ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
19 ta' Settembru 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1070/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1071/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jimponi dazju ta’ l-antidumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ kokk tal-faħam f'biċċiet ta’ dijametru ta’ aktar minn 80 mm (Kokk 80+) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/613/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-miżuri C 1/06 (ex NN 103/05) mogħtija minn Spanja favur Chupa Chups (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1710)  ( 1 )

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

19.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 244/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1070/2007

tat-18 ta’ Settembru 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Settembru 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

70,6

XK

55,1

XS

45,9

ZZ

57,2

0707 00 05

JO

151,2

MK

43,7

TR

129,2

ZZ

108,0

0709 90 70

TR

110,1

ZZ

110,1

0805 50 10

AR

78,5

UY

83,7

ZA

64,1

ZZ

75,4

0806 10 10

IL

51,3

MK

28,3

TR

116,2

ZZ

65,3

0808 10 80

AU

215,7

BR

117,4

CL

85,0

CN

79,8

NZ

98,0

US

97,8

ZA

83,3

ZZ

111,0

0808 20 50

CN

57,2

TR

123,0

ZA

103,8

ZZ

94,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

152,3

US

189,2

ZZ

170,8

0809 40 05

BA

49,8

IL

110,5

MK

49,8

TR

107,3

ZZ

79,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 244/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1071/2007

tat-18 ta’ Settembru 2007

li jimponi dazju ta’ l-antidumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ kokk tal-faħam f'biċċiet ta’ dijametru ta’ aktar minn 80 mm (Kokk 80+) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Inizjazzjoni

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2006, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ notifika (“notifika ta’ inizjazzjoni”) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2), l-inizjazzjoni tal-proċediment ta’ l-antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ kokk tal-faħam f'biċċiet ta’ dijametru ta’ aktar minn 80 mm (“Kokk 80+”) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċediment ingħata bidu wara kwerela li kienet ippreżentata fl-20 ta’ Novembru 2006 minn tliet produtturi tal-Komunità (“il-kwerelanti”) li jirrappreżentaw proporzjon prinċipali, f’dan il-każ aktar minn 30 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-Kokk 80+. Il-kwerela kien fiha evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika li jingħata bidu għal proċediment.

(3)

Il-prodott ikkonċernat kien diġà soġġett għal miżuri ta’ l-antidumping minn Ġunju 2000 sa l-2004. Il-miżuri kienu imposti b'mod provviżorju permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1238/2000/KEFA (3) u b'mod definittiv permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2730/2000/KEFA (4) (“il-miżuri preċedenti”), iżda l-miżuri ġew sospiżi f'Marzu 2004 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/264/KE (5) minħabba bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq. Is-sospensjoni ġiet estiża permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2004 (6) sal-15 ta’ Diċembru 2005, meta l-miżura skadiet.

2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(4)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi kwerelanti u lil produtturi oħra magħrufa tal-Komunità, lir-rappreżentanti tar-RPĊ, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi/kummerċjanti u utenti magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Esportatur wieħed fir-RPĊ, kif ukoll produtturi, utenti u importatur wieħed fil-Komunità ressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu fil-limitu taż-żmien stipulat u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu ngħataw seduta.

(5)

Fid-dawl tan-numru apparentament kbir ta’ produtturi esportaturi u importaturi involuti fl-investigazzjoni, l-applikazzjoni tat-tekniki tat-teħid ta’ kampjuni kienet prevista fl-avviż ta’ inizjazzjoni, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(6)

Sabiex il-Kummissjoni jkollha l-kapaċità li tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni kienx meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi ntalbu li jagħmlu lilhom infushom magħrufa u li jipprovdu tagħrif kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Produttur esportatur wieħed biss ippreżenta ruħu sabiex jikkoopera. Konsegwentement ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(7)

Ukoll, f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-importaturi tal-Kokk 80+, meta wieħed iqis li importatur wieħed biss wera r-rieda tiegħu li jikkoopera, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(8)

Sabiex tippermetti lill-uniku produttur esportatur li kkoopera fir-RPĊ li jippreżenta talba għal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“TES”) skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew trattament individwali (“TI”) skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jekk dan jixtieq jagħmel hekk, il-Kummissjoni bagħtet formola tat-talba għal TES/TI lill-unika kumpanija Ċiniża li kkooperat. Dan il-produttur esportatur la talab għal TES u anqas għal TI.

(9)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lill-kumpanniji l-oħra kollha li għamlu lilhom infushom magħrufa fil-limiti ta’ żmien stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Waslu tweġibiet mill-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, minn ħames produtturi tal-Komunità, minn importatur wieħed u minn 36 utent. Barra minn dan, bosta utenti bagħtu kummenti mingħajr ma wieġbu għall-kwestjonarju. Saru wkoll proposti mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Funderija (“CAEF”), li kienet qiegħda taġixxi wkoll f'isem il-membri tagħha, li jinkludu assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-funderiji minn 17-il Stat Membru ta’ l-UE.

(10)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hija qieset bħala meħtieġ għall-għanijiet ta’ determinazzjoni preliminari tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnu u l-interess tal-Komunità. Saru żjarat ta’ verifika fil-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Komunità

Industrial Química del Nalón, S.A., Oviedo, Asturias, Spanja,

Industrias Doy Manuel Mórate, S.L., Oviedo, Asturias, Spanja,

Italiana Coke SpA, Savona, l-Italja,

OKD, OKK, a.s., Ostrava-Přívoz, ir-Repubblika Ċeka,

Productos de Fundición, S.A., Baracaldo, Vizcaya, Spanja;

(b)

Importatur fil-Komunità mhux reletat

ThyssenKrupp MinEnergy GmbH, Essen, il-Ġermanja;

(ċ)

Utenti fil-Komunità

Rockwool International A/S and its subsidiary Rockwool A/S, id-Danimarka; it-tnejn f'Hedehusene, id-Danimarka;

Fritz Winter Eisengiesserei GmbH & Co, Stadttalendorf, il-Ġermanja.

(11)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe talba għal TES jew għal TI, u minħabba li għandu jiġi stabbilit valur normali għal produtturi esportaturi fir-RPĊ fuq il-bażi tad-data mill-pajjiż analogu magħżul, saret żjara ta’ verifika fuq il-post tal-kumpaniji li ġejjin:

Il-produtturi fil-pajjiż analogu l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

Tonawanda Coke Co., New York

Erie Coke Co., Pennsylvania

3.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni

(12)

L-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami ta’ xejriet rilevanti għall-valutazzjoni ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sa l-aħħar tal-PI (“il-perjodu meqjus”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(13)

Il-prodott ikkonċernat huwa kokk tal-faħam f'biċċiet ta’ dijametru ta’ aktar minn 80 mm (“Kokk 80+”) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċĊina (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat fil-kodiċi tan-NM ex 2704 00 19.

(14)

Kokk tal-faħam b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm (Kokk 80+) jitħejja mill-faħam tal-bitum li huwa blata organika sedimentarja imtellgħa mill-art. L-industrija ta’ l-azzar primarjament tuża kokk ta’ daqs żgħir u medju (Kokk 80-; magħruf ukoll bħala “kokk ta’ kalkari tal-funderiji”), filwaqt li l-industriji tal-ħadid fondut u ta’ l-iżolazzjoni jużaw kokk ta’ daqs kbir (Kokk 80+; magħruf ukoll bħala “kokk tal-funderija”) għall-ifran tagħhom. Iż-żewġ tipi ta’ kokk jaqgħu taħt l-istess kodiċi tan-NM.

(15)

L-investigazzjoni wriet li t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat, minkejja differenzi fil-kwalitajiet tal-materja prima tal-faħam, minkejja differenzi fil-metodi ta’ produzzjoni u minkejja daqsijiet differenti tal-biċċiet, għandhom l-istess karatteristiċi tekniki u kimiċi bażiċi u jintużaw bħala aġent ta’ kombustjoni għall-użu fl-ifran għat-tidwib tal-metall.

(16)

Għalhekk huwa konkluż li l-prodott ikkonċernat huwa kokk tal-funderiji li joriġina fir-RPĊ, jiġifieri kokk ta’ faħam f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm ta’ tip użat fl-ifran għat-tidwib tal-metall. Ġie konkluż ukoll li l-kokk kollu tal-funderiji huwa prodott wieħed minħabba li dejjem għandu l-istess karatteristiċi bażiċi tekniki u kimiċi u l-istess użu.

2.   Il-prodott simili

(17)

L-investigazzjoni wriet li Kokk 80+ prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija tal-Komunità, dak prodott fir-RPĊ u li nbiegħ għall-esportazzjoni lill-Komunità u dak prodott u mibjugħ fil-pajjiż analogu (l-Istati Uniti) għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi, tekniki u kimiċi bażiċi. Għalhekk huma meqjusa bħala simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   ID-DUMPING

1.   Il-kooperazzjoni

(18)

Kif imsemmi fil-premessa (6) hawn fuq, produttur esportatur Ċiniż wieħed biss ikkoopera fil-proċediment. Il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni li sar minn dan il-produttur esportatur jirrappreżenta anqas minn 30 % ta’ l-importazzjonijiet totali tal-Kokk 80+ li joriġinaw fiċ-Ċina mibjugħa lill-Komunità matul il-PI. Għalhekk huwa konkluż li l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx ħafna. Ir-rappreżentati tar-RPĊ ttgħarrfu li dan it-tip ta’ livell baxx ta’ kooperazzjoni jista' jwassal għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

2.   Il-valur normali

(a)   Il-pajjiż analogu

(19)

Fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni, kien previst li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tintuża bħala pajjiż analogu xieraq biex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija adegwata. Ma wasal ebda kumment jew oġġezzjoni minn kwalunkwe parti f'dan ir-rigward.

(20)

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika hija suq domestiku relattivament kbir u miftuħ għall-Kokk 80+, b'ħames produtturi domestiċi (matul il-PI) u b'livell suffiċjenti ta’ importazzjonijiet. Barra minn dan, jintużaw proċessi simili bħal dawk fir-RPĊ għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(21)

Ġie eżaminat ukoll kemm huma adegwati pajjiżi oħra li tqiesu li possibilment għandhom produzzjoni tal-Kokk 80+. Għall-Awstralja, l-uniku pajjiż fejn instabet evidenza tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, it-tagħrif mogħti mill-uniku produttur Awstraljan jindika li s-suq domestiku Awstraljan huwa wieħed limitat ħafna.

(22)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienet għażla adegwata bħala pajjiż analogu. Skond dan, intalbet kooperazzjoni mill-Assoċjazzjoni Amerikana tal-produtturi tal-kokk.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali

(23)

Skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ tagħrif ivverifikat li wasal minn żewġ kumpaniji li kkooperaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(24)

F'dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, li l-bejgħ domestiku lil konsumaturi indipendenti tal-prodott simili manifatturat miż-żewġ produtturi li kkooperaw fl-Istati Uniti kien rappreżentattiv, jiġifieri li l-volum totali tat-tali bejgħ kien jirrappreżenta talanqas 5 % tal-volum totali ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-prodott ikkonċernat jikkonsisti minn tip wieħed uniku tal-prodott.

(25)

Sussegwentement il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ hawn fuq jistax jitqies bħala li nbiegħ fl-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Instab li aktar minn 95 % tal-bejgħ mil-lat ta’ volum fis-suq domestiku kien għamel profitt.

