ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
18 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 342/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 343/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 344/2008 tas-17 ta’ April 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 tas-17 ta' April 2008 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (Riformolat) ( 1 )

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 346/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 347/2008 tas-17 ta’ April 2008 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

20

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/315/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat C 32/07 (N 389/06) Mekkaniżmu temporanju difensiv għas-settur tal-bini tal-bastimenti – il-Portugall (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6063)  ( 1 )

23

 

 

2008/316/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2008 li tistipula l-bidu ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 fir-rigward tal-ħarsien tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għall-organizzazzjoni f’El Salvador

29

 

 

2008/317/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ April 2008 li tikkonċerna in-noninklużjoni tar-rotenone, estratt mill-equisetum u ċ-chinin-hydrochlorid fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1293)  ( 1 )

30

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 342/2008

tas-17 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

65,0

TN

115,9

TR

107,3

ZZ

96,1

0707 00 05

JO

178,8

MK

86,2

TR

157,3

ZZ

140,8

0709 90 70

MA

88,0

TR

132,0

ZZ

110,0

0709 90 80

EG

349,4

ZZ

349,4

0805 10 20

EG

70,4

IL

69,8

MA

48,4

TN

53,8

TR

57,8

US

54,1

ZZ

59,1

0805 50 10

AR

117,4

IL

126,5

TR

134,2

ZA

128,0

ZZ

126,5

0808 10 80

AR

93,2

BR

87,7

CA

79,6

CL

85,2

CN

101,0

MK

65,6

NZ

125,3

US

112,9

UY

76,8

ZA

90,2

ZZ

91,8

0808 20 50

AR

86,0

AU

80,7

CL

125,3

CN

54,7

ZA

99,4

ZZ

89,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 343/2008

tas-17 ta’ April 2008

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikulari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu ddefiniti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

(3)

Skond l-Artikolu 33(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, ir-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjonijiet, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-kundizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f’piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

(6)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2008 (6) jitħassar u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam taċ-ċanga,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ta’ identifikazzjoni ddefiniti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b’7 EUR/100 kg.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 36/2008 huwa mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5). Ir-Regolament (KEE) Nru 1254/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 16.


ANNESS

Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-18 ta’ April 2008

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet (7)

0102 10 10 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0102 10 30 9140

B00

EUR/100 kg ta’ piż ħaj

25,9

0201 10 00 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 10 00 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 20 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

48,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

28,7

0201 20 30 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 20 50 9110  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

61,0

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

35,9

0201 20 50 9130  (1)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

36,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

21,5

0201 30 00 9050

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0201 30 00 9060  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

0201 30 00 9100  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

84,7

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

49,8

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

103,4

0201 30 00 9120  (2)  (6)

B04

EUR/100 kg ta’ piż nett

50,8

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

29,9

EG

EUR/100 kg ta’ piż nett

62,0

0202 10 00 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 30 9000

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 50 9900

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 20 90 9100

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

16,3

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

5,4

0202 30 90 9100

US  (3)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

CA  (4)

EUR/100 kg ta’ piż nett

6,5

0202 30 90 9200  (6)

B02

EUR/100 kg ta’ piż nett

22,6

B03

EUR/100 kg ta’ piż nett

7,5

1602 50 31 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 31 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

1602 50 95 9125  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

23,3

1602 50 95 9325  (5)

B00

EUR/100 kg ta’ piż nett

20,7

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

B00

:

Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità).

B02

:

B04 u destinazzjoni EG .

B03

:

L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti (id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 u 45, u, fejn japplika, fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11)).

B04

:

It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 3).

(2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 21) u, jekk japplika, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (ĠU L 329, 25.11.2006, p 7).

(3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1643/2006 (ĠU L 308, 8.11.2006, p. 7).

(4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2051/96 (ĠU L 274, 26.10.1996, p. 18).

(5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

(6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skond il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.

(7)  Skond l-Artikolu 33(10) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 kif emendat, ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi u esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 344/2008

tas-17 ta’ April 2008

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tal-15 ta’ April 2008.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tal-15 ta’ April 2008, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KEE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 345/2008

tas-17 ta' April 2008

li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel

(Riformolat)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet oħra li jirreferu għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11 (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 ta’ l-14 ta’ Jannar 1992 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li għalihom jipprovdi r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għal dan fil-prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 jistipula li prodotti li jiġu impurtati minn xi pajjiż terz jistgħu jitqiegħdu fis-suq meta jkunu joriġinaw f’pajjiż terz li japplika regoli ta’ produzzjoni u miżuri ta’ spezzjoni ekwivalenti għal dawk fil-Komunità u li jidhru fuq il-lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni.

(3)

L-istess lista għandha tiġi mfassla. Madanakollu, regoli dettaljati għandhom jiġu stabbiliti għall-proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni minn pajjiż terz bi l-għan ta’ l-inklużjoni tiegħu fil-lista.

(4)

Għall-ħidma ta’ l-amministrazzjoni ta’ kull pajjiż terz, l-organizzazzjoni responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjonar li għalih hemm referenza fl-Artikolu 11 (3) (d) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom ikunu identifikati.

(5)

Il-miżuri li jagħmel tajjeb għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat msemmi fl-Artikolu 14 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 hija stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Din il-lista tagħti l-informazzjoni kollha maħsuba neċessarja fil-każ ta’ kull pajjiż terz sabiex tippermetti l-identifikazzjoni ta’ prodotti koperti mir- regoli stabbiliti fl-Artikolu 11 (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, u b’mod partikolari:

(a)

l-awtorità jew il-korp jew l-korpi responsabbli fil-pajjiż terz għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni bil-għan li jimpurtaw fil-Komunità;

(b)

l-awtorità jew awtoritajiet ta’ spezzjonar fil-pajjiż terz u/jew il-kopri privati magħrufa mill-istess pajjiż terz biex iwettqu superviżjoni.

Barra minn hekk, fejn rilevanti, il-lista tista’ tiddikjara:

l-miżura ta’ preparazzjoni u l-esportaturi soġġetti għas-sistema ta’ spezzjonar,

il-prodotti koperti mir-regoli.

Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex tinkludi pajjiż terz fil-lista ta’ l-Anness I mal-wasla ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni minn rappreżentant tal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.   Fi żmien sitt xhur mill-irċevuta tagħha, l-applikazzjoni għall-inklużjoni għandha tkun kompluta b’dossier tekniku, imwaqqaf f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u li tkopri l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tassigura li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huma milħuqa għal prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

B’mod partikolari, għandha tinkludi s-segwenti informazzjoni ddettaljata:

(a)

it-tipi u, jekk possibbli, stima tal-kwantitajiet ta’ prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità taħt ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 11 (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(b)

ir-regoli tal-produzzjoni applikati fil-pajjiż terz, b’mod partikolari:

(i)

il-prinċipji bażiċi kif stabiliti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(ii)

il-prodotti awtorizzati għall-użu waqt l-istadju tal-produzzjoni agrikola, jiġifieri prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, deterġenti, fertilizzanti jew prodotti għat-titjib tal-ħamrija;

(iii)

l-ingredjenti ta’ origini mhux organika awtorizzati fi prodotti proċessati, u l-proċessi u t-trattamenti awtorizzati matul l-ipproċessar;

(ċ)

ir-regoli dwar is-sistema ta’ spezzjoni u l-organizazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ din is-sistema fil-pajjiż terz:

