ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
17 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008 ta' l-14 ta' April 2008 li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sa l-2011

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 339/2008 tas-16 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) ( 1 )

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti April 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

26

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/308/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2008 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti Awstrijaċi tal-Kumitat tar-Reġjuni

28

 

 

2008/309/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2008 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

29

 

 

2008/310/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2008 li taħtar seba’ membri tar-Renju Unit u seba’ membri supplenti tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

30

 

 

2008/311/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2008 li taħtar membru Irlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

31

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/312/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi d-dokument standard għas-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 793)

32

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/313/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà CHAD/2/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

60

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/314/PESK ta’ l-14 ta’ April 2008 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa

62

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 338/2008

ta' l-14 ta' April 2008

li jipprovdi għall-adattament tal-kwoti għas-sajd tal-merluzz li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet KE) mill-2008 sa l-2011

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/1993 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007 (2), alloka lill-Polonja l-kwoti għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għall-2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 804/2007 (3) stabbilixxa li kien meqjus li l-qabdiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku tal-Lvant (Subdiviżjonijiet 25-32, ilmijiet tal-KE) eżawrew il-kwota allokata lill-Polonja għall-2007, u għalhekk mit-12 ta' Lulju 2007, ipprojbixxa s-sajd għal dak l-istokk fil-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja.

(3)

Abbażi ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha, il-Kummissjoni stmat f’Lulju 2007 li l-qabdiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku tal-Lvant (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet tal-KE) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja kienu tliet darbiet aktar mill-kwantitajiet li oriġinarjament ġew iddikjarati mill-Polonja. Barra minn hekk, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Polonja wara l-projbizzjoni komplew jistadu għall dak l-istokk, u b'hekk aktar qabżu l-kwota allokata lill-Polonja għall-2007.

(4)

Wara diversi laqgħat tekniċi li saru bejn l-awtoritajiet Pollakki u l-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita kwantità vverifikata tal-qbiż tal-kwota, il-Polonja nnotifikat qbiż tal-kwota bi 8 000 t.

(5)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/1993 jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta regoli għat-tnaqqis fil-kwantitajiet mistada li jaqbżu l-kwoti annwali. Dawn ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti skond l-għan u l-istrateġiji tal-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), billi jqisu bħala prijorità, il-livell ta' sajd żejjed u l-istatus bijoloġiku tar-riżorsi konċernati.

(6)

Regoli ta’ dan it-tip ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (4). Skond l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament il-qabdiet li jiskorru l-qabdiet permessi rispettivi għandhom jitnaqqsu mill-kwoti ta' l-istess ħażna tas-sena ta' wara.

(7)

Ir-raġunijiet prinċipali għas-sajd żejjed tal-merluzz minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja huma skema batuta ta' kontroll u ta' infurzar u flotta li l-potenzjal tagħha għall-qbid tal-merluzz huwa sproporzjonat meta mqabbel ma' l-opportunitajiet tas-sajd allokati mill-Kunsill lill-Polonja kull sena.

(8)

Sabiex in-nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd li jirriżultaw b'mod partikolari fis-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku tal-Lvant mhux iddikjarat u rrappurtat b’mod falz, jiġu indirizzati b’mod komprensiv u biex tiġi evitata ripetizzjoni tas-sajd żejjed tal-merluzz li sar fl-2007, il-Polonja impenjat ruħha li tadotta u timplimenta Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali, inklużi miżuri immedjati għat-titjib fis-sistemi tal-kontroll u ta’ l-infurzar f'konformità ma' l-istandards u l-miżuri speċifiċi Komunitarji għall-aġġustament tal-kapaċità tal-flotot Pollakki biex jinkiseb bilanċ stabbli bejn dik il-kapaċità u l-opportunitajiet għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku allokati lill-Polonja.

(9)

Fid-dawl ta' dan l-impenn u minħabba l-kwantità għolja ta' sajd żejjed u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi li jirriżultaw jekk il-Polonja jkollha tħallas lura b'mod immedjat, huwa xieraq li ssir deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u li jiġu adottati regoli speċifiċi għat-tnaqqis tal-kwantitajiet żejda mistada.

(10)

Il-kwantità tal-merluzz żejjed li l-Polonja qabdet fl-2007 għandha għalhekk titnaqqas mill-kwota tal-Polonja tul perijodu ta' erba' snin, b'tali mod li jonqsu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi b’mod partikolari fl-ewwel sena.

(11)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali adottati mill-Polonja. Jekk ma jintlaħqux l-azzjonijiet u l-limiti taż-żmien stabbiliti fil-pjanijiet, il-Kunsill jista' jemenda r-regoli għat-tnaqqis tal-kwantitajiet żejda mistada.

(12)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza għas-sajjieda kkonċernati fir-rigward tad-daqs tal-kwoti tagħhom għas-sajd tal-merluzz għall-2008 fil-Baħar Baltiku u sabiex jiġi evitat li r-riżorsi jitpoġġew f'perikolu, huwa essenzjali li kwalunkwe tnaqqis f'tali kwoti għall-2008 jiġi deċiż kmieni kemm jista' jkun fl-istaġun tas-sajd. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa imperattiv li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fit-Titolu I, Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament “kwantità żejda mistada fis-sena 2007” tfisser il-kwantità li biha nqabżet il-kwota allokata lill-Polonja għall-merluzz (Gadus morhua) fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet tal-KE) fis-sena 2007.

Artikolu 2

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 l-kwoti ta' merluzz (Gadus morhua) fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25–32, Ilmijiet tal-KE) li għandhom jiġu allokati lill-Polonja fis-snin mill-2008 sa l-2011 għandhom jonqsu tul perijodu ta' erba' snin skond il-metodu li ġej:

(a)

fis-sena 2008, tnaqqis ta' 10 % tal-kwantità żejda mistada fis-sena 2007, u

(b)

fis-snin 2009, 2010 u 2011, tnaqqis kull sena ta' 30 % tal-kwantità żejda mistada fl-2007.

Artikolu 3

1.   Il-Polonja għandha tadotta u timplimenta Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali għall-kontroll u r-ristrutturar tal-flotta, inklużi, b'mod partikolari, miżuri mmirati lejn:

(a)

rinforz tal-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd, speċjalment għal dik il-parti tal-flotta li għaliha l-merluzz jikkostitwixxi parti sostanzjali tal-qabda;

(b)

infurzar imtejjeb tar-regoli tal-konservazzjoni Komunitarji u nazzjonali, u b’mod speċjali l-limiti tal-qbid;

(c)

aġġustament fil-kapaċità ta' dik il-parti tal-flotta li għaliha l-merluzz jirrappreżenta parti sostanzjali tal-qabda.

2.   Kull sena, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirraporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Jekk l-azzjonijiet ma jitwettqux kif ippjanat, il-Kunsill jista’, konformement mal-proċedura stabbilita mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/1993, jemenda l-metodu tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 2(a) u (b).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 754/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 26)

(3)  ĠU L 180, 10.7.2007, p. 3.

(4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 339/2008

tas-16 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

65,4

TN

144,8

TR

105,3

ZZ

105,2

0707 00 05

JO

178,8

MK

88,0

TR

151,1

ZZ

139,3

0709 90 70

MA

92,6

TR

102,1

ZZ

97,4

0709 90 80

EG

349,4

ZZ

349,4

0805 10 20

EG

51,2

IL

53,1

MA

56,7

TN

56,4

TR

58,4

US

55,6

ZZ

55,2

0805 50 10

AR

117,4

IL

126,5

TR

134,5

ZA

128,0

ZZ

126,6

0808 10 80

AR

90,5

BR

82,4

CA

79,6

CL

85,7

CN

97,7

MK

64,5

NZ

123,8

US

112,9

UY

65,3

ZA

73,8

ZZ

87,6

0808 20 50

AR

84,6

AU

93,7

CL

90,9

CN

50,6

ZA

92,9

ZZ

82,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 340/2008

tas-16 ta’ April 2008

dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 132 tiegħu,

Billi:

(1)

L-istruttura u l-ammonti tal-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”, kif ukoll ir-regoli tal-ħlas għandhom jiġu stabbiliti.

(2)

L-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom iqisu l-ħidma meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li għandha titwettaq mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiġu stipulati f’tali livell li jiżgura li d-dħul li ġej minnhom meta dawn ikunu f’rabta ma’ sorsi oħra tad-dħul ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa biżżejjed biex ikopri l-ispiża tas-servizzi mwettqa. Il-ħlasijiet għar-reġistrazzzjoni għandhom iqisu wkoll il-ħidma li tista’ ssir skond it-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(3)

Għandu jiġi stipulat ħlas għar-reġistrazzjoni ta’ sustanzi li għandha tiddependi mill-medda ta’ tunnellaġġ ta’ dawk is-sustanzi. Madankollu, ma għandu jiġi impost l-ebda ħlas għar-reġistrazzjonijiet koperti mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

Għandhom jiġu imposti ħlasijiet speċifiċi fil-każ ta’ reġistrazzjonijiet ta’ intermedjarji iżolati mressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(5)

It-talbiet li jsiru skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom iwasslu wkoll għall–pagament ta’ ħlas.

(6)

Għandu jiġi impost ħlas għall-aġġornamenti lir-reġistrazzjoni. B’mod partikolari, għandu jsir ħlas għall-aġġornament tal-medda tat-tunnellaġġ, għal bidliet fl-identità tar-reġistrant li jinvolvu xi bidla fil-personalità ġuridika u għal ċerti bidliet fl-istatus ta’ l-informazzjoni miġbura fir-reġistrazzjoni.

(7)

Għandu jiġi impost ħlas għan-notifika ta’ informazzjoni rigward ir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess (PPORD) skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Spiża għandha tiġi imposta wkoll għal kull talba għal estensjoni ta’ eżenzjoni mill-PPORD.

(8)

Għandu jiġi impost ħlas għat-tressiq ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Il-ħlas għandu jkun magħmul minn ħlas ta’ bażi li għandu jkopri sustanza waħda, użu wieħed, u applikant wieħed, u ħlasijiet addizzjonali għal kull sustanza, użu jew applikant addizzjonali kopert/a bl-applikazzjoni. Għandha tiġi imposta wkoll spiża fuq it-tressiq ta’ rapport ta’ reviżjoni.

(9)

Ħlasijiet u spejjeż imnaqqsa għandhom japplikaw fil-każ ta’ ċerti preżentazzjonijiet konġunti. Ħlasijiet u spejjeż imnaqqsa għandhom japplikaw ukoll għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) skond it-tifsira tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (2).

(10)

Fil-każ ta’ rappreżentant waħdieni, l-evalwazzjoni dwar jekk it-tnaqqis għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju japplikax jew le għandha ssir permezz ta’ referenza għall-għadd ta’ persuni, il-fatturat, u l-informazzjoni rigward il-balance sheet tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, il-formulatur ta’ preparazzjoni, jew il-produttur ta’ oġġett li huwa rrappreżentat b’dak ir-rappreżentant waħdieni fir-rigward ta’ dik it-tranżazzjoni, inkluża informazzjoni rilevanti minn kumpaniji marbuta u msieħba, tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, il-formulatur ta’ preparazzjoni, jew il-produttur ta’ oġġett, skond ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

(11)

It-tnaqqis stabbilit f’dan ir-Regolament għandu japplika fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni ta’ l-entità li tiddikjara li hija intitolata għat-tnaqqis. It-tressiq ta’ informazzjoni falza għandu jiġi skoraġġut bl-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva mill-Aġenzija u multa dissważiva mill-Istati Membri, jekk ikun xieraq.

(12)

Għandu jiġi impost ħlas għal kull appell magħmul skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-ammont tal-ħlas għandu jqis il-kumplessità tal-ħidma involuta.

(13)

Il-ħlasijiet u l-ispejjeż għandhom jiġu imposti f’ewro biss.

(14)

Proporzjon mill-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura mill-Aġenzija għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri bħala kumpens għall-ħidma tar-rapporteurs tal-kumitati ta’ l-Aġenzija u, kif xieraq, għal ħidmiet oħra skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-proporzjon massimu tal-ħlasijiet u l-ispejjeż li għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jiġi deċiż mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.

(15)

Rigward l-iffissar ta’ l-ammont li għandu jiġi trasferit lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-iffissar ta’ kull remunerazzjoni meħtieġa relatata ma’ kull ħidma miftiehma oħra li twettqet għall-Aġenzija, il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu josserva l-prinċipju ta’ amminstrazzjoni finanzjarja soda kif definit fl-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3). Għandu wkoll jiżgura li l-Aġenzija tkompli jkollha disponibbli riżorsi finanzjarji biżżejjed biex tieħu f’idejha l-ħidmiet tagħha, filwaqt li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji stmati eżistenti u pluri-annwali u għandu wkoll iqis il-piż ta’ xogħol involut għall-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

(16)

L-iskadenzi stabbiliti għall-pagament tal-ħlasijiet u l-ispejjeż imposti skond dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu l-iskadenzi stabbiliti tal-proċeduri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. B’mod partikolari, l-ewwel skadenza għall-pagament tal-ħlas marbuta mat-tressiq ta’ dossier ta’ reġistrazzjoni jew it-tressiq ta’ aġġornament għandha tiġi stabbilita billi jitqiesu l-iskadenzi li matulhom l-Aġenzija għandha twettaq verifika ta’ kompletezza. Bl-istess mod, l-ewwel skadenza għall-pagament ta’ ħlasijiet fir-rigward ta’ notifiki għal eżenzjoni mill-obbligu tar-reġistrazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess għandha tiġi stabbilita billi titqies l-iskadenza prevista fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Madankollu, għandha tiġi stabbilita skadenza raġjonevoli oħra mill-Aġenzija għall-pagamenti li ma jkunux saru qabel l-għeluq ta’ l-ewwel skadenza.

(17)

Il-ħlasijiet u l-ispejjeż imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu addattati biex iqisu l-inflazzjoni u għal dan il-għan għandu jintuża l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikat mill-Eurostat skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (4).

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti u r-regoli għall-pagament ta’ ħlasijiet u spejjeż imposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, minn issa ‘l quddiem l-“Aġenzija”, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(2)

“intrapriża ta’ daqs medju” tfisser intrapriża ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 3003/361/KE;

(3)

“intrapriża żgħira” tfisser intrapriża żgħira fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(4)

“intrapriża mikro” tfisser intrapriża mikro fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

KAPITOLU II

ĦLASIJIET U SPEJJEŻ

Artikolu 3

Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet mressqa skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ sustanza fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.

3.   Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness I.

Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

4.   Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

5.   Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija imressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

6.   Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.

7.   Fejn ir-reġistrazzjoni ma tintlaqgħax minħabba n-nuqqas tar-reġistrant milli jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament tal-ħlas qabel ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet imħallsa fir-rigward ta’ dik ir-reġistrazzjoni la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati lir-reġistrant b’mod ieħor.

Artikolu 4

Ħlasijiet għar-reġistrazzjoniiet imressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3) jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Madankollu, l-ebda ħlas ma għandu jiġi impost għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità bejn 1 u 10 tunnellati fejn it-tressiq tar-reġistrazzjoni jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif stipulat fl-Artikolu 74(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-ħlasijiet skond dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għar-reġistrazzjonijiet ta’ intermedjarji iżolati fuq il-post jew trasportati mressqa skond l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) jew (3), jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fil-każ tar-reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi intermedjarji li jeħtieġu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, għandhom japplikaw il-ħlasijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn il-preżentazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fil-medda bejn 1 u 10 tunnellati ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenżija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull reġistrazzjoni ta’ intermedju iżolat fuq il-post jew trasportat fi kwantità ta’ 10 tunnellati jew iżjed, kif stipulat fl-Anness I.

3.   Fil-każ ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness II.

Madankollu, jekk reġistrant iressaq b’mod separat parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali fuq dak ir-reġistrant, kif stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

4.   Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness II.