(26)

Bħala riżultat, il-valur normali kien stabbilit bħala l-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ex-fabbrika lil konsumaturi mhux relatati miż-żewġ produttur li kkoopera fl-Istati Uniti.

3.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(27)

Fid-dawl tal-kooperazzjoni limitata mir-RPĊ, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien ibbażat prinċipalment fuq l-aqwa tagħrif disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Minn Jannar 2006 'l hawn, m'hemm l-ebda kodiċi TARIC għal Kokk 80+. Bħala konsegwenza, iċ-ċifri ta’ l-Eurostat ma setgħux jintużaw għall-kalkolu tal-prezzijiet Ċiniżi ta’ esportazzjoni għall-Kokk 80+ jew il-volum matul il-PI. Minkejja dan, tagħrif dettaljat dwar il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-Kokk 80+ importat matul il-PI jista' jinkiseb mill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri li jimportaw.

(28)

Minħabba li t-tali tagħrif relatat ma’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat matul il-PI kien l-aqwa tagħrif disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, huwa ntuża sabiex jivvaluta l-volum u l-prezz ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI. Minkejja dan, b'konsiderazzjoni għall-fatt li l-uniku produttur esportatur ippreżenta tagħrif dwar il-prezzijiet ta’ esportazzjoni, dan it-tagħrif tqies ukoll u nstab li kien fl-istess linja ta’ tagħrif li nkiseb mill-awtoritajiet doganali msemmija hawn fuq. Il-medja netta bil-piż differenzjat tal-prezz ta’ esportazzjoni ex-fabbrika fuq il-bażi ta’ din id-data kienet ta’ 107.73 Ewro għal kull tunnellata metrika.

4.   Il-paragun

(29)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa li jikkonċernaw differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, fl-iskonti, fit-trasport u l-assikurazzjoni, fl-ippakkjar, fil-kreditu u l-ispejjeż ta’ wara l-bejgħ fejn dawn instabu li huma xierqa u appoġġjati b'evidenza vverifikata.

(30)

L-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera għamel l-argument li l-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ matul il-PI kien ta’ kwalità differenti mill-prodott simili mmanifatturat fil-pajjiż analogu u kien jitlob proċeduri addizzjonali ta’ spezzjoni qabel ma seta' fil-fatt jinbiegħ.

(31)

Ir-rekwiżiti kimiċi u dimensjonali tal-kwalità tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili manifatturat fil-pajjiż analogu tqabblu u ngħata aġġustament għad-differenzi fil-kwalità li nstabu. F'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-ispezzjoni fl-Ewropa, ma jinħtieġ l-ebda aġġustament minħabba li din il-proċedura sseħħ wara d-determinazzjoni tal-valur CIF (fruntiera doganali ta’ l-importatur), li huwa l-punt ta’ tluq li minnu jiġi ddeterminat il-prezz ta’ esportazzjoni ex-fabbrika.

5.   Il-marġini tad-dumping

(32)

Il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun tal-medja bil-piż differenzjat tal-valur normali ex-fabbrika mal-medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni, skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Il-marġini tad-dumping mifrux fuq il-pajjiż sħiħ, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas, huwa 53.3 %.

D.   IL-ĦSARA

1.   Ġenerali

(33)

Kif imsemmi fil-premessa (3) hawn fuq, il-miżuri ta’ l-antidumping kienu imposti fis-sena 2000 fuq importazzjonijiet tal-Kokk 80+ fir-RPĊ. Dawk il-miżuri kienu sospiżi f'Marzu 2004 u skadew f'Diċembru 2005. Għalhekk, fl-ewwel parti tal-perjodu kkunsidrat kien hemm miżuri fis-seħħ dwar importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

2.   Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità

(34)

Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn seba' produtturi. Għalhekk il-produzzjoni ta’ dawn is-seba' produtturi tal-Komunità hija meqjusa li tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(35)

Minn dawn is-seba' produtturi, total ta’ ħamsa ddikjaraw l-interess tagħhom li jikkooperaw fil-proċediment fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni u kkooperaw kif xieraq ma’ l-investigazzjoni. Dawn il-ħames produtturi nstabu li jgħoddu għal proporzjoni ewlenija tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott simili, f'dan il-każ madwar 75 %. Għalhekk il-ħames produtturi li kkooperaw jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Komunità”. Iż-żewġ produtturi l-oħra tal-Komunità minn issa 'l quddiem se jissejħu “l-produtturi l-oħra tal-Komunità”. Dawn iż-żewġ produtturi li fadal tal-Komunità ma opponewx l-ilment.

3.   Il-konsum tal-Komunità

(36)

Il-konsum tal-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija tal-Komunità ddestinati għas-suq tal-Komunità, it-tagħrif tal-volum tal-bejgħ tal-KE li nkiseb mill-produtturi l-oħra tal-Komunità u b'kontrolli trasversali ma’ l-istimi magħmula mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità u t-tagħrif li nkiseb mill-utenti, u fuq il-bażi ta’ volumi ta’ importazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-volumi Ċiniżi ta’ importazzjoni, ma kien hemm l-ebda kodiċi Taric speċifika għall-Kokk 80+ fis-sena 2006 u għalhekk m'hemm l-ebda data disponibbli. Għalhekk, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet għall-PI ġew provviżorjament stabbiliti fuq il-bażi tat-tagħrif iddettaljat li nkiseb mill-awtoritajiet doganali tal-KE, kif imsemmi fil-premessa (27) hawn fuq. Għas-snin 2003 u 2005, il-volumi ta’ l-importazzjoni kienu provviżorjament ibbażati fuq id-data ta’ l-Eurostat, li sarilhom kontrolli trasversali mad-data li nkisbet matul l-investigazzjoni mill-utenti u l-importaturi. Fir-rigward ta’ l-2004, id-data ta’ l-Eurostat f'dak li għandu x'jaqsam mal-volumi ta’ l-importazzjoni huma f'kuntrast ċar mat-tagħrif tas-suq li nkiseb matul l-investigazzjoni mill-produtturi, l-importaturi u l-utenti. Tabilħaqq, filwaqt li t-tagħrif tas-suq juri li kien hemm ftit importazzjonijiet Ċiniżi fl-2004, iċ-ċifri ta’ l-Eurostat, għall-kuntrarju, juru li laħqu quċċata sinifikanti ta’ importazzjonijiet tali fl-2004. Għalhekk, jidher probabbli li wara s-sospensjoni tal-miżuri preċedenti f'Marzu 2004, l-importaturi ddikjaraw xi Kokk 80- taħt il-kodiċi Taric tal-Kokk 80+ u għalhekk id-data ta’ l-Eurostat ma tagħtix stampa ċara tal-volumi ta’ l-importazzjoni fl-2004. Għal dik ir-raġuni, u fid-dawl tal-kooperazzjoni limitata mill-produtturi Ċiniżi u l-importaturi fil-Komunità, f'dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni, ġew stabbiliti l-volumi ta’ l-importazzjoni għall-2004 fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti fl-ilment, li huwa fl-istess linja mat-tagħrif li nkiseb matul l-investigazzjoni mill-importaturi u l-utenti. Il-Kummissjoni se tissokta bl-investigazzjoni tagħha dwar il-volumi ta’ l-importazzjoni qabel ma jsiru determinazzjonijiet definittivi.

(37)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, instab li l-konsum tal-Komunità żdied matul il-perjodu meqjus u matul il-PI s-suq tal-Komunità għall-prodott ikkonċernat u l-prodott simili kien madwar 25 % ogħla milli fl-2003.

 

2003

2004

2005

PI

Konsum totali tal-KE (elf tunnellata) (firxa) (7)

1 100 –1 500

1 300 –1 700

1 350 –1 750

1 400 –1 800

Indiċi (2003 = 100)

100

119

122

125

4.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Il-volum u s-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati

(38)

Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli mill-awtoritajiet doganali u mill-partijiet li kkooperaw, matul il-perjodu meqjus, ir-RPĊ kienet l-uniku sors ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għall-KE. Għalhekk, il-volumi kollha ta’ l-importazzjoni fil-KE matul il-perjodu meqjus huma kkunsidrati li joriġinaw mir-RPĊ.

(39)

Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli f'dan l-istadju kif deskritti fil-premessa (36) hawn fuq, instab li l-volumi Ċiniżi ta’ l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat għal ġewwa l-Komunità żdied b'45 % mill-2003 (madwar 311 000 tunnellata) sal-PI (aktar minn 452 000 tunnellata).

(40)

Is-sehem mis-suq li kellhom l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied minn 24 % għal 28 % matul il-PI, jiġifieri b'4 punti perċentwali. Matul il-PI, is-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied bi tliet punti perċentwali, meta mqabbel ma’ l-2005.

 

2003

2004

2005

PI

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ

(tunnellati)

310 755

150 000

386 485

452 011

Indiċi (2003=100)

100

48

124

145

Sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ

24  %

10  %

25  %

28  %

(b)   Il-prezzijiet

(41)

Minħabba li ma hemm l-ebda data ta’ l-Eurostat disponibbli għall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat għall-2006 (ara l-premessa (36) hawn fuq), u fid-dawl tal-kooperazzjoni limitata ħafna mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-importaturi tal-Komunità, għall-PI, il-prezz medju ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ ġie provviżorjament stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif iddettaljat li nkiseb mill-awtoritajiet doganali tal-KE msemmija fil-premessa (27) hawn fuq. Għas-snin 2003-2005, il-prezz medju ta’ importazzjoni ġie provviżorjament stabbilit fuq il-bażi tad-data ta' l-Eurostat, li huma fl-istess linja mas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni. Huwa nnutat, fir-rigward tad-data ta’ l-Eurostat għall-2004, minkejja li jidhru li mhumiex preċiżi f'dak li għandu x'jaqsam mal-volumi ta’ importazzjoni (ara l-premessa (36) hawn fuq), għall-prezzijiet ta’ l-importazzjoni id-data ta’ l-Eurostat għall-2004 hija fl-istess linja tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni u tqiesu paraguni li saru bejn ix-xejriet tal-prezz tal-Kokk 80+ u l-Kokk 80- matul il-perjodu meqjus. Għalhekk, id-data ta’ l-Eurostat intużaw provviżorjament sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni għas-sena 2004 wkoll. Minkejja dan, il-Kummissjoni xorta se tissokta bl-investigazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni qabel ma jsiru determinazzjonijiet definittivi.

(42)

Fuq il-bażi tad-data msemmija hawn fuq, il-prezz medju ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ aktar milli rdoppja mill-2003 (122 EUR/tunnellata) sa l-2004 (275 EUR/tunnellata), iżda naqas b'mod sinifikanti fl-2005 (224 EUR/tunnellata), xejra li ssuktat matul il-PI (156 EUR/tunnellata). F'termini ta’ perċentwali, il-prezzijiet naqsu b'35 % mill-2004 sal-PI; minkejja dan, matul il-perjodu meqjus (2003-PI), il-prezzijiet żdiedu b'27 %.