(i)

l-isem ta’ kull awtorità responsabbli għal spezzjoni fil-pajjiż terz u/jew is-soċjetajiet privati responsabbli għat-twettiq ta’ dawn l-ispezzjonijiet;

(ii)

regoli dettaljati għall-ispezzjonijiet ta’ impriżi agrikoli u fil-miżuri ta’ preparazzjoni, u l-pieni li jistgħu jiġu imposti f’każ ta’ ksur;

(iii)

l-isem (ismijiet) u l-indirizz (i) ta’ l-awtorità jew l-korp jew korpi responsabbli fil-pajjiż għall-ħruġ ta’ ċertifikati għall-importazzjoni fil-Komunità;

(iv)

l-informazzjoni meħtieġa dwar l-organizazzjoni tal-kontroll ta’ konformità mar-regoli li jmexxu l-produzzjoni u s-sistema ta’ ispezzjoni, inkluż il-ħruġ ta’ ċertifikati; L-isem u d-dettalji ta’ l-awtorità responsabbli għall-istess kontrolli;

(v)

il-lista ta’ korpi ta’ proċess u esportaturi lejn il-Komunità; in-numru ta’ produtturi u l-ispazju li tkun qed tiġi kkultivata;

(d)

jekk disponibbli, ir-rapporti ta’ l-eżami fil-post magħmula minn esperti indipendenti dwar l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-produzzjoni u regoli ta’ spezzjoni msemmija taħt (b) u (ċ).

3.   Fl-eżami ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni il-Kummissjoni tista’ titlob kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex tistabbilixxi li r-regoli li jmexxu l-produzzjoni u l-ispezzjonar fil-pajjiż terz jekwivalu għal dawk mgħoddija fir-Regolament (KEE) Nru 2092/91, inklużi l-preżentazzjoni tar-rapporti ta’ eżami fuq il-post imwaqqfa minn esperti li l-indipendenza tagħhom ġiet magħrufa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tipproċedi għal eżami fuq il-post minn esperti maħtura minnha.

4.   L-inklużjoni ta’ pajjiż terz fil-lista fl-Anness I tista’ ssir bil-kundizzjoni li rapporti ta’ eżami fuq il-post regolari magħmula minn esperti indipendenti jiġu preżentati ma’l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-produzzjoni u r-regoli ta’ implimentazzjoni fil-pajjiż terz ikkonċernat. Barra minn hekk, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ torganizza eżami fuq il-post minn esperti maħtura minnha.

5.   Jekk, wara li pajjiż terz ikun ġie inkluż fil-lista fl-Anness I, isiru xi tibdiliet fil-miżuri infurzati fil-pajjiż terz jew fl-implimentazzjoni tagħhom, dak il-pajjiż terz għandu javża lill-Kummissjoni bihom. Fid-dawl ta’ informazzjoni bħal din, tista’ tittieħed deċiżjoni sabiex id-dettalji ta’ inklużjoni li għandhom x’jaqsmu mal-pajjiż terz fl-Anness I, jiġu emendati jew saħansitra sabiex titneħħa l-inklużjoni ta’ dak il-pajjiż, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; deċiżjoni simili tista’ wkoll tittieħed fejn pajjiż terz ma jkunx ta l-informazzjoni meħtieġa taħt dan il-paragrafu.

6.   Jekk, wara li pajjiż terz ikun ġie inkluż fil-lista fl-Anness I, il-Kummissjoni tikseb informazzjoni li tqajjem dubji dwar l-implimentazzjoni attwali tal-miżuri deskritti, tista’ tistaqsi lill-pajjiż terz ikkonċernat għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa, inkluż il-preżentazzjoni ta’ rapporti ta’ eżami fuq il-post magħmula minn esperti indipendenti, jew tista’ tipproċedi biex isir eżami fuq il-post minn esperti maħtura minnha. Fid-dawl ta’ informazzjoni u/jew rapporti ta’ din ix-xorta, tista’ tittieħed deċiżjoni għas-sospensjoni ta’ l-inklużjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91; deċiżjoni simili tista’ wkoll tittieħed f’każi fejn pajjiż terz ma tax l-informazzjoni mitluba sad-data finali speċifikata fit-talba tal-Kummissjoni jew fejn pajjiż terz ma qabilx li jsiru investigazzjonijiet fuq il-post sabiex tkun stabbilita l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KEE) Nru 94/92 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 (ĠU L 38, 12.2.2008, p. 3).

(2)  ĠU L 11, 17.1.1992 p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 956/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 41).

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

IL-LISTA TAL-PAJJIŻI TERZI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET RILEVANT

L-ARĠENTINA

1.   Kategoriji ta’prodotti:

(a)

prodotti tal-uċuh u bhejjem mhux proċessati fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

bhejjem jew prodotti tal-bhejjem, li għandhom jew li maħsub li jkollhom indikazzjonijiet dwar il-konverżjoni;

(b)

prodotti agrikoli proċessati u prodotti tal-bhejjem maħsubin għall-konsum tal-bniedem fis-sens ta’ l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

prodotti tal-bhejjem, li għandhom jew li maħsub li jkollhom indikazzjonijiet dwar il-konverżjoni

2.   L-Oriġini: Prodotti ta’ kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f’kategorija 1(b) prodotti fl-Arġentina

3.   Korpi ta’ spezzjoni:

Instituto Argentino para la Certificación y Promoción de Productos Agropecuarios Orgánicos SRL (Argencert)

Oragnización Internacional Agropecuaria (OIA)

Letis SA

Food Safety SA

4.   Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal f’punt 3.

5.   It-tul taż-żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

L-AWSTRALJA

1.   Il-Kategoriji tal-prodotti:

(a)

il-prodotti mhux ipproċessati ta’ l-uċuħ tar-raba fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(b)

l-oġġetti ta’ l-ikel komposti essenzJalment minn ingredjent jew iktar ta’ oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.   L-Oriġini: il-prodotti tal-kategorija 1(a) u ingredjenti mkabbra b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) kienu mkabbra fl-Awstralja.

3.   Korpi ta’ spezzjoni:

Australian Quarantine and Inspection Service (AQIS) (Department of Agriculture, Fisheries and Forestry)

Bio-dynamic Research Institute (BDRI)

Organic Food Chain Pty Ltd (OFC)

National Association of Sustainable Agriculture, Awstralja (NASAA)

Australian Certified Organic Pty. Ltd.

4.   Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal f’punt 3.

5.   It-tul taż-żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

IL-KOSTA RIKA

1.   Kategorija tal-prodott:

(a)

il-prodotti mhux ipproċessati ta’ l-uċuh tar-raba fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(b)

il-prodotti pproċessati ta’ l-uċuħ tar-raba’ maħsuba għall-konsum mill-bniedem fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.   L-Oriġini: Il-prodotti tal-kategorija 1(a) u l-ingredjenti prodotti b’mod organiku fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li ġew prodotti fil-Kosta Rika.

3.   Il-Korpi ta’ spezzjoni: L-Eco-LOGICA u l-BCS Oko-Garantie.

4.   Il-Korp li joħroġ iċ-ċertifikati: Il-Ministerio de Agricultura y Ganadería.

5.   It-tul taż-żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2011.

INDIA

1.   Kategoriji tal-prodott:

(a)

il-prodotti mhux proċessati fit-tifisra ta’ l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(b)

l-oġġetti ta’ l-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent jew aktar ta’ oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.   L-Oriġni: Prodotti ta’kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f’kategorija 1(b) mkabbrin fl-Indja.