5.   Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

Madankollu, il-fatturi marbuta ma’ reġistrazzjoni ta’ sustanza rreġistrata minn qabel li hija mressqa quddiem l-Aġenzija matul ix-xahrejn li jiġu qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-iskadenza rilevanti ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

6.   Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament. Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, ir-reġistrazzjoni mhijiex ser tintlaqa’.

7.   Fejn ir-reġistrazzjoni ma tintlaqgħax minħabba n-nuqqas tar-reġistrant milli jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament tal-ħlas qabel ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet imħallsa fir-rigward ta’ dik ir-reġistrazzjoni la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati lir-reġistrant b’mod ieħor.

Artikolu 5

Ħlasijiet għall-aġġornament ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Madankollu, l-Aġenzija ma għandhiex timponi ħlas għall-aġġornamenti ta’ reġistrazzjoni li ġejjin:

(a)

bidla minn medda ogħla ta’ tunnellaġġ għal waħda aktar baxxa;

(b)

bidla minn medda aktar baxxa għal waħda ogħla ta’ tunnellaġġ jekk ir-reġistrant ikun diġà wettaq il-ħlas qabel għal dik il-medda ogħla ta’ tunnellaġġ.

(ċ)

bidla fl-istatus tar-reġistrant jew fl-identità tiegħu, sakemm din ma tinvolvix bidla fil-personalità ġuridika;

(d)

bidla fil-kompożizzjoni tas-sustanza;

(e)

informazzjoni dwar użu ġdid inkluż l-użu li dwaru ngħata parir kontra;

(f)

informazzjoni dwar riskji ġodda tas-sustanza;

(ġ)

bidla fil-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tas-sustanza;

(h)

bidla fir-rapport dwar is-sigurtà tal-kimiċi;

(i)

bidla fil-gwida dwar l-użu sigur;

(j)

notifika li għandu jiġi żviluppat test elenkat fl-Anness IX jew X tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(k)

talba għall-aċċess għal informazzjoni li qabel kienet kunfidenzjali.

2.   L-Aġenzija se timponi ħlas għall-aġġornament tal-medda tat-tunnellaġġ, kif stipulat fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness III.

Għal aġġornamenti oħra, l-Aġenzija għandha timponi ħlas kif stipulat fit-Tabelli 3 u 4 ta’ l-Anness III.

3.   Fil-każ ta’ aġġornament ta’ preżentazzjoni konġunta l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant li jressaq l-aġġornament, kif stipulat fl-Anness III.

Madankollu, jekk parti mill-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(a)(iv), (vi), (vii) u (ix), l-Artikolu 17(2)(ċ) u (d), jew fl-Artikolu 18(2)(ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 titressaq b’mod separat, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal preżentazzjoni individwali, kif stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.   Fejn ir-reġistrant huwa SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fl-Anness III.

Madankollu, fil-każijiet ta’ aġġornamenti li jinvolvu bidla fl-identità tar-reġistrant, it-tnaqqis ta’ l-SME ser tapplika biss jekk l-entità l-ġdida hija SME.

5.   Il-ħlasijiet dovuti skond il-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lir-reġistrant mill-Aġenzija.

6.   Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 5, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.

Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi it-tieni skadenza, fil-każ ta’ l-aġġornamenti tal-medda ta’ tunnellaġġ imressqa skond l-Artikoli 22(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-aġġornament mhuwiex ser jintlaqa’.

Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi it-tieni skadenza, fil-każ ta’ aġġornamenti oħra, l-aġġornament mhuwiex ser jintlaqa’ wara li l-Aġenzija tkun tat twissija formali lir-reġistrant.

7.   Fejn l-aġġornament ma jintlaqgħax minħabba n-nuqqas tar-reġistrant milli jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament qabel ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet imħallsa fir-rigward ta’ dak l-aġġornament la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati lir-reġistrant b’mod ieħor.

Artikolu 6

Ħlasijiet għal talbiet skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe talba skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull oġġett li għalih issir talba, kif stipulat fl-Anness IV.

Fil-każ ta’ talba li għandha x’taqsam ma’ taqsiriet ta’ studju jew ma’ taqsiriet ta’ studju robusti, l-Aġenzija għandha timponi ħlas għal kull taqsira ta’ studju jew taqsira ta’ studju robusta li għaliha ssir talba.

3.   Fil-każ ta’ talba li tirreferi għal preżentazzjoni konġunta, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas fuq kull reġistrant, kif stipulat fl-Anness IV.

4.   Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness IV.

5.   Id-data li fiha l-ħlas impost għal talba jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 7

Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V ta’dan ir-Regolament, għal kwalunkwe notifika għal eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn il-prodott u l-proċess, minn issa ‘l quddiem imsejħa “PPORD”, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Fejn in-notifika ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 1 ta’ l-Anness V.

2.   L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għal kull talba għal estensjoni ta’ eżenzjoni mill-obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni għal PPORD skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Fejn it-talba ssir minn SME, l-Aġenzija għandha timponi spiża mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness V.

3.   Ħlasijiet dovuti skond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu fi żmien 7 ijiem tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jagħmel in-notifika.

Spejjeż dovuti skond il-paragrafu 2 għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija lill-manifattur, lill-importatur jew lill-produttur ta’ l-oġġetti li qed jitlob estensjoni.

4.   Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.

Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, in-notifika jew it-talba għal estensjoni mhijiex ser tintlaqa’.

5.   Fejn notifika jew talba għal estensjoni ma tintlaqgħax minħabba n-nuqqas min-naħa tar-reġistrant li jressaq l-informazzjoni nieqsa jew minħabba n-nuqqas tiegħu li jwettaq il-pagament tal-ħlas jew ma jiskadu l-iskadenzi, il-ħlasijiet jew l-ispejjeż li tħallsu fir-rigward ta’ dik in-notifika jew talba għal estensjoni la jitħallsu lura u lanqas jiġu kkreditati b’mod ieħor lill-persuna li qed tagħmel in-notifika jew it-talba.

Artikolu 8

Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet skond l-Artikolu 62 tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza skond l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas ta’ bażi għal kwalunkwe applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal sustanza, kif stipulat fl-Anness VI. Il-ħlas ta’ bażi għandu jkopri l-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni għal sustanza waħda, użu wieħed u applikant wieħed.

L-Aġenzija għandha timponi ħlas addizzjonali, kif previst fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull użu addizzjonali, għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta’ grupp ta’ sustanzi kif definit fis-Sezzjoni 1(5) ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li huwa kopert bl-applikazzjoni, u għal kull applikant addizzjonali li huwa parti mill-applikazzjoni.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull xenarju ta’ esponiment għandu jitqies bħala użu differenti.

3.   Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi ħlas ta’ bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VI.

Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VI.

Fejn l-applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi ħlas bażi mnaqqas u ħlasijiet addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VI.

4.   Id-data li fiha l-ħlas impost għall-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 9

Spejjeż għar-reviżjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi spiża, kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ rapport ta’ reviżjoni skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   L-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi għall-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe rapport ta’ reviżjoni, kif stipulat fl-Anness VII. L-ispiża ta’ bażi għandha tkopri l-preżentazzjoni ta’ rapport ta’ reviżjoni għal sustanza waħda, użu wieħed u applikant wieħed.

L-Aġenzija għandha timponi spiża addizzjonali, kif previst fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament, għal kull użu addizzjonali, għal kull sustanza addizzjonali li tissodisfa d-definizzjoni ta’ grupp ta’ sustanzi kif definit fis-Sezzjoni 1(5) ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li huwa kopert bir-rapport ta’ reviżjoni, u għal kull entità addizzjonali koperta mir-rapport ta’ reviżjoni.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kull xenarju ta’ esponiment għandu jitqies bħala użu differenti.

3.   Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża ta’ daqs medju jew minn żewġ SMEs jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża ta’ daqs medju, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VII.

Fejn applikazzjoni titressaq biss minn intrapriża żgħira jew minn SME waħda jew aktar, li minnhom l-akbar intrapriża hija intrapriża żgħira, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 3 ta’ l-Anness VII.

Fejn applikazzjoni titressaq biss minn mikrointrapriża waħda jew aktar, l-Aġenzija għandha timponi spiża ta’ bażi mnaqqsa u spejjeż addizzjonali mnaqqsa, kif stipulat fit-Tabella 4 ta’ l-Anness VII.

4.   Id-data li fiha l-ispiża imposta fuq il-preżentazzjoni tar-rapport ta’ reviżjoni jasal għand l-Aġenzija għandha titqies bħala d-data tal-wasla tal-preżentazzjoni.

Artikolu 10

Ħlasijiet għal appelli kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1.   L-Aġenzija għandha timponi ħlas, kif stipulat fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, għal kwalunkwe preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni ta’ l-Aġenżija skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   Fejn l-appell jitressaq minn SME, l-Aġenzija għandha timponi ħlas imnaqqas, kif stipulat fit-Tabella 2 ta’ l-Anness VIII.

3.   Jekk l-appell jitqies bħala mhux ammissibbli mill-Bord ta’ l-Appell, il-ħlas ma jingħatax lura.

4.   L-Aġenzija għandha trodd lura l-ħlas impost skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jirrettifika deċiżjoni skond l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jew jekk l-appell jiġi deċiż favur l-appellant.

5.   Appell mhuwiex se jitqies li wasal għand il-Bord ta’ l-Appell sakemm il-ħlas rilevanti ma jkunx wasal għand l-Aġenzija.

Artikolu 11

Spejjeż oħra

1.   tista’ tiġi imposta spiża għal servizzi amministrattivi u tekniċi pprovduti mill-Aġenzija fuq talba ta’ parti li mhumiex koperti minn ħlas ieħor jew minn spiża oħra skond dan ir-Regolament. Il-livell ta’ l-ispiża għandu jqis il-piż tax-xogħol involut.

Madankollu, ma għandhomx jiġu imposti spejjeż għall-għajnuna pprovduta mill-Helpdesk tagħha u għall-appoġġ lill-Istati Membri kif stipulat fil-punti (h) u (i) ta’ l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li ma jimponix spiża fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew fuq pajjiżi li jitolbu għajnuna mill-Aġenzija.

2.   L-ispejjeż għal servizzi amministrattivi għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-fattura tiġi nnotifikata mill-Aġenzija.

3.   Fejn il-pagament ma jsirx qabel ma’ tiskadi d-data ta’ l-għeluq stipulata fil-paragrafu 2, l-Aġenzija għandha tistipula skadenza oħra għall-pagament.

Fejn ma jsirx pagament qabel ma tiskadi t-tieni skadenza, l-Aġenzija għandha tiċħad it-talba.

4.   Fin-nuqqas ta’ ftehim kuntrattwali għall-kuntrarju, l-ispejjeż għal servizzi tekniċi għandhom isiru qabel ma jiġi pprovdut is-servizz.

5.   Għandha titfassal klassifikazzjoni tas-servizzi u l-ispejjeż mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija u din għandha tiġi adottata wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Rappreżentanti biss

Fil-każ ta’ rappreżentant waħdieni kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-evalwazzjoni ta’ jekk it-tnaqqis għall-SMEs japplikax jew le għandu jiġi ddeterminat permezz tar-referenza għall-għadd ta’ persuni, il-fatturat, u l-informazzjoni rigward il-balance sheet, tal-manifattur li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett li huwa rrapreżentat minn dak ir-rappreżentant waħdieni f’konnessjoni mat-tranżazzjoni kkonċernata, inkluża l-informazzjoni rilevanti minn kumpaniji marbuta u msieħba tal-manifattur wieħed li mhuwiex fil-Komunità, tal-formulatur ta’ preparazzjoni jew tal-produttur ta’ oġġett skond ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 13

Tnaqqis u Tneħħija ta’ l-Obbligu ta’ Ħlas

1.   Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal ħlas imnaqqas jew għal spiża mnaqqsa skond l-Artikoli 3 sa 10 għandha tgħarraf lill-Aġenzija b’dan fiż-żmien li fih titressaq ir-reġistrazzjoni, it-talba, in-notifika, l-applikazzjoni, ir-rapport ta’ reviżjoni jew l-appell li twassal għall-pagament tal-ħlas.

2.   Persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għat-tneħħija ta’ l-obbligu tal-ħlas skond l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tgħarraf lill-Aġenzija f’dan fiż-żmien li fih issir il-preżentazzjoni tar-reġistrazzjoni.

3.   L-Aġenzija tista’ titlob, f’kull ħin, evidenza li l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis ta’ ħlasijiet jew spejjeż jew għat-tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlasijiet japplikaw.

4.   Fejn persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal tnaqqis jew għal tneħħija ta’ l-obbligu ta’ ħlas ma tkunx tista’ turi li hija intitolata għal tali tnaqqis jew tneħħija ta’ l-obbligu, l-Aġenzija għandha timponi ħlas sħiħ jew spiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.

Fejn persuna fiżika jew ġuridika li ddikjarat li hija intitolata għal tnaqqis diġà wettqet pagament imnaqqas jew spiża mnaqqsa, iżda ma tistax turi li hija intitolata għal tnaqqis bħal dan, l-Aġenzija għandha timponi l-bilanċ tal-ħlas sħiħ jew ta’ l-ispiża sħiħa kif ukoll spiża amministrattiva.

Il-Paragrafi 2, 3 u 5 ta’ l-Artikolu 11 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

KAPITOLU III

PAGAMENT TA’ REMUNERAZZJONI MILL-AĠENZIJA

Artikolu 14

Trasferimenti ta’ Fondi lill-Istati Membri

1.   Proporzjon mill-ħlasijiet u l-ispejjeż miġbura skond dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtoritijiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tinnotifika lill-Aġenzija l-konklużjoni ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni għal sustanza skond l-Artikolu 46(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b)

fejn l-awtorità kompetenti tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni;

(ċ)

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru taħtar membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi ta’ rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni, inkluż fil-kuntest ta’ reviżjoni;

(d)

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjoni;

(e)

fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tkun ħatret membru tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika li jaġixxi bħala rapporteur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ restrizzjonijiet;

(f)

fejn ikun xieraq, rigward ħidmiet oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti wara talba mill-Aġenzija.

Meta l-Kumitati msemmija f’dan il-paragrafu jiddeċiedu li jaħtru ko-rapporteur, it-trasferiment għandu jinqasam bejn ir-rapporteur u l-ko-rapporteur.

2.   L-ammonti għal kull wieħed mill-ħidmiet identifikati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-proporzjon massimu tal-ħlasijiet u l-ispejjeż li għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kif ukoll kwalunkwe arranġament meħtieġ għat-trasferiment, għandhom jiġu stipulati mill-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. Għall-iffissar ta’ l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu wkoll jiżgura li l-Aġenzija tissokta bid-disponibilità ta’ riżorsi finanzjarji biżżejjed biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, filwaqt li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju u għandha tqis il-piż tax-xogħol ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

3.   It-trasferimenti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom isiru biss wara li r-rapport rilevanti jkun sar disponibbli għall-Aġenzija.

Madankollu, il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li jawtorizza l-finanzjament minn qabel jew il-pagamenti temporanji skond l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

4.   It-trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-punti (b) sa (e) fil-paragrafu 1 huma maħsuba biex jikkumpensaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għall-ħidma tar-rapporteur jew tal-ko-rapporteur u għal kull appoġġ xjentifiku u tekniku relatat u dan għandu jkun bla ħsara għall-obbligu ta’ l-Istati Membri biex ma jagħtux struzzjonijiet li mhumiex kompatibbli ma’ l-indipendenza ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 15

Remunerazzjonijiet oħra

Fl-iffissar ta’ l-ammonti tal-pagamenti li jsiru biex jirremuneraw lill-esperti jew lill-membri tal-kumitati magħżula b’mod konġunt għall-ħidma mwettqa għall-Aġenzija skond l-Artikolu 87(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jqis l-ammont ta’ xogħol involut, u għandu jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività kif definiti fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Dan għandu jiżgura wkoll li l-Aġenzija għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji disponibbli biex twettaq il-ħidmiet tagħha kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, wara li tikkunsidra l-approprjazzjonijiet baġitarji eżistenti tagħha u l-estimi pluri-annwali tad-dħul, inkluż sussidju Komunitarju.

