;

(e)

jorganizza testijiet ta’ tqabbil perjodiċi ta’ proċeduri ta’ djanjożi fuq livell Komunitarju u jwettaq testijiet ta’ ħila għal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza;

(f)

jiġbor u jgħaqqad flimkien fatti magħrufa u tagħrif dwar il-metodi tad-djanjożi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

(g)

jikkaratterizza l-Mycobacterium sp. li jikkawża t-tuberkolożi fl-annimali permezz tal-metodi disponibbli l-aktar aġġornati biex jippermetti li tinftiehem aktar l-epidemjoloġija tal-marda;

(h)

iżomm aġġornat ma’ l-iżviluppi fis-sorveljanza tat-tuberkolożi, l-epidemjoloġija u l-prevenzjoni fid-dinja kollha;

(i)

jakkwista għerf sħiħ dwar it-tħejjija u l-użu tal-prodotti ta’ immunoloġija veterinarja użati biex tinqered u tiġi kkontrollata t-tuberkolożi inkuża l-valutazzjoni tat-tilqim.

(2)

Li jħaffef l-armonizzazzjoni tat-tekniċi mal-Komunità kollha, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjoni ta’ metodoloġiji tat-test standard.

(3)

Li jorganizza gruppi ta’ ħidma għall-benefiċċju tal-laboratorji Komunitarji ta’ referenza kif miftiehem fil-programm ta’ ħidma u l-baġit annwali msemmi fl-Artikoli 2 sa 4 tar-Regolament (KE) Nru 156/2004, inkluż it-taħriġ ta’ esperti mill-Istati Membri u, kif xieraq, minn pajjiżi terzi, f'metodoloġiji analitiċi ġodda.

(4)

Li jipprovdi għajnuna teknika lill-Kummissjoni u, fuq talba tiegħu, jieħu sehem f'fora internazzjonali rigward id-dijanjożi tat-tuberkolożi ta’ l-ifrat, li jikkonċernaw b'mod partikolari l-istandardizzazzjoni ta’ metodi ta’ dijanjosi analitiċi u l-implimentazzjoni tagħhom.

(5)

Li jwettaq attivitajiet ta’ riċerka u, fejn possibbli, jikkoordina attivitajiet ta’ riċerka diretti lejn kontroll imtejjeb u l-qerda tat-tuberkolożi ta’ l-ifrat, b'mod partikolari permezz ta':

(a)

twettiq jew kollaborazzjoni mal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza fit-twettiq tal-provi ta’ validazzjoni tat-test;

(b)

għoti ta’ parir xjentifiku lill-Kummissjoni u l-ġabra ta’ tagħrif u rapporti assoċjati ma’ l-attivitajiet tal-laboratorju Komunitarju ta’ referenza.


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/2008

tat-28 ta' Lulju 2008

li jemenda, għat-tnax-il darba, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 jelenka l-persuni li jagħu taħt l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dak l-Anness, filwaqt li tieħu f’kunsiderazzjoni Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jimplimentaw il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/CFSP tal-11 ta' Ottubru 2004 dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat ta’ l-ICTY (2). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/613/CFSP (3) tat-24 ta’ Lulju 2008 timplimenta dik il-Pożizzjoni Komuni. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1763/2004 hu emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 789/2007 (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 27).

(2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Il-Pożizzjoni Komuni kif l-aħħar emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/635/CFSP (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 30)

(3)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 63.


ANNESS

Il-persuna li ġejja għandha titneħħa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 1763/2004:

“Zupljanin, Stojan. Data tat-twelid: 22.9.1951. Post tat-twelid: Kotor Varos, il-Bożnja u l-Ħerżegovina. Nazzjonalità: Tal-Bożnja u Ħerżegovina.”


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 739/2008

tat-28 ta’ Lulju 2008

li jipprojbixxi s-sajd għall-Bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII ta’ l-ICES (ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi) min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għajr Spanja, Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-fond (3) jistabbilixxi kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istati Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom għandu jkun ipprojbit. Għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk maqbud minn dawn il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 541/2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 23).


ANNESS

Nru

03/DSS

Stat Membru

L-ISTATI MEMBRI KOLLHA GĦAJR Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit

Stokk

SBR/678-

Speċi

Bażuga (Pagellus bogaraveo)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 740/2008

tad-29 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1418/2007 fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal esportazzjoni ta’ skart lejn ċerti pajjiżi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjaġġi ta’ skart (1), b’mod partikolari għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara konsultazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati,

Billi:

(1)

Kull ambigwità għandha titneħħa fir-rigward tal-applikabilità tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar il-vjaġġi ta’ skart fejn pajjiż fit-tweġiba tiegħu għat-talba tal-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 indika li la se jipprojbixxi dan il-ġarr u lanqas se japplika l-proċedura ta’ notifika bil-miktub minn qabel u jagħtih il-kunsens kif deskritt fl-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet mill-Bożnija u Ħerzegovina, l-Iran u t-Togo għat-talbiet bil-miktub tagħha għal konfirmazzjoni bil-miktub li l-iskart li jinstab fil-lista fl-Anness III jew IIIA għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u li l-esportazzjoni tiegħu mhix ipprojbita skont l-Artikolu 36 jista’ jiġi esportat mill-Komunità għal irkupru f’dawn il-pajjiżi u għal indikazzjoni mingħandhom dwar liema proċedura ta’ kontroll, jekk dan hu l-każ, se tiġi segwita. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll aktar informazzjoni konnessa mal-Kosta tal-Avorju, il-Malażja, il-Moldova (2), ir-Russja u l-Ukraina. L-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 (3) għandu għalhekk jiġi emendat biex jikkunsidra dan.

(3)

Ġie rrimarkat mill-Gvern tal-Liechtenstein li l-Liechtenstein għandu jitqies bħala pajjiż li għalih japplikaw id-Deċiżjonijiet tal-OECD. L-Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għalhekk ma japplikax għal dan il-pajjiż, u l-Liechtenstein għandu jitħassar mill-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1418/2007 għandu jkun emendat skont iċ-ċirkostanzi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1418/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1a li ġej hu mdaħħal:

“Artikolu 1a

Fejn pajjiż fit-tweġibtu għal talba bil-miktub mibgħuta mill-Kummissjoni skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jindika li, rigward ċertu ġarr ta’ skart, la se jipprojbixxih lanqas se japplika l-proċedura ta’ notifika bil-miktub minn qabel u jagħti l-kunsens kif deskritt fl-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għal ġarr ta’ din ix-xorta.”

(2)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 hu emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-erbatax-il jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2008 (ĠU L 188, 16.7.2008, p. 7).

(2)  Il-forma mqassra “Il-Moldova” użata biex tiddenota r-Repubblika tal-Moldova.

(3)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.


ANNESS

Nota: L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika għall kolonni (c) u (d) fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1418/2007 bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

1.   Fit-test li jiġi qabel l-informazzjoni dwar il-pajjiż, il-punt (d) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

proċeduri oħrajn ta’ kontroll se jiġu segwiti fil-pajjiż ta’ destinazzjoni skond il-liġi nazzjonali applikabbli.”

2.   Wara l-annotazzjoni għall-Benin, qed tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“Il-Bożnija u Ħerzegovina

(a)

(b)

(c)

(d)

 

 

B3020

 

 

l-iskart l-ieħor kollu mniżżel fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006”

 

 

3.   Wara l-annotazzjoni għall-Kosta Rika, qed tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“Il-Kosta ta’ l-Avorju (Ir-Repubblika tal-Kosta ta’ l-Avorju)

(a)

(b)

(c)

(d)

 

minn B1010:

kull skart ieħor

 

minn B1010

Metalli Prezzjużi (id-deheb, il-fidda, il-grupp tal-platinu, imma mhux il-merkurju)

B1020 – B2120

 

 

 

 

B2130

 

 

 

 

 

B3010 – B3020

 

minn B3030

kull skart ieħor

 

minn B3030

Skart (li jinkludi suf qasir, ħjut skart u stokk ta’ granata) ta’ fibri magħmula mill-bniedem

Ħwejjeġ użati u oġġetti oħra ta’ tessuti

Ċraret użati, ruttam ta’ ħjut tal-qanneb, ħbula, ħabel u kejbils u oġġetti ta’ ħjut tal-qanneb użati, ħbula, ħabel jew kejbils tat-tessuti

 

B3035 – B3130

 

 

 

 

 

B3140

 

B4010 – B4030

 

 

GB040

7112

2620 30

2620 90

 

 

 

 

GC010

 

 

 

GC020

 

 

GC030

ex 8908 00

 

 

 

GC050

 

 

 

 

GE020

ex 7001

ex 7019 39

 

 

 

GF010

 

 

 

GG030

ex 2621

 

 

 

GG040

ex 2621

 

 

 

GH013

3915 30

ex 3904 10 -40

 

 

 

GN010

ex 0502 00

 

 

 

GN020

ex 0503 00

 

 

 

GN030

ex 0505 90 ”

 

 

4.   L-annotazzjoni għal-Liechtenstein hi mħassra.

5.   Wara l-annotazzjoni għall-Indoneżja, qed tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“L-Iran (Ir-Repubblika Iżlamika ta’ l-Iran)

(a)

(b)

(c)

(d)

 

B1010 – B1090

 

 

minn B1100:

ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu li ġej:

Ħmieġ ta’ biċċiet taż-żingu ġej minn magna li tiggalvanizza b’għadsa taħraq (mazzi) (>92 % Zn)

Tneħħija ta’ żingu mill-wiċċ ta’ likwidu

Tneħħija ta’ aluminju mill-wiċċ ta’ likwidu (jew tneħħija mill-wiċċ ta’ likwidu) li jeskludi fdalijiet ta’ melħ minn metall imdewweb

Skart ta’ kisi ta’ refrattarji, li jinkludi griġjoli, li joriġina mit-tisħin u t-tidwib ta’ ram sabiex jinkiseb minnu l-metall li jkun fih

Fdalijiet mill-ipproċessar ta’ metalli prezzjużi mdewbin għal iżjed raffinar

Fdalijiet minn landa mdewweb li fih it-tantalu li jkun fih inqas minn 0.5 % landa

minn B1100:

żingu mhux pur u iebes

ħmieġ tal-metalli li fih iż-żingu li ġej:

Ħmieġ ta’ fuq ta’ biċċiet taż-żingu tal-iggalvanizzar (>90 % Zn)

Ħmieġ ta’ isfel ta’ biċċiet taż-żingu tal-iggalvanizzar (>92 % Zn)

Ħmieġ taż-żingu użat fil-proċess li bih isir xogħol fondut minn forom tal-metall (>85 % Zn)

 

 

B1115

 

 

 

 

B1120 – B1150

 

 

B1160 – B1210

 

 

 

 

B1220 – B2010

 

 

B2020 – B2130

 

 

 

 

B3010 – B3020

 

 

B3030 – B3040

 

 

 

minn B3050:

Skart tas-sufra: sufra mgħaffġa, magħquda jew mitħuna

minn B3050:

Skart u ruttam ta’ injam, kemm jekk ikunu miġbura jew le fi zkuk, trab tal-faħam, pritkuna jew forom simili

 

 

B3060 – B3070

 

 

 

 

B3080

 

 

B3090 – B3130

 

 

 

 

B3140

 

 

B4010 – B4030

 

 

 

 

GB040

7112

2620 30

2620 90

 

 

GC010

 

 

 

GC020

 

 

 

GC030

ex 8908 00

 

 

 

GC050

 

 

 

GE020

ex 7001

ex 7019 39

 

 

 

GF010

 

 

 

GG030

ex 2621

 

 

 

GG040

ex 2621

 

 

 

GH013

3915 30

ex 3904 10 -40

 

 

 

GN010

ex 0502 00

 

 

 

GN020

ex 0503 00

 

 

 

GN030

ex 0505 90 ”

 

 

 

6.   Wara l-annotazzjoni għat-Tajlandja, qed tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“It-Togo (Ir-Repubblika Togoliża)

(a)

(b)

(c)

(d)

 

 

 

minn B3010

Ruttam tal-plastik tal-polimeri mhux aloġenati u l-kopolimeri li ġejjin

polipropelin

polyethylene terephthalate

 

l-iskart l-ieħor kollu mniżżel fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006”

 

 

7.   Wara l-annotazzjoni għat-Tuniżija, qed tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja:

“L-Ukraina

(a)

(b)

(c)

(d)

 

 

B2020

 

 

 

B3010; B3020

 

 

l-iskart l-ieħor kollu mniżżel fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006”

 

 

8.   L-annotazzjoni għall-Kosta ta’ l-Avorju hi mħassra

9.   L-annotazzjoni għall-Malażja hi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Malażja

(a)

(b)

(c)

(d)

minn B1010:

Ruttam tan-Nîkil

Ruttam taż-żingu

Ruttam tat-Tungstenu

Ruttam tat-tantalu

Ruttam tal-manjesju

Ruttam tat-Titanju

Ruttam tal-manganiż

Ruttam tal-Ġermanju

Ruttam tal-vanadju

Ruttam tal-Ħafnju, Indju, Niobju, Renju u Gallju

Ruttam tal-membri tal-grupp ta’ elementi metalliċi rari

Ruttam tal-Kromju

minn B1010:

Ruttam tal-Molibdenu

Ruttam tal-Kobalt

Ruttam tal-Bismut

Ruttam taż-żirkonju

Ruttam tat-Torju

minn B1010

Metalli Prezzjużi (id-deheb, il-fidda, il-grupp tal-platinu, imma mhux il-merkurju)

Ruttam tal-ħadid u l-Azzar

Ruttam tar-Ram

Ruttam tal-Alluminju

Ruttam tal-landa

 

B1020 – B1090

 

 

 

minn B1100:

kull skart ieħor

 

minn B1100:

żingu mhux pur u iebes

tneħħija ta’ żingu mill-wiċċ ta’ likwidu

 

 

 

B1115

 

B1120 – B1140

 

 

 

 

 

B1150

 

B1160 – B1190

 

 

 

 

 

B1200; B1210

 

B1220 – B1240

 

 

 

 

 

B1250 – B2030

 

minn B2040:

Sulfat ta’ kalċju raffinat parzjalment li jiġi mit-tneħħija ta’ kubrit mit-tromba ta’ ċumnija tal-gass (FGD)

Fdal minn metall imdewweb mill-produzzjoni tar-ram, stabbilizzat b’mod kimiku, li għandu kontenut għoli ta’ ħadid (’il fuq minn 20 %) u pproċessat skont l-ispeċifikazzjonijiet industrijali (e.ż. DIN 4301 u DIN 8201) prinċipalment għall-applikazzjonijiet tal-konstruzzjoni u brix

 

minn B2040:

kull skart ieħor

 

 

 

B2060

 

B2070; B2080

 

 

 

 

 

B2090

 

B2100

 

 

 

 

 

B2110 – B2130

 

 

 

 

B3010

 

 

B3020 – B3035

 

B3040

 

 

 

 

minn B3050:

Skart u ruttam ta’ injam, kemm jekk ikunu miġbura jew le fi zkuk, trab tal-faħam, pritkuna jew forom simili

minn B3050:

Skart tas-sufra: sufra mgħaffġa, magħquda jew mitħuna

 

 

minn B3060:

Skart veġetali mnixxef u sterilizzat, fdalijiet u prodotti li jiġu minnhom, kemm jekk ikunu fil-forma ta’ pritkuni, jew ta’ xi tipi użati fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikat jew inkluż f’postijiet oħra (granza tar-ross u prodotti li jiġu minnhom taħt 2302 20 100 /900 )

Skart tal-għadam u l-punti ċentrali tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, ippreparati b’mod sempliċi (imma mhux maqtugħin fil-forom), trattati bl-aċtu jew bil-ġelatina mneħħija

Qxur tal-kawkaw, ħliefa, ġlud u skart ieħor tal-kawkaw

Skart ieħor mill-industrija tal-agri-ikel li jeskludi prodotti li jiġu minnu, li jilħqu rekwiżiti nazzjonali u internazzjonali u livelli għall-konsum mill-bnedmin jew annimali:

 

minn B3060:

Skart veġetali mnixxef u sterilizzat, fdalijiet u prodotti li jiġu minnhom, kemm jekk ikunu fil-forma ta’ pritkuni, jew ta’ xi tipi użati fl-għalf tal-annimali, mhux speċifikat jew inkluż f’postijiet oħra (granza tar-ross u prodotti li jiġu minnhom taħt 2302 20 100 /900 )

Skart ieħor mill-industrija tal-agri-ikel li jeskludi prodotti li jiġu minnu, li jilħqu rekwiżiti nazzjonali u internazzjonali u livelli għall-konsum mill-bnedmin jew annimali:

 

 

B3065 – B3140

 

B4010

 

 

 

 

 

B4020

 

B4030

 

 

 

GB040

7112

2620 30

2620 90 :

 

 

 

GC010

 

 

 

GC020

 

 

 

GC030

ex 8908 00

 

 

 

GC050

 

 

 

 

 

GE020

ex 7001

ex 7019 39

 

 

 

GF010

 

GG030

ex 2621

 

 

 

GG040

ex 2621

 

 

 

GH013

3915 30

ex 3904 10 -40

 

 

 

 

GN010

ex 0502 00

 

GN010

ex 0502 00

 

GN020

ex 0503 00

 

GN020

ex 0503 00

 

GN030

ex 0505 90

 

GN030

ex 0505 90 ”

10.   L-annotazzjoni għall-Moldova hi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Moldova, (Ir-Repubblika tal-Moldova)

(a)

(b)

(c)

(d)

 

 

 

B1010

 

 

 

B2020

minn B3020:

kull skart ieħor

 

 

minn B3020:

karta jew kartun mhux ibbliċjati jew ta’ karti jew kartun immewġin

karti jew kartun ieħor, magħmul prinċipalment minn polpa bbliċjata kimikament, mhux ikkuluriti fil-massa

karti jew kartun magħmul prinċipalment minn polpa mekkanika (pereżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat b’mod simili)

L-iskart l-ieħor kollu mniżżel fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006”

 

 

 

11.   L-annotazzjoni għall-Federazzjoni Russa hi sostitwita b’dan li ġej:

“Ir-Russja (Il-Federazzjoni Russa)

(a)

(b)

(c)

(d)

 

 

 

B1010 – B2120

B2130

 

 

 

 

 

 

B3010 – B3030

B3035; B3040

 

 

 

 

 

 

B3050 – B3070

B3080

 

 

 

 

 

 

B3090

B3100

 

 

 

 

 

 

B3110 – B3130

B3140

 

 

 

 

 

 

B4010 – B4030

 

 

 

GB040

7112

2620 30

2620 90

 

 

 

GC010

 

 

 

GC020

 

 

 

GC030

ex 8908 00

 

 

 

GC050

GE020

ex 7001

 

 

GE020

ex 7019 39

 

 

 

GF010

 

 

 

GG030

ex 2621

 

 

 

GG040

ex 2621

 

 

 

GH013

3915 30

ex 3904 10 -40

 

 

 

GN010

ex 0502 00

 

 

 

GN020

ex 0503 00

 

 

 

GN030

ex 0505 90 ”


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 741/2008

tad-29 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 996/97 għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 tat-3 ta' Ġunju 1997 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għall-falda rqiqa ffriżata tal-bovini koperta bil-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat safejn għandhom jinħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni koperti bil-kwota tariffarja li ġġib in-numru tas-serje 09.4020 u li tressqu għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 996/97 għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 1,694843 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2008

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/97 (ĠU L 213, 15.8.2007, p. 6).


DIRETTIVI

30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/46


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/81/KE

tad-29 ta' Lulju 2008

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-difenacoum bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidi (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (2), jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi d-difenacoum.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, id-difenacoum ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Il-Finlandja nħatret bħala l-Istat Membru Referent u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-21 ta' Marzu 2006 skond l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidi fid-29 ta' Novembru 2007, f’rapport ta’ evalwazzjoni.