 

2003

2004

2005

PI

Prezz medju tal-fruntiera tal-Komunità CIF ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (EUR/tunnellata)

122

275

224

156

Indiċi (2003 = 100)

100

225

184

127

(ċ)   Twaqqigħ fil-prezz

(43)

Għad-determinazzjoni ta’ twaqqigħ fil-prezz, ġiet analizzata d-data tal-prezz li tirreferi għall-PI. Il-prezzijiet relevanti tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità kienu prezzijiet netti lil konsumaturi indipendenti wara t-tnaqqis ta’ skonti u rifużjonijiet. Fejn meħtieġ, dawn il-prezzijiet kienu aġġustati għal livell ex-fabbrika, jiġifieri bl-esklużjoni ta’ l-ispiża tal-ġarr tal-merkanzija fil-Komunità. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, ibbażati fuq id-data disponibbli kif imsemmi fil-premessa (41) hawn fuq, kienu aġġustati, fejn kien meħtieġ, għal fruntiera tal-Komunità CIF b'aġġustament xieraq għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni (spejjeż ta’ spezzjoni u sdoganar), kif imġarrba mill-importaturi tal-Komunità.

(44)

Il-paragun wera li matul il-PI, il-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ nbiegħ fil-Komunità fi prezzijiet li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, meta espressi bħala perċentwali ta’ dawn ta’ l-aħħar, b’10.2 %.

5.   Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità

(45)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi rilevanti kollha li jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu meqjus..

(a)   Il-produzzjoni

(46)

Minn livell ta’ madwar 824 000 tunnellata fl-2003, il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità żdiedet u laħqet quċċata matul l-2004 ta’ madwar 1 017 000 tunnellata, qabel ma naqset fl-2005 u reġgħet żdiedet daqsxejn matul il-PI. Iż-żieda sinifikanti fil-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità fl-2004 tista' tiġi spjegata permezz tal-provvista baxxa fis-suq minħabba l-ammont baxx ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ, u permezz ta’ l-għeluq ta’ impjanti oħra li jipproduċu il-Kokk 80+ fil-Komunità. B'mod ġenerali, il-produzzjoni żdiedet matul il-perjodu meqjus bi 18 % għal madwar 971 000 tunnellata matul il-PI.

 

2003

2004

2005

PI

Produzzjoni (tunnellati)

823 728

1 016 682

953 522

971 137

Indiċi (2003 = 100)

100

123

116

118

(b)   Il-kapaċità ta’ produzzjoni u r-rati ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità

(47)

Il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità baqgħet stabbli fil-livell ta’ madwar 1.1 miljun tunnellata matul il-perjodu meqjus. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità kienet 75 % fl-2003. Hija telgħet għal 93 % fl-2004, naqset bi fti għal 87% fl-2005, u reġgħet ħadet spinta għal 89 % fil-PI. Għandu jiġi nnutat li din l-industrija hija partikolari fis-sens li r-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità produttiva hija pjuttost fissa, minħabba li l-proċess ta’ produzzjoni ma jistax jitwaqqaf jaħdem b'mod temporanju.

 

2003

2004

2005

PI

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

1 092 472

1 092 472

1 092 472

1 092 472

Indiċi (2003 = 100)

100

100

100

100

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

75  %

93  %

87  %

89  %

Indiċi (2003 = 100)

100

123

116

118

(ċ)   Il-volum tal-bejgħ

(48)

Il-volumi tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità tal-produzzjoni proprja lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Komunità naqsu f'daqqa fl-2004 (40 %), iżda stabbilew ruħhom matul l-2005 (tnaqqis ta’ 12-il punt perċentwali) u matul il-PI (tnaqqis ta’ 3 punti perċentwali ulterjuri). B'mod globali, il-volumi tal-bejgħ żdiedu b'25 % matul il-perjodu meqjus kollu, jiġifieri b'perċentwali li jikkorrispondi għat-tkabbir fil-konsum tal-Komunità.

 

2003

2004

2005

PI

Il-volum tal-bejgħ tal-KE (tunnellati)

658 641

921 347

845 688

825 013

Indiċi (2003 = 100)

100

140

128

125

(d)   Is-sehem mis-suq

(49)

Is-sehem li għandha l-industrija tal-Komunità mis-suq baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus, u kien ta’ 51 % kemm fl-2003 kif ukoll matul il-PI. Intlaħqet quċċata fl-2004, minħabba skarsezza ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk matul il-perjodu kollu meqjus, l-industrija tal-Komunità kienet kapaċi tgawdi mit-tkabbir tas-suq, jiġifieri il-konsum tal-Komunità li żdied, billi żammet sehmha fis-suq. Minkejja dan, fir-rigward tal-PI, l-industrija tal-Komunità tilfet madwar 2.5 % ta’ sehmha fis-suq meta mqabbla mas-sena 2005.

 

2003

2004

2005

PI

Sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità

51,2  %

60,3  %

53,8  %

51,3  %

Indiċi (2003 = 100)

100

118

105

100

(e)   Tkabbir

(50)

Bejn l-2003 u l-PI, meta l-konsum tal-Komunità żdied b'25 punt perċentwali, il-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità żdied f'ammont ekwivalenti u għalhekk is-sehem tagħha mis-suq baqa' stabbli. Matul l-istess perjodu, importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping rebħu madwar 4 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, li kienu jikkorrispondu għal żieda ta’ madwar 141 000 tunnellata mibjugħa fis-suq tal-Komunità.

(f)   Il-prezzijiet ta’ bejgħ fil-Komunità

(51)

Il-prezzijiet medji ta’ l-unità għall-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità lill-konsumaturi mhux relatati żdiedu mill-2003 (154 EUR/tunnellata) sa l-2005 (244 EUR/tunnellata), imbagħad ħadu daqqa 'l isfel matul il-PI, iżda xorta baqgħu f'livell 29 % ogħla mill-2003 (199 EUR/tunnellata).

 

2003

2004

2005

PI

Prezz ta’ unità fis suq tal-KE (EUR/tunnellata)

154

192

244

199

Indiċi (2003 = 100)

100

125

158

129

(52)

Fid-dawl tal-livell tat-twaqqigħ fil-prezz ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, dawn l-importazzjonijiet kienu bla dubju fattur li affettwa l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità.

(g)   Stokks

(53)

Il-livell ta’ stokks ta’ l-għeluq ta’ l-industrija Komunitarja żdied konsiderevolment matul il-perjodu meqjus. L-istokks l-ewwel żdiedu b'29 % fl-2004, b'41 punt perċentwali fl-2005 u bi 88 punt perċentwali matul il-PI. Il-livell ta’ inventarji meta mqabbel mal-volum annwali ta’ produzzjoni huwa, minkejja dan, relattivament insinifikanti (madwar 3.5 % fl-2003 u 7.6 % matul il-PI). Minħabba li l-volum tal-bejgħ tal-KE ta’ l-industrija tal-Komunità żdied b'mod globali matul il-perjodu meqjus, kif deskritt fil-premessa (48) hawn fuq, iż-żieda fl-istokks ta’ l-għeluq hija spjegata bit-tnaqqis fil-bejgħ ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu meqjus, kif deskritt fil-premessa (70) hawn isfel.

 

2003

2004

2005

PI

Stokk ta’ l-għeluq (tunnellati)

28 761

37 007

48 834

74 127

Indiċi (2003 = 100)

100

129

170

258

(h)   L-investimenti

(54)

L-investimenti annwali ta’ l-industrija tal-Komunità fil-produzzjoni tal-prodott simili baqgħu stabbli matul il-perjodu meqjus, fil-livell ta’ madwar 9 miljun Ewro kull sena, minbarra għal livell temporanju aktar baxx fl-2004. L-investimenti ta’ l-industrija tal-Komunità kienu għaż-żamma u r-rinovazzjoni ta’ tagħmir eżistenti (parzjalment sabiex jintlaħqu ċerti rekwiżiti ta’ leġiżlazzjoni ambjentali ta’ l-UE) u mhux għall-għan li tiżdied il-kapaċità.

 

2003

2004

2005

PI

Investimenti netti (1 000 EUR)

8 951

8 139

9 059

9 070

Indiċi (2003 = 100)

100

91

101

101

(i)   Il-profittabilità, ir-redditu mill-investiment, il-likwidità u l-kapacità li jinkiseb il-kapital

(55)

Matul il-perjodu meqjus, il-profittabilità ta’ l-industrija tal-Komunità, espressa bħala perċentwali tal-bejgħ nett, żdiedet b'mod sinifikanti mill-2003 (11 %) sa l-2005 (18 %), iżda l-qagħda nbidlet drammatikament fil-PI, meta l-industrija tal-Komunità bdiet tagħmel it-telf (-1 %). It-tnaqqis drammatiku fil-profittabilità li nkiseb mill-industrija tal-Komunità kien prinċipalment dovut għal tnaqqis f'daqqa fil-prezzijiet tal-bejgħ bejn l-2005 u l-PI.

(56)

Ir-redditu mill-investimenti (l-ROI), espressi bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett tal-kontabilità ta’ l-investimenti, fil-biċċa l-kbira segwew ix-xejra ta’ profittabilità.

(57)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità ġġenerata mill-industrija tal-Komunità, instabet xejra negattiva simili, li rriżultat f'deterjorazzjoni ġenerali sinifikanti tal-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-PI.

(58)

L-industrija tal-Komunità ma rrapportat l-ebda diffikultà tanġibbli sabiex tikseb il-kapital. Minkejja dan, minħabba n-natura speċifika ta’ l-industrija, jiġifieri li l-proċess ta’ produzzjoni ma jistax jieqaf jaħdem mingħajr ma jinqerdu l-fran, li jingħalqu uħud mill-fran imbagħad jitħaddmu mill-ġdid aktar tard jirrikjedi investimenti kbar addizzjonali (stmati mill-industrija tal-Komunità li huma madwar iż-2 miljun euro għal kull forn.). L-industrija tal-Komunità tistima li l-kapaċità li jinkiseb il-kapital għal investimenti bħal dawn tkun limitata jekk ma jkunx hemm fiduċja mill-investituri dwar il-profittabilità tas-suq tal-Kokk 80+. Konsegwentement, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità hija neċessarjament pjuttost fissa.

 

2003

2004

2005

PI

Profittabilità tal-bejgħ tal-KE lill-konsumaturi mhux relatati (% tal-bejgħ nett)

11  %

17  %

18  %

–1  %

Indiċi (2003 = 100)

100

158

169

–8

L-ROI (profitt f’% tal-valur nett tal-kontabilità ta’ l-investimenti)

5  %

23  %

17  %

–9  %

Indiċi (2003 = 100)

100

460

340

– 180

Likwidità (1 000 EUR)

17 641

13 633

34 600

4 669

Indiċi (2003=100)

100

77

196

26

(j)   Impjieg, produttività u pagi

(59)

Il-livell ta’ impjieg ta’ l-industrija tal-Komunità żdied bi 13 % mill-2003 sal-PI. Meta mqabbla mal-produzzjoni miżjuda, il-produttività ta’ l-impjegati ta’ l-industrija tal-Komunità, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull persuna impjegata għal kull sena, baqgħet stabbli. L-ispiża medja annwali tax-xogħol għal kull impjegat żdiedet b’9 % matul il-perjodu meqjus.