3.   Korp ta’ Spezzoni:

Bureau Veritas Certification India Pvt. Ltd

Ecocert SA (India Branch Office)

IMO Control Private Limited

Indian Organic Certification Agency (Indocert)

Lacon Quality Certification Pvt. Ltd

Natural Organic Certification Association

OneCert Asia Agri Certification private Limited

SGS India Pvt. Ltd.

Control Union Certifications

Uttaranchal State Organic Certification Agency (USOCA).

APOF Organic Certification Agency (AOCA)

Rajasthan Organic Certification Agency (ROCA)

4.   Korp li toħroġ iċ-ċertifikat: bħal f’punt 3.

5.   Tul taż-żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2009.

L-IŻRAEL

1.   Il-Kategoriji tal-prodotti:

(a)

il-prodotti mhux ipproċessati ta’ l-uċuħ tar-raba’ fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

(b)

l-oġġetti ta’ l-ikel komposti essenzjalment minn ingredjent jew iktar ta’ oriġini mill-pjanti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.   L-Oriġni: Prodotti ta’kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f’kategorija 1(b) prodotti l-Iżrael jew impurtati fl-Iżrael:

jew mill-Komunità,

jew minn pajjiż terz fi struttura rikonoxxuta bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

3.   Korpi ta’ spezzjoni:

Skal Israel Inspection and Certification

AGRIOR Ltd. – Organic Inspection and Certification

IQC Institute of Quality & Control

Plant Protection and Inspection Servicec (PPIS) (Ministry of Agriculture and Rural Development)

4.   Il-korp li toħroġ iċ-ċertifikati: bħal f’punt 3.

5.   It-tul taż-żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

L-IŻVIZZERA

1.   Kategorija tal-prodotti:

(a)

prodotti agrikoli mhux proċessati, qobla u prodotti mhux proċessati minn qobla fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

prodotti mill-perjodu tal-konverzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament

(b)

prodotti agrikoli mhux proċessati, u prodotti minn qobla għall-konsum uman fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

prodotti, kif msemmija fl-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, li fih ingredjent ta’ oriġini agrikolu prodott matul il-perjodu tal-konverżjoni,

2.   L-Oriġni: Prodotti ta’kategorija 1(a) u ingredjenti prodotti organikament fi prodotti f’kategorija 1(b) prodotti l-Iżvizzera jew impurtati fl-Iżvizzera:

jew mill-Komunità,

jew minn pajjiż terz fi struttura rikonoxxuta bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

jew minn pajjiż terz li għalih Stat Membru, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ikkonferma li l-istess prodott ġie prodott u spezzjonat f’dak il-pajjiż skond l-istess arranġamenti aċċettati mill-Istat Membru,

jew minn pajjiż terz li jkollu r-regoli ta’ produzzjoni u sistemi ta’ spezzjoni rikonoxxuti mill-Iżvizzera bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti skond il-leġislazzjoni Svizzera.

3.   Korp ta’ Spezzjoni:

Institut für Marktökologie (IMO)

bio.inspecta AG

Schweizerische Vereinigung für Qualitäts- und Management-Systeme (SQS)

Bio Test Agro (BTA).

ProCert Safety AG

4.   Korpi li joħorġu ċ-ċertifikati: bħal f’punt 3.

5.   It-tul taż-żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2013.

NEW ZEALAND

1.   Kategorija tal-prodotti:

(a)

prodotti agrikoli mhux proċessati, uċuħ tar-raba, qobla u prodotti mhux proċessati minn qobla fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

qobla u prodotti minn qobla li jkollhom jew inkella jkunu intiżi li jkollhom l-indikazzjonijiet referuti fil-konversazzjoni,

prodotti mill-akwakoltura;

(b)

prodotti agrikoli mhux proċessati, uċuħ tar-raba, u prodotti minn qobla għall-konsum uman fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, bl-eċċezzjoni ta’:

prodotti minn qobla li jkollhom jew inkella jkunu ntiżi li jkollhom l-indikazzjonijiet referuti fil-konverzjoni,

prodotti li jkun fihom prodotti mill-akwakoltura.

2.   L-Oriġini: Il-prodotti tal-kategorija 1(a) u l-ingredjenti organikament prodotti fil-prodotti tal-kategorija 1(b) li kienu prodotti fin-New Zealand jew li kienu ġew importati fin-Nova Żelandja:

jew mill-Komunità,

jew minn pajjiż terz fi struttura rikonoxxuti bħala ekwivalenti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

jew minn pajjiż terz li r-regoli tal-produzzjoni u tas-sistema tal-ispezzjoni tiegħu kienu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-Programm ta’ l-Asigurazzjoni Uffiċjali ta’ l-Ikel Organiku (MAF) fuq il-bażi ta’ l-assigurazzjonijiet u l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż bi qbil mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-MAF u basta li biss l-ingredjenti organikament prodotti li huma ntiżi biex ikunu nkorportati, sa massimu ta’ 5 % tal-prodotti ta’ oriġini agrikola, fil-prodotti tal-kategorija 1(b) ippreparati fin-New Zealand jkunu mportati.

3.   Korp ta’ Spezzjoni:

AsureQuality Ltd

BIO-GRO New Zealand.

4.   Il-korp li joħroġ ċ-ċertifikati: New Zealand Ministry of Agriculture and Forestry (MAF) — New Zealand Food Safety Authority (NZFSA).

5.   It-tul ta’ żmien ta’ l-inklużjoni: 30 ta’ Ġunju 2011.


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92

(ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 522/96

(ĠU L 77, 27.3.1996, p. 10)

Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/97

(ĠU L 51, 21.2.1997, p. 34)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1367/98

(ĠU L 185, 30.6.1998, p. 11)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2000

(ĠU L 67, 15.3.2000, p. 12)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2000

(ĠU L 180, 19.7.2000, p. 17)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1616/2000

(ĠU L 185, 25.7.2000, p. 62)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2426/2000

(ĠU L 279, 1.11.2000, p. 19)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2001

(ĠU L 52, 22.2.2001, p. 14)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2589/2001

(ĠU L 345, 29.12.2001, p. 18)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2002

(ĠU L 170, 29.6.2002, p. 44)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2382/2002

(ĠU L 358, 31.12.2002, p. 120)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2003

(ĠU L 81, 28.3.2003, p. 10)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2144/2003

(ĠU L 322, 9.12.2003, p. 3)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004

(ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10)

Artikolu 2 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2006

(ĠU L 175, 29.6.2006, p. 41)

 


ANNESS III

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 94/92

Dan ir-Regolament

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt (a)

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt (b)

Artikolu 1, it-tielet paragrafu

Artikolu 1, it-tielet paragrafu

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2), it-tieni sentenza

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(2)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 2(2)(b), kliem tal-bidu

Artikolu 2(2)(b), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(2)(b)(i)

Artikolu 2(2)(b), it-tieni inċiż

Artikolu 2(2)(b)(ii)

Artikolu 2(2)(b), it-tielet inċiż

Artikolu 2(2)(b)(iii)

Artikolu 2(2)(ċ), kliem tal-bidu

Artikolu 2(2)(ċ), kliem tal-bidu

Artikolu 2(2)(ċ), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(2)(ċ)(i)

Artikolu 2(2)(ċ), it-tieni inċiż

Artikolu 2(2)(ċ)(ii)

Artikolu 2(2)(ċ), it-tielet inċiż

Artikolu 2(2)(ċ)(iii)

Artikolu 2(2)(ċ), ir-raba’ inċiż

Artikolu 2(2)(ċ)(iv)

Artikolu 2(2)(ċ), il-ħames inċiż

Artikolu 2(2)(ċ)(v)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(3) sa (6)

Artikolu 2(3) sa (6)

-

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Anness

Anness I

-

Anness II

-

Anness III


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 346/2008

tas-17 ta’ April 2008

li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin  (3), u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (4) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ, għalhekk, li prezzijiet rappreżentattivi jiġu ppublikati.