(5)

L-analiżi tad-difenacoum ma kixfet l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent.

(6)

Mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidi li jintużaw bħala rodentiċidi u jkun fihom id-difenacoum jistgħu jitqiesu li ma jippreżentawx riskju għall-bnedmin ħlief għal okkorrenzi inċidentali tat-tfal. Ġie identifikat riskju għall-annimali li mhumiex fil-mira u l-ambjent. Madankollu, ir-rodituri fil-mira huma annimali qerrieda u għalhekk huma ta’ periklu għas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, għadu ma ġiex stabbilit jekk jeżistux alternattivi adegwati għall-difenacoum, li jkunu daqstant effikaċi u anqas ta’ ħsara għall-ambjent. Għalhekk huwa xieraq li d-difenacoum jiġi inkluż fl-Anness I għal perjodu limitat, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidi wżati bħala rodentiċidi u li fihom id-difenacoum jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(7)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa xieraq li jkun rikjest li fil-livell ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodotti jiġu applikati miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskju fuq prodotti li jkun fihom id-difenacoum u li jintużaw bħala rodentiċidi. Miżuri tali għandhom jiġu mmirati biex ikun limitat ir-riskju primarju u sekondarju ta' l-esponiment tal-bnedmin u annimali li mhumiex fil-mira kif ukoll l-effetti għal tul ta' żmien fuq l-ambjent.

(8)

Minħabba r-riskji identifikati u l-karatteristiċi tagħha li jagħmluha potenzjalment persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, jew persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, id-difenacoum għandha tiġi inkluża fl-Anness I għal ħames snin biss u għandha tkun suġġetta għal valutazzjoni tar-riskju komparattiva skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha fl-Anness I.

(9)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidi fis-suq li fihom is-sustanza attiva tad-difenacoum u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq tal-prodotti bijoċidi in ġenerali.

(10)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data ta’ l-inklużjoni.

(11)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidi fil-prodotti tat-tip 14 li fihom d-difenacoum biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(12)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif jixraq.

(13)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-entrata li ġejja bir-reġistrazzjoni “Nru 9” hija mdaħħla fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidi kif jitqiegħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“9

Difenacoum

3-(3-biphenyl-4-yl-1,2,3,4-tetrahydro-1-naphthyl)-4-hydroxycoumarin

Nru tal-KE: 259-978-4

Nru tal-CAS: 56073-07-5

960 g/kg

l-1 ta’ April 2010

il-31 ta’ Marzu 2012

il-31 ta’ Marzu 2015

14

Fid-dawl tal-fatt li l-karatteristiċi tas-sustanza attiva jagħmluha potenzjalment persistenti, suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni u tossiku, jew persistenti ħafna u suxxettibbli ħafna għall-bijoakkumulazzjoni, is-sustanza attiva għandha tiġi suġġetta għal valutazzjoni tar-riskju komparattiva skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 10(5)(i) tad-Direttiva 98/8/KE qabel ma tiġġedded l-inklużjoni tagħha f'dan l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-konċentrazzjoni nominali tas-sustanza attiva fil-prodotti m'għandhiex taqbeż il-75 mg/kg u se jkunu awtorizzati biss il-prodotti lesti għall-użu.

(2)

Il-prodotti għandu jkun fihom aġent li jbiegħed u, fejn xieraq, żebgħa.

(3)

Il-prodotti m'għandhomx jintużaw bħala trab għat-traċċar.

(4)

Esponiment primarju kif ukoll sekondarju tal-bnedmin, annimali mhux fil-mira u l-ambjent jiġu minimizzati, billi jiġu kkunsidrati u applikati l-miżuri kollha xierqa u disponibbli għat-taffija tar-riskju. Fost l-oħrajn, dawn jinkludu r-restrizzjoni għall-użu professjonali biss, l-iffissar tal-limitu għall-kobor tal-pakkett u stipular ta’ l-obbligi biex jintużaw kaxxi tal-lixki reżistenti għat-tbagħbis u sikuri.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/49


DEĊIŻJONI Nru 742/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Lulju 2008

dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni mdaħħlin fiż-żmien permezz ta’ l-użu ta’ Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni Ġodda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 169 u 172, it-tieni paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“Seba’ Programm Kwadru”) (2) tipprovdi għal parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta’ riċerka u żvilupp mibdija minn diversi Stati Membri, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn il-programmi, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(2)

Is-Seba’ Programm Kwadru iddefinixxa sensiela ta’ kriterji għall-identifikazzjoni ta’ oqsma għal tali inizjattivi fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169: ir-rilevanza mal-għanijiet Komunitarji, id-definizzjoni ċara ta’ l-għan li għandu jiġi segwit u r-rilevanza tiegħu ma’ l-għanijiet tas-Seba’ Programm Kwadru, il-preżenza ta’ bażi pre-eżistenti (programmi nazzjonali ta’ riċerka eżistenti jew maħsuba), il-valur miżjud Ewropew, massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti u x-xebh bejn l-attivitajiet li jkopru, u l-effiċjenza ta’ l-Artikolu 169 bħala l-mezz l-aktar xieraq għall-ksib ta’ dan il-għan.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar “il-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013) (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’”) tidentifika inizjattiva fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169 fil-qasam ta’ l-Ambient Assisted Living bħala wieħed mill-oqsma adattati għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi nazzjonali ta’ riċerka implimentati b’mod konġunt abbażi ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(4)

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005 intitolata “l-i2010 – Soċjetà ta’ Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi”, il-Kummissjoni pproponiet li tibda inizjattiva prominenti għall-kura ta’ persuni f’soċjetà li qed tixjieħ.

(5)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2006 intitolata “Il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa – minn sfida għal opportunità”, il-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li x-xjuħija demografika hija waħda mill-isfidi li l-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea qegħdin jaffrontaw u li l-użu tat-teknoloġiji ġodda jista jgħin sabiex l-ispejjeż jiġu kkontrollati u sabiex titjieb il-benesseri u tiġi promossa l-parteċipazzjoni fis-soċjetà ta’ l-anzjani, kif ukoll titjieb il-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea, bħala appoġġ għall-Istrateġija mġedda ta’ Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

(6)

B’mod partikulari fil-qasam tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), il-popolazzjoni li qed tixjieħ tista’ tiġi meqjusa bħala opportunità għal suq emerġenti għal prodotti u servizzi ġodda li jaqdu l-bżonnijiet tal-persuni mdaħħla fiż-żmien. Madankollu, l-iżvilupp mgħaġġel u l-użu ta’ teknoloġiji ta’ l-ICT m’għandux iwassal għall-esklużjoni u sabiex titwessa’ l-firda diġitali; madanakollu, it-titjib tal-litteriżmu diġitali huwa prekundizzjoni għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

(7)

L-inizjattiva preżenti fil-qasam ta’ l-Ambient Assisted Living għandha tieħu kont tar-realtà tas-soċjetà li qed tixjieħ fl-Ewropa, fejn il-persentaġġ tan-nisa huwa ogħla minn dak ta’ l-irġiel, minħabba li l-għomor medju tan-nisa huwa ogħla.

(8)

Ix-xjuħija attiva hija bħala element ċentrali fil-linji gwida mġedda għall-impjieg. L-approċċ ta’ l-UE għax-xjuħija timmira li timmobilizza l-potenzjal sħiħ ta’ persuni ta’ kull età – il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja – u tenfasizza l-bżonn ta’ bidla mill-istrateġiji għax-xjuħija fframmentati għal dawk komprensivi.

(9)

Bħalissa, għadd ta’ programmi jew attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam ta’ l-ICT għal Xjuħija Tajba mibdija mill-Istati Membri individwali u fuq livell nazzjonali m’humiex ikkoordinati biżżejjed fuq livell Ewropew u ma jippermettux metodu koerenti fuq livell Ewropew għal riċerka u żvilupp ta’ prodotti u servizzi innovattivi għal xjuħija tajba bbażati fuq l-ICT.

(10)

Peress li jixtiequ jaraw metodu koerenti fil-qasam ta’ l-ICT għal Xjuħija Tajba fuq livell Ewropew u sabiex jaġixxu b’mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva li jistabbilixxu programm konġunt ta’ riċerka u żvilupp intitolat “Ambient Assisted Living” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Programm Konġunt AAL”) fil-qasam ta’ l-ICT għal xjuħija tajba fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, sabiex jinkisbu sinerġiji f’termini ta’ ġestjoni u ta’ riżorsi finanzjarji billi jiggarantixxu mekkaniżmu waħdieni u komuni ta’ evalwazzjoni bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti fuq il-bażi ta’ prattika stabbilita kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-impriżi, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet f’azzjonijiet koperti mis-Seba’ Programm Kwadru u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (4), u ta’ tagħqid ta’ għarfien espert addizzjonali ma’ riżorsi disponibbli f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa.

(11)

Il-Programm Konġunt AAL għandu l-għan li jindirizza l-isfida tax-Xjuħija Demografika billi jipprovdi l-qafas neċessarju legali u amministrattiv għal kooperazzjoni Ewropea u fuq skala kbira bejn l-Istati Membri dwar riċerka applikata u innovazzjoni fil-qasam ta’ l-ICT għal Xjuħija Tajba f’soċjetà li qed tixjieħ. Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżvezja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Isvezja, u r-Renju Unit, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Istati Membri parteċipanti”) u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera qablu li jikkoordinaw u jimplimentaw flimkien attivitajiet li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-Programm Konġunt AAL. Il-valur globali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat b’minimu ta’ EUR 150 miljun għat-tul taż-żmien tas-Seba’ Programm Kwadru. Il-parteċipazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn il-pajjiżi fil-Programm Konġunt AAL għandha tkun suġġetta għal kontribuzzjoni minima li tkun xierqa fir-rigward tal-bżonn potenzjali tal-komunitajiet nazzjonali tiegħu ta’ riċerka u normalment għandha tkun ta’ mill-inqas EUR 0,2 miljun, jekk il-pajjiż għandu jipparteċipa fil-programm annwali ta’ ħidma.

(12)

Il-Programm Konġunt AAL għandu jippromwovi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-attivitajiet tiegħu b’konformità ma’ l-għanijiet tas-Seba’ Programm Kwadru.

(13)

Sabiex jiżdied l-impatt tal-Programm Konġunt AAL, l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera ftiehmu dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fih. Il-Komunità għandha tipparteċipa fil-Programm billi tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mhux aktar minn EUR 150 miljun. Billi l-Programm Konġunt AAL jilqa’ l-għanijiet speċifiċi tas-Seba’ Programm Kwadru u billi l-qasam ta’ riċerka tal-Programm Konġunt AAL jaqa’ fi ħdan it-tema tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tittieħed mill-approprjazzjoni allokata fil-baġit għal dik it-tema. Għażliet ulterjuri ta’ finanzjament jistgħu jkunu disponibbli, fosthom mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), b’mod partikolari permezz tal-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju, żviluppata b’mod konġunt ma’ l-EIB u mal-Kummissjoni b’konformità ma’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2006/97/KE.

(14)

Is-sostenn finanzjarju tal-Komunità għandu jingħata suġġett għad-definizzjoni ta’ pjan finanzjarju bbażat fuq impenji formali ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp u ta’ attivitajiet mibdija fuq livell nazzjonali u għall-kontribut tagħhom għall-finanzjament ta’ l-eżekuzzjoni konġunta tal-Programm Konġunt AAL.

(15)

L-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka tirrikjedi l-istabbiliment jew l-eżistenza ta’ struttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kif ipprovdut fil-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”.

(16)

L-Istati Membri parteċipanti qablu fuq struttura speċifika ta’ implimentazzjoni bħal din għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL.

(17)

L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u għandha tiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-Programm Konġunt AAL.

(18)

Sabiex il-Programm Konġunt AAL jiġi implimentat b’mod effiċjenti, l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi parteċipanti fil-Programm Konġunt AAL li jintgħażlu wara sejħiet għal proposti.

(19)

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tkun suġġetta għall-impenn ta’ riżorsi mill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera u għall-ħlas effettiv tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom.

(20)

Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk il-Programm Konġunt AAL jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew b’mod tardiv, f’konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li għandhom jiġu konklużi bejn il-Komunità u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-kontribuzzjoni Komunitarja.

(21)

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jieħu sehem fil-Programm Konġunt AAL.

(22)

F’konformità mas-Seba’ Programm Kwadru, il-Komunità għandha jkollha d-dritt li tiftiehem il-kundizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Programm Konġunt AAL f’dak li jirrigwarda l-parteċipazzjoni fih ta’ kwalunkwe pajjiż asssoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru jew, fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li jkun issieħeb fil-Programm matul l-implimentazzjoni tiegħu, skond din id-Deċiżjoni.

(23)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u l-passi neċessarji għall-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsin jew użati ħażin skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (5), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (6), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (7).

(24)

F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjaru għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ir-“Regoli ta’ l-Implimentazzjoni”), il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiġi ġestita fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 35, 38(2) u 41 tar-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

(25)

Huwa essenzjali li l-attivitajiet tar-riċerka li jitwettqu taħt il-Programm Konġunt AAL jikkonformaw mal-prinċipji bażilari ta’ l-etika, inkluż dawk riflessi fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, u jsegwu l-prinċipji ta’ mainstreaming u ugwaljanza bejn is-sessi. It-twettiq tal-Programm għandu jieħu kont ukoll tal-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka.

(26)

Il-Programm Konġunt AAL għandu jimmira wkoll lejn il-promozzjoni ta’ aċċess ekwu u simplifikat għall-prodotti u s-servizzi relevanti bbażati fuq l-ICT fl-Istati Membri kollha.

(27)

Il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni interim, sa l-2010, li tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL u l-progress li sar f’dawk li huma għanijiet stabbiliti. Din l-evalwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-ħtieġa għal evalwazzjonijiet interim oħra li għandhom isiru qabel l-evalwazzjoni finali fl-aħħar ta’ l-2013,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fl-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru, il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-programm ta’ riċerka u żvilupp Ambient Assisted Living (il-Programm Konġunt AAL) mibdi b’mod konġunt mill-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (l-Istati Membri Parteċipanti) kif ukoll l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

2.   Il-Komunità għandha tħallas kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ EUR 150 miljun għat-tul taż-żmien tas-Seba’ Programm Kwadru għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness I, li jifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas mill-approprjazzjoni fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea allokata taħt it-tema tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) tal-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun suġġetta għal:

(a)

dimostrazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera li l-Programm Konġunt AAL kif deskritt fl-Anness I jiġi stabbilit b’mod effiċjenti;

(b)

l-istabbiliment formali jew in-nomina mill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera, jew l-organizzazjonijiet nominati mill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera, ta’ struttura ta’ implimentazzjoni speċifika b’personalità legali, li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL u għar-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta skond l-Artikolu 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 35, 38(2), u 41 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni;

(ċ)

l-istabbiliment tal-mudell ta’ tmexxija xieraq u effiċjenti għall-Programm Konġunt AAL f’konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness II li huwa parti integrali ta’ din id-Deċiżjoni;

(d)

it-twettiq effiċjenti ta’ l-attivitajiet taħt il-Programm Konġunt AAL deskritti fl-Anness I permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, li tinvolvi li jiġu magħmula sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet;

(e)

l-impenji ta’ l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-Programm Konġunt AAL u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b’mod partikolari l-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti magħżulin wara s-sejħiet għal proposti magħmula taħt il-Programm;

(f)

konformità mar-regoli Komunitarji għall-għajnuna ta’ l-Istat, u b’mod partikolari r-regoli stabbiliti fil-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna ta’ l-Istat għal Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (10);

(g)

l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ eċċellenza xjentifika u ta’ osservanza ta’ prinċipji etiċi skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru; u l-integrazzjoni u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-iżvilupp sostenibbli; kif ukoll

(h)

il-formulazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet li twettqu taħt il-Programm Konġunt AAL u l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp u attivitajiet mibdija fuq livell nazzjonali mill-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera b’tali mod li jimmiraw għall-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tali għarfien u għall-appoġġ ta’ l-użu u t-tixrid fuq firxa wiesgħa tal-għarfien li jkun inħoloq.

Artikolu 3

Fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, l-għoti ta’ sostenn finanzjarju mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi, u b’mod partikolari is-sostenn finanzjarju pprovdut lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet, għandhom ikunu suġġetti għal trattament ugwali u trasparenza, prevedibilità għall-applikanti u għal evalwazzjoni indipendenti. Is-sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għandu jingħata abbażi ta’ eċċellenza xjentifika ta’ l-impatt soċjo-ekonomiku fuq livell Ewropew u fuq ir-relevanza ta’ l-għanijiet ġenerali tal-Programm Konġunt AAL, skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4

L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà finanzjarja u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-proviżjoni ta’ appoġġ finanzjarju mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni, għan-nom tal-Komunità, u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, u l-ftehim finanzjarji annwali.

Artikolu 5

Jekk il-Programm Konġunt AAL ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew b’mod tardiv, il-Komunità tista’ tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-implimentazzjoni attwali tal-Programm Konġunt AAL.

Jekk l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew b’mod tardiv għall-finanzjament tal-Programm Konġunt AAL, il-Komunità tista’ tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-ammont ta’ fondi pubbliċi allokati lill-Istati Membri parteċipanti, lill-Iżrael, lin-Norveġja u lill-Iżvizzera skond it-termini stipulati fil-ftehim li għandu jsir bejn il-Kummissjoni u l-istruttura ta’ implimentazzjoni speċifika.

Artikolu 6

Matul l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. B’mod partikolari, l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera għandhom jieħdu l-passi neċesssarji sabiex jiżguraw irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammonti dovuti lill-Komunità b’konformità ma’ l-Artikoli 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 38(2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jistgħu, permezz ta’ l-uffiċjali jew l-aġenti tagħhom, iwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiżguraw it-tmexxija xierqa tal-fondi tal-Komunità u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi jew l-irregolarità. Għall-finijiet ta’ dan, l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera u/jew l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandhom, fi żmien xieraq, jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri d-dokumenti kollha rilevanti.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. L-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe tagħrif addizzjonali meħtieġ mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti ta’ l-Awdituri li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni li hija konsistenti mar-rekwiżiti ġenerali għar-rappurtaġġ stabbiliti fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 9

Kull Stat Membru jista’ jissieħeb fil-Programm Konġunt AAL skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) sa (h).

Artikolu 10

Kull pajjiż terz jista’ jissieħeb fil-Programm Konġunt AAL skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) sa (h) u, sakemm tali parteċipazzjoni tkun koperta bil-ftehim internazzjonali rilevanti u sakemm sew il-Kummissjoni u sew l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera jaqblu ma’ dan.

Artikolu 11

Il-kundizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni, fil-Programm Konġunt AAL, ta’ kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru jew, fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor, jista’ jiġi miftiehem mal-Komunità abbażi tar-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u ta’ kwalunkwe regoli ta’ implimentazzjoni u arranġamenti.

Artikolu 12

1.   Ir-rapport annwali tas-Seba’ Programm Kwadru ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità ma’ l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi rapport dwar l-attivitajiet tal-Programm Konġunt AAL.

2.   Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt AAL għandu jsir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm, iżda f’kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010. Jekk jitqies li dan ikun meħtieġ wara l-ewwel reviżjoni interim, jistgħu jsiru valutazzjonijiet interim ulterjuri.

Il-valutazzjoni interim għandha tkopri l-progress lejn l-għanijiet stabbiliti fl-Anness I tal-Programm Konġunt AAL, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex titjieb aktar l-integrazzjoni, il-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja tal-Programm Konġunt AAL u jekk il-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera huwiex wieħed xieraq fl-isfond ta’ domanda potenzjali mid-diversi komunitajiet nazzjonali tar-riċerka. Għandu jittieħed kont ta’ l-esperjenza minn programmi konġunti oħra li jkunu twettqu skond l-Artikolu 169 tat-Trattat.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni interim, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta’ din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Fi tmiem is-sena 2013, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi evalwazzjoni finali tal-Programm Konġunt AAL. Għandhom jiġu ppreżentati r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 9 ta’ Lulju 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008.