KAPITOLU IV

PAGAMENTI

Artikolu 16

Mod ta’ pagament

1.   Il-ħlasijiet u l-ispejjeż għandhom isiru f’ewro.

2.   Il-pagamenti għandhom isiru biss wara li l-Aġenzija tkun ħarġet fattura, bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.

3.   Il-pagamenti għandhom isiru permezz ta’ trasferiment lill-kont bankarju ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 17

Identifikazzjoni tal-pagament

1.   Kull pagament għandu jindika fil-qasam tar-referenza n-numru tal-fattura, bl-eċċezzjoni tal-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10.

Il-pagamenti dovuti skond l-Artikolu 10 għandhom jindikaw fil-qasam tar-referenza l-identità ta’ l-appellant(i) u, jekk disponibbli, in-numru tad-deċiżjoni li qed tiġi appellata.

2.   Jekk l-għan tal-pagament ma jistax jiġi stabbilit, l-Aġenzija għandha tiffissa skadenza li matulu dak li jħallas għandu javża bil-miktub dwar l-għan tal-pagament. Jekk l-Aġenzija ma tirċevix notifika ta’ l-għan tal-pagament qabel ma tiskadi l-iskadenza, il-pagament jitqies bħala li ma jgħoddx u l-ammont ikkonċernat għandu jitħallas lura lil min ikun ħallas.

Artikolu 18

Data tal-pagament

1.   Id-data li fiha l-ammont sħiħ tal-pagament jiġi ddepositat f’kont bankarju miżmum mill-Aġenzija għandha titqies bħala d-data li fiha sar il-pagament.

2.   Il-pagament għandu jitqies li sar fil-ħin f’każ li titressaq biżżejjed evidenza dokumentarja biex turi li dak li ħallas ordna t-trasferiment lejn il-kont bankarju indikat fuq il-fattura qabel ma tiskadi l-iskadenza rilevanti.

Konferma ta’ l-ordni ta’ trasferiment maħruġa minn istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala biżżejjed evidenza. Madankollu, fejn it-trasferiment jitlob l-użu tal-metodu ta’ pagament elettroniku bankarju SWIFT, il-konferma ta’ l-għoti ta’ l-ordni ta’ trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport ta’ l-iSWIFT, ittimbrata u ffirmata minn uffiċjal awtorizzat ta’ istituzzjoni finanzjarja.

Artikolu 19

Pagament Insuffiċjenti

1.   Skadenza għall-pagament għandha titqies li kienet osservata biss jekk l-ammont kollu tal-ħlas jew ta’ l-ispiża jkun tħallas fiż-żmien dovut.

2.   Meta fattura jkollha x’taqsam ma’ grupp ta’ tranżazzjonijiet, l-Aġenzija tista’ tattribwixxi kwalunkwe pagament inqas lil kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet rilevanti. Il-kriterji għall-attribuzzjoni ta’ pagamenti għandhom jiġu stipulati mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija.

Artikolu 20

Ħlas lura ta’ l-ammonti li tħallsu f’eċċess

1.   L-arranġamenti għall-ħlas lura lil min ħallas l-ammonti f’eċċess ta’ ħlas jew ta’ spiża għandhom jiġu stipulati mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija u ppubblikati fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija.

Madankollu, fejn ammont imħallas f’eċċess ma jaqbiżx l-EUR 100 u l-parti kkonċernata ma talbitx espressament għal ħlas lura, l-ammont imħallas f’eċċess ma jitħallasx lura.

2.   Ma għandux ikun possibbli li jingħaddu kwalunkwe ammonti mħallsa f’eċċess għal pagamenti futuri lill-Aġenzija.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Stima Provviżorja

Il-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu, meta jipproduċi stima tan-nefqa u d-dħul ġenerali għas-sena finanzjarja ta’ wara skond l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jinkludi stima provviżorja speċifika tad-dħul minn ħlasijiet u spejjeż li tkun separata mid-dħul minn kwalunkwe sussidju mill-Komunità.

Artikolu 22

Revizjoni

1.   Il-ħlasijiet u l-ispejjeż imsemmijin f’dan ir-Regolament għandhom jiġu riveduti kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni kif stabbilita skond l-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikata mill-Eurostat skond ir-Regolament (KE) Nru 2494/95. L-ewwel revizjoni għandha titwettaq sa l-1 ta’ Ġunju 2009.

2.   Il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm dan ir-Regolament taħt reviżjoni kontinwa fid-dawl ta’ informazzjoni sinifikanti li ssir disponibbli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-assunzjonijiet bażiċi għad-dħul u l-infiq antiċipat ta’ l-Aġenzija. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament bil-ħsieb li temendah, jekk xieraq, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ l-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tas-servizzi provduti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 23

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2009 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(4)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS I

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skond l-Artikoli 6, 7 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet Standard

(EUR)

 

Preżentazzjoni Individwali

Preżentazzjoni Konġunta

Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 1 sa 10 tunnellati

1 600

1 200

Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 10 sa 100 tunnellata

4 300

3 225

Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

11 500

8 625

Ħlas għal sustanzi kimiċi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

31 000

23 250


Tabella 2

Ħlasijiet Imnaqqsa għall-SMEs

(EUR)

 

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Konġunta)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Żgħira

(PreżentazzjoniKonġunta)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Individwali)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Konġunta)

Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 1 sa 10 tunnellati

1 120

840

640

480

160

120

Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 10 sa 100 tunnellata

3 010

2 258

1 720

1 290

430

323

Ħlas għas-sustanzi kimiċi f’medda bejn 100 sa 1 000 tunnellata

8 050

6 038

4 600

3 450

1 150

863

Ħlas għal sustanzi kimiċi li jaqbżu l-1 000 tunnellata

21 700

16 275

12 400

9 300

3 100

2 325


ANNESS II

Ħlasijiet għar-reġistrazzjonijiet imressqa skond l-Artikoli 17(2), 18(2) jew 18(3) jew 19 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet Standard

(EUR)

 

Preżentazzjoni Individwali

Preżentazzjoni Konġunta

Ħlas

1 600

1 200


Tabella 2

Ħlasijiet Imnaqqsa għall-SMEs

(EUR)

 

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Konġunta)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Konġunta)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Individwali)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Konġunta)

Ħlas

1 120

840

640

480

160

120


ANNESS III

Ħlasijiet għall-aġġornament ta’ reġistrazzjonijiet skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet Standard għall-aġġornament tal-medda ta’ tunnellaġġ

(EUR)

 

Preżentazzjoni Individwali

Preżentazzjoni Konġunta

F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

2 700

2 025

F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn l-100-1 000 tunnellata

9 900

7 425

F’medda bejn 1-10 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata

29 400

22 050

F’medda bejn 1-10-100 tunnellata sa medda bejn l-100-1 000 tunnellata

7 200

5 400

F’medda bejn 10-100 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata

26 700

20 025

F’medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata

19 500

14 625


Tabella 2

Ħlasijiet Imnaqqsa għall- SMEs għall-aġġornament tal-medda ta’ tunnellaġġ

(EUR)

 

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Konġunta)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Konġunta)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Individwali)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Konġunta)

F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 10-100 tunnellata

1 890

1 418

1 080

810

270

203

F’medda bejn 1-10 tunnellati sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

6 930

5 198

3 960

2 970

990

743

F’medda bejn 1-10 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata

20 580

15 435

11 760

8 820

2 940

2 205

F’medda bejn 10-100 tunnellata sa medda bejn 100-1 000 tunnellata

5 040

3 780

2 880

2 160

720

540

F’medda bejn 10-100 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata

18 690

14 018

10 680

8 010

2 670

2 003

F’medda bejn 100-1 000 tunnellata sa medda ‘l fuq minn 1 000 tunnellata

13 650

10 238

7 800

5 850

1 950

1 463


Tabella 3

Ħlasijiet għal aġġornamenti oħra

(EUR)

Tip ta’ Aġġornament

 

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

1 500

Tip ta’ Aġġornament

Preżentazzjoni Individwali

Preżentazzjoni Konġunta

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni (għal kull oġġett)

1 500

1 125


Tabella 4

Ħlasijiet imnaqqsa għall-SMEs għall-Aġġornamenti oħra

(EUR)

Tip ta’ Aġġornament

Intrapriża Medja

Intrapriża Żgħira

Mikro-Intrapriża

Bidla fl-identità tar-reġistrant li tinvolvi bidla fil-personalità ġuridika

1 050

600

150

Tip ta’ Aġġornament

Intrapriza Medja

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Konġunta)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Individwali

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Konġunta)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Individwali)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Konġunta)

Bidla fl-aċċess mogħti għall-informazzjoni fil-preżentazzjoni (għal kull oġġett)

1 050

788

600

450

150

113


ANNESS IV

Ħlasijiet għat-talbiet skond l-Artikolu 10(a)(xi) tar-regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet Standard

(EUR)

Oġġetti li jeħtieġu l-kunfidenzjalità

Preżentazzjoni Individwali

Preżentazzjoni Konġunta

Grad ta’ purità u/jew l-identità ta’ l-impuritajiet jew ta’ l-addittivi

4 500

3 375

Kwantità ta’ tunnellaġġ rilevanti

1 500

1 125

Sommarju ta’ studju jew sommarju eżawrjenti ta’ studju

4 500

3 375

Informazzjoni fil-folja ta’ data dwar is-sigurtà

3 000

2 250

L-isem kummerċjali tas-sustanza

1 500

1 125

l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi li mhumiex suġġetti għal sistema tranżitorja u li huma perikolużi

1 500

1 125

l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi perikolużi użati bħala intermedji, fir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn l-ipproċessar tal-prodotti

1 500

1 125


Tabella 2

Ħlasijiet Imnaqqsa għall-SMEs

(EUR)

Oġġetti li jeħtieġu l-kunfidenzjalità

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Medja

(Preżentazzjoni Konġunta)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Individwali)

Intrapriża Żgħira

(Preżentazzjoni Konġunta)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Individwali)

Mikro-Intrapriża

(Preżentazzjoni Konġunta)

Grad ta’ purità u/jew l-identità ta’ l-impuritajiet jew ta’ l-addittivi

3 150

2 363

1 800

1 350

450

338

Kwantità ta’ tunnellaġġ rilevanti

1 050

788

600

450

150

113

Sommarju ta’ studju jew sommarju eżawrjenti ta’ studju

3 150

2 363

1 800

1 350

450

338

Informazzjoni fil-folja ta’ data dwar is-sigurtà

2 100

1 575

1 200

900

300

225

L-isem kummerċjali tas-sustanza

1 050

788

600

450

150

113

l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi li mhumiex suġġetti għal sistema transitorja u li huma perikolużi

1 050

788

600

450

150

113

l-isem IUPAC għal sustanzi kimiċi perikolużi użati bħala intermedji, fir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp xjentifiku jew fir-riċerka u l-iżvilupp orjentati lejn l-ipproċessar tal-prodotti

1 050

788

600

450

150

113


ANNESS V

Ħlasijiet u spejjeż għan-notifiki PPORD skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tablella 1

Ħlasijiet għan-notifiki PPORD

(EUR)

Ħlas standard

500

Ħlas imnaqqas għal intrapriża medja

350

Ħlas imnaqqas għal intrapriża żgħira

200

Ħlas imnaqqsa għal mikro-intrapriża

50


Tabella 2

Spejjeż għall-Estensjoni ta’ Eżenzjoni PPORD

(EUR)

Spiża standard

1 000

Spiża mnaqqsa għal intrapriża medja

700

Spiża mnaqqsa għal intrapriża żgħira

400

Spiża mnaqqsa għal mikro-intrapriża

100


ANNESS VI

Ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet Standard

Ħlas ta’ Bażi

EUR 50 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 10 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Użu

EUR 10 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali mhuwiex SME:

EUR 37 500

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju:

EUR 30 000

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira:

EUR 18 750

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


Tabella 2

Ħlasijiet Imnaqqsa għall-Intrapriżi Medji

Ħlas ta’ Bażi

EUR 40 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 8 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Użu

EUR 8 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju:

EUR 30 000

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira:

EUR 18 750

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


Tabella 3

Ħlasijiet Imnaqqsa għall-Intrapriżi Żgħar

Ħlas ta’ Bażi

EUR 25 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 5 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Użu

EUR 5 000

Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira:

EUR 18 750

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


Tabella 4

Ħlasiiet Imnaqqsa għal mikro-intrapriżi

Ħlas ta’ Bażi

EUR 7 500

Ħlas Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 1 500

Ħlas Addizzjonali għal kull Użu

EUR 1 500

Ħlas Addizzjonali għal kull Applikant

Applikant addizzjonali: EUR 5 625


ANNESS VII

Spejjeż għar-reviżjoni ta’ awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Spejjeż Standard

Spiża ta’ Bażi

EUR 50 000

Spiża Addizzjonali għal kull Użu

EUR 10 000

Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 10 000

Spiża Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali mhuwiex SME:

EUR 37 500

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju:

EUR 30 000

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira:

EUR 18 750

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


Tabella 2

Spejjeż Imnaqqsa għall-intrapriżi Medji

Spiża ta’ Bażi

EUR 40 000

Spiża Addizzjonali għal kull Użu

EUR 8 000

Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 8 000

Spiża Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża ta’ Daqs Medju:

EUR 30 000

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira:

EUR 18 750

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


Tabella 3

Spejjeż Imnaqqsa għall-Intrapriżi Żgħar

Spiża ta’ Bażi

EUR 25 000

Spiża Addizzjonali għal kull Użu

EUR 5 000

Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 5 000

Spiża Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali huwa Intrapriża Żgħira:

EUR 18 750

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


Tabella 4

Spejjeż Imnaqqsa għall-mikro-intrapriżi

Spiża ta’ Bażi

EUR 7 500

Spiża Addizzjonali għal kull Użu

EUR 1 500

Spiża Addizzjonali għal kull Sustanza

EUR 1 500

Spiża Addizzjonali għal kull Applikant

L-applikant addizzjonali huwa Mikro-Intrapriża:

EUR 5 625


ANNESS VIII

Ħlasijiet għal appelli skond l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Tabella 1

Ħlasijiet Standard

(EUR)

Appell kontra d-deċizjoni meħuda skond:

Ħlas

L-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

2 200

L-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

4 400

Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

6 600


Tabella 2

Ħlasijiet Imnaqqsa għall- SMEs

(EUR)

Appell kontra d-deċiżjoni meħuda skond:

Ħlas

l-Artikolu 9 jew 20 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

1 800

l-Artikolu 27 jew 30 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

3 600

l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

5 400


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2008

tas-16 ta’ April 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti April 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’April 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’April 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċcembru 2008, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 75).