(3)

Meta wieħed iqis s-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li tiġi applikata din l-emenda malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2771/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49)

(4)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 267/2008 (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 30).


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2008 li jistipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd, u għall-albumina tal-bajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodici NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Prezz rappreżentattiv

(EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ 70 %, iffriżati

112,2

0

02

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ 65 %, iffriżati

125,0

0

01

111,0

2

02

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ), iffriżati

222,0

24

01

242,0

17

02

329,3

0

03

0207 14 50

Isdra tat-tiġieġ, friżati

201,1

3

01

289,0

0

02

0207 14 60

Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati

121,3

7

01

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani 80 %, iffriżati

181,1

0

01

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

343,0

0

01

439,8

0

03

0408 11 80

Isfra mnixxfa tal-bajd

442,5

0

02

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

407,4

0

02

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus (sriedak u tiġieġ)

233,2

16

01

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

560,1

0

02


(1)  Oriġini ta' l-importazzjonijiet:

01

Il-Brażil

02

L-Arġentina

03

Iċ-Ċilì.”


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 347/2008

tas-17 ta’ April 2008

li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

(3)

Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

(5)

L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

(6)

L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

(8)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 246/2008 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 64).

(3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1546/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 68).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-18 ta’ April 2008 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-trattat (1)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni

Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

Oħrajn

ex 0402 10 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

 

 

(a)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0402 21 19

Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

 

 

(a)

Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

0,00

0,00

ex 0405 10

Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

 

 

(a)

Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

0,00

0,00

(b)

Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

0,00

0,00

(ċ)

Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

0,00

0,00


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijet lejn

(a)

pajjiżi terzi: Andorra, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

it-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ceuta, Melilla, il-Komuni ta' Livigno u Campione fl-Italia, Heligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faroe u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(ċ)

It-territorji Ewropej li relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Diċembru 2007

dwar l-għajnuna mill-Istat C 32/07 (N 389/06) Mekkaniżmu temporanju difensiv għas-settur tal-bini tal-bastimenti – il-Portugall

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6063)

(Il-verżjoni bil-Porugiż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/315/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1), u wara li tqiesu dawn il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Il-Portugall innotifika l-miżura fl-20 ta' Ġunju 2006. Il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni mingħand il-Portugall permezz ta' ittra datata s-6 ta' Lulju 2006 u pproponiet li ttawwal l-iskadenza prevista sabiex tkun tista' tieħu deċiżjoni dwar l-għajnuna nnotifikata, skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2), sakemm tiġi adottata deċiżjoni definittiva dwar is-suġġett ta' għajnuna simili li kienet ġiet innotifikata qabel mill-Portugall u li kienet attwalment qed tiġi kkunsidrata (3). B'ittra datata l-25 ta' Lulju 2006, il-Portugall aċċetta din il-proposta.

(2)

B'ittra datata l-11 ta' Mejju 2007, il-Kummissjoni reġgħet tat bidu għall-valutazzjoni tan-notifika u fakkret lill-Portugall li n-notifika ma kenitx kompluta. Il-Portugall ipprovda informazzjoni ulterjuri permezz ta' l-ittri datati l-5 ta' Lulju 2007 u s-26 ta' Lulju 2007.

(3)

B'ittra datata l-10 ta' Awissu 2007, il-Kummissjoni informat lill-Portugall li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta' l-għajnuna.

(4)

B'ittra datata s-17 ta' Settembru 2007, l-awtoritajiet Portugiżi ssottomettew il-kummenti tagħhom fil-kuntest tal-proċedura msemmija hawn fuq.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom. L-ebda parti terza ma ssottomettiet kummenti.

II.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA TA' L-GĦAJNUNA

(6)

Il-benefiċjarju ta' l-għajnuna tkun Estaleiros Navais de Viana do Castelo S.A. (“ENVC”), tarzna Portugiża li fil-preżent timpjega madwar 1 000 persuna.

(7)

Il-Portugall jipproponi li jipprovdi lill-ENVC b'għajnuna diretta li tammonta għal EUR 6 575 558 b'rabta ma' seba' kuntratti għall-bini ta' bastimenti, iffirmati bejn l-4 ta' Frar 2005 u l-31 ta' Marzu 2005. Id-dettalji fir-rigward ta' dawn il-kuntratti u l-għajnuna korrispondenti proposta huma dawn:

Bastiment għal użu diversifikat għal irfigħ tqil

Data ta' l-iffirmar tal-kuntratt

Sid il-bastiment

Għajnuna mill-Istat proposta (EUR)

C 228

24.2.2005

JMS Schiffarhtsgesellschaft mbH &CO KG MS

1 212 766

C 229

24.2.2005

JMS Schiffarhtsgesellschaft mbH &CO KG MS

1 212 766

C 230

4.2.2005

MARE Schiffarhtsgesellschaft

1 212 766

C 231

4.2.2005

MARE Schiffarhtsgesellschaft

661 102

C 232

4.2.2005

MARE Schiffarhtsgesellschaft

630 328

C 233

4.2.2005

MARE Schiffarhtsgesellschaft

433 064

C 210

31.3.2005

Mutualista Açoreana

1 212 766

(8)

Skond l-informazzjoni mogħtija fin-notifika, fl-Lulju 2005, it-tarzna għamlet it-talba għall-għajnuna marbuta mas-seba' kuntratti kollha, jiġifieri wara li kienu ġew iffirmati l-kuntratti. Il-Portugall awtorizza l-għajnuna, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha, permezz ta' deċiżjoni mittieħda fis-7 ta' Awissu 2006 mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika u mill-Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Innovazzjoni.

(9)

Il-bastimenti ġew kunsinnati, jew huma mistennija li jiġu kkunsinnati fid-dati li ġejjin:

Bastiment

Data tal-kunsinna

C 228

30 ta’ Settembru 2007

C 229

30 ta’ Diċembru 2007

C 230

28 ta’ Lulju 2006

C 231

30 ta’ Ottubru 2006

C 232

3 ta’ Jannar 2007

C 233

24 ta’ April 2007

C 210

10 ta’ Lulju 2007

(10)

Il-Portugall jipproponi li jagħti l-għajnuna fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini ta' bastimenti (5), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 502/2004 (6) (ir-“Regolament MTD”). Ir-Regolament MTD daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2002 u skada fil-31 ta’ Marzu 2005. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma kienx għadu fis-seħħ meta l-Portugall approva u nnotifika l-għajnuna.