 

2003

2004

2005

PI

Numru ta’ impjegati

680

754

734

767

Indiċi (2003 = 100)

100

111

108

113

Produttività (tunnellati/impjegat)

1 676

1 954

1 760

1 697

Indiċi (2003 = 100)

100

117

105

101

Spiża annwali tax-xogħol ta’ l-S.P għal kull impjegat (1 000 EUR)

28

28

29

31

Indiċi (2003 = 100)

100

100

105

109

(k)   Id-daqs tal-marġini tad-dumping

(60)

Fid-dawl tal-volum, is-sehem mis-suq u l-prezz ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tad-daqs tal-marġini konkret tad-dumping ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

(61)

Kif indikat fil-premessa (3), il-miżuri preċedenti ta’ l-antidumping kienu sospiżi f'Marzu 2004, minħabba li fid-dawl tal-bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq tqies li ma kinitx probabbli li se terġa' tibda l-ħsara marbuta ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ. Il-perjodu li għalih kienet imbagħad mistħarrġa l-evoluzzjoni ta’ volumi u prezzijiet tal-prodott ikkonċernat kien mill-1 ta’ Ottubru 2002 sat-30 ta’ Settembru 2003. Is-sospensjoni kienet estiża sa Diċembru 2005, meta skadew il-miżuri. Fid-dawl ta’ dan, tqies li d-dumping li sar fl-imgħoddi ma influwenzax b'mod sinifikanti l-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu meqjus f'din l-investigazzjoni.

6.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(62)

Bejn l-2003 u l-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ żdied b'45 % u s-sehemhom mis-suq tal-Komunità żdied b'madwar 4 punti perċentwali. Il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kienu aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu meqjus, minbarra għas-sena eċċezzjonali 2004. Barra minn dan, matul il-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat waqqgħu b'mod sinifikanti dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Instab marġini ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 10.2 %.

(63)

Il-biċċa l-kbira ta’ l-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b'mod pożittiv għall-industrija tal-Komunità sa l-2005 (avolja t-tnaqqis mis-sena eċċezzjonali 2004 kien diġà qed jidher fl-2005), iżda ħadu daqqa 'l isfel matul il-PI. Dan huwa l-każ speċjalment fir-rigward ra' l-indikaturi finanzjarji ta’ l-industrija tal-Komunità, b'mod partikolari, il-profittabilità: il-marġini tal-profitt ta’ 17-18 % li nkiseb matul 2004-2005 waqa' b'mod drammatiku matul il-PI, u l-industrija tal-Komunità spiċċat biex għamlet it-telf. Hekk ukoll ir-redditu mill-investimenti u l-likwidità żviluppaw b'mod negattiv. Il-waqgħa drammatika kienet dovuta għad-deterjorazzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ bejn l-2005 u l-PI, meta l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-prodott simili prodotti mill-industrija tal-Komunità naqsu b'19 % għad-detriment tal-profittabilità tagħha.

(64)

Ukoll, bosta indikaturi oħra ta’ ħsara żviluppaw b'mod negattiv bejn l-2005 u l-PI, għalkemm b'mod anqas distint mill-profittabilità: il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas b'madwar 3 %, l-industrija tal-Komunità tilfet 2.5 % tas-sehem tagħha mis-suq, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha naqsu b'1 %. Min-naħa l-oħra, il-volum ta’ produzzjoni, ir-rata ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-impjieg urew żvilupp kemmxejn pożittiv mill-2005 sal-PI.

(65)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-industrija tal-Komunità ġarrbet ћsara materjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   Daħla

(66)

Skond l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping li joriġinaw fir-RPĊ kkawżawx ħsara lill-industrija Komunitarja sa grad li jista' jitqies ta’ sustanza. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Komunità, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

2.   Effett ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(67)

Bejn l-2003 u l-PI, il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ żdied b'45 % u s-sehem tagħhom mis-suq tal-Komunità kien f'livelli sinifikanti matul il-perjodu kollu meqjus, jiġifieri kien jirrappreżenta konstantament 24 % jew aktar mis-sehem mis-suq. Matul il-PI, is-sehem mis-suq kien 28 %. Il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet żdied b'45 % b'mod globali bejn l-2003 u l-PI, iżda l-prezzijiet kienu ġeneralment aktar baxxi minn dawk ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu meqjus, minbarra s-sena eċċezzjonali ta’ l-2004. Fil-PI, il-prezzijiet medji ta’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ waqqgħu l-prezzijiet medji ta’ l-industrija tal-Komunità b'10.2 %. L-industrija tal-Komunità, sabiex tiżgura l-preżenza tagħha fis-suq domestiku tagħha u minħabba l-prezzijiet baxxi tas-suq magħmula mill-importazzjonijiet mir-RPĊ, ħassitha obbligata sabiex tnaqqas il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ b'29 % matul il-PI. Minkejja dan, tilfet 2.5 % tas-sehem tagħha mis-suq mill-2005 sal-PI.

(68)

Għalhekk, l-effett ta’ din l-imġiba ta’ pprezzar inġust ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kien li l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità trażżnu u li ma setgħux ikopru aktar l-ispiża għolja tal-materja prima. Dan kien ikkonfermat mill-profitabbilità dejjem nieżla ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-PI.

(69)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet ipprezzati b'mod baxx mir-RPĊ li waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-PI u li żdiedu wkoll fil-volum għandhom rwol determinanti fid-deterjorazzjoni tal-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità, li hija riflessa fit-tnaqqis f'daqqa tal-profittabilità u d-deterjorazzjoni ta’ indikaturi finanzjarji oħra matul il-PI, kif ukoll f'telfa mis-sehem tas-suq.

3.   L-effett ta’ fatturi oћra

(a)   Il-prestazzjoni ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(70)

Kif jidher fit-tabbella ta’ hawn taħt, il-volum tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tal-Kokk 80+ mill-industrija tal-Komunità naqas b'36 % matul il-perjodu meqjus. Minkejja dan, matul il-PI, meta l-profittabilità ta’ l-industrija tal-Komunità waqgħet kif spjegat hawn fuq, il-bjgħ ta’ l-esportazzjoni qabad b'mod konsiderevoli. Minbarra dan, il-livell tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni mhuwiex importanti ħafna fil-kuntest tal-bejgħ globali ta’ l-industrija tal-Komunità, u jirrappreżenta biss 10 % tal-bejgħ totali fil-PI. Għalhekk qiegħed jitqies li l-waqgħa f'dawn l-esportazzjonijiet ma kellhiex impatt sinifikanti ħafna fuq il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

 

2003

2004

2005

PI

Volum ta’ bejgħ ta’ esportazzjoni

(tunnellati)

140 511

103 409

56 453

90 402

Indiċi (2003 = 100)

100

74

40

64

(b)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(71)

Skond l-aqwa fatti disponibbli msemmija fil-premessa (38) hawn fuq, ma kien hemm l-ebda importazzjoni minn pajjiżi terzi ħlief mir-RPĊ matul il-perjodu meqjus. Gћalhekk, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet fil-KE li joriġinaw minn pajjiżi terzi oћra ma kkontribwewx gћall-ћsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(ċ)   Il-kompetizzjoni minn produtturi oħra tal-Komunità

(72)

Kif indikat taħt il-premessa (35) hawn fuq, iż-żewġ produtturi l-oħra tal-Komunità ma kkooperawx ma’ l-investigazzjoni. Minkejja dan, dawn iż-żewġ produtturi pprovdew lill-Kummissjoni b'ċertu tagħrif li jikkonċerna l-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ globali tagħhom, li sarlu kontroll trasversali mat-tagħrif li nkiseb mil-produtturi tal-Komunità li kkooperaw. Ma kien hemm l-ebda tagħrif disponibbli fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra tal-Komunità.

(73)

Fuq il-bażi tad-data disponibbli, huwa stmat li l-volum tal-bejgħ taż-żewġ produtturi l-oħra tal-Komunità fil-Komunità kien fil-medda ta’ 280 000 tunnellata u 380 000 tunnellata matul il-PI (8). Bl-istess mod, is-suq korrispondenti tagħhom kien ta’ madwar 20 %. Kif stabbilit hawn fuq, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija tal-Komunità baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu meqjus kollu, filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi matul l-istess perjodu rebħu 4 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Għalhekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi jridu loġikament ikunu kisbu volumi fil-biċċa l-kbira minn produtturi oħra tal-Komunità meta jitqies il-perjodu sħiħ. Minkejja dan, ir-rebħa ta’ 3 punti perċentwali tas-sehem mis-suq li nkisbet mill-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI jikkorrispondi għal telf mis-sehem tas-suq mill-industrija tal-Komunità ta’ daqs simili (2,5 punti perċentwali).

(74)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ tagħrif li juri l-kuntrarju, huwa konkluż li l-produtturi l-oħra tal-Komunità ma kkontribwewx għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(d)   Il-prezzijiet tal-materja prima

(75)

Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità kienet attribwibbli għaż-żidiet fl-ispiża tal-materja prima. F'dan ir-rigward, instab li l-materja prima bażiku użata fil-produzzjoni tal-Kokk 80+, faħam kokk, jirrappreżenta madwar 50 % ta’ l-ispiża tal-manifattura tal-Kokk 80+. Il-faħam kokk użat mill-industrija tal-Komunità jinkiseb mill-Istati Uniti, minbarra produttur wieħed ta’ l-industrija tal-Komunità, li juża faħam kokk miksub lokalment. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-faħam kokk użat mill-industrija tal-Komunità, l-investigazzjoni wriet li dawn żdiedu b'mod sinifikanti u kostanti matul il-perjodu meqjus, kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:

 

2003

2004

2005

PI

Spiża medja tal-faħam kokk (EUR / tunnellata ta’ Kokk 80+ prodotta)

77

97

126

127

Indiċi (2003 = 100)

100

125

163

164

(76)

F'dan ir-rigward, huwa nnutat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima bejn l-2003 u l-2005 tista' tingħadda fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, li kif imsemmi fil-premessa (51), żdiedu matul l-istess perjodu, u kienu jikkonċidu mal-marġini ogħla ta’ profitt ta’ l-industrija tal-Komunità. Bil-maqlub, matul il-PI, minkejja żieda biss ta’ 1 punt perċentwali fil-prezz tal-materja prima meta mqabbel ma’ l-2005, il-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità ddeterjorat b'mod drammatiku, minħabba li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha naqsu b'mod sinifikanti.

(77)

B'konsegwenza ta’ dan, qed jitqies li l-prezzijiet tal-materja prima ma kkontribwewx għall-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(78)

Bħala konklużjoni, l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li importazzjonijiet mir-RPĊ pprovokaw tnaqqis sostanzjali tal-prezz fis-suq tal-Komunità matul il-PI, meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ waqqgħet drastikament il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. It-tnaqqis fil-prezz wassal għal tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, u t-tnaqqis fil-prezzijiet ikkonċida ma’ tnaqqis f'daqqa fil-profittabilità ta’ l-industrija tal-Komunità, fir-redditu ta’ l-investimenti u l-likwidità. Barra minn dan, l-importazzjonijiet Ċiniżi miżjuda matul il-PI wasslu għal rebħa tas-sehem mis-suq (3 punti perċentwali), li hija riflessa f'telfa tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità b'perċentwali simili (2.5 punti perċentwali).

(79)

Min-naħa l-oħra, l-eżaminazzjoni ta’ fatturi oħra li setgħu għamlu ħsara l-industrija tal-Komunità rrivelat li l-ebda wieħed minnhom ma seta' ħalla impatt sinifikament negattiv.

(80)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi ta’ hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(81)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq id-dumping, il-ħsara u l-kawżalità, jeżistux raġunijiet qawwija li jwasslu għall-konklużjoni li ma jkunx fl-interess tal-Komunità li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat l-impatt probabbli tal-miżuri fuq il-partijiet kollha kkonċernati, kif ukoll il-konsegwenzi probabbli jekk ma jittieħdux il-miżuri. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, qed jingħataw firxiet minflok ċifri attwali, id-data relatata ma’ l-importaturi jew utenti individwali.