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008

(f %)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008

(f kg)

1

09.4211

1,780550

2

09.4212

 (1)

27 783 000

4

09.4214

28,694208

5

09.4215

36,799882

6

09.4216

 (2)

2 014 010

7

09.4217

4,045341

8

09.4218

 (1)

3 478 800


Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.6.2009

(f %)

3

09.4213

3,395585


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti Awstrijaċi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/308/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta’ membru sar battal wara r-riżenja tas-Sur LINHART. Post ta’ membru ieħor sar battal wara l-mewt tas-Sur ZIMPER. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru battala wara r-riżenji tas-Sur MÖDLHAMMER u tas-Sur VÖGERLE.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

is-Sinjura Marianne FÜGL, Vizebürgermeisterin, Marktgemeinde Traisen,

is-Sur Erwin MOHR, Bürgermeister, Marktgemeinde Wolfurt,

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Johannes PEINSTEINER, Bürgermeister, Marktgemeinde St. Wolfgang,

is-Sur Dipl.-Ing. Markus LINHART, Bürgermeister der Stadt Bregenz.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b’effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/309/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura MOERMAN sar vakanti post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Dirk VAN MECHELEN, il-Ministru Fjamming tal-Finanzi, il-Baġit u l-Ġestjoni tat-Territorju, huwa maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat tas-Sinjura MOERMAN, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

li taħtar seba’ membri tar-Renju Unit u seba’ membri supplenti tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/310/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara l-kkunsidra l-proposta tal-Gvern tar-Renju Unit,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Il-postijiet ta’ seba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura ASHTON, is-Sur BODFISH, is-Sinjura Olive BROWN, is-Sinjura COLEMAN, is-Sinjura BUTLER, is-Sur McCONNELL u s-Sinjura OLDFATHER. Il-postijiet ta’ ħames membri supplenti tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur ANGELL, is-Sur FOOTE-WOOD, is-Sinjura KAGAN, is-Sinjura DAVIES u s-Sur LYON. Post wieħed ta’ membru supplenti tbattal wara r-riżenja tas-Sur LOCHHEAD. Post wieħed ta’ membru supplenti jitbattal wara l-ħatra tas-Sur MALCOLM bħala membru,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

Linda GILLHAM, Member of Runnymede Borough Council

Dave WILCOX, Member of Derbyshire County Council

Iain MALCOLM, Member of South Tyneside Council (bidla fil-mandat)

Doris ANSARI, Member of Cornwall County Council

Christine CHAPMAN, Member of the National Assembly of Wales

Keith BROWN, Member of the Scottish Parliament

Irene OLDFATHER, Member of the Scottish Parliament

kif ukoll

(b)

bħala membri supplenti:

Kathy POLLARD, Member of Suffolk County Council

Doreen HUDDART, Member of Newcastle-upon-Tyne City Council

Feryat DEMIRCI, Member of London Borough of Hackney

Cindy HUGHES, Member of Darlington Borough Council

Nerys EVANS, Member of the National Assembly of Wales

Allison McINNES, Member of the Scottish Parliament

Ted BROCKLEBANK, Member of the Scottish Parliament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ April 2008

li taħtar membru Irlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

(2008/311/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Irlandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

BILLI sar vakanti post ta’ membru tal-Kumitat Ekonimku u Soċjali konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Arthur FORBES,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjura Heidi LOUGHEED, Kap ta’ l-IBEC Europe, hija b’dan maħtura bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


Kummissjoni

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Marzu 2008

li tistabbilixxi d-dokument standard għas-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 793)

(2008/312/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom ta' l-20 ta’ Novembru 2006, dwar is-sorveljanza u l-kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tagħha,

Wara li kisbet l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv imwaqqaf skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 21;

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dokument standard ġdid biex jintuża għall-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat fl-ambitu tad-Direttiva 2006/117/Euratom;

(2)

Id-dokument standard ġdid huwa meħtieġ biex ikun applikat għall-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat bejn l-Istati Membri, kif ukoll għall-importazzjoni fil-Komunità u għall-esportazzjonijiet mill-Komunità ta’ dak l-iskart radjoattiv/fjuwil użat u għall-passaġġ tiegħu fil-Komunità minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor;

(3)

Il-miżuri msemmijin f’din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv imwaqqaf skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 21.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokument standard muri fl-Anness għandu jintuża għal kull ġarr ta’ skart radjoattiv jew fjuwil użat bejn Stati Membri jew lejn il-Komunità jew minnha u fiha fl-ambitu tad-Direttiva 2006/117/Euratom.

Artikolu 2

Id-dokument standard għandu jkun disponibbli f’forma elettronika, fil-format ippreżentat mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/552/Euratom (2) għandha tkun revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21.

(2)  ĠU L 268, 29.10.1993, p. 83.


ANNESS

Dokument standard għas-sorveljanza u kontroll tal-ġarr ta’ skart radjoattiv u fjuwil użat

(Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom)

Noti Ġenerali

Taqsimiet A1 sa A6: għandhom jimtlew għall-ġarr ta’ skart radjoattiv u

Taqsimiet B-1 sa B-6: għandhom jimtlew għall-ġarr ta’ fjuwil użat (inkluż fjuwil użat iddestinat biex fl-aħħarnett jintrema u għalhekk huwa kklassifikat bħala skart)

Taqsima A-1 jew B-1 (Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ ġarr): għandha timtela mill-applikant, din li ġejja, skond it-tip ta’ ġarr:

id-detentur fil-każ ta’ ġarr bejn Stati Membri (Tip MM) jew esportazzjoni mill-Komunità għal pajjiż terz (Tip ME);

il-konsinnatarju f’każ ta’ importazzjoni fil-Komunità minn pajjiż terz (Tip IM);

il-persuna responsabbli mill-ġarr fl-Istat Membru li permezz tiegħu l-iskart radjoattiv jew fjuwil użat jidħol fil-Komunità f’każ ta’ passaġġ fil-Komunità (Tip TT).

Taqsima A-2 jew B-2 (Konferma tar-riċevuta ta’ applikazzjoni): għandha timtela mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti interessati, li huma – skond it-tip ta’ ġarr – l-awtoritajiet kompetenti

ta’ l-oriġini f’każ ta’ ġarr tat-tip MM jew ME;

tad-destinazzjoni f’każ ta’ ġarr tat-tip IM;

meta l-ġarr jidħol għall-ewwel darba fil-Komunità f’każ ta’ ġarr tat-tip TT

u l-awtoritajiet kompetenti kollha ta’ l-Istati Membri ta’ passaġġ, jekk ikun hemm.

Taqsima A-3 jew B-3 (Rifjut jew kunsens): għandha timtela mill-awtoritajiet kompetenti kollha interessati.

Taqsima A-4a/A-4b jew B-4a/B-4b (Awtorizzazzjoni jew rifjut ta’ ġarr): għandha timtela mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni, li tkun – skond it-tip ta’ ġarr – l-awtorità kompetenti ta’

l-Istat Membru ta’ oriġini f’każ ta’ ġarr tat-Tip MM u ME,

l-Istat Membru ta’ destinazzjoni f’każ ta’ ġarr tat-Tip IM, jew

l-ewwel Stat Membru ta’ passaġġ, fejn il-ġarr jidħol fil-Komunità f’każ ta’ ġarr tat-Tip TT.

Taqsima A-5 jew B-5 (Deskrizzjoni tal-konsenja/Elenku ta’ pakketti): għandha timtela mill-applikant kif jingħad fit-Taqsima A-1 jew B-1.

Taqsima A-6 jew B-6 (Konferma tar-riċevuta ta’ ġarr): għandha timtela mill-kunsinnatarju (f’każ ta’ ġarr MM u IM) jew mid-detentur (f’każ ta’ ġarr ME) jew mill-persuna responsabbli mill-ġarr (f’każ ta’ ġarr TT).

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti ta’ spjegazzjoni għal kull entrata fit-taqsimiet A-1 sa A-6 u B-1 sa B-6 tad-dokument standard:

Definizzjoni ta’ applikazzjoni mimlija kif imiss: Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ġarr ta’ skart radjoattiv jew fjuwil użat titlesta kif imiss skond kif jingħad fid-Direttiva 2006/117/Euratom, jekk – f’każ ta’ ġarr ta’ skart radjoattiv – kull entrata tat-taqsima A-1, jew – f’każ ta’ ġarr ta’ fjuwil użat – kull entrata tat-taqsima B-1, ikollha l-informazzjoni meħtieġa, jew billi tkun immarkata l-kaxxa rilevanti u titħassar (=tinqata’) l-għażla li ma tapplikax jew billi timtela d-data rilevanti u l-valuri. F’każ ta’ applikazzjoni għal diversi ġarr, l-entrati 8 u 9 jista’ jkollhom figuri approssimattivi.

(1)

L-applikant għandu jimla kif imiss l-entrati kollha minn 1 sa 14. Fl-entrata 1 immarka waħda mill-kaxex bħala dik li tapplika biex turi t-tip ta’ ġarr u semmi l-postijiet rilevanti kollha fil-fruntiera f’każ li pajjiżi terzi jkollhom x’jaqsmu mal-ġarr,:

(a)

Immarka t-Tip MM għal ġarr bejn Stati Membri, li wara jgħaddu minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi.

(b)

Immarka t-Tip IM għal ġarr minn pajjiż terz għal Stat Membru (= importazzjoni fil-Komunità), u ftakar li l-applikazzjoni għandu jkollha prova li l-kunsinnatarju jkun għamel arranġament mad-detentur stabbilit fil-pajjiż terz, u li jkun ġie aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz, li jobbliga lil dak id-detentur li jieħu lura skart radjoattiv jew fjuwil użat jekk il-ġarr ma jkunx jista’ jsir jew jista’ jkun li ma jsirx.

(ċ)

Immarka t-Tip ME għal ġarr minn Stat Membru għal pajjiż terz (= esportazzjoni mill-Komunità), jew

(d)

Immarka t-Tip TT għal ġarr minn pajjiż terz għal pajjiż terz ieħor li jgħaddi minn Stat Membru wieħed jew aktar, billi tiftakar li l-applikazzjoni għandha tinkludi prova li l-kunsinnatarju li jkun stabbilit fil-pajjiż terz ikun għamel arranġament mad-detentur stabbilit fil-pajjiż terz u li jkun ġie aċċettat mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz, li jobbliga lil dak id-detentur li jieħu lura skart radjoattiv jew fjuwil użat jekk il-ġarr ma jkunx jista’ jsir jew jista’ jkun li ma jsirx.

(2)

Billi jimmarka l-kaxxa rilevanti, l-applikant għandu jiddikjara b’mod ċar jekk l-applikazzjoni tkoprix ġarr wieħed biss f’ċertu perjodu ta’ żmien (eż. 05/2010, 2009 jew 2010-2011) jew jekk l-applikazzjoni tkoprix aktar minn ġarr wieħed f’perjodu ta’ żmien, iżda mhux aktar minn perjodu ta’ tliet snin mid-data ta’ l-awtorizzazzjoni. Tista’ tintbagħat applikazjoni waħda għar-rigward ta’ aktar minn ġarr wieħed, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jitħarsu kif stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2006/117/Euratom, jiġifieri li:

(a)

l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat relatat miegħu ikollu essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u radjoattivi; u

(b)

id-diversi ġarr isiru mill-istess detentur lill-istess kunsinnatarju u jkunu mdaħħla l-istess awtoritajiet kompetenti, u

(ċ)

meta d-diversi ġarr jgħaddu minn pajjiżi terzi dak il-passaġġ isir mill-istess post ta’ dħul fil-fruntiera għal u/jew ħruġ mill-Komunità u mill-istess post(ijiet) fil-fruntiera tal-pajjiż terz ikkonċernat jew pajjiżi terzi kkonċernati, sakemm ma jkunx miftiehem xort’oħra bejn l-awtoritajiet kompetenti interessati.

(3)

L-applikant għandu jagħti l-postijiet relevanti fil-fruntiera f’każ li pajjiż terz wieħed jew aktar ikollhom x’jaqsmu mal-ġarr. Dawn il-postijiet fil-fruntiera għandhom ikunu l-istess għall-ġarr kollu milqut bl-applikazzjoni sakemm ma jkunx miftiehem xort’oħra bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(4)

L-applikant għandu jniżżel l-isem kummerċjali tiegħu, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt. L-isem kummerċjali, magħruf ukoll bħala l-isem tal-kummerċ jew l-isem tan-negozju, huwa l-isem li bih azjenda tinnegozja għal skopijiet kummerċjali, għalkemm l-isem legali rreġistrat tagħha, użat fil-kuntratti u f’sitwazzjonijiet oħra formali, jista’ jkun differenti. L-applikant għandu jimmarka l-kaxxa skond il-każ biex jispjega l-funzjoni tiegħu, li tkun din li ġejja, skond it-tip ta’ ġarr:

(a)

bħala d-detentur f’każ ta’ ġarr bejn Stati Membri (Tip MM) jew esportazzjoni mill-Komunità għal pajjiż terz (Tip ME);

(b)

bħala l-kunsinnatarju f’każ ta’ importazzjoni fil-Komunità minn pajjiż terz (Tip IM);

(ċ)

bħala l-persuna responsabbli mill-ġarr fl-Istat Membru li minnu l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat jidħol fil-Komunità f’każ ta’ passaġġ fil-Komunità (Tip TT).

(5)

L-applikant għandu jniżżel l-isem kummerċjali, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-post fejn l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat ikun miżmum qabel il-ġarr, li jistgħu ikunu differenti mill-indirizz ta’ l-applikant.

(6)

L-applikant għandu jniżżel l-isem kummerċjali, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kunsinnatarju. F’każ ta’ ġarr tat-tip IM, din l-informazzjoni hija l-istess bħal dik ta’ l-entrata 4.

(7)

L-applikant għandu jniżżel l-isem kummerċjali, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-post fejn ikun ser jinżamm l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat wara l-ġarr, li jistgħu ikunu differenti mill-indirizz tal-kunsinnatarju.

(8)

L-applikant għandu jimla l-partijiet kollha jew billi jimmarka l-kaxxa skond il-każ (jista’ jkun hemm aktar minn tweġiba waħda), jew billi jniżżel il-karatteristiċi speċifiċi u l-valuri ta’ l-iskart radjoattiv jew tal-fjuwil użat. Dawn il-figuri jistgħu jkunu approssimattivi f’każ ta’ diversi ġarr.

(9)

L-applikant għandu jimla l-entrata 9 kollha fejn il-figuri jistgħu jkunu approssimattivi.

(10)

L-applikant għandu jimmarka u jispjega t-tip ta’ attività li tagħti lok għall-iskart radjoattiv jew għall-fjuwil użat u jimmarka l-kaxxa jew kaxex skond il-każ jew jispeċifika kull attività oħra. Jista’ jkun hemm aktar minn tweġiba waħda.

(11)

L-applikant għandu jfisser l-għan tal-ġarr u jimmarka l-kaxxa skond il-każ (tweġiba waħda biss hija possibbli) jew jispeċifika kull għan ieħor.

(12)

L-applikant għandu jagħmel lista, kif ippjanat, tal-modi differenti ta’ trasport maħsubin għall-ġarr (bl-art, bil-ferrovija, bil-baħar, bl-ajru, minn kanali interni ta’ navigazzjoni) u jżid bl-istess mod il-punt rilevanti tat-tluq, il-punt tal-wasla u t-trasportatur indikat (jekk ikun diġà magħruf). Huwa possibbli li jkun hemm bidliet għal din l-iskeda fi stadju aktar tard matul il-proċedura ta’ l-applikazzjoni u dawn għandhom ikunu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti iżda ma jeħtiġilhomx applikazzjoni mill-ġdid għall-approvazzjoni.

(13)

L-applikant għandu jagħmel lista tal-pajjiżi kollha mdaħħlin fil-ġarr, u jibda mill-ewwel Stat Membru jew pajjiż terz fejn l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat ikunu miżmuma u jtemm bl-aħħar Stat Membru jew pajjiż terz fejn ikunu ser jinżammu wara li jintemm il-ġarr. Jekk l-applikant ikun jixtieq jibdel il-lista sekwenzjali ta’ pajjiżi, tkun meħtieġa ssir applikazzjoni mill-ġdid.

(14)

L-applikant għandu jiddikjara min ikun ser jieħu lura l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat f’każ li l-ġarr ma jkunx jista’ jsir jew jekk il-kundizzjonijiet tal-ġarr ma jkunux jistgħu jitħarsu. Meta l-ġarr ikun tat-tip IM jew TT, l-applikant għandu jehmeż ma’ l-applikazzjoni prova ta’ arranġament bejn il-kunsinnatarju fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni u d-detentur ta’ l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat fil-pajjiż terz li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz.

Wara li jkun mela l-entrati minn 1 sa 14 l-applikant għandu jibgħat it-taqsima 1 tad-dokument standard lill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni għall-ġarr.