(2)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

(4)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2007 (ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).

(6)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(7)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(9)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).

(10)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS I

PREŻENTAZZJONI TA’ L-GĦANIJIET, L-ATTIVITAJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM KONĠUNT AAL

I.   Miri Speċifiċi

Il-programm konġunt AAL għandu l-għanijiet speċifiċi kif ġej:

It-trawwim tal-ħruġ ta’ prodotti, servizzi u sistemi għal xjuħija tajba fid-dar, fil-komunità u fuq ix-xogħol li jkunu innovattivi u bbażati fuq l-ICT, li b’hekk itejbu l-kwalità tal-ħajja, l-awtonomija, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, il-ħiliet u l-impjegabilità ta’ persuni mdaħħla fiż-żmien, u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u dik soċjali. Dan jista’ jiġi bbażat per eżempju fuq utilizzazzjoni innovattiva tat-teknoloġija ta’ l-ICT, metodi ġodda għall-interazzjoni mal-klijenti jew tipi ġodda ta’ katini ta’ valur għas-servizzi ta’ ħajja indipendenti. Ir-riżultati tal-Programm Konġunt AAL jistgħu jintużaw ukoll minn gruppi oħra ta’ persuni, prinċipalment dawk b’diżabilitajiet.

Il-ħolqien ta’ massa kritika ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni fuq il-livell ta’ l-UE fit-teknoloġiji u s-servizzi għal xjuħija tajba fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, inkluż l-istabbiliment ta’ ambjent li jiffavorixxi l-parteċipazzjoni ta’ SMEs fil-Programm.

It-titjib fil-kundizzjonijiet għall-esplojtazzjoni industrijali tar-riżultati tar-riċerka billi jiġi pprovdut qafas koerenti Ewropew għall-iżvilupp ta’ metodi komuni inklużi standards minimi komuni u għall-iffaċilitar tal-lokalizzazzjoni u l-adattament ta’ soluzzjonijiet komuni li jkunu kompatibbli ma’ preferenzi soċjali u aspetti regolatorji diverġenti fuq livell nazzjonali jew reġjonali madwar l-Ewropa.

Billi jiffoka fuq riċerka applikata, il-Programm Konġunt AAL ser jikkomplementa attivitajiet ta’ riċerka aktar fit-tul previsti fis-Seba’ Programm Kwadru, kif ukoll l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni li jiffurmaw parti mill-Programm Kwadru ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (mill-2007 sa l-2013) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 (1), li jiffoka fuq l-applikazzjoni fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet eżistenti.

Permezz ta’ l-attivitajiet tiegħu, il-Programm Konġunt AAL għandu jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Lisbona u tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien, filwaqt li jiġi evitat li t-teknoloġiji l-ġodda jwasslu għall-esklużjoni soċjali. F’dan il-kuntest, għandu jiġi promoss l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet effettivi meta mqabbla man-nefqa (cost effective) li jistgħu jgħinu sabiex ikun żgurat aċċess ekwitabbli u simplifikat għal prodotti u servizzi relevanti bbażati fuq l-ICT, inkluż aċċess għal servizzi permezz ta’ għażla ta’ mezzi differenti, li jirrispettaw il-privatezza u d-dinjità ta’ l-anzjani fir-reġjuni kollha ta’ l-Ewropa, inklużi l-inħawi rurali u periferali.

Barra minn hekk, il-programm Konġunt AAL, għandu jippromwovi innovazzjoni u finanzjament konġunt mis-settur privat, b’mod partikolari mill-SMEs, għal proġetti relatati mas-suq, għall-adattazzjoni ta’ teknoloġija u soluzzjonijiet żviluppati permezz ta’ proġetti għall-bżonnijiet ta’ l-anzjani bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni soċjali tagħhom.

Meta jkun possibbli, għandhom ikunu żgurati l-kumplimentarjetà u s-sinerġiji bejn il-Programm Konġunt AAL u programmi oħra fuq livell Komunitarju, nazzjonali u reġjonali.

Għandha tittieħed kunsiderazzjoni xierqa dwar kwistjonijiet possibbli ta’ etika u ta’ privatezza f’konformità ma’ linji gwida internazzjonali.

II.   Attivitajiet

L-attività ewlenija fil-Programm Konġunt AAL tikkonsisti minn attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni. Dawn għandhom jiġu implimentati permezz ta’ proġetti transnazzjonali li l-ispejjeż tagħhom jiġu maqsuma u li jinvolvu sħab mill-anqas tliet Stati differenti minn fost l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera jew pajjiżi parteċipanti oħrajn li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjonijiet u disseminazzjoni. Dawn għandhom jiġu mmirati għal riċerka orjentata lejn is-suq, għandhom ikunu ta’ tul ta’ żmien qasir jew medju u għandhom juru kapaċità għall-esplojtazzjoni tar-riżultati tal-proġett matul perjodu ta’ żmien realistiku.

Barra minn hekk, attivitajiet ta’ senserija, ta’ promozzjoni tal-programm u ta’ netwerking jistgħu jiġi implimentati permezz ta’ avvenimenti speċifiċi jew flimkien ma’ avvenimenti eżistenti. Dawn ikunu jinkludu l-organizzazzjoni ta’ workshops u l-istabbiliment ta’ kuntatti ma’ partijiet interessati oħra fil-katina tal-valur.

Il-Programm Konġunt AAL għandu jinvolvi konsultazzjoni ma’ partijiet interessati Ewropej rilevanti oħra (bħal dawk responsabbli għad-deċiżjonijiet mill-ministeri u mill-awtoritajiet tas-settur pubbliku, l-provdituri tas-servizz tas-settur privat u ta’ l-assigurazzjoni kif ukoll rappreżentanti mill-industriji, l-SMEs u l-utenti) dwar il-prijoritajiet ta’ riċerka li għandhom jiġu indirizzati u l-implimentazzjoni tal-programm.

Il-Programm Konġunt AAL għandu jieħu kont ukoll tat-tendenzi demografiċi u tar-riċerka demografika fl-Istati Membri differenti sabiex jiġu pprovduti soluzzjonijiet li jirriflettu l-qagħda soċjali u ekonomika prevalenti fl-Unjoni.

III.   L-implimentazzjoni tal-Programm

Programm ta’ ħidma annwali u sejħiet għal proposti

Il-Programm Konġunt AAL għandu jiġi implimentat abbażi ta’ programmi ta’ ħidma annwali li jidentifikaw is-suġġetti għal sejħiet ta’ proposti li għandhom jiġu miftiehma mal-Kummissjoni bħala bażi għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

Il-Programm Konġunt AAL għandu joħroġ sejħiet regolari għal proposti f’konformità mal-programm ta’ ħidma miftiehem. Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati mill-applikanti fuq livell ċentrali lill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni (punt ta’ dħul uniku).

Wara t-tmiem ta’ sejħa għal proposti, għandu jsir kontroll ċentrali għall-eliġibilità mill-istruttura ta’ l-implimentazzjoni dedikata f’kooperazzjoni ma’ l-Aġenziji nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Programm. Il-kontroll għandu jsir fuq il-bażi tal-kriterji komuni għall-eliġibilità tal-programm tal-Programm Konġunt AAL ppubblikat mal-programm ta’ ħidma annwali kif stipulat hawn taħt. Kriterji għall-eliġibilità komuni għandhom jinkludu ta’ l-inqas dan li ġej:

tressiq ta’ proposti f’waqthom, kompluti u b’mod elettroniku, u

obbligi rigward il-kompożizzjoni tal-konsorzji.

Flimkien ma’ dan, l-istruttura ta’ l-implimentazzjoni speċifika, bl-għajnuna ta’ l-Aġenziji nazzjonali ta’ Ġestjoni tal-Programm, għandha taċċerta skond il-kriterji nazzjonali għall-eliġibilità li dawn ikunu ppubblikati mal-programm ta’ ħidma annwali. Dawn il-kriterji nazzjonali għall-eliġibilità, imsemmija fis-sejħiet rispettivi, għandhom jirrelataw biss għall-istatut legali u finanzjarju tal-parteċipanti individwali u mhux għall-kontenut tal-proposta u għandhom ikopru:

it-tip ta’ parteċipant, bħal ma huma l-istatut u r-raġuni legali,

ir-responsabilità u l-vijabilità bħal ma huma s-saħħa finanzjarja, li jiġu sodisfatti l-obbligi tat-taxxa/soċjali eċċ.

Il-proposti eliġibbli għall-proġetti għandhom jiġu vvalutati u magħżula fuq livell ċentrali bl-għajnuna ta’ l-esperti indipendenti, abbażi ta’ kriterji trasparenti u komuni kif stabbiliti fil-programm ta’ ħidma. Din l-għażla, ladarba adottata mill-Assemblea Ġenerali, għandha torbot lill-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tkun reponsabbli għas-sorveljanza ta’ proġetti, u għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operazzjonali komuni għall-ġestjoni kompleta taċ-ċiklu tal-proġett.

Peress li l-affarijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-sħab nazzjonali tal-proġett fi ħdan il-proġetti magħżula għandhom jiġu ġestiti mill-Aġenzija nazzjonali tagħhom għall-Ġestjoni tal-Programm, għandhom jiġu applikati l-prinċipji nazzjonali għall-kriterji għall-eliġibilità strettament relatati ma’ l-istatus legali u finanzjarju tal-parteċipanti individwali, kif speċifikat hawn fuq, kif ukoll il-prinċipji amministrattivi nazzjonali.

Fil-każijiet li, fl-istadju ta’ l-għoti ta’ kuntratt, parteċipant jonqos milli jissodisfa wieħed mill-kriterji nazzjonali għall-eliġibilità stipulati hawn fuq, il-Programm Konġunt AAL għandu jiżgura l-eċċellenza xjentifika. Għal din ir-raġuni, tista’ ssir evalwazzjoni ċentrali u indipendenti addizzjonali tal-proposta kkonċernata bl-għajnuna ta’ l-esperti indipendenti għal deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv, sabiex tiġi evalwata l-proposta mingħajr il-parteċipazzjoni tal-parteċipant rispettiv jew, jekk issuġġerit mill-konsorzju tal-proġett, ma’ parteċipant li jeħodlu postu.

Kull pajjiż għandu jiffinanzja lil dawk il-parteċipanti nazzjonali tagħhom li l-proposti tagħhom irnexxew permezz ta’ l-aġenziji nazzjonali. Barra minn hekk dawn għandhom imexxu l-fondi ċentrali mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, abbażi ta’ ftehim li għandu jiġi konkluż bejn l-aġenziji rispettivi u l-parteċipanti nazzjonali tagħhom għal kull proġett.

Sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni xjentifika, maniġerjali u finanzjarja

Il-Programm Konġunt AAL għandu jiżgura l-integrazzjoni xjentifika tal-programmi parteċipanti nazzjonali permezz ta’ l-elaborazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma komuni u għandhom jittrattaw suġġetti li jinsabu fil-programmi nazzjonali kollha.

L-integrazzjoni ġestjonarja tal-programmi nazzjonali għandha tiġi żgurata permezz ta’ l-entità legali stabbilita fl-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Il-ġestjoni tal-Programm Konġunt AAL għandu jinkludi:

organizzazzjoni ċentrali tas-sejħiet tal-proposti;

valutazzjoni ċentrali, indipendenti u trasparenti mill-esperti fuq livell Ewropew ibbażata fuq regoli komuni u kriterji għall-valutazzjoni u l-għażla tal-proposti abbażi ta’ eċċellenza xjentifika;

indirizz wieħed għas-sottomissjoni (sottomissjoni elettronika hija prevista).

Il-Programm Konġunt AAL għandu jsaħħaħ l-integrazzjoni finanzjarja billi:

jiżgura t-twettiq globali ta’ l-impenji nazzjonali għat-tul ta’ l-inizjattiva kif ukoll ta’ l-impenji annwali għal kull programm ta’ ħidma propost;

jiżgura li l-klassifikazzjoni finali tal-proposti miftiehma abbażi tal-valutazzjoni għandha tkun torbot lill-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera, kif spjegat hawn fuq, inkluż fl-istadju ta’ l-għoti tal-kuntratt;

jippromwovi flessibilità sa fejn ikun possibbli fir-rigward ta’ l-allokazzjoni fil-baġit nazzjonali għall-ġestjoni ta’ eċċezzjonijiet, eż. billi jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali jew il-finanjament transversali.

Bħala parti mill-inizjattiva għandu jsir kull sforz mill-Istati Membri parteċipanti għat-tisħiħ ta’ l-integrazzjoni u sabiex jitwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi nazzjonali eżistenti għal kooperazzjoni internazzjonali.

IV.   Prinċipji ta’ Finanzjament

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għandha tirrappreżenta perċentwali fiss tal-fondi pubbliċi mill-programmi nazzjonali parteċipanti, iżda fi kwalunkwe każ ma għandhiex teċċedi 50 % tat-total tal-fondi pubbliċi ta’ parteċipant fiproġett magħżul wara sejħa għal proposti taħt il-Programm Konġunt AAL. Dan il-perċentwali fiss għandu jiġi definit fil-ftehim bejn l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni u l-Kummissjoni u għandu jkun ibbażat fuq l-impenn multiannwali ta’ l-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera u l-kontribuzzjoni tal-Komunità.

Mhux aktar minn 6 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tintuża sabiex tikkontribwixxi għall-ispejjeż operattivi globali tal-Programm Konġunt AAL.

L-Istati Membri parteċipanti, l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera għandhom ukoll jikkontribwixxu sabiex jiżguraw it-tħaddim effettiv tal-Programm Konġunt AAL.

Il-proġetti għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti fil-proġett.

V.   Ir-riżultati mistennija mill-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL

L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tipprovdi rapport annwali, li għandu jagħti ħarsa ġenerali dettaljata lejn l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL (in-numru ta’ proġetti ppreżentati u magħżula għal finanzjament, l-użu ta’ finanzjament Komunitarju, id-distribuzzjoni tal-fondi nazzjonali, it-tip ta’ parteċipanti, l-istatistika tal-pajjiż, l-avvennimenti ta’ senserija u l-attivitajiet ta’ disseminazzjoni, eċċ) u l-progress lejn integrazzjoni msaħħa.

Ir-riżultati mistennija għandhom jiġu deskritti aktar fid-dettall fil-ftehim li jrid jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni, għan-nom tal-Komunità, u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.


(1)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.


ANNESS II

LINJI TA’ GWIDA GĦALL-ĠESTJONI TAL-PROGRAMM KONĠUNT AAL

L-istruttura organizzazzattiva tal-Programm Konġunt AAL hija kif ġej:

 

L-Assoċjazzjoni AAL, li hija assoċjazzjoni internazzjonali “mhux għall-profitt” stabbilita taħt il-liġi tal-Belġju, tikkostitwixxi l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni maħluqa mill-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

 

L-Assoċjazzjoni AAL hija responsabbli għall-attivitajiet kollha tal-Programm Konġunt AAL. Id-dmirijiet ta’ l-Assoċjazzjoni AAL jinkludu l-ġestjoni kuntrattwali u tal-baġit, l-iżvilupp ta’ programmi ta’ ħidma annwali, l-organizzazzjoni ta’ proposti, it-tmexxija ta’ l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ proġetti. Barra minn hekk, tagħmel superviżjoni fuq is-sorveljanza tal-proġett u tittrasferixxi l-ħlasijiet assoċjati tal-kontibuzzjonijiet Komunitarji lil aġenziji nazzjonali nnominati tal-programm. Torganizza wkoll attivitajiet ta’ disseminazzjoni.

 

L-Assoċjazzjoni AAL hija mmexxija mill-Assemblea Ġenerali. L-Assemblea Ġenerali, li hija l-korp responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-Programm Konġunt AAL, taħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt AAL, inkluż l-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali, l-allokazzjoni tal-fondi nazzjonali għall-proġetti u l-applikazzjonijiet għal membri ġodda. Ser taħdem fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ pajjiż wieħed vot wieħed. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, minbarra d-deċiżjonijiet dwar is-suċċessjoni, l-ammissjoni jew l-esklużjoni tal-membri jew dwar ix-xoljiment ta’ l-Assoċjazzjoni, li għalih jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi ta’ votazzjoni fl-istatuti ta’ l-Assoċjazzjoni. Il-Kummissjoni għandha l-istatus ta’ osservatur fil-laqgħat ta’ l-Assemblea Ġenerali.

 

Il-Bord Eżekuttiv ta’ l-AAL – li mill-inqas jikkonsisti minn President, Viċi President u teżorier – jiġi elett mill-Assemblea Ġenrali sabiex imexxi r-responsabbiltajiet speċifiċi ta’ ġestjoni bħall-ippjanar tal-baġit, il-persunal u l-kuntratti. Legalment jirrappreżenta l-Assoċjazzjoni u jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali.

 

L-Aġenziji nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Programm jiġu awtorizzati mill-Istati Membri parteċipanti u l-Iżrael, in-Norveġja u l-Iżvizzera sabiex imexxu x-xogħol assoċjat mal-ġestjoni tal-proġett u ma’ aspetti amministrattivi u legali għas-sħab nazzjonali tal-proġett kif ukoll sabiex jipprovdi appoġġ għall-valutazzjoni u n-negozjar tal-proposti tal-proġett. Jaħdmu taħt is-superviżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni AAL.

 

Bord Konsultattiv li jinkludi rappreżentanti mill-industrija u partijiet interessati oħrajn inklużi rappreżentanti ta’ nies ta’ ġenerazzjonijiet differenti, jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-prijoritajiet u suġġetti li għandhom jiġu indirizzati fis-sejħiet għal proposti tal-Programm Konġunt AAL.


30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/58


DEĊIŻJONI Nru 743/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Lulju 2008

dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp mibdi minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp.

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 169 u 172, it-tieni paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “is-Seba’ Programm Kwadru”) tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta’ riċerka u żvilupp mibdija minn diversi Stati Membri, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn il-programmi, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(2)

Is-Seba’ Programm Kwadru iddefinixxa sensiela ta’ kriterji għall-identifikazzjoni ta’ oqsma għal tali inizjattivi fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169: ir-rilevanza għall-għanijiet tal-Komunità, id-definizzjoni ċara ta’ l-għan li jrid jiġi segwit u r-rilevanza tiegħu ma’ l-għanijiet tas-Seba’ Programm Kwadru, il-preżenza ta’ bażi pre-eżistenti (programmi nazzjonali ta’ riċerka eżistenti jew maħsuba), il-valur miżjud Ewropew, massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti u x-xebh bejn l-attivitajiet li jkopru, u l-effiċjenza ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat bħala l-mezzi l-aktar xierqa sabiex jitwettqu l-għanijiet.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 sa 2013) (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Programm Speċifiku ‘Kapaċitajiet’”) tidentifika inizjattiva fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169 fil-qasam ta’ l-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs) li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka, bħala wieħed mill-oqsma adattati għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi nazzjonali ta’ riċerka implimentati b’mod konġunt fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ l-24 ta’ Settembru 2004, il-Kunsill irrikonoxxa r-rwol importanti tas-Seba Programm Kwadru fit-tisħiħ ta’ l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), u f’dan il-kuntest enfasizza l-importanza li jissaħħu r-rabtiet bejn iż-ŻER u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi Ewropej, bħall-EUREKA.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill enfasizza l-importanza ta’ l-SMEs għat-tkabbir u l-kompetittività Ewropej, u għalhekk il-bżonn li l-Istati Membri u l-Kummissjoni isaħħu l-effikaċja u l-komplementarjetà tal-programmi nazzjonali u Ewropej ta’ appoġġ għall-SMEs. Dan inkoraġġixxa lill-Kummissjoni sabiex tesplora l-iżvilupp possibbli ta’ skema minn isfel għal fuq għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. Il-Kunsill fakkar l-importanza tal-koordinazzjoni ta’ programmi nazzjonali sabiex tiġi żviluppata ż-ŻER. Il-Kunsill stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jikkoperaw mill-qrib sabiex jidentifikaw numru limitat ta’ oqsma ħalli jkun jista’ jiġi applikat aktar l-Artikolu 169 tat-Trattat. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Komunitajiet u l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta’ l-istrutturi intergovernattivi, partikolarment ma’ l-EUREKA, filwaqt li fakkar il-Konferenza Ministerjali ta’ l-EUREKA tat-18 ta’ Ġunju 2004.