1.   L-interess ta’ l-indsutrija tal-Komunità

(82)

Kif indikat taħt il-premessa (35) hawn fuq, l-industrija tal-Komunità hija magħmula minn ħames kumpaniji, b'faċilitajiet ta’ produzzjoni fir-Repubblika Ċeka, l-Italja u fi Spanja, u timpjega madwar 750 persuna involuti direttament fil-produzzjoni, l-bejgħ u l-amministrazzjoni tal-prodott simili. Jekk il-miżuri jiġu imposti, huwa mistenni li t-tnaqqis fil-prezz fis-suq tal-Komunità jintemm u li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità jibdew jirkupraw, u bħala konsegwenza ta’ dan il-qagħda finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità titjieb.

(83)

Min-naħa l-oħra, jekk il-miżuri ta’ l-antidumping ma jiġux imposti, huwa probabbli li x-xejra negattiva fl-iżvilupp ta’ l-indikaturi finanzjarji ta’ l-industrija tal-Komunità, u notevolment il-profittabilità tagħha, tissokta. L-industrija tal-Komunità mbagħad tkun f'qagħda li probabbli tissokta titlef is-sehem tagħha mis-suq, minħabba li ma tkunx kapaċi aktar issegwi l-prezzijiet tas-suq imfassla mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Din il-qagħda probabbli twassal għal tnaqqis fil-produzzjoni u l-investimenti, għeluq ta’ ċerti kapaċitajiet ta’ produzzjoni u tnaqqis ta’ impjiegi fil-Komunità.

(84)

Bħala konklużjoni, l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping għandhom jippermettu lill-industrija tal-Komunità sabiex tirkupra l-effetti li nstabu ta’ dumping ta’ ħsara.

2.   L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità

(85)

Kif indikat taħt il-premessa (9) hawn fuq, importatur/negozjant wieħed biss bagħat tweġiba tal-kwestjonarju. Fuq il-bażi tat-tagħrif imsemmi fil-premessa (36), matul il-PI, din il-kumpanija kienet issarraf għal kważi l-importazzjonijiet kollha tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat.

(86)

Fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat mill-importatur ikkonċernat, ġie stabbilit li l-proporzjon ta’ importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ kienet tirrappreżenta madwar 20 % l-ammont totali ta’ negozju matul il-PI. L-importatur/in-negozjant jixtri l-Kokk 80+ mhux biss mir-RPĊ iżda wkoll minn sorsi oħra, inkluża l-industrija tal-Komunità. Il-marġini medja ta’ profitt li nkiseb mill-importatur imsemmi, fuq in-negozju tiegħu tal-Kokk 80+, huwa ta’ madwar 5-10 %.

(87)

L-importatur li kkoopera mhuwiex favur l-impożizzjoni tal-miżuri. Minkejja dan, fid-dawl tal-pożizzjoni qawwija ħafna li għandu dan l-importatur fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, huwa jkollu l-fakultà li jgħaddi l-biċċa l-kbira ta’ l-ispejjeż addizzjonali, jew kollha kemm huma, ikkawżati mill-miżuri antidumping lill-utenti. F'dan ir-rigward, l-impożizzjoni tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet mir-RPĊ, kif spjegata fil-premessa (82) hawn fuq, probabbli twassal għal korrezzjoni fil-livelli għolja ta’ l-attività tal-prezzijiet tas-suq. Għalhekk, wieħed jista' jistenna li l-importaturi li jixtru l-prodott mir-RPĊ għandhom ikollhom il-fakultà li jgħaddu dawn l-ispejjeż doganali lill-konsumatur finali. Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-piż relattivament limitat ta’ dan il-prodott fl-attivitajiet ta’ l-importatur, u l-marġini ta’ profitt li jinkiseb bħalissa fir-rigward ran-negozju tiegħu tal-Kokk 80+, huwa mistenni li dazju, kif stabbilit provviżorjament, ma għandux jaffettwa l-qagħda finanzjarja ta’ dan l-operatur ekonomiku sa punt sinifikanti.

3.   L-interess ta’ l-utenti

(88)

Kif indikat fil-premessa (9) hawn fuq, waslu tweġibiet tal-kwestjonarju u proposti oħra minn numru kbir ta’ utenti u assoċjazzjonijiet tagħhom. L-industrija ta’ l-utent tal-Komunità hija magħmula minn żewġ setturi ewlenin, speċifikament produtturi tal-fibri tal-ġebel (stone wool) u funderiji.

(a)   Il-produtturi ta’ tal-fibri tal-ġebel

(89)

Kwestjonarji ta’ l-utenti waslu mingħand sussidjarji ta’ Rockwool International A/S (“Rockwool”), il-grupp ewlieni tal-produtturi tal-fibri tal-ġebel fil-Komunità. Rockwool juża l-Kokk 80+ fil-produzzjoni tal-fibri tal-ġebel bħala aġent ta’ kombustjoni sabiex idewweb il-ġebla. Il-fibra tal-ġebel prinċipalment tintuża bħala materjal ta’ iżolament. Il-marġini tal-proftt li għamel il-grupp sħiħ Rockwool matul il-PI kien 'il fuq minn 10 %.

(90)

Instab li Rockwool kien jirrappreżenta madwar 13 % tal-konsum totali tal-Kokk 80+ fil-Komunità matul il-PI u madwar 18 % ta’ l-importazzjonijiet totali tal-Kokk 80+ Ċiniż.

(91)

Il-kumpanija għandha 15-il impjant ta’ produzzjoni fil-Komunità, li jimpjegaw total ta’ madwar 6 000 persuna. Il-Kokk 80+ Ċiniż jintuża fil-impjanti tagħha fi tliet Stati Membri ta’ l-UE, li jimpjegaw madwar 2 400 impjegat, filwaqt li l-bqija jużaw il-Kokk 80+ tal-KE. Matul il-PI, il-Kokk 80+ nstab li kien jirrappreżenta bejn 4 % u 8 % ta’ l-ispejjeż totali ta’ produzzjoni ta’ dawk il-kumpaniji Rockwool li użaw il-Kokk Ċiniż 80+.

(b)   Il-funderiji

(92)

Il-funderiji huma stmati li jirrappreżentaw kważi 80 % tal-konsum totali tal-Kokk 80+ fil-Komunità. Fl-industrija tal-funderija, il-Kokk 80+ jintuża bħala aġent ta’ kombustjoni sabiex idewweb ir-ruttam għall-produzzjoni tal-kastings tal-ħadid, li jintużaw bħala l-entità li tiddaħħal fil-produzzjoni tal-partijiet għas-setturi tal-karozzi, l-inġinerija, il-makkinarju u l-utilitajiet pubbliċi.

(93)

L-impatt possibbli ta’ kwalunkwe miżura antidumping fuq funderiji kien stmat fuq il-bażi tar-reazzjonijiet tal-kwestjonarji ta’ l-utenti li waslu mill-funderiji tal-Komunità li jirrappreżentaw madwar 18 % tal-konsum totali tal-Kokk 80+ fil-Komunità u wkoll madwar 18 % ta’ l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-PI. Waslu wkoll klejms sostanzjati minn CAEF u mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ġermaniża tal-Funderiji.

(94)

Il-Kokk 80+ instab li matul il-PI kien jirrappreżenta 3 %-6 % ta’ l-ispiża totali tal-produzzjoni tal-funderiji inkluża fl-analiżi. Din is-sejba hija differenti mill-istima li saret minn CAEF li l-prezz tal-Kokk jista' jkollu sehem fl-ispiża tal-produzzjoni tal-kastings ta’ massimu ta’ 15 %.

(ċ)   L-argumenti kif ippreżentati mill-utenti

(95)

L-ewwel argument prinċipali mressaq mill-utenti kontra l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping huwa li t-talba għall-kokk fil-Komunità ma tistax tintlaħaq mill-produtturi Ewropej waħidhom. Dan l-argument kien aċċettat ukoll mill-industrija tal-Komunità, u kien ukoll rifless biċ-ċar fil-fatt li l-konsum tal-KE matul il-PI kien ta’ 1.6 milljun tunnellata (u li skond it-tbassir ta’ l-utenti probabbli li se jiżdied fis-snin li ġejjin), filwaqt li l-produzzjoni sħiħa tal-Komunità, skond it-tagħrif li nkiseb kemm mill-produtturi ta’ l-industrija tal-Komunità kif ukoll mill-produtturi tal-Komunità (ara l-premessa (72) hawn fuq) kien f'dak il-puny madwar 1.3 miljun tunnellata. Fid-dawl li l-industrija tal-Komunità topera f'rata ta’ utilizzazzjoni għolja ta’ kapaċità, huwa evidenti li l-importazzjonijiet huma meħtieġa sabiex jilħqu t-talba ta’ l-utent, anki jekk il-produzzjoni kollha tal-KE kellha tiġi kkunsmata fi ħdan il-Komunità.

(96)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-għan tal-miżuri antidumping huwa li jsewwu prattiċi inġusti ta’ negozju li jħallu effett ta’ ħsara fuq l-industrija tal-Komunità u li jistabbilixxu mill-ġdid kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Komunità, mhux li jżommu l-importazzjonijiet. F'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-ambjent kompetittiv fis-suq tal-Komunità, għandu jiġi nnutat li minkejja l-effett ta’ impożizzjoni tal-miżuri antidumping probabbli jkun li jiżdiedu l-livelli tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-Komunità, il-miżuri kif proposti mhumiex b'tali mod li jagħlqu s-suq tal-Komunità għall-esportaturi Ċiniżi u għalhekk għandhom jippermettu l-preżenza ssuktata tal-prodotti Ċiniżi fis-suq.

(97)

Barra minn dan, l-utenti semmew l-argument li l-impożizzjoni tal-miżuri għandha tirriżulta f'żieda ta’ l-ispejjeż ta’ l-akkwist, li tista' taffetwa l-kompetittività tagħhom u b'hekk tikkomprometti l-operat ta’ manifattura fil-Komunità. Sar ukoll l-argument li l-qagħda tista' tkun aktar imwiegħra għal dawk l-utenti li ma jistgħux jaqilbu mill-Kokk 80+ Ċiniż għall-Kokk 80+ Ewropew għaliex ma jkollhom l-ebda għażla oħra ħlief li jġarrbu l-piż addizzjonali tad-dazju antidumping.

(98)

L-investigazzjoni wriet li l-Kokk 80+ jirrappreżenta bejn 4 % u 8 % ta’ l-ispejjeż totali tal-produzzjoni tal-fibri tal-ġebel u 3–6 % ta’ l-ispejjeż totali tal-funderiji. Għalhekk, anki jekk l-importaturi kellhom jgħaddu l-ispiża tad-dazju kompletament lill-utenti, dazju antidumping kif inhu propost għandu jikkawża żieda ipotetika fl-ispiża tal-produzzjoni kemm ta’ Rockwool kif ukoll ta’ funderiji ta’ madwar 1 %.

(99)

Minbarra dan, għandu jiġi nnutat li, f'każ ta’ tnaqqis jew ta’ għejbien ta’ l-industrija tal-Komunità tal-Kokk 80+, is-sorsi disponibbli tal-provvista għandha titnaqqas ukoll bl-effett negattiv konsegwenti għall-utenti tal-Komunità, li għalihom il-Kokk 80+ huwa ta’ importanza strateġika. Jekk dan iseħħ, il-provvista tal-Kokk 80+ fil-Komunità tista' tkun kompletament dipendenti fuq il-produzzjoni Ċiniża, li mbagħad tkun tista' tgawdi minn pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Komunità. F'dan ir-rigward, huwa meqjus li l-eżistenza ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista hija vitali sabiex tagħti garanziija xierqa għall-aċċess għal materja prima.