(11)

Madankollu, il-Portugall isostni li l-kuntratti għadhom eliġibbli għall-għajnuna skond ir-Regolament MTD għaliex dawn kienu ffirmati matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

III.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA FORMALI TA' INVESTIGAZZJONI

(12)

Fid-deċiżjoni tagħha biex tniedi l-proċedura formali għall-investigazzjoni fil-każ preżenti, il-Kummissjoni nnutat li kellha dubji dwar jekk l-għajnuna kenitx kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tar-Regolament MTD minħabba r-raġunijiet li ġejjin.

(13)

L-ewwelnett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-effett ta' l-inċentiv fuq l-għajnuna. Il-Kummissjoni nnutat li l-applikazzjoni għall-għajnuna nbagħtet wara li l-kuntratti kienu ġew iffirmati. Barra dan, il-Portugall approva l-għajnuna internament biss (bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha) aktar minn sena wara li kienet intbagħtet l-applikazzjoni għall-għajnuna. Il-Portugall ma kienx ipprovda xhieda li fiż-żmien meta l-ENVC ffirmat il-kuntratti kienu jeżistu assigurazzjonijiet li t-tarzna kienet ser tikseb l-għajnuna. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk l-ENVC kenitx b'xi mod kostretta mill-għajnuna mill-Istat biex teżegwixxi l-proġetti kkonċernati.

(14)

It-tieninett, il-Kummissjoni ddubitat il-bażi legali għall-approvazzjoni ta' l-għajnuna. Il-Kummissjoni nnutat li r-Regolament MTD skada fil-31 ta' Marzu 2005 u għalhekk ma kienx għadu fis-seħħ fiż-żmien meta l-Portugall approva u nnotifika l-għajnuna. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li fid-deċiżjoni tagħha dwar il-Każ C 26/2006 (eks N 110/2006) (7) kienet fissret fid-dettall għaliex tqis li r-Regolament MTD ma jistax ikun aktar bażi legali valida għall-approvazzjoni ta' għajnuna ġdida għall-funzjonament għall-bini tal-bastimenti. Fil-każ preżenti, il-Portugall ma kien issottometta l-ebda informazzjoni ġdida li tibdel il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u għalhekk f'dak l-istadju l-Kummissjoni ma setgħetx tqis l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni.

IV.   KUMMENTI MIBGĦUTA MILL-PORTUGALL

(15)

Il-Portugall innota, f'termini ġenerali, li għall-kuntratti kkonċernati t-tarzna kienet qed tikkompeti prinċipalment ma' tarznari li ma kinux Komunitarji, b'mod partikolari fir-rigward ta' kompetizzjoni inġusta mit-tarznari Koreani li kienet tikkostitwixxi s-suġġett tar-Regolament MTD. Barra dan, il-kuntratti ma effettwawx jew ma heddewx li jeffettwaw il-kompetizzjoni fl-UE għaliex it-tarznari kollha fl-UE kellhom aċċess indqas għall-għajnuna skond ir-Regolament MTD li kellu applikazzjoni diretta fl-Istati Membri kollha. Konsegwentement, il-miżuri nnotifikati ma setgħux jitqiesu li kellhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(16)

Fejn għandu x'jaqsam l-effett ta' inċentiv ta' l-għajnuna, il-Portugall argumenta li ma kienx materjalment possibbli għall-ENVC li tissottometti talba għal għajnuna ġustifikata kif xieraq, qabel l-iffirmar tal-kuntratti, minħabba aspetti marbuta man-negozjati. Il-kuntatti mas-sidien tal-bastimenti kienu nbdew qabel ma l-ENVC talbet l-għajnuna. Barra minn hekk, il-Portugall isostni li, għalkemm l-ENVC ffirmat il-kuntratti mingħajr assigurazzjonijiet pubbliċi li kienet ser tingħata l-għajnuna, it-tarzna nnegozjat u ffirmat il-kuntratti u bniet il-bastimenti fuq il-bażi ta' l-istennija li kemm l-awtoritajiet Portugiżi kif ukoll il-Kummissjoni kienu ser jawtorizzaw l-għoti ta' l-għajnuna, ladarba l-kundizzjonijiet ta' l-għanijet li jirregolaw l-għoti ta' l-għajnuna kienu, f'dan il-każ, ġew issodisfati.

(17)

Fir-rigward tal-bażi ġuridika għall-approvazzjoni ta' l-għajnuna, il-Portugall irrefera għall-kummenti tiegħu sottomessi fil-kuntest tal-Każ C 26/2006 (8) li hu jikkunsidra bħala applikabbli għall-każ preżenti. Il-Portugall jinnota li l-kuntratti kkonċernati kienu ġew iffirmati matul il-perjodu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament MTD, jiġifieri qabel il-31 ta' Marzu u qabel ma l-Korp ta' l-OMK għar-Riżolviment ta' l-Ilmenti kien adotta r-rapport tal-panil li jikkundanna r-Regolament MTD. Il-Portugall iddikjara wkoll li ma kienx possibbli li l-għajnuna tiġi nnotifikata qabel l-iskadenza tar-Regolament MTD għaliex il-kuntratti ma kinux ġew iffirmati qabel Frar u Marzu 2005 (jiġifieri eżattament qabel ma skada r-Regolament MTD). Madankollu, fil-fehma tal-Portugall dan ma jxejjinx il-validità ta' dawn il-kuntratti li kienu ssodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-għanijiet tar-Regolament MTD fiż-żmien meta ġew iffirmati.

V.   EVALWAZZJONI

Eżistenza ta' l-għajnuna

(18)

Skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, kull għajnuna ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal tfixkil jew theddida ta' tfixkil fil-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti għandha, safejn din teffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies inkompatibbli mas-suq komuni.

(19)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri proposti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Il-miżuri jieħdu l-forma ta' għotja ffinanzjata mir-riżorsi ta' l-Istat. Ukoll jekk ir-Regolament MTD japplika għall-Istati Membri kollha, u t-tarznari kollha kienu eliġibbli għall-għajnuna skond ir-Regolament MTD, kif argumenta l-Portugall, il-miżuri huma selettivi billi f'dan il-każ dawn huma limitati għall-ENVC. Din l-għotja selettiva x'aktarx tfixkel il-kompetizzjoni minħabba li tipprovdi lill-ENVC b'vantaġġ fuq kompetituri oħrajn li l-għajnuna ma ngħatatx lilhom. F'dan ir-rigward, il-fatt li l-ENVC setgħet kienet qed tikkompeti ma' tarznari fil-Korea ma jippreġudikax il-fatt li kienet qed tikkompeti wkoll ma' tarznari oħrajn fis-suq komuni. Fl-aħħarnett, it-tarznar hu attività ekonomika li jinvolvi kummerċ estensiv bejn l-Istati Membri u għal din ir-raġuni l-miżuri x'aktarx jeffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(20)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonferma li l-miżura ta' għajnuna nnotifikata taqa' fl-ambitu ta' l-Artikolu 87(1) tat-Trattat ta' l-UE.

Kompatibbiltà mas-suq komuni

L-effett ta' inċentiv

(21)

Bħala prinċipju ġenerali, l-għajnuna mill-Istat tista' titqies kompatibbli mas-suq komuni jekk ikun meħtieġ li l-impriża benefiċjarja titħajjar taġixxi b'mod li jgħinha tikseb l-għanijiet previsti mid-deroga rilevanti (9).