(6)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-10 ta’ Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-teknoloġija – Linji Ġwida għall-Politika futura ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ appoġġ għar-Riċerka (5), il-Parlament Ewropew inkoraġġixxa lill-Istati Membri sabiex jadottaw inċentivi fiskali u oħrajn sabiex jippromwovu l-innovazzjoni industrijali, inkluż rabtiet ma’ l-EUREKA, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-SMEs, u enfasizza li ż-ŻER setgħet tkun possibbli biss jekk l-Unjoni talloka proporzjon akbar ta’ finanzjament għar-riċerka bil-għan li l-linji politiċi tar-riċerka Ewropej, nazzjonali u reġjonali jiġu koordinati aktar mill-qrib kemm fejn jirrigwarda s-sustanza tagħhom kif ukoll il-finanzjament tagħhom u, jekk dan il-finanzjament ikun addizzjonali għall-linja politika tar-riċerka fi u bejn l-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew iddikjara li għandu jkun hemm użu aktar effiċjenti u koordinat minn mekkaniżmi ta’ finanzjament kif ukoll minn mekkaniżmi ta’ sostenn oħrajn sabiex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “R&D”) u l-innovazzjoni, fejn isemmi, fost oħrajn, lill-EUREKA. Huwa talab koperazzjoni msaħħa bejn il-programmi nazzjonali ta’ riċerka, u talab lill-Kummissjoni sabiex tieħu inizjattivi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 ntitolata “Ninvestu fir-riċerka: pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa”, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs f’miżuri diretti sabiex jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni, li huwa ta’ importanza kbira sabiex tiżdied il-kapaċità innovattiva ta’ oqsma kbar ta’ l-ekonomija.

(8)

Bħalissa, numru ta’ programmi jew attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp mibdija mill-Istati Membri individwalment fuq livell nazzjonali sabiex jiġu appoġġjati attivitajiet ta’ R&D mwettqa mill-SMEs m’humiex qed jiġu kkoordinati biżżejjed fuq livell Ewropew u m’humiex jippermettu metodu koerenti fuq livell Ewropew għal programm effettiv ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku.

(9)

Billi jixtiequ li jkollhom metodu koerenti fuq livell Ewropew fil-qasam ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D u li jaġixxu b’mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva fi ħdan il-qafas ta’ l-EUREKA sabiex jistabbilixxu programm konġunt ta’ riċerka u żvilupp imsejjaħ “Eurostars” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Programm Konġunt Eurostars”) għall-benefiċċju ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, sabiex jiksbu massa kritika f’termini ta’ riżorsi ġestjonarji u finanzjarji u l-kombinazzjoni ta’ kompetenzi u riżorsi addizzjonali li huma disponibbli f’diversi pajjiżi fl-Ewropa.

(10)

Il-Programm Konġunt Eurostars għandu l-għan li jappoġġja lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D billi jforni l-qafas legali u organizzattiv neċessarju għall-koperazzjoni Ewropea fuq skala kbira bejn l-Istati Membri fejn jikkonċerna r-riċerka applikata u l-innovazzjoni, fi kwalunkwe qasam teknoloġiku u industrijali, għall-benefiċċju ta’ dawn l-SMEs. Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, il-Finlandja, is-Slovenja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri parteċipanti”), u l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-pajjiżi parteċipanti l-oħra”) ftiehmu li jikkoordinaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti bil-għan li jikkontribwixxu għall-Programm Konġunt Eurostars. Il-valur ġenerali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat li jlaħħaq mill-inqas is-somma ta’ EUR 300 miljun għall-perjodu propost ta’ sitt snin. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tirrappreżenta massimu ta’ 25 % tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-Programm Konġunt Eurostars, li hija stmata li tlaħħaq is-somma ta’ EUR 400 miljun.

(11)

Sabiex jiżdied l-impatt tal-Programm Konġunt Eurostars, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ftiehmu dwar il-parteċipazzjoni Komunitarja fil-Programm Konġunt Eurostars. Il-Komunità għandha tipparteċipa billi tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sa EUR 100 miljun għall-perjodu kollu tal-Programm Konġunt Eurostars. Billi l-Programm Konġunt Eurostars jilqa’ l-għanijiet xjentifiċi tas-Seba’ Programm Kwadru u billi l-qasam tal-Programm Konġunt Eurostars jaqa’ fi ħdan it-tema tar-“Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs” tal-Programm Speċifiku Kapaċitajiet, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tittieħed mill-approprijazzjoni allokata fil-baġit għal dik it-tema. Jistgħu jkunu disponibbli possibilitajiet finanzjarji oħra, inter alia, mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI), b’mod partikolari permezz tal-Faċilità għat-Tqassim tar-Riskju Finanzjarju żviluppata b’mod konġunt mal-BEI u l-Kummissjoni skond l-Anness III tad-Deċiżjoni 2006/974/KE.

(12)

L-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għandu jingħata soġġett għad-definizzjoni ta’ pjan finanzjarju bbażat fuq impenji formali ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni b’mod konġunt tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp u attivitajiet mibdija fuq livell nazzjonali u għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament ta’ l-eżekuzzjoni konġunta tal-Programm Konġunt Eurostars.

(13)

L-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka tirrikjedi l-istabbiliment jew l-eżistenza ta’ struttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kif ipprovdut fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”.

(14)

L-Istati Membri parteċipanti qablu fuq struttura speċifika ta’ implimentazzjoni bħal din għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars.

(15)

L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u għandha tiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-Programm Konġunt Eurostars.

(16)

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tkun soġġetta għall-impenn ta’ riżorsi mill-Istati Membri parteċipanti, u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra u għall-ħlas effettiv tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom.

(17)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tkun soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim ġenerali bejn il-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, li fih hemm l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Dan il-ftehim ġenerali għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jiġu protetti.

(18)

L-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandu jitqies bħala dħul assenjat, skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”). Il-kontribut massimu Komunitarju indikat f’din id-Deċiżjoni jista’ jiżdied mill-Kummissjoni skond kif meħtieġ.

(19)

Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk il-Programm Konġunt Eurostars jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew inkella tardiv, jew f’każ li l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment jew b’mod tardiv għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, f’konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

(20)

Sabiex il-Programm Konġunt Eurostars jiġi implimentat b’mod effiċjenti, l-appoġġ finanzjarju għandu jingħata lill-parteċipanti fil-proġetti tal-Programm Konġunt Eurostars (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “proġetti Eurostars”) li jintgħażlu fil-livell ċentrali wara sejħa għal proposti. Dan l-appoġġ finanzjarju u l-ħlas tiegħu għandhom ikunu trasparenti u effiċjenti. Il-ħlas għandu jsir fil-perjodu stabbilit fi ftehim bejn l-entitajiet ta’ appoġġ nazzjonali u l-istrutturi speċifiċi ta’ implimentazzjoni. L-istrutturi speċifiċi ta’ implimentazzjoni għandhom jinkoraġġixxu lill-Istati Membri parteċipanti u pajjiżi oħra parteċipanti biex iwettqu l-ħlas lill-parteċipanti fi proġetti Eurostars magħżula b’mod konvenjenti, inkluż - meta jkun xieraq - permezz ta’ finanzjament f’somma unika.

(21)

L-evalwazzjoni tal-proposti għandha titwettaq fil-livell ċentrali minn esperti indipendenti. Il-lista tal-klassifika, approvata fil-livell ċentrali, għandha tkun torbot għall-allokazzjoni tal-fondi mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali intenzjonati għall-proġetti ta’ l-Eurostars.

(22)

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għandha tiġi ġestita fil-qafas ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta, skond ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (7) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni”).

(23)

Għal kull proġett ta’ Eurostars magħżul, l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D għandhom jikkontribwixxu b’mod kollettiv il-parti l-kbira ta’ l-ispejjeż totali relatati ma’ l-attivitajiet ta’ R&D tal-parteċipanti kollha.

(24)

Kwalunkwe Stat Membru jista’ jieħu sehem fil-Programm Konġunt Eurostars.

(25)

F’konformità ma’ l-għanijiet tas-Seba’ Programm Kwadru, il-parteċipazzjoni fil-Programm Konġunt Eurostars tal-pajjiżi assoċjati fis-Seba’ Programm Kwadru jew tal-pajjiżi l-oħra għandha tkun possibbli kemm-il darba din il-parteċipazzjoni tkun prevista bil-ftehim internazzjonali rilevanti u kemm-il darba il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi l-oħra parteċipanti jkunu jaqblu magħha.

(26)

F’konformità mas-Seba’ Programm Kwadru, il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tiftiehem il-kundizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Programm Konġunt Eurostars li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni fih ta’ kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru jew, fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li jingħaqad mal-Programm matul l-implimentazzjoni tiegħu, skond ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(27)

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u l-passi neċessarji għall-irkupru ta’ fondi mitlufa jew imħallsin jew użati ħażin, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (9) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (10).

(28)

Huwa essenzjali li l-attivitajiet ta’ riċerka li jitwettqu taħt il-Programm Konġunt Eurostars jikkonformaw mal-prinċipji bażi ta’ etika, inkluż dawk riflessi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, u jsegwu l-prinċipji ta’ mainstreaming u ta’ ugwaljanza bejn is-sessi.

(29)

Il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni interim, li tivvaluta b’mod partikolari l-kapaċità ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D għall-aċċess fil-Programm Konġunt Eurostars u l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars u l-progress li sar f’dak li huma għanijiet stabbiliti, kif ukoll valutazzjoni.

(30)

Il-monitoraġġ ta’ l-eżekuzzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars għandu jkun effiċjenti u m’għandux jimponi piż mhux neċessarju fuq il-parteċipanti fil-programm, b’mod partikolari l-SMEs.

(31)

L-istruttura speċifika għall-implimentazzjoni għandha tħeġġeġ lill-parteċipanti fil-proġetti Eurostars magħżula biex jikkomunikaw u jaqsmu r-riżultati tagħhom u biex jippubblikaw din l-informazzjoni.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fl-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-Programm Konġunt Eurostars mibdi b’mod konġunt mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit (l-Istati Membri parteċipanti), u l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (il-pajjiżi parteċipanti l-oħra).

2.   Il-Komunità għandha tħallas kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ terz tal-kontribuzzjonijiet effettivi ta’ l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra sa limitu ta’ EUR 100 miljun għall-perjodu kemm idum is-Seba’ Programm Kwadru, skond il-prinċipji stabbiliti fl-Anness I.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas mill-approprijazzjoni fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea allokata fil-baġit għall-parti “Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs” tal-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tkun soġġetta għal:

(a)

dimostrazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra li l-Programm Konġunt Eurostars kif deskritt fl-Anness jiġi stabbilit b’mod effiċjenti;

(b)

l-istabbiliment formali jew il-ħatra mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra, ta’ struttura speċifika ta’ implimentazzjoni b’personalità legali, li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars u għar-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-qafas tal-ġestjoni ċentralizzata indiretta skond l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 35, 38(2) u 41 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni;

(c)

l-istabbiliment tal-mudell ta’ tmexxija xieraq u effiċjenti għall-Programm Konġunt Eurostars f’konformità ma’ l-Anness II;

(d)

it-twettiq effiċjenti ta’ l-attivitajiet taħt il-Programm Konġunt Eurostars deskritti fl-Anness I permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, li tirrikjedi t-tnedija ta’ sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet;

(e)

l-impenji ta’ l-Istati Membri parteċipanti u tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom, b’mod partikolari l-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti Eurostars magħżulin wara s-sejħiet għall-proposti mibdija taħt il-Programm Konġunt Eurostars;

(f)

konformità mar-regoli Komunitarji għall-għajnuna ta’ l-Istat, u b’mod partikolari r-regoli stabbiliti fil-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna ta’ l-Istat għal Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (11);

(g)

l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ eċċellenza xjentifika u ta’ osservanza ta’ prinċipji etiċi skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru, ta’ mainstreaming u ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, u ta’ żvilupp sostenibbli, u

(h)

il-formulazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet li twettqu taħt il-Programm Konġunt Eurostars u l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ R&D u attivitajiet mibdija fuq livell nazzjonali mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra b’tali mod li jimmiraw għall-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tali għarfien u għall-appoġġ għal-użu wiesgħa u disseminazzjoni ta’ l-għarfien maħluq.

Artikolu 3

Fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, l-għoti ta’ sostenn finanzjarju lil parteċipanti fi proġetti Eurostars magħżula fil-livell ċentrali skond l-Anness II, wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni ta’ l-għotjiet, għandhom ikunu soġġetti għal trattament ugwali u trasparenza. Is-sostenn finanzjarju għandu jingħata fuq il-bażi ta’ eċċellenza xjentifika, u meta tiġi kkunsidrata n-natura speċifika tal-grupp fil-mira tal-SMEs l-impatt soċjo-ekonomiku fil-livell Ewropew u r-rilevanza għall-objettivi ġenerali tal-programm, u skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4

L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà finanzjarja u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni, għan-nom tal-Komunità, u ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, u tal-ftehim finanzjarju annwali.

Artikolu 5

Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja allokata lill-Programm Konġunt Eurostars għandha titqies bħala dħul assenjat. Il-kontribuzzjoni Komunitarja massima indikata fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni tista’ tiżdied mill-Kummissjoni skond kif meħtieġ.

Artikolu 6

Jekk il-Programm Konġunt Eurostars ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew b’mof tardiv, jew jekk l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew b’mod tardiv għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, il-Komunità tista’ tnaqqas, iżżomm jew ittemm il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-implimentazzjoni attwali tal-Programm Konġunt Eurostars u l-ammont ta’ fondi pubbliċi allokati lill-Istati Membri parteċipanti u lill-pajjiżi parteċipanti l-oħra għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, skond it-termini stabbiliti fil-ftehim li għandi jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 7

Fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. B’mod partikolari, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammonti dovuti lill-Komunità skond l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 38(2) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jistgħu, permezz ta’ l-uffiċjali jew l-aġenti tagħhom, iwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiżguraw it-tmexxija xierqa tal-fondi tal-Komunità u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi jew irregolarità oħra. Għall-finijiet ta’ dan, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandhom, fi żmien xieraq, jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri d-dokumenti kollha rilevanti.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. L-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra huma mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe tagħrif addizzjonali meħtieġ mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Qorti ta’ l-Awdituri li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 10

Kull Stat Membru jista’ jissieħeb fil-Programm Konġunt Eurostars skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(e) sa (h).

Artikolu 11

Kull pajjiż terz jista’ jissieħeb fil-Programm Konġunt Eurostars skond il-kriterji stabbilit fl-Artikolu 2(e) sa (h), sakemm tali parteċipazzjoni tkun koperta bil-ftehim internazzjonali rilevanti u sakemm sew il-Kummissjoni u sew l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jaqblu ma’ dan.

Artikolu 12

Il-kundizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni, fil-Programm Konġunt Eurostars, ta’ kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru jew, fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor, jista’ jiġi miftiehem mal-Komunità fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u ta’ kwalunkwe regoli ta’ implimentazzjoni u arranġamenti.

Artikolu 13

1.   Ir-rapport annwali tas-Seba’ Programm Kwadru ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità ma’ l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi taqsira ta’ l-attivitajiet tal-Programm Konġunt Eurostars ibbażata fuq ir-rapport annwali li għandu jiġi ppreżentat mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

2.   Għandha ssir valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm Konġunt Eurostars u għandha tkopri l-progress lejn l-għanijiet imsemmija fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni xjentifika, maniġerjali u finanzjarja u tiġi valutata l-abilita’ b’mod partikolari ta’ SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D li jkollhom aċċess għall-Programm Konġunt Eurostars u l-kwalita’ u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dan, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti biex din id-Deċiżjoni tiġi emendata, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Fi tmiem il-Programm Konġunt Eurostars, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi valutazzjoni finali tal-Programm. Għandhom jiġu ppreżentati r-riżultati tal-valutazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 9 ta’ Lulju 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  Opinjoni tad-29 ta’ Mejju 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ April 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008.

(3)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299. Verżjoni korretta fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 101.

(5)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(7)  ĠU J L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).

(8)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2007 (ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).

(9)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(10)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(11)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS I

DESKRIZZJONI TA’ L-GĦANIJIET U L-ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM KONĠUNT EUROSTARS

I.   L-Għanijiet

L-għan ta’ din l-inizjattiva mressqa mill-Pajjiżi Membri ta’ l-EUREKA huwa li jiġi stabbilit il-Programm Konġunt Eurostars li jkollu fil-mira tiegħu lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (R&D). Dawn l-SMEs, kumpaniji intensivi fl-għarfien u bbażati fuq it-teknoloġija/l-innovazzjoni, għandhom rwol importanti ħafna fil-proċess ta’ l-innovazzjoni. Dawn huma kkaratterizzati b’orjentazzjoni qawwija lejn il-klijent jew is-suq, bil-mira li jiksbu pożizzjoni internazzjonali b’saħħitha billi jmexxu ‘l quddiem proġetti innovattivi ħafna u orjentati lejn is-suq. Ibbażati fuq il-kapaċità tal-R&D tagħhom stess, dawn għandhom il-ħila li jiżviluppaw prodotti, proċessi jew servizzi li jkollhom vantaġġ innovattiv jew teknoloġiku ċar. Il-kumpaniji jistgħu jvarjaw fid-daqs u fl-ambitu ta’ l-attivitajiet, billi pereżempju jkunu negozji stabbiliti bi storja konsistenti ta’ attivitajiet avvanzati ta’ R&D orjentati lejn l-applikazzjoni, jew start-ups b’potenzjal għoli. L-R&D jikkostitwixxi element importanti fl-istrateġija imprenditorjali u fil-pjani ta’ negozju tagħhom. Dawn il-kumpaniji għandhom ikunu SMEs fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (1), u li għandhom jiddedikaw parti notevoli mill-attività tagħhom għar-R&D. Il-limiti dettaljati ta’ din l-attività għandhom jiġu kkjarifikati skond l-Anness II.

Il-Programm Konġunt Eurostars għandu fil-mira l-appoġġ ta’ tali SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D billi:

1.

joħloq mekkaniżmu ta’ sostenn faċilment aċċessibbli u sostenibbli Ewropew ta’ R&D għalihom;

2.

jinkoraġġihom joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda bbażati fuq ir-riżultati ta’ R&D u jġibu fis-suq prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar malajr milli jista’ jkun;

3.

jippromwovi l-iżvilupp teknoloġiku u kummerċjali, u l-internazzjonalizzazzjoni tagħhom.

Il-Programm Konġunt Eurostars għandu jikkumplimenta l-programmi eżistenti nazzjonali u ta’ l-Unjoni Ewropea li huma mmirati sabiex jappoġġjaw lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D fil-proċess ta’ l-innovazzjoni tagħhom.

Dan għandu jikkontribwixxi għall-kompetittività Ewropea, għall-innovazzjoni, għall-impjiegi, għall-bidla ekonomika, għal żvilupp sostenibbli u għall-protezzjoni ambjentali, u għandu jgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ Lisbona u ta’ Barċellona. Dan għandu jappoġġja, permezz ta’ metodu minn isfel għal fuq, attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp u ta’ dimostrazzjoni attwati minn konsorzji transnazzjonali mmexxija minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D u jikkopera, fejn xieraq, ma’ organizzazzjonijiet tar-riċerka u/jew ma’ intrapriżi kbar.