L-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni jew rifjut għall-ġarr hija din li ġejja, skond it-tip ta’ ġarr:

l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini f’każ ta’ ġarr bejn l-Istati Membri (Tip MM) u esportazzjonijiet mill-Komunità (Tip ME);

l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni f’każ ta’ importazzjoni fil-Komunità (Tip IM);

l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru ta’ passaġġ, fejn il-ġarr jidħol fil-Komunità f’każ ta’ passaġġ fil-Komunità (Tip TT).

Id-data rilevanti ta’ kuntatti tista’ tinġabar mill-pjattaforma ta’ komunikazzjoni elettronika imwaqqfa u miżmuma mill-Kummissjoni jew mil-lista ppubblikata ta’ awtoritajiet kompetenti.

(15)

Minnufih malli tirċievi l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni għall-ġarr għandha

(a)

iddaħħal in-numru ta’ reġistrazzjoni fin-naħa ta’ fuq ta’ kull taqsima tad-dokument standard, u tibda mit-taqsima 1,

(b)

tivverifika li l-entrati kollha tat-taqsima 1 ikunu mimlija kif imiss mill-applikant,

(ċ)

timla l-entrata 15 tat-taqsima 2 u tagħmel kopji biżżejjed tat-taqsimiet 1, 2 u 3 għal kull Stat Membru jew Pajjiż kkonċernati. Pajjiżi terzi ta’ passaġġ ikunu kkonsultati għal skop ta’ informazzjoni biss.

(16)

L-awtorità kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni għandha

(a)

timla, skond il-każ, l-entrata 16 tat-taqsima 2 (u 18 tat-taqsima 3) għal kull awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri jew Pajjiżi kkonċernati kif elenkati fl-entrata 13, li l-kunsens tagħhom ikun meħtieġ biex il-ġarr ikun awtorizzat, u

(b)

tibgħat l-applikazzjoni mimlija kif imiss (taqsima 1) flimkien mat-taqsima 2 – mingħajr dewmien – għall-kunsens lil kull awtorità kompetenti kkonċernata msemmija fl-entrata 16.

(17)

L-entrata 17 timtela mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i). Id-data ta’ l-applikazzjoni u tar-riċevuta għandhom jiddaħħlu minnufih malli tasal l-applikazzjoni. Fi żmien 20 jum mid-data li fiha tkun irċevietha, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tkunx imtliet kif imiss (l-entrati kollha minn 1 sa 14 għandhom jimtlew u ebda informazzjoni ma għandha tkun nieqsa; xi figuri jistgħu ikunu approssimattivi). 17(a) jew 17(b) biss għandhom japplikaw; jekk jogħġbok ħassar kif japplika.

(a)

Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ passaġġ, jekk ikun hemm, jew ta’ destinazzjoni, iqisu li l-applikazzjoni ma tkunx mimlija kif imiss, huma għandhom jimlew l-entrata 17(a) kollha, iħassru l-entrata 17(b) u jinnotifikaw it-talba tagħhom għal informazzjoni nieqsa lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni (kif hemm referenza għaliha fl-entrata 15). Huma għandhom jgħidu b’mod ċar liema informazzjoni tkun nieqsa (imla jew ehmeż dokument). L-awtorità kompetenti li titlob l-informazzjoni nieqsa jeħtiġilha tibgħat kopji tat-taqsima 2 lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha ta’ l-Istati Membri kkonċernati li hemm referenza għalihom fl-entrata 13 fi żmien 20 jum minn meta tkun waslet l-applikazzjoni. Id-data rilevanti ta’ kuntatt tista’ tinġabar mill-pjattaforma ta’ komunikazzjoni elettronika imwaqqfa u miżmuma mill-Kummissjoni jew mil-lista ppubblikata ta’ awtoritajiet kompetenti. Jekk Stat Membru wieħed kkonċernat iqis li l-applikazzjoni ma tkunx mimlija kif imiss, il-proċedura titwaqqaf. F’dan il-każ, ukoll jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni tqis li l-applikazzjoni tkun mimlija kollha kif imiss, huma jistgħu ma jibagħtux konferma tar-riċevuta sakemm l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet riċevuta u sakemm ebda talba oħra ma tkun intbagħtet fi żmien 10 ijiem mir-riċevuta ta’ l-informazzjoni nieqsa. Din il-proċedura tista’ tkun imtennija sakemm l-informazzjoni nieqsa kollha tkun ġiet riċevuta u ma jkunu ntbagħtu ebda talbiet oħra għal informazzjoni nieqsa.

Mhux aktar tard minn 10 ijiem mill-iskadenza ta’ 20 jum mir-riċevuta ta’ l-applikazzjoni, jekk ma tkun riċevuta ebda talba għal informazzjoni nieqsa fi żmien 20 jum u jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat tqis l-applikazzjoni bħala kompluta kif imiss jeħtiġilha tibgħat it-taqsima 2 lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni kif hemm referenza għaliha fl-entrata 15 u kopji tagħha lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha ta’ l-Istati Membri kkonċernati bħal ma jingħad fl-entrata 13. Id-data rilevanti ta’ kuntatt tista’ tinġabar mill-pjattaforma ta’ komunikazzjoni elettronika mwaqqfa u miżmuma mill-Kummissjoni jew mil-lista ppubblikata ta’ awtoritajiet kompetenti.

Jista’ jkun hemm ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha ta’ l-Istati Membri kkonċernati dwar perjodi iqsar ta’ żmien.

(b)

Biex l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jitolbu għal informazzjoni nieqsa fi żmien 20 jum wara li tkun ġiet riċevuta l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni m’għandhiex toħroġ il-konferma tagħha tar-riċevuta qabel tagħlaq l-iskadenza ta’ 20 jum. Malli tagħlaq l-iskadenza ta’ 20 jum, jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ destinazzjoni tqis l-applikazzjoni bħala kompluta kif imiss u jekk ebda Stat Membru ieħor ma jkun interessat jew ebda awtorità kompetenti oħra kkonċernata ma tkun talbet għal informazzjoni nieqsa, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandha timla l-entrata 17(b).

(18)

Malli tirċievi l-konferma tar-riċevuta ta’ applikazzjoni mimlija kif imiss mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni l-awtorità kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni għandha tivverifika jekk ikunux ġew rispettati l-iskadenzi, u timla l-entrata 18 kollha tat-taqsima 3 għal kull Stat Membru kkonċernat, kif elenkati fl-entrata 13, u li l-kunsens tagħhom ikun meħtieġ biex il-ġarr ikun awtorizzat.

L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha ddaħħal annotamenti addizzjonali meħtieġa fl-entrata 18.

(19)

L-awtorità kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni għandha timla l-iskadenza ġenerali għal approvazzjoni awtomatika, li tapplika għall-Istati Membri kollha kkonċernati. Din id-data ta’ skadenza tiġi ġeneralment xahrejn wara d-data tal-konferma tar-riċevuta ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni kif jingħad fl-entrata 17(b). Imbagħad l-awtorità kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni għandha tibgħat it-taqsima 3 dwar il-kunsens jew rifjut lill-Istati Membri jew pajjiżi kollha kkonċernati.

Malli tirċievi t-taqsima 3, kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ aktar żmien biex ikun deċiż dwar ir-rifjut jew kunsens għall-ġarr. Jista’ jintalab perjodu addizzjonali ta’ xahar permezz tat-tħassir ta’ l-iskadenza ġenerali fl-entrata 19 u bil-mili ta’ l-iskadenza l-ġdida, u billi tkun notifikata l-iskadenza estiża lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati.

(20)

L-awtorità kompetenti in kwistjoni għandha tqis sewwa l-applikazzjoni. Mhux aktar tard mill-għeluq ta’ l-iskadenza għall-approvazzjoni awtomatika, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha timla l-entrata 20 u tibgħat lura l-kopja oriġinali tat-taqsima 3 (oriġinal skanjat jekk jintbagħat bil-posta elettronika) lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni (bħal ma jingħad fl-entrata 15). F’każ li l-kunsens ma jingħatax, għandhom jingħataw raġunijiet u dawn għandhom ikunu msejsa (għall-Istati Membri ta’ Tranżitu) fuq il-liġi rilevanti nazzjonali Komunitarja jew il-liġi internazzjonali applikabbli għall-ġarr ta’ materjal radjoattiv jew – għall-Istati Membri ta’ destinazzjoni – fuq il-liġi applikabbli għall-kontroll ta’ skart radjoattiv jew fjuwil użat jew fuq il-liġi rilevanti nazzjonali, Komunitarja jew il-liġi internazzjonali applikabbli għall-ġarr ta’ materjal radjoattiv. Kull kundizzjoni imposta m’għandhiex tkun aktar iebsa minn dawk stabbiliti għal ġarr simili fl-Istati Membri. In-nuqqas li dokument standard jimtela u jintbagħat saż-żmien stabbilit għandu jitqies bħala li jkun ingħata l-kunsens għall-applikazzjoni ta’ ġarr, bla ħsara għall-Artikolu 9 (2) tad-Direttiva 2006/117/Euratom.

(21)

L-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni għall-ġarr għandha timla l-entrati 21 sa 23, meta l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha jkunu taw il-kunsens meħtieġ tagħhom għall-ġarr, waqt li jitfakkar li kunsens taċitu għandu jitqies li jkun ingħata biss jekk:

(a)

il-konferma tar-riċevuta tkun waslet (ta’ l-anqas) mingħand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni (kif hemm referenza għal dan fl-entrata 17(b)), u

(b)

ebda talba għal informazzjoni nieqsa ma tkun baqgħet mingħajr tweġiba, u

(ċ)

ebda tweġiba (la kunsens u lanqas rifjut) ma tkun waslet sa l-iskadenzi applikabbli li jissemmew fl-entrata 19 mingħand l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

(22)

L-awtorità kompetenti msemmija fl-entrata 21 għandha telenka jew tehmeż, jekk l-ispazju li jkun hemm ma jkunx biżżejjed, kull kunsens (inklużi l-kundizzjonijiet) u kull rifjut (inklużi r-raġunijiet) li jkunu waslu, jekk ikun hemm, mingħand l-awtoritajiet kompetenti kollha konċernati.

(23)

L-awtorità kompetenti msemmija fl-entrata 21 għandha

(a)

timla l-entrata 23 kollha u tiftakar li l-perjodu massimu għall-validità ta’ l-awtorizzazzjoni huwa ta’ tliet snin u li awtorizzazzjoni waħda tista’ tkopri aktar minn ġarr wieħed, meta jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2007/117/Euratom,

(b)

tibgħat l-oriġinal tat-taqsima 4a lill-applikant flimkien mat-taqsimiet 1, 4a, 5 u 6, u

(ċ)

tibgħat kopji tat-taqsima 4a lill-awtoritajiet l-oħra kollha kompetenti kkonċernati.

(24)

L-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ ta’ l-awtorizzazzjoni għall-ġarr għandha timla l-entrati 24 sa 25 kollha, jekk ta’ l-anqas waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma tkunx tat il-kunsens tagħha għall-ġarr.

(25)

L-awtorità kompetenti msemmija fl-entrata 24 għandha telenka jew tehmeż kull kunsens u kull rifjut li tkun irċeviet, inklużi l-kundizzjonijiet u r-raġunijiet kollha għar-rifjut u tibgħat il-kopja oriġinali tat-taqsima 4b lill-applikant u kopji ta’ din it-taqsima lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra kollha.

(26)

Jekk il-ġarr ikunu ġie awtorizzat u l-applikant ikun irċieva t-taqsimiet 4a, 5 u 6, huwa għandu jimla kif imiss l-entrata 26. F’każ li l-applikazzjoni tolqot diversi ġarr, huwa għandu jagħmel kopji biżżejjed tat-taqsima 5 għal kull ġarr.

(27)

L-applikant għandu jimmarka l-kaxxa skond il-każ, u jindika jekk l-awtorizzazzjoni tkoprix ġarr wieħed jew diversi ġarr. F’każ ta’ diversi ġarr, għandu jiddaħħal in-numru adattat tas-serje.

(28)

Qabel kull ġarr l-applikant għandu jimla kif imiss l-entrati minn 28 sa 30 (ukoll jekk l-awtorizzazzjoni tirreferi għal diversi ġarr). F’din it-taqsima, il-figuri m’għandhomx ikunu approssimattivi!

(29)

L-applikant għandu jimla kif imiss l-entrata 29 (lista ta’ pakketti) u jindika fl-aħħar l-għadd totali ta’ pakketti, l-għadd totali ta’ kull tip ta’ pakkett, il-massa totali netta, il-massa totali gross u l-attività totali (GBq) tal-pakketti kollha. Jekk l-ispazju mogħti fid-dokument ma jkunx biżżejjed, jekk jogħġbok ehmeż lista separata bl-informazzjoni mitluba.

(30)

L-applikant għandu jimla kif imiss l-entrata 30 (data ta’ tluq u dikjarazzjoni) qabel kull ġarr ta’ skart radjoattiv jew fjuwil użat (ukoll jekk l-awtorizzazzjoni tkun tirreferi għal diversi ġarr). Flimkien mat-taqsimiet 1 u 4a, it-taqsima 5 tmur ma’ l-iskart radjoattiv jew fjuwil użat waqt li jkunu qed jinġarru. Id-deskrizzjoni tal-konsenja u l-lista ta’ pakketti (taqsima 5) mbagħad tinhemeż mat-taqsima 6 (konferma tar-riċevuta).

(31)

Il-kunsinnatarju (f’każ ta’ ġarr MM u IM), id-detentur (f’każ ta’ ġarr ME) jew il-persuna responsabbli mill-ġarr (f’każ ta’ ġarr TT) għandhom jimlew kif imiss l-entrati 31 sa 35 (36, jekk ikun japplika); b’kull żieda meħtieġa ssir mill-applikant. Iżda, kunsinnatarju li jkun jinsab barra mill-Komunità Ewropea jista’ jagħti konferma tar-riċevuta ta’ l-iskart radjoattiv jew fjuwil użat permezz ta’ dikjarazzjoni separata mid-dokument standard.

(32)

Il-kunsinnatarju għandu jagħti kif imiss l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-post fejn ikun miżmum l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat wara l-ġarr.

(33)

Il-kunsinnatarju għandu jimla l-entrata 33 (kif hemm imsemmi fl-entrata 23) u jindika jekk il-ġarr riċevut ikunx l-aħħar vjaġġ kopert bl-awtorizzazzjoni.

(a)

F’każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tkopri ġarr wieħed tat-tipi MM jew IM, il-kunsinnatarju għandu jimla t-taqsima 6 fi żmien 15-il jum minn meta jirċievi l-iskart radjoattiv jew il-fjuwil użat u jibgħat it-taqsimiet 5 u 6 lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni mbagħad tibgħat kopji tat-taqsimiet 5 u 6 lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati (u, fejn ikun jaqbel, l-oriġinal ta’ dawn iż-żewġ taqsimiet lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni). Għal ġarr tat-tip MM, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini għandha tibgħat konferma tar-riċevuta lid-detentur.

(b)

F’każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tkopri ġarr wieħed tat-tip ME jew TT l-applikant għandu jiżgura li l-kunsinnatarju li jkun jinsab barra mill-Komunità Ewropea jibgħatlu t-taqsima 5 u t-taqsima 6 kompluti kif imiss minnufih malli jirċievi l-iskart radjoattiv jew fjuwil użat. It-taqsima 6 tista’ tkun sostitwita b’dikjarazzjoni tal-kunsinnatarju li ta’ l-anqas tagħti l-informazzjoni li hemm fl-entrati 31 sa 36. Fi żmien 15-il jum wara r-riċevuta ta’ l-iskart radjoattiv jew fjuwil użat, l-applikant għandu jgħaddi t-taqsima 5, it-taqsima 6 (jekk il-kunsinnatarju ma jkunx għamel użu mit-taqsima 6, l-applikant għandu jimliha) u, fejn japplika, jimla d-dikjarazzjoni tal-kunsinnatarju, lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni. Din l-awtorità għandha mbagħad tibgħat kopji tat-taqsimiet 5 u 6, u, fejn japplika, id-dikjarazzjoni tal-kunsinnatarju, lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti kkonċernati.