(100)

Tagħrif diponibbli għall-Kummisjoni jindika li bħalissa qed ikun hemm skarsezzi tal-provvista tal-Kokk 80+ Ċiniż għall-esportazzjoni għal raġunijiet li mhumiex relatati mal-proċediment ta’ l-antidumping, iżda minflok huma bbażati fuq miżuri adottati mill-Gvern Ċiniż sabiex jillimita l-esportazzjonijiet inter alia, tal-prodott ikkonċernat. It-taxxa ta’ esportazzjoni fuq il-Kokk 80+ żdiedet minn 5 % għal 15 % sa mill-1 ta’ Ġunju 2007. It-tnaqqis jew saħansitra l-għejbien ta’ l-industrija tal-Komunità tista' tiggrava problemi tali u toħloq skarsezza tal-provvista lill-industrija ta’ l-utent. Min-naħa l-oħra, it-tneħħija tal-vantaġġi inġusti li nkisbu permezz tal-prassi tad-dumping hija mfassla sabiex tipprevjeni d-deterjorament ta’ l-industrija tal-Komunità u b'hekk tgħinhom iżommu d-disponibilità ta’ għażla wiesgħa ta’ sorsi ta’ provvista u saħansitra ssaħħaħ il-kompetizzjoni fost il-produtturi eżistenti.

(d)   Il-konklużjoni

(101)

L-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni f'dan l-istadju tindika li l-Kokk 80+ jirrappreżenta biss proporzjon marġinali ta’ l-ispejjeż totali kemm tal-produtturi tal-fibri tal-ġebel kif ukoll tal-funderiji u għalhekk l-impatt ta’ kwalunkwe miżura antidumping fuq l-ispejjeż tagħhom ta’ produzzjoni probabbli li se jkun limitat. Barra minn dan, mhuwiex eskluż li l-importaturi se jġarrbu parti miż-żieda ta’ l-ispejjeż jew li l-utenti jistgħu jgħaddu parti miż-żieda jew kollha kemm hija lill-konsumaturi finali tagħhom. Għalhekk qed jiġi konkluż li l-impatt ta’ miżura antidumping bħal dik proposta probabbli mhuwiex se jaffettwa sinifikament il-qagħda ekonomika ta’ l-utenti. Fid-dawl ta’ l-impatt limitat tal-miżura antidumping fuq l-ispiża ta’ l-utenti, mhuwiex probabbli li jseħħ kwalunkwe għeluq bħala riżultat ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk, l-impatt fuq l-impjieg ta’ l-industrija ta’ l-utent mhuwiex probabbli li se jkun sinifikanti.

4.   Il-konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(102)

L-effetti ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri huma mistennija li jagħtu lill-Komunità l-kapaċità li ttejjeb il-profittabilità tagħha, b'effetti ta’ benefiċċju konsegwenti fuq il-kondizzjonijiet kompetittivi tas-suq tal-Komunità. Fid-dawl tal-qagħda finanzjarja mhux favorevoli ta’ l-industrija tal-Komunità, hemm ir-riskju li, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-industrija tal-Komunità jista’ jkollha tagћlaq il-faċilitajiet tal-produzzjoni tagћha u tagћti s-sensji lill-ћaddiema. Jekk jiġi dan, is-suq tal-Komunità jsir aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet.

(103)

F'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-importaturi, filwaqt li effetti negattivi jistgħu jwasslu għal forma ta’ tnaqqis fil-prezz, il-firxa tagħhom tista' titnaqqas billi jitnaqqsu l-marġini jew billi parti miż-żieda tgħaddi fuq l-industrija ta’ l-utent.

(104)

F'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-utenti, id-dazju antidumping kif propost għandu jkollu effett tassew limitat fuq l-ispiża tal-produzzjoni.

(105)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li ma teżisti l-ebda raġuni konvinċenti għaliex ma għandhomx jiġu imposti l-miżuri fil-każ attwali u li l-applikazzjoni ta’ miżuri għandha tkun fl-interess tal-Komunità.

G.   IL-PRPOSTA GĦAL MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(106)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara, il-kawżalità u l-interess tal-Komunità, gћandhom jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex tiġi evitata aktar ћsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

1.   Il-livell li fih titneħħa l-ћsara

(107)

Il-livell tal-miżuri provviżorji antidumping għandu jkun biżżejjed sabiex ineħħi l-ħsara lill-industrija tal-Komunità kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabeż il-marġini li nstab tad-dumping. Meta jsir il-kalkolu ta’ l-ammont ta’ dazju meħtieġ għat-tneħħija ta’ l-effetti tad-dumping ta’ ħsara, kien ikkunsidrat li kull miżura għandha tħalli l-industrija tal-Komunità li tkopri l-ispejjeż tagħha ta’ produzzjoni u tikseb globalment profitt qabel it-taxxa li jista' jintlaħaq raġonevolment f'kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Il-marġini tal-profitt ta’ qabel it-taxxa li ntuża b'mod provviżorju għal dan il-kalkolu kien ta’ 15.3 % ta’ l-ammont totali ta’ negozju, li jikkorrispondi għall-marġini medju ta’ profitt li nkiseb mill-industrija tal-Komunità matul l-2003-2005.

(108)

Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, (ara l-premessa (43) hawn fuq), mal-prezz bla ħsara tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-prezz bla ħsara inkiseb billi ġie aġġustat il-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità sabiex jirrifletti l-marġini ta’ profitt imsemmi hawn fuq. Id-differenza li tirriżulta minn dan il-paragun, meta espressa bħala perċentwali tal-valur totali CIF ta’ l-importazzjoni, kienet tammonta għal 35.7 % jiġifieri inqas mill-marġini tad-dumping li nstab.

(109)

Fid-dawl li l-ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma talab trattament individwali, livell uniku li fih titneħħa l-ħsara u li jifrex mal-pajjiż kollu ġie kkalkolat għall-esportaturi kollha fir-RPĊ.

2.   Il-miżuri provviżorji

(110)

Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawnhekk u skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, qiegħed jitqies li għandu jiġi impost dazju provviżorju antidumping fil-livell l-aktar baxx li nstab tal-marġini tad-dumping u tal-ħsara, skond ir-regola ta’ inqas dazju.

(111)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dazju provviżorju antidumping għandu għalhekk jammonta għal 35.7 %.

3.   Il-forma tal-miżuri

(112)

Miżuri antidumping jistgħu jieħdu forom differenti, filwaqt li l-għan jibqa' li jitneħħew l-effetti tad-dumping ta’ ħsara. Wara l-PI, ġew osservati żidiet sinifikanti fil-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat; fil-fatt 'il barra mil-livelli ta’ ħsara. F'dawn iċ-ċirkustanzi u fid-dawl li dan is-suq kien ikkaratterizzat b'volatilità għolja tal-prezz fil-passat, ġie kkunsidrat li dazju fil-forma ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni (“PMI”) huwa l-aktar forma xierqa ta’ miżuri f'dan il-każ. PMI għandu jiżgura li l-prodott ikkonċernat ma jinbiegħx fil-prezzijiet ta’ ħsara, u fl-istess waqt ma għandux iżid il-prezzijiet bla bżonn f'mumenti meta l-prezzijiet ikunu f'livelli sinifikament għolja. PMI jista' jiġi mistenni li jġib stabbiltà lis-suq minħabba li huwa jiżgura livell adegwat tal-prezz għall-industrija tal-Komunità, u jippermettilha topera f'kondizzjonijiet ekonomiċi vijabbli, u, fl-istess waqt, għandu jikkostitwixxi punt ta’ referenza għall-importaturi u l-utenti sabiex jippjanaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom bil-quddiem biżżejjed.

(113)

L-ammont tal-prezz minimu ta’ l-importazzjoni jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġini tal-ħsara lill-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni użati fil-kalkolu tal-livell li fih titneħħa l-ħsara matul il-PI. Il-prezz minimu ta’ importazzjoni kkalkolat b'dan il-mod jammonta għal EUR 227 għal kull tunnellata.

4.   L-implimentazzjoni

(114)

Kif spjegat fil-premessa (14) hawn fuq, il-Kokk 80+ huwa importat fl-istess nomenklatura doganali bħal Kokk 80-. Dawn iż-żewġ prodott huma distinti biss permezz tad-daqs tagħhom, iżda huma ddestinati għal żewġ industriji differenti u huma primarjament immanifatturati minn produtturi differenti fil-Komunità. Dan ir-Regolament għandu l-għan li sempliċiment jirregola l-importazzjoni tal-Kokk 80+ li jiddaħħal f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Minħabba li l-importazzjonijiet tal-Kokk 80- jista' jkun fihom perċentwali ta’ Kokk 80+, teżisti l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-impożizzjoni tad-dazju tal-Kokk 80+ ma twassalx għal applikazzjoni mhux meħtieġa tad-dazji għall-Kokk 80+ fil-każ ta’ merkanziji mħalltin.

(115)

Għalhekk, id-dazju antidumping għandu japplika għall-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm, meta mibgħuta bħala merkanzija f'taħlitiet li fihom kemm faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm u faħam kokk f'biċċiet b'dijametri iżgħar, ħlief jekk ikun determinat li l-kwantità tal-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm ma tikkostitwix aktar minn 20 % tal-piż niexef nett tal-merkanzija mħallta. Il-kwantità tal-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm li jinsab f'taħlitiet tista' tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ kampjuni skond l-Artikolu 68 sa 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 (9). F'każijiet fejn il-kwantità tal-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ kampjuni, il-kampjun għandu jintgħażel skond in-norma ISO 18238:2006.

(116)

Minkejja dan, jekk jinstab li faħam kokk imħallat (Kokk 80+ i Kokk 80-) wasal u daħal f'ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq tal-Komunità taħt il-kodiċi NM ex 2704 00 19, u sussegwentament ġie spezzjonat u nbigħ bħala Kokk 80+, għandu jitqies bħala l-prodott ikkonċernat u għalhekk għandu jkun soġġett gaħd-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Id-dispożizzjoni ta’ l-aħħar

(117)

Huwa rikonoxxut li, qabel tiġi deċiża determinazzjoni definittiva, numru ta’ elementi bħalma huma volumi u prezzijiet ta’ l-importazzjoni, b'mod partikolari għas-sena 2004, l-effetti fuq il-Komunità u s-swieq dinjija tad-deċiżjonijiet reċenti tal-gvern Ċiniż fir-rigward ra' l-esportazzjonijiet tal-kokk, kif ukoll il-fattibilità ta’ sistema ta’ indiċjar li għandha tiġi applikata għall-PMI għandhom jirrikjedu analiżi ulterjuri. Minkejja dan, it-tagħrif miġbur u eżaminat s'issa sa dan l-istadju ta’ l-investigazzjoni juri biċ-ċar l-eżistenza ta’ dumping, ħsara, rabta kawżali bejn id-dumping u l-ħsara u l-fatt li l-impożizzjoni tal-miżuri ma jmorrux kontra l-interess tal-Komunità. Għalhekk qed jiġi konkluż li l-ħtieġa li jinkiseb aktar tagħrif u sabiex li l-analiżi ssir aktar approfondità fir-rigward ta’ l-elementi msemmija hawn fuq qabel determinazzjoni definittiva bl-ebda mod ma tikkostitwixxi impediment għall-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji.