Il-Programm Konġunt Eurostars huwa mmirat li jallinja u jissinkronizza l-programmi nazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti sabiex jiġi stabbilit programm konġunt, li jikkaratterizza l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, waqt li jkun ta’ kontribuzzjoni importanti lejn l-eżekuzzjoni taż-ŻER. L-integrazzjoni xjentifika tinkiseb bid-definizzjoni komuni u bl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet taħt il-Programm Konġunt Eurostars. L-integrazzjoni ġestjonarja tinkiseb bl-użu tas-Segretarjat ta’ l-EUREKA bħala l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Ir-rwol tiegħu huwa li jmexxi l-Programm Konġunt Eurostars u li jissorvelja l-eżekuzzjoni tiegħu, kif spjegat f’aktar dettal fl-Anness II. L-integrazzjoni finanzjarja timplika li l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, li jinvolvi b’mod partikolari l-impenn li jiġu ffinanzjati l-parteċipanti tal-proġetti ta’ l-Eurostars li jiġu magħżula mill-baġits nazzjonali allokati għall-Programm Konġunt Eurostars.

Fuq perjodu twil, din l-inizjattiva għandha taħdem sabiex tiżviluppa forom aktar stretti ta’ integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja. L-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom isaħħu aktar tali ntegrazzjoni u jneħħu l-ostakli legali u amministrattivi nazzjonali eżistenti għall-koperazzjoni internazzjonali bħala parti mill-inizjattiva.

II.   L-Attivitajiet

L-attività ewlenija fil-Programm Konġunt Eurostars tikkonsisti f’attivitajiet ta’ R&D li jitmexxew minn SME jew minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti jew fil-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Organizzazzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet, SMEs oħra u kumpaniji kbar ukoll jistgħu jipparteċipaw fil-Programm. L-attivitajiet ta’ R&D jistgħu jsiru fil-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija u jiġu:

1.

implimentati permezz ta’ proġetti transnazzjonali b’diversi msieħba liema proġetti jkunu jinvolvu mill-inqas żewġ parteċipanti indipendenti mill-Istati Membri parteċipanti jew mil-pajjiżi parteċipanti l-oħra parteċipanti differenti li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku, ta’ dimostrazzjoni, ta’ taħriġ, u ta’ disseminazzjoni;

2.

eżegwiti fil-maġġor parti tagħhom minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Għal kull proġett ta’ l-Eurostars magħżul, l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D għandhom jikkontribwixxu b’mod kollettiv għall-parti l-kbira ta’ l-ispejjeż totali relatati ma’ l-attivitajiet tar-R&D tal-parteċipanti kollha. Subappaltar minuri jista’ jiġi permess, jekk dan ikun meħtieġ għall-proġett.

3.

mmirati lejn R&D li jkunu orjentati lejn is-suq, u għandhom ikunu ta’ perjodu qasir jew medju u jindirizzaw xogħol ta’ R&D li jkun impenjattiv; l-SMEs għandhom juru l-kapaċità li jisfruttaw ir-riżultati tal-proġett f’qafas ta’ żmien realistiku;

4.

ġestiti u kkoordinati minn SMEs parteċipanti li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, l-hekk imsejħa “l-SME ewlenija”.

Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ senserija, ta’ promozzjoni ta’ programmi u ta’ networking għandhom ikunu appoġġjati sa ċertu limitu sabiex jiġi promoss il-Programm Konġunt Eurostars u jissaħħaħ l-impatt tiegħu. Dawn għandhom jinkludu l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma u l-istabbiliment ta’ kuntatti mal-partijiet interessati l-oħra, bħall-investituri u l-fornituri tal-ġestjoni ta’ l-għarfien.

III.   Ir-riżultati mistennija mill-implimentazzjoni tal-Programm

Ir-riżultat prinċipali tal-Programm Konġunt Eurostars huwa programm ġdid Ewropew ta’ riċerka u żvilupp għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, li huwa minn isfel għal fuq, ibbażat fuq l-EUREKA u li jiġi ko-finanzjat mill-programmi nazzjonali kontributuri ta’ R&D u mill-Komunità.

L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tippreżenta rapport annwali, li għandu jagħti ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-Programm (il-valutazzjoni u l-proċess ta’ l-għażla, l-istatistiki dwar il-kompożizzjoni tal-grupp li jagħmel il-valutazzjoni, l-għadd ta’ proġetti sottomessi u magħżula għall-finanzjament, l-użu tal-finanzjament Komunitarju, id-distribuzzjoni tal-fondi nazzjonali, it-tip ta’ parteċipanti, l-istatistiki tal-pajjiż, l-avvenimenti ta’ senserija u attivitajiet ta’ disseminazzjoni, eċċ.) u lejn il-progess li jkun sar sabiex ikun hemm aktar integrazzjoni. Fi tmiem il-Programm Konġunt Eurostars l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tagħmel valutazzjoni ta’ l-impatt ex-post tal-Programm.

IV.   L-implimentazzjoni tal-programm

Il-Programm Konġunt Eurostars għandu jiġi ġestit minn struttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Il-proposti jiġu sottomessi mill-applikanti direttament lill-istruttura speċifika (punt tad-dħul uniku), wara sejħa għall-proposti ċentrali u komuni li ssir kull sena, b’diversi dati ta’ twaqqif. Il-proposti għall-proġetti għandhom jiġu valutati u magħżula fuq livell ċentrali fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà trasparenti u komuni, wara proċedura maqsuma f’żewġ partijiet. Fl-ewwel fażi, il-proposti għandhom jiġu valutati mill-inqas minn żewġ esperti indipendenti, li għandhom janalizzaw l-aspetti tekniċi kif ukoll dawk tas-suq tal-proposta. Dawn l-esperti jistgħu jaġixxu mill-bogħod. Il-klassifikazzjoni tal-proposti ssir fit-tieni fażi, minn panel internazzjonali ta’ valutazzjoni, magħmul minn esperti indipendenti. L-elenku tal-klassifika, approvat fuq livell ċentrali, għandu jkun jorbot għall-allokazzjoni tal-fondi mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali allokati għall-proġetti ta’ l-Eurostars. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għas-sorveljanza tal-proġetti, u għall-proċeduri operattivi komuni sabiex jiġi ġestit iċ-ċiklu kollu tal-proġett. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tinkoraġġixxi r-rikonoxximent tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-Programm Konġunt Eurostars, kemm għall-Programm innifsu u għal proġetti individwali. Għandha tippromwovi viżibilità xierqa għal din il-kontribuzzjoni permezz ta’ l-użu tal-logo Komunitarju fil-materjal ippubblikat kollu, inklużi pubblikazzjonijiet stampati u elettroniċi, li jkunu relatati mal-Programm Konġunt Eurostars. Il-parteċipanti tal-proġett fil-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandhom jiġu ġestiti amministrattivament mill-programmi nazzjonali rispettivi tagħhom.

V.   Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament

Il-Programm Konġunt Eurostars huwa ko-finanzjat mill- Istati Membri parteċipanti, mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra u mill-Komunità. L-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiddefinixxu pjan finanzjarju multi-annwali sabiex jipparteċipaw fil-Programm Konġunt Eurostars u sabiex jikkontribwixxu għal ko-finanzjament ta’ l-attivitajiet tiegħu. Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jistgħu jiġu minn programmi nazzjonali eżistenti jew minn oħrajn ġodda, sakemm dawn ikunu konformi mal-karattru minn isfel għal fuq tal-Programm Konġunt Eurostars. Kwalunkwe Stat Membru parteċipanti jew pajjiż ieħor parteċipanti huwa liberu li jżid il-finanzjament nazzjonali allokat tiegħu għall-Programm Konġunt Eurostars, fi kwalunkwe żmien matul il-Programm.

Il-finanzjament fuq livell ta’ Programm

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-Programm Konġunt Eurostars, li għandha tkun ġestita mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, tiġi kkalkulata bħala massimu ta’ terz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji effettivi mill- Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra, b’limitu ta’ EUR 100 miljun.

Massimu ta’ 4,5 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandu jintuża mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi globali tal-Programm Konġunt Eurostars.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandha tiġi trasferita mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lill-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali li jiġu maħtura mill-Istati parteċipanti, abbażi ta’ ftehim bejn l-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Il-korpi ta’ finanzjament nazzjonali għandhom jiffinanzjaw lill-parteċipanti nazzjonali li l-proposti tagħhom jintgħażlu fil-livell ċentrali u għandhom ukoll imexxu l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni.

Il-finanzjament tal-proġetti Eurostars

L-allokazzjoni tal-fondi mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali allokati għall-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandha ssegwi l-ordni ta’ l-elenku tal-klassifikazzjoni. Il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-parteċipanti f’dawn il-proġetti tiġi kkalkulata skond ir-regoli tal-finanzjament tal-programmi nazzjonali parteċipanti.

Fil-każ ta’ self, għandha tapplika kalkulazzjoni bażika għall-ekwivalenza ta’ l-għotja gross, waqt li għandhom jiġu kkunsidrati l-intensità tas-sussidju ta’ l-interessi kif ukoll ir-rata ta’ nuqqas medja tal-programm nazzjonali sottostanti.

VI.   L-arranġamenti dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali

L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tadotta l-politika dwar il-proprjetà intellettwali tal-Programm Konġunt Eurostars, skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu ta’ din id-Deċiżjoni. L-għan tal-politika dwar il-proprjetà intellettwali tal-Programm Konġunt Eurostars huwa li jippromwovi l-ħolqien ta’ l-għafien, flimkien ma’ l-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati tal-proġett favur il-grupp fil-mira tal-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. F’dan il-kuntest, il-metodu previst fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (2) għandu jservi bħala mudell.


(1)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(2)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS II

GOVERNANZA TAL-PROGRAMM KONĠUNT EUROSTARS

Is-sistema tat-tmexxija tal-Programm Konġunt Eurostars tinvolvi erba‘ entitajiet ewlenin:

1.

Il-“Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-EUREKA” (HLG EUREKA), li huwa magħmul minn persuni maħtura mill-Istati Membri ta’ l-EUREKA bħala Rappreżentanti ta’ Livell Għoli, u rappreżentant mill-Kummissjoni. Dan huwa responsabbli mid-dħul ta’ Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi oħra mhux parteċipanti fil-Programm Konġunt Eurostars, skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 10 u 11 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Il-“Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Eurostars” (HLG Eurostars), li huwa magħmul mir-Rappreżentanti ta’ Livell Għoli ta’ l-EUREKA ta’ l-Istati Membri jew pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm Konġunt Eurostars. Il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri li mhux parteċipanti fil-Programm Konġunt Eurostars iżommu d-dritt li jibagħtu rappreżentanti għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi. Dan għandu l-awtorità li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, u b’mod partikolari: il-ħatra tal-membri tal-Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars, l-approvazzjoni tal-proċeduri operattivi sabiex jitmexxa l-Programm Konġunt Eurostars, l-approvazzjoni ta’ l-ippjanar għas-sejħa u tal-baġit għas-sejħa, u l-approvazzjoni ta’ l-elenku tal-klassifikazzjoni tal-proġetti Eurostars li se jiġu ffinanzjati.

3.

Il-“Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars”, li huwa magħmul mill-Koordinaturi Nazzjonali tal-Proġett ta’ l-EUREKA, li ġejjin mill-Istati Membri parteċipanti u pajjiżi parteċipanti oħra, u li jitmexxa mill-Kap tas-Segretarjat ta’ l-EUREKA (hawn imsejjaħ “ESE”). Il-Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars għandu jagħti parir lill-ESE fl-eżekuzzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars u għandu jagħti pariri dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tiegħu, bħalma huma l-proċeduri tal-finanzjament, il-valutazzjoni u l-proċess ta’ l-għażla, is-sinkronizzazzjoni bejn il-proċeduri ċentrali u nazzjonali, u s-sorveljanza tal-proġetti. Dan għandu jagħti pariri dwar l-ippjanar għad-dati tat-twaqqif tas-sejħiet annwali għall-proposti. Dan għandu jagħti parir ukoll dwar il-progress fl-eżekuzzjoni tal-programm konġunt, inkluż il-progress lejn aktar integrazzjoni.

4.

L-ESE għandu jaġixxi bħala l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars. Il-Kap ta’ l-ESE għandu jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-Programm Eurostars. L-ESE huwa responsabbli sabiex jeżegwixxi l-Programm Konġunt Eurostars, u huwa responsabbli b’mod partikolari għal:

l-istabbiliment tal-baġit annwali għas-sejħa, l-organizzazzjoni ċentrali tas-sejħat komuni għall-proposti u r-riċeviment tal-proposti għall-proġett (punt tad-dħul uniku);

l-organizzazzjoni ċentrali ta’ l-eliġibbiltà u tal-valutazzjoni tal-proposti għall-proġett, skond kriterji ta’ eliġibbilità u valutazzjoni komuni, l-organizzazzjoni ċentrali ta’ l-għażla tal-proposti għall-proġett li jrid jiġi ffinanzjat, u s-sorveljanza u l-issuktar tal-proġett;

ir-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni Komunitarja;

il-ġbir tal-kontijiet rigward id-distribuzzjoni tal-fondi mill-entitajiet għall-finanzjament fl-Istati Membri parteċipanti u fil-pajjiżi parteċipanti l-oħra lill-parteċipanti tal-proġetti Eurostars;

il-promozzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars;

ir-rappurtar lill-HLG ta’ l-EUREKA, lill-HLG ta’ l-Eurostars u lill-Kummissjoni dwar il-Programm Konġunt Eurostars, inkluż dwar il-progress lejn aktar integrazzjoni.

l-infurmar tan-netwerk EUREKA dwar l-attivitajiet tal-Programm Konġunt Eurostars.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/68


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Lulju 2008

li taħtar erba’ membri u erba’ membri supplenti Franċiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/624/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Franċiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru tbattal wara l-mewt tas-Sur Raymond FORNI. Tliet postijiet ta’ membri tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Jean PUECH, tas-Sinjura Juliette SOULABAILLE u tas-Sur Michel THIERS. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Carola JORDA-DEDIEU u tas-Sur Jean-Pierre TEISSEIRE. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni ser jitbattlu wara l-ħatra tas-Sur Pierre HUGON u tas-Sur Christophe ROUILLON bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

is-Sur Pierre HUGON, il-Viċi-President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Lozère (bidla fil-mandat),

is-Sur Pierre MAILLE, il-President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Finistère,

is-Sur René SOUCHON, il-President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Auvergne,

is-Sur Christophe ROUILLON, is-Sindku ta’ Coulaines (bidla fil-mandat),

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Jean-Michel DACLIN, id-Deputat Sindku ta’ Lyon,

is-Sinjura Rose-Marie FALQUE, is-Sindku ta’ Azerailles,

is-Sinjura Rachel PAILLARD, is-Sindku ta’ Bouzy,

is-Sur Jean-Louis TOURENNE, il-President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Ille et Vilaine.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

30.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 201/70


 

It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skond id-dritt pubbliku internazzjonali. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aktar verżjoni reċenti tad-dokument ta’ l-istatus ta’ l-UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru. 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u għat-trejlers tagħhom

Reviżjoni 3

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 15 għas-serje 02 ta’ emendi – Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta’ Novembru 2007

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-immarkar

4.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

5.

L-approvazzjoni

6.

Ir-rekwiżiti

7.

Il-modifikazzjonijiet tat-tip ta’ tajer pnewmatiku u l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

12.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

L-ANNESSI

Anness I —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku għall-vetturi bil-mutur skond ir-Regolament Nru 30

Anness II —

Eżempju ta’ l-arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni

Anness III —

L-arranġament ta’ l-immarkar tat-tajers

Anness IV —

L-indiċijiet tal-kapaċità għat-tagħbija

Anness V —

Id-denominazzjoni u d-dimensjonijiet tad-daqs tat-tajers

Anness VI —

Il-metodu biex jitkejlu t-tajers pnewmatiċi

Anness VII —

Il-proċedura għat-testijiet tar-rendiment tat-tagħbija/tal-veloċità

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament ikopri tajers pnewmatiċi ġodda ddisinjati primarjament, imma mhux biss, għall-vetturi fil-kategoriji M1, O1 u O2  (1).

Ir-Regolament ma japplikax għat-tajers iddisinjati

(a)

għat-tagħmir għall-karozzi qodma ta’ bejn l-1917 u l-1930

(b)

għal kompetizzjonijiet.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

2.1.

“Tip ta’ tajer pnewmatiku” tfisser kategorija ta’ tajers pnewmatiċi li ma jvarjawx f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.1.1.

Il-manifattur;

2.1.2.

Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer;

2.1.3.

Il-kategorija ta’ l-użu (tajer ordinarju (it-tip għat-triq) jew tas-silġ jew għal użu temporanju);

2.1.4.

L-istruttura (tajer dijagonali (kap imxaqleb), bias-belted, kap radjali, run-flat – jiġifieri li kapaċi jaħdem anki fi pressjonijiet li fihom tajers oħra ma jkunux jistgħu jintużaw);

2.1.5.

Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità;

2.1.6.

L-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija;

2.1.7.

Is-sezzjoni trasversali tat-tajers;

2.2.

“Tajer tas-silġ” tfisser tajer li d-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel tiegħu, u li l-istruttura tiegħu, jkunu ddisinjati primarjament biex ikun żgurat li fit-tajn u fis-silġ frisk jew li jkun qed jinħall ikollu rendiment aħjar minn dak ta’ tajer ordinarju (it-tip għat-triq). Id-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel ta’ tajer tas-silġ ġeneralment jikkonsisti minn kanal (strixxa) u minn elementi ta’ blokki solidi li jkunu spazjati b’mod aktar wiesa’ milli fuq tajer ordinarju (it-tip għat-triq);

2.3.

“Struttura” ta’ tajer pnewmatiku tfisser il-karatteristiċi tekniċi tal-qafas tat-tajer. L-istrutturi li ġejjin jingħarfu b’mod partikolari;

2.3.1.

“Dijagonali” jew “kap imxaqleb” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku fejn il-kurduni tal-kap jestendu għax-xfuf ta’ ġewwa tat-tajer u jitqiegħdu f’angoli alternati ferm inqas minn 90° għal-linja ċentrali tal-wiċċ ta’ barra mfellel;

2.3.2

Bias-belted” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku ta’ tip djagonali (kap imxaqleb) fejn il-qafas ikun ristrett minn ċinturin, magħmul minn żewġ saffi jew aktar ta’ materjal tal-kurdun li essenzjalment ma jkunx jista’ jitwessa’ wisq imqiegħed f’angoli alternati qrib dawk tal-qafas;

2.3.3.

“Radjali” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku fejn il-kurduni tal-kap jestendu għax-xfuf ta’ ġewwa u jitqiegħdu sostanzjalment f’angolu ta’ 90° għal-linja ċentrali tal-wiċċ ta’ barra mfellel, fejn il-qafas ikun stabilizzat minn ċinturin ċirkonferenzjali li essenzjalment ma jkunx jitwessa’ wisq;

2.3.4.

“Rinforzat” jew “Tagħbija żejda” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku fejn il-qafas ikun aktar reżistenti minn dak tat-tajer standard korrispondenti;

2.3.5.

“Stepni għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajjer maħsub biex jitwaħħal ma’ kwalunke vettura għal kundizzjonijiet normali ta’ sewqan imma maħsub biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ristretti ta’ sewqan;

2.3.6.

“Stepni għal użu temporanju tat-tip T” tfisser tip ta’ stepni għal użu temporanju iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nefħa ogħla minn dawk stabbiliti għal tajers standard u rinforzati;

2.3.7.