(ċ)

Fil-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tkopri diversi ġarr tat-tipi MM jew IM, il-kunsinnatarju għandu jimla it-taqsima 6 wara kull ġarr (wara li jkun għamel diversi kopji ta’ taqsima 6 vojta għal dan il-għan) u jibgħat din it-taqsima direttament lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni. Il-kunsinnatarju għandu jehmeż it-taqsima 5 li jkollha x’taqsam ma’ l-istess ġarr.

(d)

Fil-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tkopri diversi ġarr tat-tipi ME jew TT l-applikant għandu jiżgura li wara kull ġarr il-kunsinnatarju li jkun jinsab barra mill-Komunitajiet Ewropej jimla għal kull ġarr kopja (vojta) tat-taqsima 6 u jibgħatha lura flimkien mat-taqsima 5 skond il-każ.

(34)

Il-kunsinnatarju għandu jimmarka “mhux applikabbli” jew jimla l-entrata 34 għal ġarr tat-tip ME jew TT jew jehmeż dikjarazzjoni separata u jagħti r-referenza lill-anness.

(35)

Il-kunsinnatarju għandu jimla l-entrata 35 meta ġarr wieħed jew il-ġarr kollu kopert bl-awtorizzazzjoni jkunu twettqu. Fil-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tkopri diversi ġarr, il-konferma finali tar-riċevuta titlesta u tintbagħat bħallikieku l-awtorizzazzjoni kienet valida għal ġarr wieħed biss ħlief li:

(a)

Għandu jkun iddikjarat fl-entrata 30 tat-taqsima 6 li l-ġarr kkonċernat ikun l-aħħar ġarr kopert bl-awtorizzazzjoni.

(b)

Kull dikjarazzjoni magħmula minn kunsinnatarju li jkun jinsab barra mill-Komunitajiet Ewropej għandha tiddikjara li l-iskart kollu radjoattiv jew il-fjuwil użat kopert bl-awtorizzazzjoni għall-ġarr ikun wasal tassew.

Il-kunsinnatarju għandu jibgħat it-taqsima 6 (konferma tar-riċevuta) flimkien mat-taqsima 5, skond it-tip ta’ ġarr, lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni f’każ ta’ ġarr tat-tip MM jew IM, jew lill-applikant, kif hemm imsemmi fl-entrata 5 (taqsima 1) f’każ ta’ ġarr tat-Tip ME jew TT. Biex tingħata stampa ġenerali, it-taqsima 6 għal kull wieħed mill-ġarr koperti bl-awtorizzazzjoni għandha tinhemeż mal-konferma finali tar-riċevuta.

(36)

Il-kunsinnatarju għandu jimmarka “mhux applikabbli” jew jimla l-entrata 36 f’każ ta’ ġarr tat-tip ME jew TT, jew jissostitwiha b’dikjarazzjoni separata, u jagħmel referenza għall-anness. L-applikant għandu jibgħat it-taqsimiet 5 u 6 lill-awtorità li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni. Biex tingħata stampa ġenerali, it-taqsima 6 għal kull ġarr kopert bl-awtorizzazzjoni għandha tinhemeż mal-konferma finali tar-riċevuta.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ CHAD/2/2008

tat-18 ta' Marzu 2008

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

(2008/313/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal-15 ta' Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari ta’ l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1) (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 10(5) ta' l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti għall-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri għall-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA.

(2)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta' Diċembru 2000 u ta' Brussell ta' l-24 u l-25 ta' Ottubru 2002 stabbilixxew l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet u fl-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri.

(3)

Il-Kumitat ta' Kontributuri ser ikollu rwol ċentrali fil-ġestjoni ta' kuljum ta' l-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA. Huwa ser ikun il-forum prinċipali fejn l-Istati kontribwenti kollettivament jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma' l-impjieg tal-forzi tagħhom fl-operazzjoni. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjoni, ser jieħu kont ta' l-opinjonijiet espressi mill-Kumitat ta' Kontributuri.

(4)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment u termini ta' referenza

Huwa b'dan stabbilit Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (“KK”). It-termini ta' referenza tiegħu huma stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza u ta' Brussell.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-membri tal-KK għandhom ikunu kif ġej:

rappreżentanti ta' l-Istati Membri kollha,

rappreżentanti ta' l-Istati terzi parteċipanti fl-operazzjoni u li jipprovdu kontributi militari sinifikattivi, kif imsemmi fl-Anness.

2.   Il-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE, id-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari ta' l-Unjoni Ewropea, jew ir-rappreżentanti tagħhom u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jattendu għal-laqgħat tal-KK.

3.   Jistgħu jiġu mistiedna terzi persuni għal partijiet rilevanti tad-diskussjoni, skond il-każ.

Artikolu 3

Presidenza

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Presidenza, għal din l-operazzjoni l-KK ser ikun presjedut mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jew mir-rappreżentant tiegħu f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Presidenza u mal-President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (CEUMC) jew mir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 4

Laqgħat

1.   Il-KK għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, jistgħu jissejħu laqgħat ta' emerġenza fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta' membru.

2.   Il-President tal-KK għandu jiċċirkola minn qabel aġenda provviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Għandu jiġi ċċirkolat wara kull laqgħa sommarju tal-proċedimenti tal-laqgħat.

Artikolu 5

Proċedura

1.   Ħlief kif previst fil-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-KPS u għar-responsabbiltajiet tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE,

għandha tapplika l-unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati li jikkontribwixxu għall-operazzjoni meta l-KK jieħu deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta' kuljum ta' l-operazzjoni,

għandha tapplika l-unanimità tal-membri tal-KK meta l-KK jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar aġġustamenti possibbli għall-ippjanar operattiv, inklużi aġġustamenti possibbli għall-objettivi.

L-astensjoni ta' membru m'għandhiex tipprekludi l-unanimità.

2.   Il-President tal-KK għandu jistabbilixxi li l-maġġoranza tar-rappreżentanti ta' l-Istati intitolati li jieħdu sehem fil-deliberazzjonijiet tkun preżenti.

3.   Il-kwistjonijiet proċedurali kollha għandhom jiġu riżolti b'maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti fil-laqgħa.

4.   Id-Danimarka m'għandha tieħu sehem f'ebda deċiżjoni tal-Kumitat.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar is-Sigurtà għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KK. B'mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KK għandhom ikunu fil-pussess ta' awtorizzazzjonijiet ta' sigurtà adegwati.

2.   Id-deliberazzjonijiet tal-KK għandhom ikunu koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali, ħlief meta l-KK b'mod unanimu jiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2008

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.


ANNESS

Lista ta' Stat(i) terz(i) msemmija fl-Artikolu 2(1)

l-Albanija


17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/62


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/314/PESK

ta’ l-14 ta’ April 2008

dwar l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa, li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jeħtieġ jittieħdu kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll f’pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni.

(2)

L-UE qed timplimenta attivament din l-Istrateġija u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari bir-rilaxx ta’ riżorsi finanzjarji għall-appoġġ ta’ proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali ta’ l-Enerġija Atomika (IAEA).

(3)

Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK dwar l-universalizzazzjoni u r-rinfurzar ta’ ftehim multilaterali fil-qasam tan-non-proliferazzjoni ta’ l-armi ta’ qerda tal-massa u l-mezzi ta’ twassil (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost oħrajn, għall-promozzjoni tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ salvagwardji komprensivi ta’ l-IAEA u l-Protokolli Addizzjonali, u timpenja lill-UE biex taħdem biex il-Protokoll Addizzjonali u l-ftehim ta’ salvagwardji komprensivi jsiru l-istandard għas-sistema ta’ verifika ta’ l-IAEA.

(4)

Fis-17 ta’ Mejju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/495/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ l-IAEA taħt il-Programm ta’ Sigurtà Nukleari tagħha u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa (2).

(5)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/574/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa (3).

(6)

Fit-12 ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/418/PESK dwar l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa (4).

(7)

Fit-22 ta’ Diċembru 2003 il-Kunsill adotta d-Direttiva 2003/122/Euratom dwar il-kontroll ta’ sorsi radjuattivi ssiġillati ta’ attività għolja u ta’ sorsi orfni (5). Sa fejn hi kkonċernata l-UE it-tisħiħ tal-kontroll ta’ sorsi radjuattivi ta’ attività għolja fil-pajjiżi terzi kollha, skond id-dikjarazzjoni tal-G-8 u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi, jibqa’ objettiv importanti li għandu jiġi segwit.

(8)

F’Lulju 2005, l-Istati Partijiet u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika qablu b’kunsens li jemendaw il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta’ Materjal Nukleari (CPPNM) bil-ħsieb li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni biex jinkludi materjal u faċilitajiet nukleari fl-użu u l-ħżin domestiku paċifiku, kif ukoll fit-trasport, u biex l-Istati Partijiet ikollhom iqiegħdu l-vjolazzjonijiet taħt sanzjonijiet kriminali.

(9)

F’Settembru 2005, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Soppressjoni ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari (Konvenzjoni dwar it-Terroriżmu Nukleari) infetħet għall-firma. Ladarba tidħol fis-seħħ, din ser teħtieġ li l-Istati Partijiet japplikaw leġiżlazzjoni li tikkriminalizza dawn ir-reati.

(10)

L-IAEA ssegwi l-istess objettivi bħal dawk imniżżla fil-Premessi (3) sa (9). Dan isir permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari tagħha li huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji għall-Fond għas-Sigurtà Nukleari ta’ l-IAEA,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

1.   Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni immedjata u prattika ta’ ċerti elementi ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa, l-UE għandha tappoġġa l-attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari sabiex jitmexxew 'il quddiem l-objettivi li ġejjin:

(a)

il-ħidma lejn l-universalizzazzjoni tan-non-proliferazzjoni internazzjonali u ta’ strumenti għal sigurtà nukleari, inkluż il-ftehim dwar salvagwardji komprensivi u l-Protokoll Addizzjonali;

(b)

it-titjib tal-protezzjoni ta’ materjali u tagħmir sensittiv għall-proliferazzjoni u t-teknoloġija rilevanti u l-forniment ta’ assistenza leġislattiva u regolatorja fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari;

(ċ)

it-tisħiħ ta’ l-iskoperta ta’ u r-risposta għal traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari u materjali radjuattivi oħra.

2.   Il-proġetti ta’ l-IAEA, li jikkorrispondu għal miżuri ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE, huma l-proġetti li jimmiraw għal:

(a)

it-tisħiħ ta’ infrastrutturi nazzjonali leġislattivi u regolatorji għall-implimentazzjoni ta’ strumenti internazzjonali rilevanti fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari, inklużi l-ftehim ta’ salvagwardji komprensivi u l-Protokoll Addizzjonali;

(b)

l-għajnuna lill-Istati fit-tisħiħ tas-sigurtà u l-kontroll ta’ materjal nukleari u materjali radjuattivi oħra;

(ċ)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ l-Istati għall-iskoperta u r-risposta għal traffikar illeċitu ta’ materjal nukleari u materjali radjuattivi oħra.

Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu f’pajjiżi li għandhom bżonn assistenza f’dawn l-oqsma wara valutazzjoni inizjali mwettqa minn tim ta’ esperti.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-Presidenza, assistita mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurta’ Komuni (SĠ/RGħ), għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ.

2.   Il-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandhom jitwettqu mill-IAEA. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza. Għal dan l-għan, is-SĠ/RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa ma’ l-IAEA.

3.   Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin infurmati regolarment bil-proġetti, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 7 703 000.

2.   L-ispiża ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta ta’ l-ispiża msemmija fil-paragrafu 2, li għandha tieħu s-sura ta’ għotja. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament ma’ l-IAEA. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-IAEA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni ta’ l-UE, b’mod xieraq għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha taħdem sabiex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Hija għandha tgħarraf lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Il-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta abbażi ta’ rapporti regolari ppreparati mill-IAEA. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu il-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ. Hija għandha tipprovdi tagħrif dwar l-aspetti finanzjarji ta’ l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 5

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 15-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju bejn il-Kummissjoni u l-IAEA jew fl-14 ta’ April 2009. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta’ finanzjament qabel dik id-data.

Artikolu 6

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34.

(2)  ĠU L 182, 19.5.2004, p. 46.

(3)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 44.

(4)  ĠU L 165, 17.6.2006, p. 20.

(5)  ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57.


ANNESS

Appoġġ ta’ l-UE għall-attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa

1.   Deskrizzjoni

L-għadd ta’ inċidenti ta’ terroriżmu fl-Istati Membri ta’ l-UE u fi bnadi oħra tul dawn l-aħħar snin ma wrew ebda sinjal li qed jonqsu. Il-komunità internazzjonali rrikonoxxiet f’diversi fora li r-riskju ta’ atti li jirnexxu ta’ terroriżmu nukleari li jinvolvi materjal nukleari jew materjal ieħor radjuattiv għadu għoli. Barra minn hekk, rapporti reċenti ta’ traffikar illeċitu, li wkoll jinvolvi materjal nukleari partikolarment sensittiv, issottolinjaw ir-riskju kontinwu li terroristi jistgħu jakkwistaw tali materjali.

Il-komunità internazzjonali rreaġixxiet b’mod qawwi għal dawn il-perikli u ħadet diversi inizjattivi mmirati lejn il-prevenzjoni tal-possibbiltà li materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor jaqa’ f’idejn persuni kriminali u terroristi. Inġibdet attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni fl-Asja mis-Seminar dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Nukleari fil-Pajjiżi Asjatiċi, li sar f’Tokjo f’Novembru 2006, u li appella lill-IAEA biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha ma’ l-Istati fir-reġjun biex tiżgura li jiġu applikati livelli aċċettabbli ta’ sigurtà għall-materjal nukleari u l-materjal radjuattiv ieħor kollu taħt il-ġurisdizzjonijiet nazzjonali u skond sistemi u funzjonijiet nazzjonali effettivi. Ingħatat spinta akbar lill-isforzi internazzjonali permezz tat-tnedija f’Lulju 2006 ta’ l-Inizjattiva Globali għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu Nukleari.

Il-verifika ta’ l-IAEA tibqa’ għodda indispensabbli għall-bini ta’ fiduċja fost l-Istati fir-rigward ta’ impenji ta’ non-proliferazzjoni nukleari, u għall-avvanz ta’ l-użu paċifiku ta’ materjal nukleari.

Żviluppi internazzjonali reċenti rriżultaw f’sett ġdid u msaħħaħ ta’ strumenti legali internazzjonali li huma rilevanti għas-sigurtà u l-verifika nukleari: f’Lulju 2005, l-Istati Partijiet adottaw l-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari; il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Soppressjoni ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari nfetħet għall-iffirmar f’Settembru 2005; u f’April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-riżoluzzjoni 1540(2004) li titratta l-armi ta’ qerda tal-massa u l-atturi li m’humiex Stati. Ir-riżoluzzjoni 1373 (2001) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tappella lill-Istati kollha biex malajr kemm jista’ jkun isiru partijiet fil-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali rilevanti relatati mat-terroriżmu.

Sa issa, aktar minn 80 Stat daħlu għal impenn politiku li jimplimentaw il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Sorsi Radjuattivi (1). Barra minn hekk, fl-2005 l-Konferenza Ġenerali u l-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-IAEA adottaw numru ta’ riżoluzzjonijiet u deċiżjonijiet għat-tisħiħ tas-sistema ta’ salvagwardji ta’ l-IAEA (2).