(118)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, għandu jingħad li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun li jkollhom jerġgħu jitqiesu mill-ġdid għall-għanijiet ta’ kwalunkwe miżura definittiva.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju antidumping permezz dan ta’ hawnhekk huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-faħam kokk f'biċċiet li huma akbar minn 80 mm bħala dijametru massimu (Kokk 80+) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jaqa' fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex 2704 00 19 (il-kodiċi Taric 2704001910). Id-dijametru tal-biċċiet għandu jiġi ddeterminat skond in-norma ISO 728:1995.

2.   L-ammont ta’ dazju definittiv antidumping applikabbli għal prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandu jkun id-differenza bejn il-prezz minimu ta’ l-importazzjoni ta’ 227 EUR għal kull tunnellata u l-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, fil-każijiet kollha fejn dan ta’ l-aħħar huwa inqas mill-prezz minimu ta’ l-importazzjoni.

3.   Għalhekk, id-dazju antidumping għandu japplika għall-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm, meta mibgħuta bħala merkanzija f'taħlitiet li fihom kemm faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm u faħam kokk f'biċċiet b'dijametri iżgħar, ħlief jekk ikun determinat li l-kwantità tal-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm ma tikkostitwix aktar minn 20 % tal-piż niexef nett tal-merkanzija mħallta. Il-kwantità tal-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm li jinsab f'taħlitiet tista' tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ kampjuni skond l-Artikolu 68 sa 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. F'każijiet fejn il-kwantità tal-faħam kokk f'biċċiet b'dijametru ta’ aktar minn 80 mm tiġi ddeterminata fuq il-bażi ta’ kampjuni, il-kampjuni għandhom jingħażlu skond in-norma ISO 18238:2006.

4.   F'każi fejn l-oġġetti sofrew dannu qabel iddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas jew għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (10), il-prezz minimu ta’ l-importazzjoni kif stipulat hawn fuq għandu jitnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi ma’ l-allokazzjoni tal-prezz li tħallas jew għandu jitħallas. Id-dazju pagabbli mbagħad għandu jkun id-differenza bejn il-prezz minimu mnaqqas ta’ l-importazzjoni u l-prezz nett imnaqqas, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel l-iżdoganar.

5.   Ir-rilaxx taċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal dispożizzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Bla ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2007.

Gћall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kien emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2177/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU C 313, 20.12.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 141, 15.6.2000, p. 9.

(4)  ĠU L 316, 15.12.2000, p. 30.

(5)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 89.

(6)  ĠU L 367, 14.12.2004, p. 3.

(7)  Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, fid-dawl li hemm żewġ kumpaniji biss fil-kategorija “produtturi oħra tal-Komunità”, qed jingħataw biss il-firxiet għaċ-ċifri totali ta’ konsum tal-KE.

(8)  Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, minħabba li l-analiżi tikkonċerna biss żewġ kumpaniji, qed jingħataw biss il-firxiet.

(9)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(10)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

19.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 244/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

dwar il-miżuri C 1/06 (ex NN 103/05) mogħtija minn Spanja favur Chupa Chups

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1710)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/613/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 88(2) l-ewwel paragrafu tiegħu,

Wara li sejħet lill-persuni interessati sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom, skond l-Artikolu imsemmi (1), filwaqt li kkunsidrat l-imsemmija osservazzjonijiet,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ ittra reġistrata tat-22 ta’ April 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand kompetitur rigward l-allegata miżura ta’ għajnuna favur Chupa Chups S.A. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni permezz ta’ ittri fl-10 ta’ Ġunju 2005 u fis-7 ta’ Settembru 2005, li Spanja rrispondiet permezz ta’ ittri reġistrati fil-11 ta’ Awwissu 2005, fis-26 ta’ Ottubru 2005, fit-18 ta’ Novmebru 2005 u fit-12 ta’ Diċembru 2005.

(2)

Fil-25 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat, rigward dubji dwar il-kompatibilità mas-suq komuni ta’ diversi għajnuniet mogħtija lil Chupa Chups minn korpi pubbliċi.

(3)

Spanja ppreżentat osservazzjonijiet permezz ta’ ittra fit-2 ta’ Marzu 2006. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni lill-awtoritajiet Spanjoli fil-25 ta’ April 2006, fis-6 ta’ Lulju 2006 u fl-24 ta’ Novembru 2006. Dawn l-awtoritajiet irrispondew permezz ta’ ittri reġistrati fit-22 ta’ Mejju 2006, fil-5 ta’ Settembru 2006, fis-7 ta’ Settembru 2006, fl-20 ta’ Ottubru 2006, fl-1 ta’ Frar 2007, fis-6 ta’ Frar 2007 u fit-12 ta’ Marzu 2007.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tiftaħ il-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-persuni interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn Chupa Chups, reġistrati fit-30 ta’ Mejju 2006, u minn Inmobiliaria Casa Batlló, registrati fit-8 ta’ Awwissu 2006. Dawn il-kummenti kienu mibgħuta lill-awtoritajiet Spanjoli fit-28 ta’ Settembru 2006. Spanja ma tatx l-opinjoni tagħha fuq dawn.

(5)

Ma kien hemm ebda kumment minn terzi persuni. Min għamel l-ilment ma għamilx intervent.

II.   DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU U TAL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

(6)

Chupa Chups S.A. hija kumpanija b’kapital azzjonarju ta’ grupp industrijali stabbilit fi Spanja fl-1940. L-attività ewlenija tagħha tikkonsisti fil-manifattura u l-kummerċ ta’ ħelu, speċjalment ta’ lolipops. Attwalment, il-grupp għandu erba’ ċentri ta’ produzzjoni sitwati fir-Russja, il-Messiku, Sant Esteve de Sesrovires (Barċellona) u Villamayor (Asturias). F’Ġunju ta’ l-2006, Chupa Chups, sa dak iż-żmien grupp ta’ impriżi tal-familja, kienet mibjugħa lill-kumpanija Italo-Olandiża tal-ħelu Perfetti Van Melle (3).

(7)

Sa mill-2002, il-grupp Chupa Chups kellu problemi finanzjarji serji, b’telf konsolidat ta’ 22 500 000 euro fl-2002, 4 720 000 euro fl-2003 u 5 950 000 euro fl-2004, filwaqt illi d-dħul mill-bejgħ dejjem jonqos (4). Skond iċ-ċirkustanzi, id-direttorat għamel pjan ta’ ristrutturazzjoni fl-2002 sabiex jirristabbilixxi s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża:

F’Lulju ta’ l-2002, grupp ta’ banek privati ta lil Chupa Chups self sindikat għall-ammont massimu ta’ 75 miljun euro. Il-kuntratt jistipula serje ta’ obbligazzjonijiet għall-impriża u t-twettiq ta’ xi rapporti finanzjarji. It-transazzjoni kienet garantita minn diversi impriżi ta’ l-istess grupp (5). Fl-2005, il-banek offrew lil Chupa Chups sabiex iġġedded il-finanzjament, iżda, fl-aħħar nett, l-impriża rrifjutat l-offerta.

F’Marzu ta’ l-2003, il-proprjetarji ta’ Chupa Chups poġġew fondi addizzjonali fil-kapital ta’ l-impriża għall-valur ta’ 8 miljun euro.

Modifikazzjoni ta’ l-istruttura kummerċjali ppermettiet żieda fil-fondi ta’ 6 790 000 euro addizzjonali (6).

(8)

Fir-rigward ta’ din ir-ristrutturazzjoni finanzjarja, fil-5 ta’ Settembru ta’ l-2003 l-Instituto Catalán de Finanzas (“ICF”, entità ta’ kreditu tal-Gvern reġjonali Katalan) tat lil Inmobiliaria Casa Batlló, S.L. (“ICB”), sussidjarja ta’ Chupa Chups, kreditu ta’ 35 miljun euro. Il-kreditu kien garantit permezz ta’ ipoteka fuq proprjetà immobbli ta’ ICB (7), li l-valur tagħha kien ikkalkulat minn espert indipendenti għal 71 miljun euro. Dan il-kreditu (Miżura 1), li immedjatament għadda minn ICB għal Chupa Chups permezz ta’ self subordinat (8), huwa l-oriġini ta’ l-ilment li wassal għall-ftuħ ta’ l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Chupa Chups użat dawn il-fondi sabiex tħassar parti mis-self sindikat ta’ l-2002 (20 miljun euro) u sabiex tħallas neċessitajiet oħra ta’ fondi.

(9)

L-investigazzjoni preliminari tal-Kummissjoni rrivelat sussegwentement diversi miżuri addizzjonali favur Chupa Chups, fosthom:

Sussidju ta’ 1 580 000 euro mill-Ministeru Spanjol ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd bħala għajnuna għall-investiment ta’ faċilitajiet f’Barċellona (1989-1994) (Miżura 2).

Sussidju ta’ 4 330 000 euro minn “korpi oħra pubbliċi”, għall-kostruzzjoni tad-dipartiment ta’ Asturias (1994-1997) (Miżura 3).

Sussidju ta’ 6 710 000 euro minn “varji korpi pubbliċi” għat-tkabbir ta’ l-istess dipartiment ta’ Asturias (1999-2003) (Miżura 4).

Kreditu mingħajr imgħax ta’ 2 800 000 euro mogħti fl-2004 mill-Ministeru Spanjol tax-Xjenza u t-Teknoloġija (Miżura 5).

Sussidji addizzjonali mhux speċifikati ta’ 1 540 000 euro (2004) (Miżura 6).

Mill-11 150 000 euro ta’ valur totali flimkien mal-miżuri 3 u 4, fl-aħħar ta’ l-2004 Chupa Chups kienet għadha trid tirċievi 5 miljun euro. Fl-2005, bank privat sellef 4 480 000 euro lil Chupa Chups. Is-self kien garantit mill-Gvern reġjonali ta’ Asturias, li Chupa Chups offrietlu bħala garanzija l-4 480 000 euro ta’ sussidji pendenti u depożitu bankarju ta’ 300 000 euro (Miżura 7).

Fi Frar ta’ l-2004, l-Aġenzija Fiskali Spanjola awtorizzat lil Chupa Chups sabiex taqsam il-ħlas tad-dejn tagħha taħt IVA u taxxa ta’ kumpaniji f’perjodi ta’ kull kwart ta’ sena li jiskadu fl-20 ta’ Frar ta’ l-2008. Bħala garanzija ta’ dan il-posponiment tal-ħlas tad-djun, kienet magħmula ipoteka ġdida fuq il-Casa Batlló (Miżura 8).

III.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

(10)

Fid-Deċiżjoni tagħha, tal-25 ta’ Jannar 2005, sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (“id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura”), il-Kummissjoni esprimiet is-suspetti tagħha illi, permezz tal-finanzjament ta’ l-ICF, Chupa Chups kienet avvantaġġjata (Miżura 1 supra), peress illi:

Il-kreditu lil ICB ma kien jinkludi ebda waħda mill-kundizzjonijiet restrittivi konnessi mas-self sindikat magħmul bejn Chupa Chups u l-banek privati sena qabel.