“Tajer run-flat” jew “Tajer self-supporting” tiddeskrivi struttura ta’ tajer pnewmatiku pprovduta bi kwalunkwe soluzzjoni teknika (pereżempju, ħitan tal-ġnub rinforzati, eċċ.) li tippermetti li t-tajer pnewmatiku, immontat fuq ir-rota xierqa u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe komponent supplimentari, jipprovdi lill-vettura bil-funzjonijiet bażiċi tat-tajer, għallinqas, f’veloċità ta’ 80 km/h (50 mph) u f’distanza ta’ 80 km meta tkun qed tintuża modalità ta’ tħaddim b’tajer imniżżel (flat tyre running mode).

2.4.

“Xoffa ta’ ġewwa” tfisser il-parti ta’ tajer pnewmatiku li tkun ta’ tali għamla u struttura li tkun toqgħod fir-rimm u żżomm it-tajer fuqha (2);

2.5.

“Kurdun” tfisser il-ħjut li jiffurmaw il-materjal tal-ħxuna fit-tajer pnewmatiku (2);

2.6.

“Kap” tfisser saff ta’ kurduni paralleli mgħottija bil-lastku (2);

2.7.

“Qafas” tfisser dik il-parti ta’ tajer pnewmatiku, ħlief il-wiċċ ta’ barra mfellel u l-ħitan tal-ġnub tal-lastku li, meta tintefaħ, iġġorr it-tagħbija (2);

2.8.

“Wiċċ ta’ barra mfellel” tfisser dik il-parti ta’ tajer pnewmatiku li tidħol f’kuntatt ma’ l-art (2);

2.9.

“Ħajt tal-ġenb” tfisser il-parti ta’ tajer pnewmatiku bejn il-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer u x-xoffa ta’ ġewwa tat-tajer (2);

2.10

L-“erja t’isfel tat-tajer” tfisser l-erja inkluża bejn il-punt tal-wisa’ massima tas-sezzjoni tat-tajer u l-erja ddisinjata biex tkun mgħottija mit-tarf tar-rimm (2);

2.10.1.

Madankollu, fil-każ ta’ tajers identifikati bis-simbolu tal-“konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” (ara l-paragrafu 3.1.10.) “A” jew “U”, tfisser l-erja tat-tajer li tinsab fuq ir-rimm.

2.11.

“Kanal tal-wiċċ ta’ barra mfellel” tfisser l-ispazju bejn żewġ strixxi jew blokki ħdejn xulxin fid-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel (2);

2.12.

Il-“wisa’ tas-sezzjoni” tfisser id-distanza lineari bejn il-partijiet ta’ barra tal-ħitan tal-ġenb ta’ tajer pnewmatiku minfuħ, esklużi l-elevazzjonijiet minħabba t-tikkettjar (l-immarkar), id-dekorazzjoni jew iċ-ċineg jew l-istrixxi protettivi (2);

2.13.

Il-“wisa’ globali” tfisser id-distanza lineari bejn il-partijiet ta’ barra tal-ħitan tal-ġnub ta’ tajer pnewmatiku minfuħ, inkluż it-tikkettjar (l-immarkar), id-dekorazzjoni u ċ-ċineg jew l-istrixxi protettivi (3);

2.14.

L-“għoli tas-sezzjoni” tfisser distanza daqs nofs id-differenza bejn id-dijametru ta’ barra tat-tajer u d-dijametru nominali tar-rimm (3);

2.15.

Il-“proporzjon ta’ l-aspett nominali (Ra)” tfisser mitt darba n-numru miksub bid-diviżjoni tan-numru li jesprimi l-għoli tas-sezzjoni f’mm bin-numru li jesprimi l-wisa’ nominali tas-sezzjoni f’mm;

2.16.

Id-“dijametru ta’ barra” tfisser id-dijametru globali ta’ tajer pnewmatiku ġdid minfuħ (3);

2.17.

“Denominazzjoni tal-qies tat-tajer” hija

2.17.1.

denominazzjoni li turi:

2.17.1.1.

il-wisa’ nominali tas-sezzjoni. Din il-wisa’ trid tkun imfissra f’mm, ħlief fil-każ tat-tipi ta’ tajer li d-denominazzjoni tal-qies tagħhom qed tintwera fl-ewwel kolonna tat-tabelli fl-Anness V għal dan ir-Regolament;

2.17.1.2.

il-proporzjon ta’ l-aspett nominali, ħlief fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ tajer fejn id-denominazzjoni tal-qies tagħhom qed tintwera fl-ewwel kolonna tat-tabelli fl-Anness V għal dan ir-Regolament, jew, abbażi tat-tip ta’ disinn tat-tajer, id-dijametru nominali ta’ barra espress f’mm;

2.17.1.3.

numru konvenzjonali li jindika d-dijametru nominali tar-rimm u li jikkorrispondi għad-dijametru tiegħu imfisser jew permezz ta’ kodiċijiet (numri taħt il-100) jew f’millimetri (numri ’l fuq minn 100);

2.17.1.4.

l-ittra “T” quddiem il-wisa’ nominali tas-sezzjoni fil-każ ta’ stepnijiet għal użu temporanju tat-tip T;

2.17.1.5.

indikazzjoni tal-konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm meta tvarja mill-konfigurazzjoni standard.

2.18.

Id-“dijametru nominali tar-rimm” ifisser id-dijametru tar-rimm li jkun maħsub li tajer jiġi mmontat fuqu;

2.19.

“Rimm” ifisser is-sostenn għal assemblaġġ ta’ tajer u ta’ tubu, jew għal tajer mingħajr tubu, li fuqu jitqiegħdu x-xfuf ta’ ġewwa tat-tajer (3);

2.19.1.

“Konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” tfisser it-tip ta’ rimm li miegħu ġie ddisinjat li jitwaħħal it-tajer. Fil-każ ta’ rimmijiet li ma jkunux standard, din se tkun identifikata b’simbolu applikat mat-tajer, pereżempju, “CT”, “TR”, “TD”, “A” jew “U”.

2.20.

“Rimm teoretiku” tfisser ir-rimm kunċettwali li l-wisa’ tiegħu għandha tkun daqs x darbiet il-wisa’ nominali tas-sezzjoni tat-tajer. Il-valur ta’ x għandu jkun speċifikat mill-manifattur ta’ dak it-tajer;

2.21.

“Rimm tal-kejl” tfisser ir-rimm li fuqu jeħtieġ li jitwaħħal tajer biex jitkejjel id-daqs;

2.22.

“Rimm tat-test” tfisser ir-rimm li fuqu jeħtieġ li jitwaħħal tajer għall-ittestjar;

2.23.

“Tkissir fi bċejjeċ” tfisser it-tkissir ta’ bċejjeċ ta’ lastku mill-wiċċ ta’ barra mfellel;

2.24.

Is-“separazzjoni tal-kurduni” tfisser il-firda tal-kurduni mill-għata tal-lastku tagħhom;

2.25.

Is-“separazzjoni tal-kap” tfisser il-firda ta’ kapi ta’ ħdejn xulxin;

2.26.

Is-“separazzjoni tal-wiċċ ta’ barra mfellel” tfisser il-ġbid ’il barra tal-wiċċ ta’ barra mfellel mill-qafas;

2.27.

“Indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel” tfisser l-isporġenzi fil-kanali tal-wiċċ imfellel ta’ barra maħsuba biex jagħtu indikazzjoni viżiva dwar il-grad ta’ użu tal-wiċċ imfellel ta’ barra;

2.28.

“Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija” tfisser numru assoċjat mal-massa ta’ referenza li jista’ jġorr tajer meta jitħaddem skond ir-rekwiżiti li jirregolaw l-użu speċifikat mill-manifattur.

2.29.

“Kategorija ta’ veloċità” tfisser il-veloċità massima li jista’ jsostni tajer, espressa bis-simbolu tal-kategorija tal-veloċità (ara t-tabella t’aktar ’l isfel).

2.29.1.

Il-kategoriji tal-veloċità huma dawk indikati fit-tabella t’hawn taħt:

Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità

Il-veloċità massima

(km/h)

L

120

M

130

N

140

P

150

Q

160

R

170

S

180

T

190

U

200

H

210

V

240

W

270

Y

300

2.30.

Kanali tad-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel

2.30.1.

“Kanali ewlenin” tfisser il-kanali wesgħin li jkunu ppożizzjonati fiż-żona ċentrali tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer, li jkollhom indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel (ara l-paragrafu 2.27.) ġo fihom.

2.30.2.

“Kanali sekondarji” tfisser il-kanali supplimentari tad-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel li jistgħu imorru matul ħajjet it-tajer.

2.31.

Il-“kategorija massima tat-tagħbija” tfisser il-massa massima li t-tajer ġie kklassifikat li jista’ jġorr;

2.31.1.

għal veloċità li ma teċċedix il-210 km/h, il-kategorija massima tat-tagħbija m’għandhiex teċċedi l-valur assoċjat ma’ l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer;

2.31.2.

għal veloċità li taqbeż il-210 km/h, imma li ma teċċedix il-240 km/h, (tajers ikklassifikati bis-simbolu tal-kategorija tal-veloċità “V”) il-kategorija massima tat-tagħbija m’għandhiex teċċedi l-perċentwali tal-valur assoċjat ma’ l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer, indikat fit-tabella t’hawn taħt, b’referenza għall-kapaċità għall-veloċità tal-karozza li magħha twaħħal it-tajer.

Il-veloċità massima

(km/h)

Il-kategorija massima tat-tagħbija

(fil-mija)

215

98,5

220

97

225

95,5

230

94

235

92,5

240

91

Għal veloċitajiet massimi intermedji, l-interpolazzjonjiet lineari tal-kategorija massima tat-tagħbija huma permessi.

2.31.3.

Għal veloċitajiet li jaqbżu l-240 km/h (tajers ikklassifikati bis-simbolu tal-kategorija tal-veloċità “W”) il-kategorija massima tat-tagħbija m’għandhiex teċċedi l-perċentwali tal-valur assoċjat ma’ l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija indikat fit-tabella t’hawn taħt, b’referenza għall-kapaċità għall-veloċità tal-karozza li magħha jitwaħħal it-tajer.

Il-veloċità massima

(km/h)

Il-kategorija massima tat-tagħbija

(fil-mija)

240

100

250

95

260

90

270

85

Għal veloċitajiet massimi intermedji, l-interpolazzjonjiet lineari tal-kategorija massima tat-tagħbija huma permessi.

2.31.4.

Għal veloċitajiet li jaqbżu l-270 km/h (tajers ikklassifikati bis-simbolu tal-kategorija tal-veloċità “Y”) il-kategorija massima tat-tagħbija m’għandhiex teċċedi l-perċentwali tal-valur assoċjat ma’ l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer indikat fit-tabella t’hawn taħt, b’referenza għall-kapaċità għall-veloċità tal-karozza li magħha jitwaħħal it-tajer.

Il-veloċità massima

(km/h)

Il-kategorija massima tat-tagħbija

(fil-mija)

270

100

280

95

290

90

300

85

Għal veloċitajiet massimi intermedji, l-interpolazzjonjiet lineari tal-kategorija massima tat-tagħbija huma permessi.

2.31.5.

Għal veloċitajiet inqas minn jew ta’ 60 km/h il-kategorija massima tat-tagħbija ma tridx teċċedi l-perċentwali tal-massa assoċjata ma’ l-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer indikat fit-tabella t’hawn taħt, b’referenza għall-veloċità massima tad-disinn tal-vettura li magħha għandu jitwaħħal it-tajer.

Il-veloċità massima

(km/h)

Il-kategorija massima tat-tagħbija

(fil-mija)

25

142

30

135

40

125

50

115

60

110

2.31.6.

Għal veloċitajiet li jaqbżu t-300 km/h, il-kategorija massima tat-tagħbija ma tridx teċċedi l-massa speċifikata mill-manifattur tat-tajer, b’referenza għall-kapaċità għall-veloċità tat-tajer. Għall-veloċitajiet intermedji bejn 300 km/h u l-veloċità massima permessa mill-manifattur tat-tajer, tapplika interpolazzjon lineari tal-kategorija massima tat-tagħbija.

2.32.

“Modalità ta’ tħaddim b’tajer imniżżel (flat tyre running mode)” tiddeskrivi l-istat tat-tajer, li essenzjalment iżomm l-integrità strutturali tiegħu, filwaqt li jitħaddem fi pressjoni ta’ nefħa bejn 0 u 70 kPa.

2.33.

“Funzjonijiet bażiċi tat-tajer” tfisser il-kapaċità normali ta’ tajer minfuħ biex isostni tagħbija partikolari sa veloċità partikolari u jittrażmetti l-forzi tas-sewqan, ta’ l-istering u tal-brejkijiet lill-art li għaddej fuqha.

2.34.

“Sistema run-flat” jew “Sistema b’mobilità estiża” tiddeskrivi assemblaġġ ta’ komponenti speċifikati funzjonalment dipendenti, inkluż tajer, li flimkien jipprovdu r-rendiment speċifikat li jagħti lill-vettura l-funzjonijiet bażiċi tat-tajer, għallinqas b’veloċità ta’ 80 km/h (50 mph) u f’distanza ta’ 80 km meta jkun qed jitħaddem b’modalità ta’ tħaddim b’tajer imniżżel.

2.35.

L-“għoli milwi tas-sezzjoni” huwa d-differenza bejn ir-radju milwi, imkejjel miċ-ċentru tar-rimm sal-wiċċ taċ-ċilindru, u nofs id-dijametru nominali tar-rimm kif ġie ddefinit fl-ISO 4000-1.

3.   L-IMMARKAR

3.1.   It-tajers pnewmatiċi mressqa għall-appprovazzjoni għandu jkollhom, fuq iż-żewġ ħitan tal-ġenb fil-każ ta’ tajers simmetriċi u għallinqas fuq il-ħajt tal-ġenb ta’ barra fil-każ ta’ tajers asimmetriċi:

3.1.1.

It-trejdmark jew il-marka kummerċjali;

3.1.2.

Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.17. ta’ dan ir-Regolament;

3.1.3.

Indikazzjoni ta’ l-istruttura kif ġej:

3.1.3.1.

fuq tajers djagonali (kap imxaqleb), l-ebda mmarkar jew l-ittra “D” imqiegħda quddiem l-immarkar tad-dijametru tar-rimm;

3.1.3.2.

fuq tajers b’kap radjali, l-ittra “R” imqiegħda quddiem l-immarkar tad-dijametru tar-rimm, u, jekk mixtieq, il-kelma “RADIAL”;

3.1.3.3.

fuq tajers bias-belted, l-ittra “B” imqiegħda quddiem l-immarkar tad-dijametru tar-rimm flimkien mal-kliem “BIAS-BELTED”;

3.1.3.4.

fuq tajers b’kap radjali adattati għal veloċitajiet li jaqbżu l-240 km/h imma li ma jeċċedux it-300 km/h (tajers immarkati bis-simbolu tal-veloċità “W” jew “Y” bħala parti mid-deskrizzjoni tas-servizz), l-ittra “R”, imqiegħda quddiem l-immarkar tal-kodiċi tad-dijametru tar-rimm, tista’ tiġi sostitwita bil-kitba “ZR”.

3.1.3.5.

fuq tajers “run-flat” jew “self-supporting” l-ittra “F” imqiegħda quddiem l-immarkar tad-dijametru tar-rimm.

3.1.4.

Indikazzjoni tal-kategorija tal-veloċità tat-tajer permezz tas-simbolu muri fil-paragrafu 2.29. t’aktar ’il fuq;

3.1.4.1.

Fuq tajers adattati għal veloċitajiet li jaqbżu t-300 km/h, l-ittra “R” imqiegħda quddiem l-immarkar tal-kodiċi tad-dijametru tar-rimm għandha tiġi sostitwita bil-kitba “ZR” u t-tajer għandu jkun immarkat b’deskrizzjoni tas-servizz li tikkonstisti fis-simbolu tal-veloċità “Y” u fl-indiċi tat-tagħbija korrispondenti. Id-deskrizzjoni tas-servizz għandha tkun immarkata fil-parenteżi, pereżempju, “(95Y)”.

3.1.5.

Il-kitba M+S jew M.S jew M&S fil-każ ta’ tajer tas-silġ;

3.1.6.

L-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.28. ta’ dan ir-Regolament;

3.1.7.

Il-kelma “TUBELESS” jekk it-tajer huwa maħsub biex jintuża mingħajr tubu intern;

3.1.8.

Il-kelma “REINFORCED” jew il-kelmiet “EXTRA LOAD” jekk it-tajer ikun tajer rinforzat;

3.1.9.

Id-data tal-manifattura fil-forma ta’ grupp ta’ erba’ numri, bl-ewwel tnejn juru l-ġimgħa u l-aħħar tnejn is-sena tal-manifattura. Madankollu, dan l-immarkar li jista’ jitqiegħed fuq ħajt tal-ġenb wieħed biss, m’għandux ikun mandatorju, fuq l-ebda tajer imressaq għall-approvazzjoni, sa sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament (4).

3.1.10.

Fil-każ ta’ tajers li ġew approvati għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 13 għas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 30, l-identifikazzjoni li tissemma fil-paragrafu 2.17.1.5. għandha titqiegħed immedjatament wara l-immarkar tad-dijametru tar-rimm li jissemma fil-paragrafu 2.17.1.3.

3.1.11.

Fil-każ ta’ stepnijiet għal użu temporanju, il-kelmiet “TEMPORARY USE ONLY” f’karattri kapitali għoljin mill-inqas 12,7 mm.

3.1.11.1.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ stepnijiet għal użu temporanju tat-tip “T”, il-kitba “INFLATE TO 420 kPa (60 psi)”, f’karattri kapitali għoljin mill-inqas 12,7 mm.

3.1.12.

Is-simbolu t’hawn taħt jekk it-tajer ikun tajer “run-flat” jew “self-supporting”, fejn l-“h” tkun mill-inqas ta’ 12 mm.

Image

3.2.   It-tajers għandhom jipprovdu spazju adegwat għall-marka ta’ approvazzjoni, kif jintwera fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

3.3.   L-Anness III għal dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ l-arranġament ta’ l-immarkar tat-tajers.

3.4.   L-immarkar li jissemma fil-paragrafu 3.1. u l-marka ta’ approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu fformati fuq jew fit-tajers. Għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u għandhom ikunu fl-erja t’isfel tat-tajer fuq għallinqas wieħed mill-ħitan tal-ġenb tiegħu, ħlief għall-kitba li tissemma fil-paragrafu 3.1.1. t’aktar ’il fuq.

3.4.1.   Madankollu, għat-tajers identifikati bis-simbolu tal-“konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” (ara l-paragrafu 3.1.10.) “A” jew “U”, l-immarkar jista’ jitqiegħed fi kwalunkwe post fuq il-ħajt tal-ġenb ta’ barra tat-tajer.

4.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

4.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku għandha titressaq mid-detentur ta’ l-isem kummerċjali jew tat-trejdmark jew mir-rappreżentant akkreditat b’mod xieraq tiegħu. Għandha tispeċifika:

4.1.1.

Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.17. ta’ dan ir-Regolament;

4.1.2.

L-isem kummerċjali jew it-trejdmark;

4.1.3.

Il-kategorija ta’ l-użu (tajer ordinarju (it-tip għat-triq) jew tas-silġ, jew għal użu temporanju);

4.1.4.

L-istruttura: tajer dijagonali (kap imxaqleb), bias-belted, radjali, run-flat;

4.1.5.

Il-kategorija tal-veloċità;

4.1.6.

L-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer;

4.1.7.

Jekk it-tajer għandux jintuża b’tubu intern jew mingħajru;

4.1.8.

Jekk it-tajer hux “standard” jew “rinforzat” jew “stepni għal użu temporanzju tat-tip T”;

4.1.9.

In-numru tal-kategorija tal-kap tat-tajers dijagonali (kap imxaqleb);

4.1.10.