L-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti internazzjonali mill-Istati tista’ tkun iffaċilitata b’mod sinifikattiv, sa ċertu punt, mill-għajnuna pprovduta permezz tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari ta’ l-IAEA għall-2006-2009, li ġie approvat mill-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-IAEA f’Settembru 2005 (3). Din hija kontinwazzjoni għall-Pjan ta’ Attivitajiet 2003-2005 għall-protezzjoni kontra t-terroriżmu nukleari (4). Il-Pjan għas-Sigurtà Nukleari jinkludi tliet oqsma ta’ attività: (1) Valutazzjoni, analiżi u koordinazzjoni tal-ħtiġijiet, (2) Prevenzjoni, u (3) Skoperta u risposta. Huwa jinkludi wkoll parti msemmija bħala “Attivitajiet li Jappoġġaw is-Sigurtà Nukleari”, li fiha attivitajiet identifikati oriġinarjament għall-objettivi tagħhom ta’ sikurezza u salvagwardji iżda li huma magħrufin ukoll għall-kontributi importanti tagħhom għas-sigurtà nukleari.

Is-Salvagwardji Internazzjonali, kif implimentati mill-IAEA, jirrappreżentaw il-mezzi ewlenin ta’ verifika tal-konformità mill-Istati ma’ l-impenji u l-obbligi speċifiċi tagħhom ta’ non-proliferazzjoni. Huwa ta’ importanza assoluta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ salvagwardji komprensiv ma’ l-IAEA, u, jekk ikun applikabbli, protokoll addizzjonali, tkun fis-seħħ (5). L-implimentazzjoni teħtieġ li kull Stat parti minn tali ftehim iżomm Sistema ta’ l-Istat għar-Rendikont u l-Kontroll tal-Materjal Nukleari (SSAC) li tkun effettiva. F’Settembru 2005, il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-IAEA talab li s-Segretarjat ta’ l-IAEA jgħin lill-Istati li għalihom il-ftehim dwar salvagwardji komprensivi kellhom mehmuża protokolli għal kwantitajiet żgħar, inklużi dawk li m’humiex membri ta’ l-Aġenzija, permezz tar-riżorsi disponibbli, fl-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ tali SSACs.

Il-Pjan għas-Sigurtà Nukleari 2006-2009 jsegwi l-objettivi simili għal xi elementi ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa. Dawn jipprovdu approċċ komprensiv għas-sigurtà nukleari inklużi l-kontrolli regolatorji, il-kontabbiltà u l-protezzjoni ta’ materjal nukleari u materjali radjuattivi oħra fl-użu, il-ħżin u t-trasport, “mill-bidu sat-tmiem”, għall-perijodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul. Madankollu, jekk il-protezzjoni ma tirnexxix, għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta’ kontinġenza għall-iskoperta ta’ serq jew attentati ta’ kuntrabandu tal-materjal minn naħa għal oħra tal-fruntieri internazzjonali u b’risposta għal atti malizzjużi li jinvolvu materjal nukleari jew materjali radjuattivi oħra, jekk dawn iseħħu.

L-IAEA waslet biex ittemm l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/495/PESK u tinsab fil-proċess li timplimenta l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/574/PESK kif ukoll l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/418/PESK li lkoll jirrigwardaw l-appoġġ għal attivitajiet ta’ l-IAEA fl-oqsma tas-sigurta’ u l-verifika nukleari u fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE kontra t-Tixrid ta’ l-Armi tal-Qerda tal-Massa. Bil-kontributi assoċjati ta’ l-UE, l-IAEA bdiet attivitajiet sostanzjali biex tappoġġa l-isforzi ta’ l-Istati destinatarji fil-Kawkasu, l-Asja Ċentrali, l-Ewropa tax-Xlokk u l-Balkani, ir-reġjun Mediterranju fil-Lvant Nofsani, u l-Afrika għat-tisħiħ tas-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tas-salvagwardji internazzjonali f’dawn il-pajjiżi.

It-talba għal appoġġ għal dawn l-isforzi tibqa’ għolja kemm fl-Istati Membri ta’ l-IAEA kif ukoll fl-Istati li m’humiex membri ta’ l-IAEA. Il-pajjiżi li huma eliġibbli biex jirċievu appoġġ huma:

 

fl-Ewropa tax-Xlokk: it-Turkija, l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, is-Serbja, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Moldova, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

 

fir-reġjun ta’ l-Asja Ċentrali: il-Kazakistan, il-Kirgiżstan, l-Uzbekistan, it-Taġikistan u t-Turkmenistan;

 

fir-reġjun tal-Kawkasu: l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja,

 

fir-reġjun Mediterranju fil-Lvant Nofsani: l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja,

 

fl-Afrika: (6) l-Alġerija, l-Angola, il-Benin, il-Botswana, il-Burkina Faso, il-Burundi, il-Kamerun, Kap Verde, ir-Repubblika Ċentrali Afrikana, iċ-Ċad, il-Komoros, il-Kongo (Brazzaville), il-Kosta ta’ l-Avorju, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Ġibuti, l-Eġittu, il-Ginea Ekwatorjali, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Gabon, il-Gambja, il-Gana, il-Ginea, il-Ginea-Bissaw, il-Kenja, il-Lesoto, il-Liberja, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Mali, il-Mawritanja, il-Mawrizju, il-Marokk, il-Możambik, in-Namibja, in-Niġer, in-Niġerja, ir-Rwanda, Sao Tome u Principe, is-Senegal, is-Seychelles, Sierra Leone, is-Somalja, l-Afrika t’Isfel, is-Sudan, is-Sważiland, it-Togo, it-Tuniżija, l-Uganda, it-Tanżanija, iż-Żambja u ż-Żimbabwe;

 

fir-reġjun ta’ l-Asja tax-Xlokk: il-Bangladex, il-Brunej, il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malażja, il-Mjanmar, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja, il-Vjetnam.

Il-ħidma ser tkompli fix-Xlokk ta’ l-Ewropa, l-Asja Ċentrali, il-Kawkasu, fir-reġjun Mediterranju fil-Lvant Nofsani, u fl-Afrika abbażi ta’ l-Azzjonijiet Konġunti eżistenti u jsir aġġornament ta’ l-evalwazzjonijiet tal-bżonnijiet bħala parti minn dawk l-Azzjonijiet Konġunti. L-għażla finali tal-pajjiżi addizzjonali fir-reġjun ta’ l-Asja tax-Xlokk li jirċievu appoġġ ser issir abbażi tal-fażi ta’ l-evalwazzjoni tal-bżonnijiet, li ser ikun fiha evalwazzjoni ta’ l-informazzjoni eżistenti fil-kwartieri ġenerali ssupplimentata b’missjonijiet ta’ valutazzjoni fejn ikun meħtieġ. L-attivitajiet ta’ appoġġ għal kull proġett ser ikunu ffukati fuq dawk il-pajjiżi li jkunu l-aktar fil-bżonn ta’ appoġġ f’kull qasam tal-proġett.

Għall-fini ta’ l-evalwazzjonijiet tal-bżonnijiet, grupp ta’ esperti rikonoxxuti ser jivvaluta l-istatus attwali ta’ sistema ta’ sigurtà nukleari li hi diġà stabbilita f’dawn il-pajjiżi u ser jagħti rakkomandazzjonijiet dwar titjib. Ir-rakkomandazzjonijiet ser jikkostitwixxu pjattaforma għad-definizzjoni ta’ għajnuna sussegwenti, u ser ikopru l-istatus attwali u l-ħtieġa għal titjib fir-rigward ta’ prevenzjoni, skoperta ta’ u risposta għal atti malizzjużi li jinvolvu materjali nukleari u materjali radjuattivi oħra, inklużi dawk f’użu mhux nukleari, u ta’ faċilitajiet nukleari. Ser jiġu stabbiliti prijoritajiet fl-identifikazzjoni tal-pajjiżi għal kull proġett kopert mill-baġit li jsir disponibbli permezz ta’ l-appoġġ ta’ l-UE. L-iżvilupp tar-riżorsi umani ser jiġi implimentat bħala parti mill-programm ta’ taħriġ stabbilit ta’ l-IAEA, li, fil-parti l-kbira, huwa bbażat fuq approċċ reġjonali. Il-parteċipazzjoni ta’ esperti minn l-akbar numru ta’ pajjiżi eliġibbli possibbli ser tkun appoġġata, soġġett għar-riżorsi finanzjarji disponibbli.

Sussegwentement, il-proġetti ser jiġu implimentati fil-pajjiżi magħżula fi tliet oqsma:

1.   Għajnuna Leġislattiva u Regolatorja

Il-bażi legali għas-sigurtà nukleari hija magħmula, fil-parti l-kbira, minn strumenti internazzjonali u prinċipji rikonoxxuti (trattati, konvenzjonijiet, ftehim, normi, standards ta’ l-IAEA, kodiċijiet ta’ kondotta u dokumenti ta’ gwida, u rakkomandazzjonijiet) li huma implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali għall-kontroll ta’ materjal nukleari u sorsi radjuattivi oħra. Din il-firxa wiesgħa ta’ normi (ħafna minnhom żviluppati taħt il-patroċinju ta’ l-IAEA) tipprovdi qafas għall-użu ta’ materjal nukleari, sustanzi radjuattivi oħra u l-faċilitajiet relatati tagħhom b’sikurezza u sigurtà - kemm dawk bi programmi nukleari kbar kif ukoll dawk li jwettqu biss attivitajiet nukleari limitati.

L-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali xierqa, u ta’ infrastruttura regolatorja ta’ kontroll, hija prekondizzjoni għal reġim ta’ siġurtà nukleari ta’ suċċess. Il-leġiżlazzjoni implimentattiva nazzjonali għandha tipprovdi qafas ta’ prinċipji u dispożizzjonijiet ġenerali li jippermetti lill-entitajiet governattivi awtorizzati jeżerċitaw il-funzjonijiet regolatorji meħtieġa u li jirregola l-imġiba ta’ kull persuna impenjata f’attivitajiet regolati. F’ħafna Stati tali leġiżlazzjoni mhix adegwata u l-infrastruttura regolatorja ma tkunx f’ posta jew mhix adegwata. Tali nuqqasijiet, flimkien ma’ infrastrutturi regolatorji ta’ kontroll li huma ineffiċjenti jirriżultaw fi dgħjufija tar-reġim ta’ sigurtà globali. L-għan għandu għalhekk ikun it-tisħiħ jew l-istabbiliment ta’ oqsfa leġislattivi u regolatorji nazzjonali adegwati, u l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri rilevanti.

Materjali radjuattivi huma spiss użati f’applikazzjonijiet mhux nukleari, per eżempju f’użu mediku jew industrijali. Xi wħud minn dawn is-sorsi huma radjuattivi ħafna, u jaqgħu fil-kategoriji 1 sa 3, kif definiti fid-dokument ta’ l-IAEA “Kategorizzazzjoni ta’ Sorsi Radjuattivi”. Dawn is-sorsi, jekk ma jkunux taħt kontroll regolatorju u protetti b’mod adegwat, jistgħu jaqgħu f’idejn żbaljati u jintużaw f’attivitajiet malizzjużi. L-infrastruttura regolatorja għas-sikurezza radjoloġika u s-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi għandha tkun effettiva u għandha tiffunzjona b’mod adegwat skond l-istandards internazzjonali, il-linji gwida tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Sorsi Radjuattivi u l-gwida assoċjata għall-importazzjoni/esportazzjoni, u l-aħjar prattiki.

Il-konklużjoni tal-ftehim ta’ salvagwardji u tal-protokolli addizzjonali ma’ l-IAEA hija miżura effettiva li tippromwovi kontroll nazzjonali u internazzjonali strett fuq materjal nukleari u teknoloġiji relatati. Huwa importanti li l-leġiżlazzjoni implimentattiva nazzjonali tidentifika b’mod ċar l-attivitajiet nukleari, l-installazzjonijiet, il-faċilitajiet u l-materjal li għalihom ser jiġu applikati s-salvagwardji. Barra minn dan, l-Istati li kkonkludew protokoll addizzjonali għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni implimentattiva nazzjonali tagħhom ġiet imtejba sabiex l-Istat ikkonċernat ikun jista’ jikkonforma ma’ l-obbligi addizzjonali taħt il-protokoll addizzjonali. B’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni domestika ta’ l-Istat għandha tiġi riveduta sabiex jitwessgħu r-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-korp regolatorju, maħtur għall-finijiet ta’ implimentazzjoni u applikazzjoni tal-ftehim ta’ salvagwardji konklużi.

L-Istati jaċċettaw ukoll obbligi biex jintlaħqu normi internazzjonali relatati mas-sigurtà nukleari, meta jsiru parti mis-CPPNM, billi jirratifikaw l-Emenda għas-CPPNM, u meta jsiru parti mill-Konvenzjoni dwar it-Terrorizmu Nukleari. Barra minn dan, ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tobbliga wkoll lill-Istati kollha biex jistabbilixxu kontrolli interni inkluż kontrolli adegwati fuq il-materjali relatati ma’ l-armi nukleari.

L-impenji ta’ l-Istati inklużi fl-istrumenti internazzjonali msemmija qabel fil-qasam tas-sigurtà nukleari rriżultaw f’ġustappożizzjoni ta’ impenji relatati mas-sigurtà ta’ materjal u faċilitajiet nukleari u ta’ sorsi radjuattivi oħrajn. Dawn l-impenji jinkludu miżuri għall-istabbiliment ta’ infrastruttura regolatorja għas-sikurezza radjoloġika u s-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi; miżuri ta’ kontabbiltà u kontroll; miżuri ta’ protezzjoni fiżika; kontrolli fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-kriminalizzazzjoni ta’ l-atti illegali.

2.   Tisħiħ tas-Sigurtà u l-Kontroll ta’ Materjali Nukleari u Materjali Radjuattivi oħra

Il-materjali użati jew maħżuna f’faċilitajiet u postijiet nukleari għandu jingħata kont tagħhom u għandhom ikunu protetti sabiex ma jitħalliex isir serq jew sabotaġġ. Sistema regolatorja effettiva għandha tidentifika dawk l-elementi li jeħtieġu implimentazzjoni fil-livell ta’ l-Istat u ta’ l-operatur rispettivament.

Huwa wkoll ta’ importanza essenzjali li sorsi b’saħħithom u vulnerabbli f’applikazzjonijiet mhux nukleari jkunu protetti fiżikament kontra atti malizzjużi meta jintużaw jew jinħażnu, u meta ma jkunux meħtieġa iżjed, huma jiżżarmaw u jinħażnu, jew jintremew bħala skart radjuattiv, f’post protett u sigur.

L-Istati kollha bi ftehim ta’ salvagwardi komprensivi huma meħtieġa jistabbilixxu u jżommu sistemi ta’ l-istat għar-rendikont u l-kontroll tal-materjal nukleari kollu (SSACs) soġġett għal salvagwardji. Madankollu, l-IAEA tistma li tali sistemi huma neqsin jew inadegwati f’bosta Stati li huma parti minn tali ftehim. Din is-sitwazzjoni hija partikolarment mifruxa fost il-bejn wieħed u ieħor 120 Stat li ma joperaw l-ebda faċilità nukleari.

3.   Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta’ l-Istati għall-Iskoperta u r-Risposta għal Traffikar Illeċitu

It-traffikar illeċitu huwa relatat mar-riċeviment, il-forniment, l-użu, it-trasferiment jew ir-rimi mhux awtorizzati ta’ materjal nukleari u materjali radjuattivi oħra, kemm jekk intenzjonalment kif ukoll jekk le u bil-qsim ta’ fruntieri internazzjonali jew le.