(22)

Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li l-għan tar-Regolament MTD kien li “effettivament jippermetti li t-tarznari Komunitarji jegħlbu l-kompetizzjoni inġusta mill-Korea” (ara l-paragrafu 6 tal-preambolu). Setgħet għalhekk tiġi awtorizzata għajnuna diretta sa 6 % tal-valur tal-kuntratt qabel l-għajnuna sakemm kienet teżisti kompetizzjoni għall-istess kuntratt minn tarzna fil-Korea b'offerta ta' prezz irħas (l-Artikolu 2).

(23)

Il-Portugall jargumenta f'dan il-każ li wkoll jekk l-ENVC ma kellha l-ebda assigurazzjoni li ser tingħata l-għajnuna meta ffirmat il-kuntratti, hi kienet qed tistenna li tingħata din l-għajnuna għaliex il-kuntratti ssodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-għanijiet għall-eliġibbiltà għall-għajnuna skond ir-Regolament MTD.

(24)

Madankollu, il-Kummissjoni jidhrilha li f'dan il-każ ma jeżistux provi biżżejjed li juru li l-għoti ta' l-għajnuna kienet determinanti għall-ENVC biex tiffirma l-kuntratti.

(25)

Kif diġà nnutat fid-deċiżjoni biex titnieda l-proċedura ta' investigazzjoni, il-Portugall issottometta kopja ta' ittra mingħand sid ta' bastiment li tiddikjara li għal sitta mill-kuntratti kkonċernati (il-bastimenti C 228 sa C 233) sid il-bastiment kien irċieva offerti ta' prezzijiet inferjuri mingħand it-tarznari Koreani. Madankollu, din l-ittra hija datata d-9 ta' Marzu 2005, jiġifieri kienet inbagħtet lill-ENVC wara li t-tarzna kienet diġà ffirmat il-kuntratti marbuta ma' dawn l-offerti. B'hekk jidher li meta t-tarzna ffirmat l-ewwel sitt kuntratti setgħet ma kenitx ċerta dwar jekk il-kuntratti kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà kollha. Fir-rigward tas-seba' kuntratt (il-bastiment C 210) is-sitwazzjoni wkoll tidher dubjuża, minħabba li l-indikazzjoni li mill-Korea kienu waslu offerti ta' prezz inferjuri kienet ukoll intbagħtet lill-ENVC fil-31 ta' Marzu 2005, jiġifieri preċiżament fl-istess jum li fih l-ENVC kienet iffirmat il-kuntratt.

(26)

Il-Portugall ma ssottometta l-ebda xhieda li, formalment jew informalment, l-ENVC kienet irċeviet indikazzjoni mingħand l-awtoritajiet Portugiżi, qabel l-iffirmar tal-kuntratti, li l-għajnuna setgħet tingħata b'rabta ma' dawn il-kuntratti (10). Għall-kuntrarju, jidher li l-ENVC kienet lesta li tidħol għal dawn il-kuntratti anke mingħajr garanziji ta' l-għoti ta' l-għajnuna. Pereżempju, il-Portugall, fis-sottomissjoni tiegħu wara t-tnedija tal-proċedura ta' investigazzjoni, kien stqarr ukoll li l-ENVC kienet marbuta legalment li tibni l-bastimenti wkoll jekk l-għajnuna ma tiġix awtorizzata. Il-Portugall iżid jistqarr ukoll li fil-każ preżenti l-ENVC ma applikatx għall-għajnuna qabel ma kien skada r-Regolament MTD, li jidher li jikkonferma li t-tarzna kienet lesta li teżegwixxi l-proġetti bir-riskju li ma tirċivix l-għajnuna.

(27)

Barra dan, f'sens ġenerali, il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv jekk applikazzjoni għall-għajnuna tkun sottomessa qabel ma jibda x-xogħol fuq il-proġett (11). Dan ma kienx il-każ f'dawn iċ-ċirkustanzi. L-applikazzjoni għall-għajnuna ġiet sottomessa biss wara l-iffirmar tal-kuntratti (jiġifieri f'Lulju 2005, filwaqt li l-kuntratti kienu ġew iffirmati fi Frar u Marzu 2005). Barra minn hekk, il-Portugall approva l-għajnuna internament biss (bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha) aktar minn sena wara li kienet intbagħtet l-applikazzjoni għall-għajnuna. Għaldaqstant, ukoll minn perspettiva formali, l-effett ta' inċentiv mhux issodisfatt.

(28)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-Portugall ma ssottomettiex provi biżżejjed ta' l-effett ta' inċentiv ta' l-għajnuna.

Bażi ġuridika

(29)

Fir-rigward tal-bażi legali għall-approvazzjoni ta' l-għajnuna, il-Portugall ma ssottometta l-ebda argument ġdid biex jelimina d-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha biex tniedi l-proċedura ta' investigazzjoni formali. L-argument prinċipali tal-Portugall f'dan ir-rigward huwa li l-kuntratti huma eliġibbli għall-għajnuna għaliex kienu ġew iffirmati matul il-perjodu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament MTD. Il-Portugall jinnota wkoll li l-fatt li l-għajnuna kienet ġiet innotifikata biss wara l-iskadenza tar-Regolament MTD ma kellu l-ebda impatt fuq l-eliġibbiltà tal-kuntratti għall-għajnuna.

(30)

Madankollu, il-Kummissjoni f'deċiżjoni preċedenti (12) kienet diġà fissret għaliex ma tqisx li r-Regolament MTD għad għandu bażi legali valida għall-approvazzjoni ta' għajnuna ta' funzjonament għall-bini tal-bastimenti.

(31)

Il-Kummissjoni tinnota li l-applikazzjoni temporali tar-Regolament MTD hi definita fl-Artikolu 5 (13) tar-Regolament, fejn hu ddikjarat li r-Regolament “għandu jiskadi fil-31 ta' Marzu 2005”. Il-fatt li l-Artikolu 4 tar-Regolament MTD jiddikjara li dan ir-Regolament “għandu jiġi applikat għall-kuntratti finali ffirmati minn meta jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament sa ma jiskadi (...)” hu, fil-fehma tal-Kummissjoni, kundizzjoni ta' kompatibbiltà u mhux definizzjoni ta' l-applikazzjoni temporali tar-Regolament.

(32)

Dan ta' hawn fuq tikkonfermah ukoll it-tieni parti ta' l-Artikolu 4, li tipprovdi li r-Regolament MTD ma għandux japplika għall-“kuntratti finali ffirmati qabel ma l-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li kienet nediet proċeduri ta' riżolviment ta' tilwim kontra l-Korea (...) u kuntratti finali ffirmati xahar, jew aktar minn xahar, wara li l-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li dawn il-proċeduri ta' riżolviment ta' tilwim kienu deċiżi jew sospiżi”.

(33)

Minn dan ta' hawn fuq jidher ċar li r-Regolament MTD kellu jiġi applikat biss sakemm kienet teżisti tilwima pendenti mal-Korea (14) u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2005.

(34)

Din l-interpretazzjoni hija msaħħa mill-għan proprju tar-Regolament MTD: “bħala miżura eċċezzjonali u temporanja sabiex ikunu megħjuna t-tarznari tal-Komunità f'dawk it-taqsimiet li jkunu sofrew effetti ħżiena f'għamla ta' danni materjali u ta' preġudizzju serju mill-kompetizzjoni mhux ġusta tal-Korea, il-mekkaniżmu temporanju difensiv għandu jkun awtorizzat għal segmenti limitati tas-suq u għal perjodu qasir u limitat biss (15) (il-Premessa 3).