Id-dimensjonijiet globali: il-wisa’ globali tas-sezzjoni u d-dijametru ta’ barra;

4.1.11.

Ir-rimmijiet li fuqhom jista’ jiġi mmontat it-tajer;

4.1.12.

Ir-rimm tal-kejl u r-rimm tat-test;

4.1.13.

Il-pressjoni tat-test fejn il-manifattur jitlob l-applikazzjoni tal-paragrafu 1.3. ta’ l-Anness VII għal dan ir-Regolament;

4.1.14.

Il-fattur x li jissemma fil-paragrafu 2.20. t’aktar ’il fuq.

4.1.15.

Għal tajers adattati għal veloċitajiet li jaqbżu t-300 km/h, il-veloċità massima permessa mill-manifattur tat-tajer u l-kapaċità tal-ġarr tat-tagħbija permessa għal dik il-veloċità massima. Il-manifattur tat-tajer irid jispeċifika wkoll dawn il-valuri fil-letteratura teknika għat-tip ta’ tajer.

4.1.16.

L-identifikazzjoni tal-linji ta’ barra tar-rimm li jżomm ix-xoffa ta’ ġewwa speċifiċi għall-“modalità ta’ tħaddim b’tajer imniżżel” ta’ tajers “run-flat”.

4.2.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata (ilkoll fi tliet kopji) minn skeċċ, jew minn ritratt rappreżentattiv, li jidentifika d-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer u minn skeċċ ta’ l-għata tat-tajer minfuħ immontat fuq ir-rimm tal-kejl, li juri d-dimensjonijiet rilevanti (ara l-paragrafi 6.1.1. u 6.1.2.) tat-tip imressaq għall-approvazzjoni. Għandha tkun akkumpanjata wkoll jew mir-rapport tat-test maħruġ mil-Laboratorju tat-Testijiet approvat jew minn kampjun wieħed jew tnejn tat-tip ta’ tajer, fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità Kompetenti. Id-disinji jew ir-ritratti tal-ħajt tal-ġenb u tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer għandhom jitressqu ladarba tkun ġiet stabbilita l-produzzjoni, mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-ħruġ ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4.3.   L-Awtorità Kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti sabiex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.4.   Fejn manifattur tat-tajers iressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għal firxa ta’ tajers, ma jitqiesx li hemm għalfejn jitwettaq test tat-tagħbija/tal-veloċità fuq kull tip ta’ tajer fil-firxa. Fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni tista’ ssir għażla ta’ l-agħar każ.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.   Jekk it-tajer pnewmatiku mressaq għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 aktar ’l isfel, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ tajer.

5.2.   Għal kull tip approvat għandu jkun assenjat numru ta’ l-approvazzjoni. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 02) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ tajer ieħor kopert minn dan ir-Regolament.

5.3.   L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew ta’ l-estensjoni jew tar-rifjut jew ta’ l-irtirar ta’ l-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox skond dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

5.3.1.   Fejn l-approvazzjoni tat-tip tingħata għal tip ta’ tajer adattat għal veloċitajiet ta’ aktar minn 300 km/h (ara l-paragrafu 4.1.15.), il-veloċità massima rilevanti (km/h) u l-kapaċità tal-ġarr tat-tagħbija (kg) permessa għall-veloċità massima għandhom ikunu nnotifikati b’mod ċar fis-sezzjoni 10 tal-formola ta’ komunikazzjoni (ara l-Anness I għal dan ir-Regolament); jistgħu jiġu speċifikati wkoll il-kapaċitajiet tal-ġarr tat-tagħbija għal veloċitajiet intermedji ta’ aktar minn 300 km/h.

5.4.   Fuq kull tajer pnewmatiku li jkun konformi ma’ tip ta’ tajer approvat skond dan ir-Regolament, fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.2 aktar ’il fuq u minbarra l-immarkar preskritt fil-paragrafu 3.1 aktar ’il fuq, għandha titwaħħal b’mod li tidher sew marka internazzjonali ta’ l-approvazzjoni li tkun magħmula minn:

5.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (5);

5.4.2.

Numru ta’ l-approvazzjoni.

5.5.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u m’għandhiex tkun tista’ titħassar.

5.6.   L-Anness II għal dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ l-arranġament tal-marka ta’ l-approvazzjoni.

6.   IR-REKWIŻITI

6.1.   Id-dimensjonijiet tat-tajers

6.1.1.   Il-wisa’ ta’ sezzjoni ta’ tajer

6.1.1.1.   Il-wisa’ tas-sezzjoni għandha tkun ikkalkulata bil-formula li ġejja:

S = S1 + K(A – A1),

fejn:

S

hija l-“wisa’ tas-sezzjoni” espressa f’mm u mkejla fuq ir-rimm tal-kejl;

S1

hija l-“wisa’ nominali tas-sezzjoni” (f’mm) kif jintwera fuq il-ħajt tal-ġenb tat-tajer fid-denominazzjoni tat-tajer kif ġie preskritt;

A

hija l-wisa’ (espressa f’mm) tar-rimm tal-kejl, kif jintwera mill-manifattur fin-nota deskrittiva (6);

A1

hija l-wisa’ (espressa f’mm) tar-rimm teoretiku.

A1 għandha titqies li hija daqs S1 immultiplikata bil-fattur x, kif ġie speċifikat mill-manifattur, u K għandha titiqes li hija daqs 0,4.

6.1.1.2.   Madankollu, għat-tipi ta’ tajers li għalihom id-denominazzjoni tingħata fl-ewwel kolonna tat-tabelli fl-Anness V għal dan ir-Regolament, il-wisa’ tas-sezzjoni għandha tkun dik mogħtija faċċata tad-denominazzjoni tat-tajers f’dawn it-tabelli.

6.1.1.3.   Madankollu, għat-tajers identifikati bis-simbolu tal-“konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” (ara l-paragrafu 3.1.10.) “A” jew “U”, K għandha titqies li hija daqs 0,6.

6.1.2.   Id-dijametru ta’ barra ta’ tajer

6.1.2.1.   Id-dijametru ta’ barra ta’ tajer għandu jkn ikkalkulat bil-formula li ġejja:

D = d + 2H

fejn:

 

D hija d-dijametru ta’ barra espress f’mm

 

d hija n-numru konvenzjonali ddefinit fil-paragrafu 2.17.1.3. ta’ aktar ’il fuq, espress f’mm (6),

 

H hija l-għoli nominali tas-sezzjoni f’mm, daqs:

H = 0,01 S1 × Ra,

 

S1 hija l-wisa’ nominali tas-sezzjoni f’mm, u

 

Ra hija l-proporzjon ta’ l-aspett nominali,

ilkoll kif jintwerew fuq il-ħajt tal-ġenb tat-tajer fid-denominazzjoni tad-daqs tat-tajers skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.4. t’aktar ’il fuq.

6.1.2.2.   Madankollu, għat-tipi ta’ tajers li d-denominazzjoni tagħhom tingħata fl-ewwel kolonna tat-tabelli ta’ l-Anness V għal dan ir-Regolament, id-dijametru ta’ barra għandu jkun dak faċċata tad-denominazzjoni tad-“daqs” f’dawn it-tabelli.

6.1.2.3.   Madankollu, għat-tajers identifikati mis-simbolu tal-“konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” (ara l-paragrafu 3.1.10.) “A” jew “U”, id-dijametru ta’ barra għandu jkun dak speċifikat fid-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer kif intwera fuq il-ħajt tal-ġenb tat-tajer.

6.1.3.   Il-metodu biex jitkejlu t-tajers pnewmatiċi

Id-dimensjonijiet tat-tajers pnewmatiċi għandhom jitkejlu skond il-proċedura deskritta fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

6.1.4.   L-ispeċifikazzjonijiet tal-wisa’ ta’ sezzjoni ta’ tajer

6.1.4.1.   Il-wisa’ globali ta’ tajer tista’ tkun inqas mill-wisa’ tas-sezzjoni ddeterminata skond il-paragrafu 6.1.1. ta’ aktar ’il fuq.

6.1.4.2.   Tista’ teċċedi dak il-valur bil-perċentwali li ġejjin:

6.1.4.2.1.

f’tajers dijagonali (kap imxaqleb): 6 fil-mija;

6.1.4.2.2.

f’tajers b’kap radjali, run-flat: 4 fil-mija;

6.1.4.2.3.

barra minn hekk, jekk it-tajer ikollu strixxi (jew ċineg) protettivi speċjali, il-figura kif tiġi miżjuda mit-tolleranza ta’ aktar ’il fuq tista’ tinqabeż bi 8 mm.

6.1.4.2.4.

Madankollu, għat-tajers identifikati bis-simbolu tal-“konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” (ara l-paragrafu 3.1.10.) “A” jew “U”, il-wisa’ globali tat-tajer, fl-erja ta’ isfel tat-tajer, hija daqs il-wisa’ nominali tar-rimm li fuqu jiġi mmontat it-tajer, kif jintwera mill-manifattur fin-nota deskritta, miżjuda b’20 mm.

6.1.5.   L-ispeċifikazzjonijiet tad-dijametru ta’ barra ta’ tajer

Id-dijametru ta’ barra ta’ tajer ma jridx ikun barra mill-valuri Dmin u Dmax miksuba mill-formuli li ġejjin:

 

Dmin = d + (2H × a)

 

Dmax = d + (2H × b)

fejn:

6.1.5.1.

għad-daqsijiet elenkati fl-Anness V, u għat-tajers identifikati bis-simbolu tal-“konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm” (ara l-paragrafu 3.1.10.) “A” jew “U”, l-għoli nominali tas-sezzjoni H ikun daqs:

H = 0,5 (D-d), għar-referenzi ara l-paragrafu 6.1.2.

6.1.5.2.

għal daqsijiet oħrajn, mhux elenkati fl-Anness V, “H” u “d” jiġu ddefiniti fil-paragrafu 6.1.2.1,

6.1.5.3.

Il-koeffiċjenti “a” u “b” rispettivament huma:

6.1.5.3.1

Il-koeffiċjent “a” = 0,97

6.1.5.3.2

Il-koeffiċjent “b” għal tajers ordinarji

(it-tip għat-triq)

Tajer radjali, Run-flat

Tajer dijagonali u Bias-belted

1,04

1,08

6.1.5.4.

għat-tajer tas-silġ, id-dijametru globali (Dmax) stabbilit skond dak li ngħad aktar ’il fuq jista’ jinqabeż b’1 fil-mija.

6.2.   It-test tar-rendiment tat-tagħbija/tal-veloċità

6.2.1.   It-tajer pnewmatiku għandu jgħaddi minn test ta’ rendiment tat-tagħbija/tal-veloċità mwettaq skond il-proċedura deskritta fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

6.2.1.1.   Fejn issir applikazzjoni għat-tajers identifikati permezz tal-kodiċi f’ittri “ZR” fid-denominazzjoni tad-daqs u adattati għal veloċitajiet ta’ aktar minn 300 km/h (ara l-paragrafu 4.1.15.), it-test tat-tagħbija/tal-veloċità ta’ aktar ’il fuq jitwettaq fuq tajer wieħed fil-kundizzjonijeit tat-tagħbija u tal-veloċità mmarkati fuq it-tajer (ara l-paragrafu 3.1.4.1.). Irid jitwettaq test ieħor tat-tagħbija/tal-veloċità fuq kampjun ieħor ta’ l-istess tip ta’ tajer fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija u tal-veloċità speċifikati bħala massimi mill-manifattur tat-tajer (ara l-paragrafu 4.1.15. ta’ dan ir-Regolament).

Jekk il-manifattur tat-tajer jaqbel, it-tieni test jista’ jitwettaq fuq l-istess kampjun tat-tajer.

6.2.1.2.   Fejn issir applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ “sistema run-flat”, it-test tat-tagħbija/tal-veloċità t’aktar ’il fuq jitwettaq fuq tajer wieħed, minfuħ skond il-paragrafu 1.2. ta’ l-Anness VII, fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija u tal-veloċità mmarkati fuq it-tajer (ara l-paragrafu 3.1.4.1.). Irid jitwettaq test ieħor tat-tagħbija/tal-veloċità fuq kampjun ieħor ta’ l-istess tip ta’ tajer kif ġie speċifikat fil-paragrafu 3. ta’ l-Anness VII. Jekk il-manifatttur jaqbel, it-tieni test jista’ jitwettaq fuq l-istess kampjun.

6.2.2.   Tajer li, wara li jgħaddi mit-test tat-tagħbija/tal-veloċità, ma juri l-ebda separazzjoni tal-wiċċ ta’ barra mfellel, l-ebda separazzjoni tal-kapi, l-ebda separazzjoni tal-kurduni, l-ebda tkissir fi bċejjeċ jew l-ebda kurdun maqsum għandu jitqies li għadda mit-test.

6.2.2.1.   Madankollu, tajer immarkat bis-simbolu tal-veloċità “Y” li, wara li jgħaddi mit-test rilevanti, juri tibwiq superfiċjali fil-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer ikkawżat mit-tagħmir u mill-kundizzjonijiet speċifiċi tat-test, jitqies li għadda mit-test.

6.2.2.2.   Jekk tajer b’“sistema run-flat” li, wara li jgħaddi mit-test kif ġie speċifikat fil-paragrafu 3. ta’ l-Anness VII, ma juri l-ebda bidla fl-għoli milwi tas-sezzjoni, meta pparagunat ma’ l-għoli milwi tas-sezzjoni fil-bidu tat-test, akbar minn 20 fil-mija u jżomm il-wiċċ ta’ barra mflellel konness maż-żewġ ħitan tal-ġenb, jitqies li għadda mit-test.

6.2.3.   Id-dijametru ta’ barra tat-tajer, imkejjel sitt sigħat wara t-test tar-rendiment tat-tagħbija/tal-veloċità, ma jridx ivarja b’aktar minn ± 3,5 fil-mija mid-dijametru ta’ barra kif imkejjel qabel it-test.

6.3.   L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel

6.3.1.   It-tajer pnewmatiku għandu jinkludi mhux inqas minn sitt ringieli trasversali ta’ indikaturi ta’ l-użu, bejn wieħed u ieħor spazjati indaqs u li jinsabu fil-kanali ewlenin tal-wiċċ ta’ barra mfellel. L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel għandhom ikunu tali li ma jkunux jistgħu jiġu konfużi max-xfar tal-lastku bejn il-kanali jew il-blokki tal-wiċċ ta’ barra mfellel.

6.3.2.   Madankollu, fil-każ ta’ tajers b’dimensjonijiet xierqa sabiex jiġu mmontati fuq rimmijiet b’dijametru nominali ta’ 12 jew inqas, għandhom jiġu aċċettati erba’ ringieli ta’ indikaturi ta’ użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel.

6.3.3.   L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel iridu jipprovdu mezz biex jindikaw, b’tolleranza ta’ + 0,60/– 0,00 mm, meta l-kanali tal-wiċċ ta’ barra mfellel ma jibqgħux aktar fondi aktar minn 1,6 mm.

6.3.4.   L-għoli ta’ l-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel jiġi ddeterminat billi titkejjel id-differenza bejn il-fond, mis-superfiċje tal-wiċċ ta’ barra mfellel sal-quċċata ta’ l-indikatur ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel u sal-qiegħ tal-kanali tal-wiċċ ta’ barra mfellel qrib in-niżla fil-bażi ta’ l-indikatur ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel.

7.   IL-MODIFIKAZZJONIJIET TAT-TIP TA’ TAJER PNEWMATIKU U L-ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI

7.1.   Kull modifikazzjoni tat-tip ta’ tajer pnewmatiku għandha tiġi nnotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li approva t-tip ta’ tajer pnewmatiku. Imbagħad, id-dipartiment jista’ jew:

7.1.1.

Iqis li l-modifikazzjonijiet li saru mhux probabbli li jkollhom effett ħażin apprezzabbli u li, ikun xi jkun il-każ, it-tajer pnewmatiku xorta għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Jeħtieġ rapport ieħor tat-test mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.   M’għandhiex titgies li modifikazzjoni fid-disinn tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer teħtieġ repetizzjoni tat-testijiet preskritti fil-paragrafu 6. ta’ dan ir-Regolament.

7.3.   Konferma jew rifjut ta’ l-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tkun ikkomunikata skond il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. t’aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.4.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tassenja numru serjali għal tali estensjoni u tinforma biha lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

It-tajers approvati skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifatturi b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat, billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6. ta’ aktar ’il fuq.

8.2.

L-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni f’kull ħin. Għal kull faċilità ta’ produzzjoni, il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ mill-inqas darba kull sentejn.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ tajer pnewmatiku skond dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.1. ta’ aktar ’il fuq jew jekk it-tajers meħuda mis-serje ma jkunux għaddew mit-testijiet preskritti f’dak il-paragrafu.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hija għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta’ aprovazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku approvat skond dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

11.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

11.1.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni lil serje preċedenti ta’ emendi, jew lil suppliment preċedenti għal serje ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

11.2.   L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta tajer approvat skond is-serje 01 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

11.3.   L-indikaturi ta’ l-użu tal-wiċċ ta’ barra mfellel:

11.3.1.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 4 għas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jistgħux aktar joħorġu approvazzjonijiet skond is-Suppliment 3 għas-serje 02 ta’ emendi rigward ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.3.

11.3.2.

It-tajers il-ġodda kollha li ġew immanifatturi mill-1 ta’ Ottubru 1995 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.3. kif ġew emendati mis-Suppliment 4 għas-serje 02 ta’ emendi.

12.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

12.1.   Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi li jkunu responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox, li jkunu nħarġu f’pajjiżi oħra.

12.2.   Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jagħżlu laboratorji ta’ manifatturi tat-tajers bħala laboratorji tat-testijiet approvati.

12.3.   Fejn Parti għall-Ftehim tapplika l-paragrafu 12.2. ta’ aktar ’il fuq, jekk tixtieq dan, waqt it-testijiet hija tista’ tkun irrappreżentata minn persuna waħda jew aktar ta’ l-għażla tagħha.

Figura spjegattiva

(ara l-paragrafu 2 tar-Regolament)

Image


(1)  Kif ġew iddefiniti fl-Anness VII għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emenda 2 kif ġie emendat l-aħħar bl-Emenda 4).

(2)  Ara l-figura spjegattiva.

(3)  Ara l-figura spjegattiva.

(4)  Qabel l-1 ta’ Jannar 2000, id-data tal-manifattura tista’ tiġi indikata minn grupp ta’ tliet numri, bl-ewwel tnejn juru l-ġimgħa u l-aħħar wieħed is-sena tal-manifattura.

(5)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (battal), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (battal), 31 għall-Bożnja u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (battal), 34 għall-Bulgarija, 35 (battal), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (battal), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (battal), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (battal), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (battala) u 56 għall-Montenegro. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li bih jirratifikaw jew jaderixxu mal-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu ma’ u/jew Jintużaw f’Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija Abbażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b’dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(6)  Meta n-numru konvenzjonali jingħata bil-kodiċijiet, il-valur f’mm jinkiseb billi tali numru jiġi mmultiplikat b’25,4.


ANNESS I

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Eżempju ta’ l-arranġament tal-marka ta’ approvazzjoni

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni ta’ hawn fuq li twaħħlet fuq tajer pnewmatiku turi li t-tip ta’ tajer ikkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4) bin-numru ta’ approvazzjoni 022439.

Nota: L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif ġie emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

In-numru ta’ l-approvazzjoni jrid jitqiegħed qrib iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-“E” jew inkella fuq il-lemin jew ix-xellug ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru ta’ approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa ta’ l-“E” u jridu jħarsu fl-istess direzzjoni. L-użu ta’ numri Rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandu jkun evitat biex tkun ipprevenuta kwalunkwe konfużjoni ma’ simboli oħrajn.