Strument esplożiv nukleari mhux raffinat u magħmul minn terroristi jew strument li jxerred ir-radjazzjoni ma jistgħux jiġu mibnija jekk il-materjal ma jkunx ġie akkwistat bħala riżultat ta’ traffikar illeċitu. Barra minn dan, tagħmir u teknoloġija sensittivi biex jipproduċu materjal sensittiv għal jew biex jinbena strument esplożiv nukleari mhux raffinat jistgħu wkoll ikunu ġew akkwistati permezz ta’ traffikar illeċitu. Wieħed jista’ jassumi li ċaqliq ta’ materjal jew teknoloġija minn naħa għall-oħra tal-fruntieri huwa meħieġ biex il-materjal jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu. Biex jikkumbattu t-traffikar illeċitu, l-Istati għalhekk jeħtieġu li jkunu stabbiliti s-sistemi regolatorji meħtieġa, kif ukoll is-sistemi tekniċi (inklużi strumenti li huma faċli biex jintużaw) u l-proċeduri u l-informazzjoni disponibbli fil-posts tal-fruntieri għall-iskoperta ta’ attentati ta’ kuntrabandu ta’ materjali radjuattivi (inklużi materjali radjuattivi fissili), jew kummerċ mhux awtorizzat ta’ tagħmir u teknoloġija sensittivi.

Miżuri effettivi għandhom ukoll jiġu stabbiliti b’risposta għal tali atti kif ukoll għall-qbid ta’ kwalunkwe materjal radjuattiv. Il-persunal ta’ l-infurzar tal-liġi (tad-dwana, tal-pulizija, eċċ.) ħafna drabi ma jkunx imħarreġ fl-użu ta’ tagħmir għall-iskoperta, u għalhekk it-tagħmir u t-teknoloġija sensittivi jistgħu ma jkunux familjari. It-taħriġ ta’ dawn l-uffiċjali huwa għalhekk kritiku għas-suċċess ta’ kwalunkwe miżura li tiġi stabbilita għall-iskoperta ta’ traffikar illeċitu. Taħriġ differenti għandu jiġi offrut lill-persunal ta’ kategoriji differenti, kemm fl-użu ta’ strumenti għall-iskoperta kif ukoll biex jifhmu l-qari ta’ l-istrument sabiex ikun jista’ jiġi deċiż x’attivitajiet għandhom isiru wara.

Hemm domanda kbira għal appoġġ f’dan il-qasam bħala riżultat ta’ għarfien akbar tat-theddida involuta u tad-disponibbiltà tat-tagħmir u l-metodoloġija għall-kapaċità ta’ sorveljanza mtejba fil-fruntieri.

2.   Objettivi

Objettiv ġenerali: It-tisħiħ tas-sigurtà nukleari f’pajjiżi magħżula.

2.1.   Fażi ta’ Evalwazzjoni: Il-Finanzjament ta’ Missjonijiet Internazzjonali għas-Sigurtà Nukleari

L-evalwazzjoni ser issir mill-IAEA sabiex tidentifika l-bżonnijiet għat-tisħiħ tas-sigurtà nukleari f’kull wieħed mill-pajjiżi msemmijin fil-punt 1, fejn tali evalwazzjoni għadha ma tlestietx. Għall-pajjiżi identifikati l-oħra, l-evalwazzjoni li saret qabel ser tiġi aġġornata. L-evalwazzjoni ser tkopri, kif xieraq, il-protezzjoni fiżika u s-sigurtà ta’ applikazzjonijiet nukleari u ta’ dawk mhux nukleari, miżuri stabbiliti għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu kif ukoll l-infrastruttura legali u regolatorja meħtieġa. Ir-riżultati tal-valutazzjoni globali ser jintużaw bħala bazi fl-għażla tal-pajjiżi fejn ser jiġu implimentati l-proġetti.

Il-proġetti miġbura fil-qosor hawn fuq ser:

jevalwaw, f’kull pajjiż, l-istatus ta’ protezzjoni fiżika ta’ materjali nukleari u materjali radjuattivi oħra, u l-protezzjoni ta’ kwalunkwe stallazzjoni jew post nukleari jew ta’ riċerka li fihom jintużaw jew jinħażnu dawn il-materjali. Jidentifikaw sottogrupp ta’ faċilitajiet u postijiet li fihom dawn il-materjali li għandhom jintgħażlu għal titjib u appoġġ sussegwenti;

jevalwaw, f’kull pajjiż, kwalunkwe ħtieġa fir-rigward tat-titjib tas-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi. Jidentifikaw kwalunkwe dgħjufija u nuqqas meta mqabbla ma’ standards internazzjonali u l-Kodiċi ta’ Kondotta li jeħtieġu titjib ta’ l-infrastruttura regolatorja, u jidentifikaw il-ħtieġa li jipprovdu protezzjoni addizzjonali ta’ sorsi qawwija u vulnerabbli. It-tagħmir speċifiku meħtieġ sabiex jipprovdi protezzjoni jiġi determinat ukoll bħala riżultat ta’ l-evalwazzjoni;

jevalwaw, f’kull pajjiż, l-istatus attwali tal-kapaċità għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u jidentifikaw il-bżonnijiet għat-titjib meħtieġ.

jevalwaw, f’kull pajjiż, l-istatus tas-Sistema ta’ l-Istat ta’ Rendikont u Kontroll tal-materjali nukleari u jidentifikaw il-bżonnijiet għat-titjib meħtieġ.

2.2.   Implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi ddefiniti bħala prijoritajiet b’riżultat tal-fażi ta’ evalwazzjoni.

Proġett 1:   Għajnuna Leġislattiva u Regolatorja.

Għan tal-proġett:

it-tisħiħ ta’ l-infrastrutturi leġislattivi u regolatorji nazzjonali relatati ma’ materjal nukleari u ma’ materjal radjuattiv ieħor waqt li jittieħed kont ta’ strumenti internazzjonali rilevanti u ta’ prinċipji rikonoxxuti fil-qasam tas-sigurtà nukleari kif ukoll tas-sinerġiji eżistenti mas-sistemi nazzjonali tas-sikurezza radjoloġika;

it-tisħiħ ta’ l-oqfsa leġislattivi nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Salvagwardji u Protokolli Addizzjonali konklużi bejn l-Istati u l-Aġenzija;

it-tisħiħ ta’ l-infrastruttura regolatorja nazzjonali għas-sikurezza radjoloġika u s-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi.

Riżultati tal-proġett:

l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni komprensiva, koerenti u effettiva fil-livell nazzjonali, biex b’hekk isir kontribut għal sistema armonizzata, imsaħħa u aktar universali ta’ sigurtà nukleari;

l-iżvilupp u l-adozzjoni (bil-lingwi nazzjonali) tal-leġiżlazzjoni nazzjonali meħtieġa sabiex l-Istati jkunu jistgħu jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim ta’ Salvagwardji u l-Protokolli Addizzjonali ta’ l-Aġenzija;

l-istabbiliment/it-titjib ta’ l-infrastruttura regolatorja nazzjonali għas-sikurezza radjoloġika u s-sigurtà ta’ sorsi radjuattivi permezz ta’ l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza, tagħmir u taħriġ, skond l-istandards internazzjonali, il-linji gwida tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà ta’ Sorsi Radjuattivi u l-aħjar prattiki.

Proġett 2.   Tisħiħ tas-Sigurtà u l-Kontroll ta’ Materjali Nukleari u Materjali Radjuattivi oħra

Għan tal-proġett:

it-tisħiħ tal-protezzjoni fiżika ta’ faċilitajiet nukleari u ta’ materjali nukleari u materjali radjuattivi oħra f’applikazzjonijiet nukleari fil-pajjiżi magħżula;

it-tisħiħ tal-kontroll u l-protezzjoni fiżika ta’ materjali radjuattivi f’applikazzjonijiet mhux nukleari fil-pajjiżi magħżula;

it-tisħiħ ta’ l-SSACs għall-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ salvagwardji u protokolli addizzjonali, inkluż fi Stati bi “protokolli għal kwantitajiet żgħar”.

Riżultati tal-proġett:

it-titjib tal-protezzjoni fiżika ta’ materjali nukleari u ta’ materjali radjuattivi oħra f’faċilitajiet u postijiet nukleari mtejbin magħżulin;

il-protezzjoni ta’ sorsi vulnerabbli f’applikazzjonijiet mhux nukleari jew, skond il-każ, iż-żarmar u t-trasferiment tagħhom f’post ta’ ħżin protett u sigur fil-pajjiżi magħżula.

infrastruttura regolatorja nazzjonali għall-protezzjoni fiżika mtejba permezz ta’ għajnuna esperta;

l-istabbiliment u ż-żamma ta’ SSACs effettivi li kapaċi jimplimentaw il-ftehim ta’ salvagwardji u protokolli addizzjonali, inkluż fi Stati bi “protokolli għal kwantitajiet żgħar”;

l-għoti ta’ taħriġ tal-persunal fil-pajjiżi li huma eliġibbli biex jirċievu appoġġ.

Proġett 3.   Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta’ l-Istati għall-Iskoperta u r-Risposta għal Traffikar Illeċitu

Għan tal-proġett:

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ l-Istati għall-iskoperta ta’ u r-risposta għal traffikar illeċitu fil-pajjiżi magħżula;

Riżultati tal-proġett:

informazzjoni aħjar miġbura u evalwata dwar traffikar nukleari illeċitu, minn sorsi miftuħa u minn Punti ta’ Kuntatt ta’ l-Istati, biex jitjieb l-għarfien dwar u ċ-ċirkostanzi ta’ traffikar nukleari illeċitu. Din l-informazzjoni ser tiffaċilita wkoll il-prijoritizzazzjoni tad-diversi attivitajiet li jsiru biex jiġi miġġieled it-traffikar illeċitu;

strutturi nazzjonali stabbiliti permezz ta’ għajnuna esperta, biex jiġi miġġieled it-traffikar illeċitu u biex titjieb il-koordinazzjoni nazzjonali ta’ kontroll ta’ ċaqliq transkonfini ta’ materjali radjuattivi, tagħmir u teknoloġija nukleari sensittivi fil-pajjiżi magħżula;

titjib fil-kwalità ta’ tagħmir ta’ sorveljanza f’punti magħżula ta’ qsim fuq il-fruntieri,

taħriġ ipprovdut għall-persunal ta’ l-infurzar tal-liġi fil-pajjiżi li huma eliġibbli biex jirċievu appoġġ;

3.   Tul ta’ żmien

L-evalwazzjoni ser titwettaq fi żmien perijodu ta’ tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-IAEA. It-tliet proġetti ser jitwettqu b’mod parallel matul it-12-il xahar sussegwenti.

It-tul ta’ żmien totali stmat meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta huwa ta’ 15-il xahar.

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji huma l-pajjiżi fejn ser jiġu implimentati l-valutazzjoni u l-proġetti sussegwenti. L-awtoritajiet tagħhom ser jingħataw għajnuna biex jifhmu fejn hemm punti dgħajfa u ser jirċievu appoġġ biex tinkiseb soluzzjoni u tiżdied is-sigurtà. L-għażla finali tal-benefiċjarji u l-bżonnijiet li jridu jiġu indirizzati fil-pajjiżi magħżula għandhom isiru b’konsultazzjoni bejn l-entità ta’ implimentazzjoni u l-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ b’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qafas tal-grupp ta’ ħidma kompetenti tal-Kunsill. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati, fejn hu xieraq, fuq proposti ta’ l-entità ta’ implimentazzjoni skond l-Artikolu 2(1) ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

5.   Entità ta’ Implimentazzjoni

L-IAEA ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-proġetti. Il-missjonijiet internazzjonali għas-sigurtà nukleari ser jitwettqu skond il-mod ta’ l-operat standard għall-missjonijiet ta’ l-IAEA, li ser jitwettqu minn esperti ta’ l-IAEA u ta’ l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tat-tliet proġetti ser issir direttament mill-persunal ta’ l-IAEA u/jew minn esperti jew il-kuntratturi magħżula mill-Istati Membri ta’ l-IAEA. Fil-każ ta’ kuntratturi, l-akkwist ta’ kwalunkwe prodotti, xogħlijiet jew servizzi mill-IAEA fil-kuntest ta’ din l-Azzjoni Konġunta ser isir kif dettaljat fil-Ftehim dwar il-ftehim ta’ finanzjament ma’ l-IAEA.

6.   Parteċipanti Terzi

Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati 100 % minn din l-Azzjoni Konġunta. L-esperti ta’ l-Istati Membri ta’ l-IAEA jistgħu jiġu kkunsidrati bħala parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu skond ir-regoli standard ta’ ħidma għall-esperti ta’ l-IAEA.

7.   Kondizzjonijiet Speċifiċi għall-Ikkuntrattar u l-Akkwist

F’xi każijiet, biex jiġu mtejba l-arranġamenti tas-sigurtà għal materjal nukleari u materjali radjuattivi oħra, per eżempju sorsi radjuattivi, oriġinarjament provduti mill-Federazzjoni Russa, kuntratti għall-akkwist ta’ prodotti, xogħlijiet u servizzi jistgħu jiġu offruti lill-fornituri fil-Federazzjoni Russa, li huma familjari mat-teknoloġija Russa.

8.   Stima ta’ mezzi meħtieġa

Il-kontribuzzjoni ta’ l-UE ser tkopri l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tliet proġetti kif deskritt fil-punt 2.2. L-ispejjeż stmati huma kif ġej:

Evalwazzjoni tas-sigurtà nukleari, inklużi missjonijiet

EUR 160 000

Proġett 1

EUR 1 340 000

Proġett 2

EUR 3 400 000

Proġett 3

EUR 3 050 000

Barra minn dan, riżerva ta’ kontinġenza ta’ madwar 3 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli (għal ammont totali ta’ EUR 250 000) hi inkluża għal spejjeż mhux previsti.

9.   Ammont ta’ referenza finanzjarju biex ikopri l-ispiża tal-proġett

L-ispiża totali tal-proġett hi ta’ EUR 7 703 000.


(1)  GOV/2003/49-GC(47)/9. Ukoll id-dokument: “Miżuri biex Tissaħħaħ il-Kooperazzjoni Internazzjonali fis-Sikurezza Nukleari, tar-Radjazzjoni u tat-Trasport u ta’ l-Immaniġġar ta’ l-Iskart: Promozzjoni ta’ Infrastruttura Regolatorja Nazzjonali Effettiva u Sostenibbli għall-Kontoll tas-Sorsi ta’ Radjazzjoni” (GOV/2004/52-GC(48)/15) jinkludi partijiet li huma rilevanti għall-kooperazjoni IAEA-UE taħt l-Istrateġija ta’ l-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ l-Armi ta’ Qerda tal-Massa. Dawn l-attivitajiet huma riflessi wkoll fl-“Attivitajiet li Jappoġġaw is-Sigurtà Nazzjonali” fil-Pjan għas-Sigurtà Nukleari ta’ l-IAEA għall-2006-2009.

(2)  F’Settembru 2005, il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) iddeċida li biex tissaħħaħ is-sistema ta’ salvagwardji, l-hekk imsejjaħ “protokoll ta’ kwantitajiet żgħar” (SQP) għal ftehim ta’ salvagwardji ta’ trattati ta’ non-proliferazzjoni għandu jibqa’ parti mis-sistema ta’ salvagwardji ta’ l-Aġenzija, soġġett għal modifiki fit-test standard u l-bidla fil-kriterji ta’ l-SQP; il-Konferenza Ġenerali ta’ l-2005 ta’ l-IAEA adottat riżoluzzjoni li fiha nnutat, fost oħrajn, li fil-każ ta’ Stat bi ftehim ta’ salvagwardji komprensiv issupplimentat bi protokoll addizzjonali fis-seħħ, dawn il-miżuri jirrappreżentaw l-istandard ta’ verifika msaħħaħ għal dak l-Istat.

(3)  GOV/2005/50-GC(49)/17.

(4)  GOV/2002/10

(5)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-Aġenzija għall-Promozzjoni tal-Konklużjoni tal-Ftehim dwar Salvagwardji u l-Protokolli Addizzjonali, kif ippubblikat mill-IAEA

(6)  Sa 20 - 25 pajjiż fl-Afrika huma previsti li jircievu appoġġ għat-titjib fis-sigurtà nukleari taħt proġetti differenti. Pajjiżi addizzjonali jistgħu jkunu involuti f’avvenimenti ta’ taħriġ reġjonali.