(35)

Fil-każ preżenti, l-applikazzjoni għall-għajnuna kienet sottomessa mill-ENVC lill-awtoritajiet Portugiżi, approvata mill-Portugall u nnotifikata lill-Kummissjoni wara l-iskadenza tar-Regolament MTD, u għaldaqstant, b'mod ċar, il-miżuri jaqgħu barra l-ambitu ta' l-applikazzjoni temporali tar-Regolament MTD.

(36)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif diġà ġie mfisser fid-deċiżjoni biex titnieda l-proċedura ta' investigazzjoni formali fil-każ preżenti, ir-Regolament MTD jrid jiġi interpretat ukoll fid-dawl ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità. Skond il-ġurisprudenza kkonsolidata tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlazzjoni Komunitarja trid, safejn hu possibbli, tiġi interpretata b'mod li tkun konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-obbligi tal-KE fl-ambitu ta' l-ODK (16).

(37)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tirrimarka li l-Korea sfidat il-kompatibbiltà tar-Regolament MTD mar-regoli ta' l-ODK. Fit-22 ta' April 2005, Panil mill-ODK ippubblika r-rapport tiegħu li fih ikkonkluda li l-MTD u diversi skemi nazzjonali adottati fl-ambitu ta' dan il-mekkaniżu - li kienu jeżistu fiż-żmien meta l-Korea bdiet titlewwem ma' l-ODK – kienu kisru l-Artikolu 23.1 tal-Memorandum tal-Ftehim dwar ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw ir-riżolviment tat-tilwim (DSU) (17). Fl-20 ta' Ġunju 2005, il-Korp ta' l-ODK għar-Riżolviment tat-Tilwim (DSB) adotta r-rapport tal-Panil kif ukoll ir-rakkomandazzjoni tiegħu biex il-Komunità tikkompatibilizza r-Regolament MTD u l-iskemi nazzjonali adottati fl-ambitu ta' dan il-mekkaniżmu ma' l-obbligi tagħha skond il-Ftehimiet ta' l-ODK (18). Fl-20 ta' Lulju 2005, il-Komunità infurmat lid-DSB li kienet diġà kkompatibilizzat il-miżuri tagħha mad-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni tad-DSB minħabba li r-Regolament MTD kien skada fil-31 ta' Marzu 2005 u l-Istati Membri ma setgħux aktar jagħtu għajnuna ta' funzjonament skond dan ir-Regolament.

(38)

Ir-rapport tal-Panil u d-deċiżjoni tad-DSB li tadotta dan ir-rapport ikkundannaw ir-Regolament MTD per se għax kien kiser ir-regoli ta' l-ODK u jobbligaw lill-Komunità biex ir-Regolament MTD ma japplikawhx aktar. L-obbligu tal-Komunità biex timplimenta d-deċiżjoni tad-DSB jkopri wkoll id-deċiżjonijiet ġejjiena biex tingħata għajnuna ġdida bl-applikazzjoni tar-Regolament MTD (19). Meta infurmat lid-DSB li kienet diġà kkompatibilizzat il-miżuri tagħha mad-deċiżjoni u r-rakkomandazzjoni tad-DSB minħabba li r-Regolament MTD kien skada fil-31 ta' Marzu 2005 u l-Istati Membri ma setgħux aktar jagħtu għajnuna ta' funzjonament skond dan ir-Regolament, il-Komunità kienet intrabtet biex dan ir-Regolament ma tapplikahx aktar biex tippermetti l-għoti ta' għajnuna ġdida. Konsegwentement, l-approvazzjoni ta' l-għajnuna preżenti tirriżulta fi ksur ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità.

(39)

Il-fatt li l-Kunsill ma ġeddidx dan ir-Regolament wara l-iskadenza tiegħu huwa indikazzjoni ċara li ma kenitx l-intenzjoni tal-Kunsill li jkompli jawtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova l-għajnuna skond ir-Regolament MTD. Dan jikkorrispondi mal-fatt li l-Komunità kienet infurmat lid-DSB li l-Istati Membri ma setgħux aktar jagħtu għajnuna ta' funzjonament skond dan ir-Regolament.

(40)

Ma kien hemm ebda argumenti ġodda min-naħa tal-Portugall biex jirribatti l-fehmiet tal-Kummissjoni kif espressi fid-deċiżjoni biex titnieda l-proċedura formali ta' investigazzjoni u kif imtenni hawn fuq.

(41)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna nnotifikata ma tistax tiġi approvata skond ir-Regolament MTD. Billi ma tapplika l-ebda klawżola ta' eżenzjoni oħra skond l-Artikolu 87 (2) jew (3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-KE, l-għajnuna hi għalhekk inkompatibbli mas-suq komuni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna nnotifikata ta' EUR 6 575 558 proposta mill-Portugall lil Estaleiros Navais de Viana do Castelo S.A. f'rabta mas-seba' kuntratti ffirmati minn din it-tarzna ma tistax tiġi awtorizzata skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002 dwar mekkaniżmu temporanju difensiv għall-bini tal-bastimenti (20) kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 502/2004 (21) u hi għalhekk inkompatibbli mas-suq komuni. L-għajnuna ma tridx tiġi implimentata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 221, 21.9.2007, p. 8.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(3)  Il-Każ C 26/2006 (eks N 110/2006) li dwaru l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni finali negattiva fl-24 ta' April 2007 (ĠU L 219, 24.8.2007, p. 25).

(4)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.

(5)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 6.

(7)  Ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġna.

(8)  Ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġna.

(9)  Ara s-sentenza fil-Kawża 730/79 Phillip Morris vs Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671, paragrafi 16 u 17.

(10)  Ara, b'kuntrast, il-Każ C 26/06 (in-nota 3 ta' qiegħ il-paġna). F'dan il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-effett ta' inċentiv intwera b'ittra mingħand l-awtoritajiet Portugiżi lit-tarzna li fiha ġie rikonoxxut li kienu rċevew it-talba għall-għajnuna qabel l-iffirmar tal-kuntratti u li fiha wkoll jindikaw ir-rieda tagħhom biex jagħtu l-għajnuna jekk il-kundizzjonijiet ta' l-eliġibbiltà kienu ġew issodisfati. L-ebda element ta' prova ta' dan il-ġeneru ma ġie sottomess fir-rigward tal-każ preżenti.

(11)  Ara, b'analoġija, l-Artikolu 38 tal-Linji Gwida għall-Għajnuna Nazzjonali b'Għanijiet Reġjonali 2007-2013 (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13): “l-għajnuna tista' tingħata biss (...) jekk il-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni għall-għajnuna u l-awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema sussegwentement tkun ikkonfermat bil-miktub li, bil-kundizzjoni li jkun hemm ivverifikar dettaljat, fil-prinċipju l-proġett jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà (...) qabel ma jingħata bidu għax-xogħol fuq il-proġett”.

(12)  Il-Każ C 26/2006 (eks N 110/2006) – nota 3 ta' qiegħ il-paġna.

(13)  Kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 502/2004, ara n-nota 4 ta' qiegħ il-paġna aktar 'il fuq.

(14)  Il-Premessa 7 tikkonferma din il-valutazzjoni: “il-mekkaniżmu temporanju difensiv għandu jiġi awtorizzat biss wara li l-Kummissjoni tniedi l-proċeduri ta' riżolviment ta' tilwim kontra l-Korea (...) u ma jistax jiġi awtorizzat aktar jekk dawn il-proċeduri ta' riżolviment ta' tilwim ikunu deċiżi jew sospiżi (...)”.