ANNESS III

L-arranġament ta’ l-immarkar tat-tajers

1.   Eżempju ta’ l-immarkar li għandu jkun hemm fuq it-tip ta’ tajers imqiegħda fuq is-suq wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Image

Dan l-immarkar jiddefinixxi tajer pnewmatiku:

(a)

li jkollu wisa’ nominali tas-sezzjoni ta’ 185;

(b)

li jkollu proporzjon ta’ l-aspett nominali ta’ 70;

ċ)

li jkollu struttura ta’ kap radjali (R);

(d)

li jkollu dijametru nominali tar-rimm ta’ 14;

(e)

li jkollu kapaċità għat-tagħbija ta’ 580 kg, li tikkorrispondi għall-indiċi tat-tagħbija 89 fl-Anness IV għal dan ir-Regolament;

(f)

li jkollu kategorija tal-veloċità T (veloċità massima 190 km/h);

(g)

li jitwaħħal mingħajr tubu intern (“tubeless” (mingħajr tubu));

(h)

tat-tip “tas-silġ” (M+S);

(i)

li jkun ġie manifatturat matul il-25 ġimgħa tas-sena 2003.

2.   Fil-każ partikolari ta’ tajers li jkollhom konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm “A” jew “U”, l-immarkar għandu jkun fil-forma ta’ l-eżempju li ġej

185-560 R 400A, jew 185-560 R 400U fejn:

 

185 huwa l-wisa’ nominali tas-sezzjoni f’mm,

 

560 huwa d-dijametru ta’ barra espress f’mm,

 

R hija indikazzjoni ta’ l-istruttura tat-tajer - ara l-paragrafu 3.1.3. ta’ dan ir-Regolament,

 

400 huwa d-dijametru nominali tar-rimm espress f’mm,

 

A jew U hija l-konfigurazzjoni ta’ l-installazzjoni tat-tajer mar-rimm.

L-immarkar ta’ l-indiċi tat-tagħbija, tal-kategorija tal-veloċità, tad-data tal-manifattura u mmarkar ieħor, għandu jkun kif ingħata fl-eżempju 1 ta’aktar ’il fuq.

3.   Il-pożizzjonament u l-ordni ta’ l-immakar li jikkostitwixxi d-denominazzjoni tat-tajer għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

id-denominazzjoni tad-daqs kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.17. ta’ dan ir-Regolament għandha tkun iggruppata kif intwera fl-eżempji ta’aktar ’il fuq: 185/70 R 14 u 185-560 R 400A jew 185-560 R 400U;

(b)

id-deskrizzjoni tas-servizzi li tinkludi l-indiċi tat-tagħbija u s-simbolu tal-veloċità għandhom jitqiegħdu eżatt wara d-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.17. ta’ dan ir-Regolament;

ċ)

is-simboli “tubeless”, “reinforced”, u “M + S” jistgħu jkunu mbiegħda mid-denominazzjoni tad-daqs.


ANNESS IV

L-indiċijiet tal-kapaċità għat-tagħbija

Li

=

L-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija

kg

=

Il-massa korrispondenti tal-vettura li għandha tinġarr.


Li

kg

0

45

1

46,2

2

47,5

3

48,7

4

50

5

51,5

6

53

7

54,5

8

56

9

58

10

60

11

61,5

12

63

13

65

14

67

15

69

16

71

17

73

18

75

19

77,5

20

80

21

82,5

22

85

23

87,5

24

90

25

92,5

26

95

27

97,5

28

100

29

103

30

106

31

109

32

112

33

115

34

118

35

121

36

125

37

128

38

132

39

136

40

140

41

145

42

150

43

155

44

160

45

165

46

170

47

175

48

180

49

185

50

190

51

195

52

200

53

206

54

212

55

218

56

224

57

230

58

236

59

243

60

250

 

 

61

257

62

265

63

272

64

280

65

290

66

300

67

307

68

315

69

325

70

335

71

345

72

355

73

365

74

375

75

387

76

400

77

412

78

425

79

437

80

450

81

462

82

475

83

487

84

500

85

515

86

530

87

545

88

560

89

580

90

600

 

 

91

615

92

630

93

650

94

670

95

690

96

710

97

730

98

750

99

775

100

800

101

825

102

850

103

875

104

900

105

925

106

950

107

975

108

1 000

109

1 030

110

1 060

111

1 090

112

1 120

113

1 150

114

1 180

115

1 215

116

1 250

117

1 285

118

1 320

119

1 360

120

1 400

 

 


ANNESS V

Id-denominazzjoni tad-daqs tat-tajer u d-dimensjonijiet

Tabella I

It-Tajers f’Kostruzzjoni Dijagonali (tajers Ewropej)

Id-daqs

Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm tal-kejl

Id-dijametru globali (1)

mm

Il-wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer (1)

mm

Id-dijametru nominali tar-rimm

“d”

mm

Is-Serje Super Ballon

4.80-10

3.5

490

128

254

5.20-10

3.5

508

132

254

5.20-12

3.5

558

132

305

5.60-13

4

600

145

330

5.90-13

4

616

150

330

6.40-13

4.5

642

163

330

5.20-14

3.5

612

132

356

5.60-14

4

626

145

356

5.90-14

4

642

150

356

6.40-14

4.5

666

163

356

5.60-15

4

650

145

381

5.90-15

4

668

150

381

6.40-15

4.5

692

163

381

6.70-15

4.5

710

170

381

7.10-15

5

724

180

381

7.60-15

5.5

742

193

381

8.20-15

6

760

213

381

Is-Sejre Low Section

5.50-12

4

552

142

305

6.00-12

4.5

574

156

305

7.00-13

5

644

178

330

7.00-14

5

668

178

356

7.50-14

5.5

688

190

356

8.00-14

6

702

203

356

6.00-15 L

4.5

650

156

381

Is-Serje Super Low Section  (2)

155-13/6.15-13

4.5

582

157

330

165-13/6.45-13

4.5

600

167

330

175-13/6.95-13

5

610

178

330

155-14/6.15-14

4.5

608

157

356

165-14/6.45-14

4.5

626

167

356

175-14/6.95-14

5

638

178

356

185-14/7.35-14

5.5

654

188

356

195-14/7.75-14

5.5

670

198

356

Is-Serje Ultra Low Section

5.9-10

4

483

148

254

6.5-13

4.5

586

166

330

6.9-13

4.5

600

172

330

7.3-13

5

614

184

330


Tabella II

Is-Serje Millimetrika – Radjali (tajers Ewropej)

Id-daqs

Il-kodiċi tal-wisa’ tar-rimm xifer tal-kejl

Id-dijametru globali (3)

mm

Il-wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer (3)

mm

Id-dijametru nominali tar-rimm

“d”

mm

125 R 10

3.5

459

127

254

145 R 10

4

492

147

254

125 R 12

3.5

510

127

305

135 R 12

4

522

137

305

145 R 12

4

542

147

305

155 R 12

4.5

550

157

305

125 R 13

3.5

536

127

330

135 R 13

4

548

137

330

145 R 13

4

566

147

330

155 R 13

4.5

578

157

330

165 R 13

4.5

596

167

330

175 R 13

5

608

178

330

185 R 13

5.5

624

188

330

125 R 14

3.5

562

127

356

135 R 14

4

574

137

356

145 R 14

4

590

147

356

155 R 14

4.5

604

157

356

165 R 14

4.5

622

167

356

175 R 14

5

634

178

356

185 R 14

5.5

650

188

356

195 R 14

5.5

666

198

356

205 R 14

6

686

208

356

215 R 14

6

700

218

356

225 R 14

6.5

714

228

356

125 R 15

3.5

588

127

381

135 R 15

4

600

137

381

145 R 15

4

616

147

381

155 R 15

4.5

630

157

381

165 R 15

4.5

646

167

381

175 R 15

5

660

178

381

185 R 15

5.5

674

188

381

195 R 15

5.5

690

198

381

205 R 15

6

710

208

381

215 R 15

6

724

218

381

225 R 15

6.5

738

228

381

235 R 15

6.5

752

238

381

175 R 16

5

686

178

406

185 R 16

5.5

698

188

406

205 R 16

6

736

208

406


Tabella III

Is-Serje 45 – Radjali fuq Rimmijiet Metriċi TR ta’ 5°

Id-daqs

Il-wisa’ tar-rimm tal-kejl

Id-dijametru globali

Il-wisa’ tas-sezzjoni tat-tajer

280/45 R 415

240

661

281


(1)  It-tolleranza: ara l-paragrafi 6.1.4. u 6.1.5.

(2)  Id-denominazzjonijiet tad-daqs li ġejjin ġew aċċettati: 185-14/7.35-14 jew 185-14 jew 7.35-14 jew 7.35-14/185-14.

(3)  It-tolleranza: ara l-paragrafi 6.1.4. u 6.1.5.


ANNESS VI

Il-metodu tal-kejl tat-tajers pnewmatiċi

1.1.

Immonta t-tajer fuq ir-rimm tal-kejl speċifikat mill-manifattur skond il-paragrafu 4.1.12. ta’ dan ir-Regolament u onfħu sa pressjoni ta’ bejn 3 u 3.5 bar.

1.2.

Aġġusta l-pressjoni kif ġej:

1.2.1.

f’tajers standard bias-belted: sa 1.7 bar;

1.2.2.

f’tajers dijagonali (kap imxaqleb): sa:

Il-kategorija tal-kap

Il-pressjoni (bar)

Il-kategorija tal-veloċità

L, M, N

P, Q, R, S

T, U, H, V

4

1,7

2,0

6

2,1

2,4

2,6

8

2,5

2,8

3,0

1.2.3.

f’tajers radjali standard: sa 1.8 bar;

1.2.4.

f’tajers rinforzati: sa 2.3 bar;

1.2.5.

fi stepnijiet għal użu temporanju tat-tip T: sa 4.2. bar.

2.

Ikkundizzjona t-tajer, immontat fuq ir-rimm tiegħu, fit-temperatura ambjentali tal-kamra għal mhux inqas minn 24 siegħa, ħlief jekk preskritt mod ieħor fil-paragrafu 6.2.3. ta’ dan ir-Regolament.

3.

Aġġusta mill-ġdid il-pressjoni sal-livell speċifikat fil-paragrafu 1.2. ta’aktar ’il fuq.

4.

Kejjel il-wisa’ globali b’kalliper f’sitt punti spazjati ndaqs, fejn titqies il-ħxuna ta’ l-istrixxi jew taċ-ċineg protettivi. L-akbar kejl li jinkiseb b’dan il-mod jitqies bħala l-wisa’ globali.

5.

Iddetermina d-dijametru ta’ barra billi tkejjel iċ-ċirkonferenza massima u tiddividi l-figura li tkun inkisbet b’dan il-mod b’π (3.1416).


ANNESS VII

Il-proċedura għat-testijiet tar-rendiment tat-tagħbija/tal-veloċità

1.   IL-PREPARAZZJONI TAT-TAJER

1.1.

Immonta tajer ġdid fuq ir-rimm tat-test speċifikat mill-manifattur skond il-paragrafu 4.1.12. ta’ dan ir-Regolament.

1.2.

Onfħu sal-pressjoni xierqa kif tingħata (f’bar) fit-tabella ta’aktar ’l isfel:

L-istepnijiet għal użu temporanju tat-tip T: sa 4.2 bar

Il-kategorija tal-veloċità

Tajers dijagonali (kap imxaqleb)

Sistema Radjali/Run-flat

Tajers Bias-belted

Il-kategorija tal-kap

Standard

Rinforzata

Standard

4

6

8

L, M, N

2,3

2,7

3,0

2,4

2,8

P, Q, R, S

2,6

3,0

3,3

2,6

3,0

2,6

T, U, H

2,8

3,2

3,5

2,8

3,2

2,8

V

3,0

3,4

3,7

3,0

3,4

W

3,2

3,6

Y

3,2  (1)

3,6

1.3.

Il-manifattur jista’ jitlob, fejn jagħti r-raġunijiet, l-użu ta’ pressjoni tan-nefħa tat-test li tvarja minn dawk mogħtija fil-paragrafu 1.2. ta’ aktar ’il fuq. F’każ bħal dan, it-tajer għandu jintefaħ sa dik il-pressjoni.

1.4.

Ikkundizzjona l-assemblaġġ tat-tajer u tar-rota f’temperatura tal-kamra tat-test għal mhux inqas minn tliet sigħat.

1.5.

Aġġusta mill-ġdid il-pressjoni tat-tajer għal dik speċifikata fil-paragrafu 1.2. jew 1.3. ta’ aktar ’il fuq.

2.   IT-TWETTIQ TAT-TEST

2.1.

Immonta l-assemblaġġ tat-tajer u tar-rota fuq fus tat-test u agħfsu kontra l-wiċċ ta’ barra ta’ rota lixxa b’dijametru ta’1.70 m ± 1 fil-mija jew 2 m ± 1 fil-mija.

2.2.

Fuq il-fus tat-test applika tagħbija ta’ 80 fil-mija ta’:

2.2.1.

il-kategorija tat-tagħbija massima daqs l-Indiċi tal-Kapaċità għat-Tagħbija għat-tajers b’Simboli tal-Veloċità minn L sa H biż-żewġ ittri inklużi,

2.2.2.

il-kategorija tat-tagħbija massima assoċjata ma’ veloċità massima ta’ 240 km/h għal tajers b’Simbolu tal-Veloċità “V” (ara l-paragrafu 2.31.2. ta’ dan ir-Regolament).

2.2.3.

il-kategorija tat-tagħbija massima assoċjata ma’ veloċità massima ta’ 270 km/h għal tajers b’Simbolu tal-Veloċità “W” (ara l-paragrafu 2.31.3. ta’ dan ir-Regolament).

2.2.4.

il-kategorija tat-tagħbija massima assoċjata ma’ veloċità massima ta’ 300 km/h għal tajers b’Simbolu tal-Veloċità “Y” (ara l-paragrafu 2.31.4. ta’ dan ir-Regolament).

2.3.

Matul it-test kollu, il-pressjoni tat-tajer ma tridx tiġi korretta u t-tagħbija ta-test trid tinżamm kostanti.

2.4.

Matul it-test, it-temperatura fil-kamra tat-test trid tinżamm bejn l-20° u t-30° jew, jekk jaqbel il-manifattur, f’temperatura ogħla.

2.5.

Wettaq it-test kollu, mingħajr interruzzjoni, skond il-partikolaritajiet li ġejjin:

2.5.1.

iż-żmien meħtieġ sabiex tgħaddi minn veloċità ta’ żero għall-veloċità inizjali tat-test: 10 minuti;

2.5.2.

il-veloċità inizjali tat-test: il-veloċità massima preskritta għat-tip ta’ tajer (ara l-paragrafu 2.29.3 ta’ dan ir-Regolament), bit-tnaqqis ta’ 40 km/h fil-każ ta’ rota lixxa li jkollha dijametru ta’ 1.70 m ± 1 fil-mija jew bit-tnaqqis ta’ 30 km/h fil-każ ta’ rota lixxa li jkollha dijametru ta’ 2 m ± 1 fil-mija;

2.5.3.

żidiet suċċessivi fil-veloċità: 10 km/h;

2.5.4.

kemm idum it-test f’kull fażi ta’ veloċità ħlief l-aħħar wieħed: 10 minuti;

2.5.5.

kemm idum it-test fl-aħħar fażi tal-veloċità: 20 minuta;

2.5.6.

il-veloċità massima tat-test: il-veloċità massima preskritta għat-tip ta’ tajer, bit-tnaqqis ta’ 10 km/h fil-każ ta’ rota lixxa li jkollha dijametru ta’ 1.7 m ± 1 fil-mija jew daqs il-veloċità massima preskritta fil-każ ta’ rota lixxa li jkollha dijametru ta’ 2 m ± 1 fil-mija.

2.5.7.

madanakollu, għal tajers adattati għal veloċità massima ta’ 300 km/h (simbolu tal-veloċità “Y”), it-test idum għaddej għal 20 minuta fil-fażi tal-veloċità inizjali tat-test u għal 10 minuti fl-aħħar fażi tal-veloċità.

2.6.

Il-proċedura għat-tieni test (ara l-paragrafu 6.2.1.1.), biex ikun ivvalutat ir-rendiment ta’ tajer adattat għal veloċitajiet li jaqbżu t-300 km/h, għandha tkun kif ġej:

2.6.1.

Fuq il-fus tat-test applika tagħbija ta’ 80 fil-mija tal-kategorija tat-tagħbija massima assoċjata mal-veloċità massima speċifikata mill-manifattur tat-tajer (ara l-paragrafu 4.1.15. ta’ dan ir-Regolament).

2.6.2.

It-test għandu jsir mingħajr interruzzjonijiet skond dan li ġej:

2.6.2.1.

Għaxar minuti sabiex il-magna tgħaddi minn żero għall-veloċità massima speċifikata mill-manifattur tat-tajer (ara l-paragrafu 4.1.15. ta’ dan ir-Regolament).

2.6.2.2.

Ħames minuti bil-veloċità massima tat-test.

3.   IL-PROĊEDURA BIEX TKUN IVVALUTATA L-“MODALITÀ TA’ TĦADDIM B’TAJER IMNIŻŻEL” TA’ “SISTEMA RUN-FLAT

3.1.

Immonta tajer ġdid fuq ir-rimm tat-test speċifikat mill-manifattur skond il-paragrafi 4.1.12. u 4.1.15. ta’ dan ir-Regolament.

3.2.

Wettaq il-proċedura kif ġiet deskritta fid-dettall fil-paragrafi 1.2. sa 1.5. ta’ aktar ’il fuq b’temperatura tal-kamra tat-test ta’ 38 °C ± 3 °C b’relazzjoni għall-kundizzjonament ta’ l-assemblaġġ tat-tajer u tar-rota kif ġie deskritt fid-dettall fil-paragrafu 1.4.

3.3.

Neħħi l-inserizzjoni tal-valv u stenna sakemm it-tajer jinżel kompletament.

3.4.

Immonta l-assemblaġġ tat-tajer u tar-rota fuq fus tat-test u agħfsu kontra l-wiċċ ta’ barra ta’ rota lixxa b’dijametru ta’ 1.70 m ± 1 fil-mija jew 2.0 m ± 1 fil-mija.

3.5.

Fuq il-fus tat-test applika tagħbija ta’ 65 fil-mija tal-kategorija tat-tagħbija massima li tikkorrispondi għall-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tat-tajer.

3.6.

Fil-bidu tat-test, kejjel l-għoli milwi tas-sezzjoni (Z1).

3.7.

Matul it-test, it-temperatura tal-kamra tat-test għandha tinżamm ta’ 38 °C ± 3 °C.

3.8.

Wettaq it-test kollu, mingħajr interruzzjoni, skond il-partikolaritajiet li ġejjin:

3.8.1.

iż-żmien meħtieġ biex il-magna tgħaddi minn veloċità ta’ żero għal veloċità kostanti tat-test: 5 minuti

3.8.2.

il-veloċità tat-test: 80 km/h

3.8.3.

kemm idum it-test bil-veloċità tat-test: 60 minuta

3.9.

Fi tmiem it-test, kejjel l-għoli milwi tas-sezzjoni (Z2).

3.9.1.

Ikkalkula l-bidla f’perċentwali ta’ l-għoli milwi tas-sezzjoni pparagunat ma’ l-għoli milwi tas-sezzjoni fil-bidu tat-test ((Z1 – Z2)/Z1) × 100.

4.   METODI TA’ TEST EKWIVALENTI

Jekk jintuża metodu ieħor għajr dak deskritt fil-paragrafi 2. u/jew 3. ta’ aktar ’il fuq, trid tintwera l-ekwivalenza tiegħu.


(1)  Il-valur ta’ “3.2” rigward it-tajers tal-Kategorija tal-Veloċità “Y” b’mod involontarju ma ġiex inkluż fis-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fit-8 ta’ Jannar 1995 u jista’ jitqies bħala Corrigendum għal dan is-Suppliment u li kien effettiv minn dik l-istess data.