(15)  L-enfasi huwa miżjud.

(16)  Il-Każ C-53/96, Hermes, [1998] Col. I-3603, Nru 28; il-Każ C-76/00 P, Petrotub, [2003] Col. I-79, Nru 57.

(17)  Ara EC – Measures affecting trade in commercial vessels, WT/DS301/R, il-paragrafi 7.184–7.222 u 8.1(d).

(18)  Ara d-dokument ta' l-ODK WT/DS301/6.

(19)  Ara EC – Measures affecting trade in commercial vessels, WT/DS301/R, il-paragrafu 7.21.

(20)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 1.

(21)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 6.


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Marzu 2008

li tistipula l-bidu ta’ investigazzjoni skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 fir-rigward tal-ħarsien tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt għall-organizzazzjoni f’El Salvador

(2008/316/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Preferenzi Ġeneralizzati,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet tagħrif li l-Qorti Suprema ta’ l-El Salvador fis-sentenza tagħha tat-28 ta' Ottubru 2007 fil-każijiet 63-2007 u 69-2007 iddikjarat ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 87 dwar il-Libertà ta’ l-Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt għall-Organizzazzjoni bħala inkonsistenti ma’ l-Artikolu 47 tal-Kostituzzjoni ta’ l-El Salvador.

(2)

L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 980/2005 jistipula l-irtirar temporanju ta’ l-arranġament speċjali ta’ l-inċentiv imsemmi f’Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament, b’mod partikolari jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali m’għadhiex tiġbor fiha dawk il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness III tar-Regolament li ġew ratifikati bi twettiq tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 9(1) u (2) jew jekk dik il-leġiżlazzjoni mhijiex implimentata b’mod effettiv.

(3)

Il-Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 87 dwar il-Libertà ta’ l-Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt għall-Organizzazzjoni hija mniżżla fl-Anness III, Parti A, Punt 14, tar-Regolament (KE) Nru 980/2005.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet eżami preliminarju tas-sentenza tal-Qorti Suprema ta’ El Salvador fil-każijiet 63-2007 u 69-2007 u sabet li huwa meħtieġ li l-effetti legali ta’ din is-sentenza jiġu analizzati aktar biex jiġi stipulat jekk dawn jiġġustifikawx irtirar temporanju ta' l-arranġement speċjali ta' l-inċentiv. Il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li jeżistu raġunijiet suffiċjenti għal investigazzjoni.

(5)

Il-konsultazzjonijiet mal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati twettqu fit-3 ta’ Marzu 2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kummissjoni għandha tniedi investigazzjoni biex tistabbilixxi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika ta’ El Salvador għadhiex tinkorpora l-Konvenzjoni Nru 87 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Libertà ta' l-Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt għall-Organizzazzjoni jew jekk dik il-leġiżlazzjoni hijiex qed tiġi implimentata b'mod effettiv.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 55/2008 (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1).


18.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 108/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ April 2008

li tikkonċerna in-noninklużjoni tar-rotenone, estratt mill-equisetum u ċ-chinin-hydrochlorid fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1293)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/317/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprevedi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ġewwa t-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jkunu diġà qegħdin fis-suq sentejn wara n-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu eżaminati b’mod gradwali fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Rotenone, estratt mill-equisetum u chinin-hydrochlorid huma sustanzi eletti fil-programm tar-raba’ stadju.

(4)

L-uniċi notifikanti għal rotenone, estratt mill-equisetum u chinin-hydrochlorid għarrfu lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Jannar, il-15 ta’ Frar 2007 u l-20 ta’ Ġunju 2007 rispettivament, li ma baqgħux jixtiequ jieħdu sehem fil-programm ta’ ħidma għal dawn is-sustanzi attivi, u għalhekk mhux se jintbagħat iktar tagħrif. Minħabba f’hekk, dawn is-sustanzi attivi ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Għal rotenone ġiet ippreżentata u evalwata informazzjoni mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti minn Stati Membri li wriet il-ħtieġa għall-issoktar ta’ l-użu tas-sustanzi kkonċernati. Għaldaqstant huwa ġustifikat fiċ-ċirkustanzi attwali li għal ċerti użi esenzjali li għalihom mhemm l-ebda alternattiva effiċjenti tingħata estensjoni tal-perjodu għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet u fl-istess waqt jiġu previsti kondizzjonijiet stretti mmirati li jimminimizzaw kull riskju possibbli.

(6)

Għas-sustanzi attivi li għalihom hemm biss perjodu qasir ta’ notifika bil-quddiem għall-irtirar ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi, huwa raġonevoli li jingħata perjodu ta’ grazzja għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ mhux iktar minn tnax-il xahar sabiex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux iktar minn staġun wieħed ieħor ta’ koltivazzjoni. F’każijiet fejn ikun previst perjodu itwal ta’ notifika bil-quddiem, dan il-perjodu jkun jista’ jitqassar sabiex jiskadi fl-aħħar ta’ l-istaġun tal-koltivazzjoni.

(7)

Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom ikun hemm is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I, jiġu ritirati sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Ottubru 2008;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi mhi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 2, Stat Membru elenkat fil-kolonna B ta’ l-Anness II jista’ jippreserva awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi elenkati fil-kolonna A ta’ dak l-Anness għall-użi li huma elenkati fil-kolonna Ċ ta’ dak l-Anness sat-30 ta’ April 2011, sakemm jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda effet ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-annimali jew il-bnedmin u l-ebda influwenza inaċċettabli fuq l-ambjent;

(b)

jiżgura li prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti bħal dawn li jibqgħu fis-suq ikunu ttikkettati mill-ġdid sabiex jaqblu mal-kondizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(ċ)

jimponi l-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni tar-riskju sabiex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(d)

jiżgura li qegħdin jitfittxu b’ mod serju alternattivi għal dawk l-użi.

2.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga prevista fil-paragrafu 1, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda li jaqgħu taħt il-paragrafu 1, u, b’mod partikolari dawk li jaqgħu taħt il-punti (a) sa (d), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Artikolu 4

Kull perjodu ta’ grazzja li jingħata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jkun qasir kemm jista’ jkun.

Għall-awtorizzazzjonijiet li jiġu rtirati skond l-Artikolu 2, dak il-perjodu għandu jiskadi fl-10 ta’ Ottubru 2009 bħala limitu massimu;

Għall-awtorizzazzjonijiet li jiġu rtirati skond l-Artikolu 3, għandu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2011.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/45/KE (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 21).

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13. Ir-Regolament kif menedat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19).


ANNESS I

Lista ta’ sustanzi attivi li mhumiex inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE

Rotenone

Estratt ta’ l-equisetum

Chinin hydrochloride


ANNESS II

Lista ta’ awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 (1)

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna Ċ

Sustanza attiva

Stat Membru

Użu

Rotenone

Franza

Tuffieħ, lanġas, ħawħ, ċirasa, dwieli u patata.

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir protettiv xieraq.

Rotenone

L-Italja

Tuffieħ, lanġas, ħawħ, ċirasa, dwieli u patata.

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir protettiv xieraq.

Rotenone

Ir-Renju Unit

Tuffieħ, lanġas, ħawħ, ċirasa, pjanti ornamentali u patata.

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir protettiv xieraq.