Il-kundizzjonijiet magħmula ma’ l-ICF kienu probabbilment aħjar għall-grupp milli dawk tas-self sindikat ta’ l-2002, peress illi s-self ta’ l-ICF wassal immedjatament għall-kanċellazzjoni parzjali tas-self sindikat.

It-tip ta’ imgħax tal-kreditu ta’ l-ICF jidher li jikkorrispondi mat-tip ta’ suq applikabbli għall-impriżi sodi, filwaqt li dak iż-żmien Chupa Chups diġà kienet impriża bi problemi fis-sens tad-Direttivi ta’ rkupru u ristrutturazzjoni (9).

L-awtoritajiet Spanjoli ma qalux ir-raġuni għaliex ebda bank privat ma wera l-volontà tiegħu li jipprovdi finanzjament f’kundizzjonijiet kumparabbli ma’ dawk ta’ l-ICF u lanqas liema kienu l-kundizzjonijiet konnessi mas-self sindikat tat-30 ta’ Lulju 2002.

(11)

Fir-rigward tal-miżuri 2 sa 8 imsemmija qabel, id-deċiżjoni li tinfetaħ proċedura rreferiet għall-fatt illi l-awtoritajiet Spanjoli ma kinux taw risposta għal ebda talba ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-natura u l-ġustifikazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

IV.   OSSERVAZZJONIJIET TA’ SPANJA

Miżura 1

(12)

Spanja rrispondiet għall-evalwazzjoni inizjali tal-Kummissjoni li l-kreditu ta’ l-ICF ipprovda vantaġġ għall-grupp ta’ Chupa Chups u, għaldaqstant, kien jikkostitwixxi għajnuna mill-istat. L-awtoritajiet Spanjoli ddikjaraw, b’mod partikolari, dan li ġej:

Is-self sindikat ta’ l-2002 kien magħmul bejn Chupa Chups u grupp ta’ banek privati, filwaqt illi l-kreditu ta’ l-ICF kien mogħti lill-ICB, kumpanija sussidjarja ta’ Chupa Chups, li immedjatament saret indipendenti mill-grupp (10). Għaldaqstant, il-kredituri u d-debituri kienu differenti fiż-żewġ transazzjonijiet.

Il-garanziji wkoll kellhom differenzi sustanzjali. Is-self sindikat ta’ l-2002 lil Chupa Chups ma kien joffri ebda beni immobbli bħala garanziija. B’mod partikolari, l-impriża ma kinitx fil-kundizzjoni li toffri l-ipoteka in kwistjoni ta’ l-ewwel grad, peress illi l-immobbli kien proprjetà ta’ ICB (11). Minn naħa l-oħra, Chupa Chups tat garanzija tas-self tagħha billi obbligat ruħha sabiex twettaq diversi obbligazzjonjiet u tadatta ruħha skond ċerti rapporti finanzjarji.

It-tip ta’ interess tas-self sindikat lil Chupa Chups kien konness ukoll mat-twettiq ta’ dawn l-obbligazzjonijiet. Skond ir-riżultati ta’ l-impriża sa mill-2004, dan wassal eventwalment għal tipi ekwivalenti, jew anke iktar baxxi, għal dawk applikati mill-ICF għall-ICB.

ICB mhix impriża fi kriżi, iżda impriża immobbiljarja soda bi dħul suffiċjenti sabiex twettaq l-obbligazzjonijiet ta’ ħlas tagħha. Barra minn hekk, tat garanziji iktar minn biżżejjed sabiex tiggarantixxi il-kreditu ta’ l-ICF. Għaldaqstant, dak il-kreditu kien magħmul f’kundizzjonijiet normali tas-suq ipotekarju (li fih it-tipi ta’ imgħaxijiet normalment huma, inferjuri għat-tipi applikati għal tipi oħra ta’ self (12)) u ma rrikjediet ebda premju ta’ riskju u ebda klawsola restrittiva inklużi fis-self sindikat ta’ Chupa Chups. L-istess kreditu seta’ kien magħmul ma’ kwalunkwe bank privat bl-istess kondizzjonijiet.

Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq japplika għall-kreditu prinċipali bejn l-ICF u ICB, filwaqt li s-self subordinat bejn ICB u Chupa Chups jikkostitwixxi bażikament transazzjoni finanzjarja bejn żewġ persuni privati (u, għaldaqstant, irrelevanti fit-termini ta’ kontroll ta’ għajnuniet mill-Istat).

Miżura 2

(13)

Skond l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli, il-miżura 2 ingħatat bejn l-1989 u l-1994, fi kliem ieħor, iktar minn għaxar snin qabel l-ewwel intervent tal-Kummissjoni fil-każ in kwistjoni, li kienet talba ta’ informazzjoni ta’ Mejju 2005.

Miżura 3

(14)

Skond l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli, il-miżura 3 tista’ tinqasam f’:

3 600 000 euro ta’ għajnuna mogħtija qabel l-1995;

730 000 euro ta’ għajnuna, li jikkorrispondu għal għajnuna intensiva tat-13 %, mogħtija fl-14 ta’ Marzu 1997 mill-Gvern Reġjonali ta’ Asturias skond id-Digriet 7/96, tal-15 ta’ Frar, li jistabbilixxi diversi programmi ta’ appoġġ għall-impriżi zgħar u dawk ta’ daqs medju (13) (iktar ’il quddiem imsejjaħ, “Digriet 7/96”). L-awtoritajiet Spanjoli jaħsbu li din l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata bħala estensjoni tar-reġim N 448/94 ta’ appoġġ għall-PYME ta’ Asturias (applikabbli eċċezzjonalment għall-impriżi kbar li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali) (14). Il-miżura kkostitwiet suppliment għall-għajnuna reġjonali mogħtija fl-1994 minn Spanja skond il-Liġi 50/85, tas-27 ta’ Diċembru, ta’ inċentivi reġjonali għall-korrezzjoni ta’ żbilanċi ekonomiċi inter-territorjali (LIR), approvata mill-Kummissjoni (15).

Miżura 4

(15)

Skond l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli, il-miżura 4 tista’ tinqasam fil-punti li ġejjin:

Sena

Korp pubbliku li ta l-għajnuna

Bażi ġuridika nazzjonali

Sussidju

(miljuni ta’ euro)

Intensità ta’ l-għajnuna

2000

Ministeru ta’ l-Ekonomija u l-Finanzi

LIR

2,55

13  %

1999

Ministeru ta’ l-Industrija, t-Turiżmu u l-Kummerċ

Ordni ta’ 6.3.1998 (“Minería 1”) (16)

1,98

14  %

2003

Ministeru ta’ l-Industrija, t-Turiżmu u l-Kummerċ

Ordni ta’ 17.12.2001 (“Minería 2”) (17)

0,8

12  %

2000

Gvern tal-Prinċipalità ta’ Asturias

Digriet 41/2000 (18)

0,69

13  %

2002

Gvern tal-Prinċipalità ta’ Asturias

Digriet 41/2000

0,69

9  %

Miżura 5

(16)

Skond l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli, il-miżura 5 kienet mogħtija skond ir-reġim ta’ għajnuniet eżistenti “Attivitajiet taċ-Ċentru għall-Iżvilupp Industrijali- CDTI – Żvilupp Teknoloġiku” (19).

Miżura 6

(17)

Skond l-awtoritajiet Spanjoli, il-miżura 6 tirreferi għal sussidju ta’ 1 590 000 euro tal-Fond Ewropew ta’ Orjentazzjoni u Garanzija Agrikola (FEOGA) li tirreferi għal rimbors ta’ l-esportazzjoni lill-pajjiżi terzi.

Miżura 7

(18)

L-awtoritajiet Spanjoli allegaw illi t-transazzjoni ta’ kreditu garantita mill-Gvern reġjonali ta’ Asturias kienet tikkonsisti fl-għotja lil Chupa Chups ta’ l-ammonti li kienu jikkorrispondu għas-sussidji pendenti li diġà kellha dritt għalihom. Dawn is-sussidji kienu mogħtija għat-tkabbir tad-dipartiment ta’ Asturias, kundizzjoni li l-impriża kienet diġà wettqet meta kienet mogħtija l-kreditu. Sabiex tiggarantixxi l-garanzija pubblika, Chupa Chups wiegħdet lill-Gvern ta’ Asturias id-drittijiet tagħha fuq is-sussidji, għal ammont ta’ 4 480 000 euro.

(19)

Għaldaqstant, il-garanzija tal-Gvern Reġjonali ta’ Asturias kienet inkluża fir-rabta li Chupa Chups kellha ma’ varji awtoritajiet pubbliċi.

Miżura 8

(20)

L-awtoritajiet Spanjoli allegaw illi d-diviżjoni tad-dejn ta’ Chupa Chups taħt il-kunċett ta’ IVA u ta’ taxxa ta’ kumpaniji ġej mis-sempliċi applikazzjoni tal-leġislazzjoni fiskali Spanjola (20), li tistabbilixxi l-kriterji ta’ ammissibilità – b’mod partikolari tirreferi għas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża u għat-tip ta’ garanziji li għandhom ikunu mogħtija—u t-tipi applikabbli għall-imgħax għal dewmien (tipi ta’ imgħax li kienu effettivament applikati għall-impriża). Għaldaqstant, jikkunsidraw illi l-awtoritajiet fiskali ma użaw ebda fakultà diskrezzjonali.

V.   OSSERVAZZJONIJIET TA’ PARTIJIET TERZI

(21)

L-osservazzjonijiet ta’ Chupa Chups irrepetew l-argumenti magħmula mill-awtoritajiet Spanjoli li jirreferu għan-nuqqas ta’ għajnuna mill-istat fil-kreditu ta’ l-icf. Taw ukoll informazzjoni dettaljata, fuq l-istess linja ta’ dik diġà ppreżentata minn Spanja, dwar il-miżuri l-oħra inklużi fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Chupa Chups allegat bl-istess mod illi, minbarra r-rifużjonijiet ta’ l-FEOGA, il-miżura 6 kienet tinkludi sussidju ta’ 100 000 euro ta’ l-istitut ta’ kummerċ estern (icex), mogħti fl-2003 f’applikazzjoni ta’ programm skond Regolament (KE) Nru 1159/2000 tal-Kummissjoni (21), tat-30 ta’ Mejju 2000 dwar l-attivitajiet ta’ informazzjoni u pubbliċità li għandhom iwettqu l-Istati Membri rigward l-intervenzjonijiet tal-Fondi Strutturali.

(22)

Inmobiliaria Casa Batlló ppreżentat il-kontijiet annwali tagħha li jikkorrispondu għas-snin 2001 sa 2004, kif ukoll il-kontijiet annwali ta’ l-istess perjodu ta’ l-immobiljarja “Casa Batlló, S.L.”, konnessa magħha.

VI.   VALUTAZZJONI TA’ L-GĦAJNUNA

1.   Eżistenza ta’ l-għajnuna mill-Istat

(23)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jiddikjara illi l-għajnuniet mogħtija bi kwalunkwe forma mill-Istat jew permezz ta’ fondi mill-Istat li jiffalsifikaw jew jippruvaw jiffalsifikaw il-kompetenza, filwaqt li jiffavorixxu ċerti impriżi jew produzzjonijiet, fil-każ tal-miżura li taffettwa l-interkambji kummerċjali bejn Stati Membri, ikunu inkumpatibbli mas-suq komuni.

1.1   Miżura 1: Kreditu ta’ l-ICF (2003)

(24)

Fir-rigward tal-kreditu ta’ l-ICF, għandha tkun determinata jekk tagħtix lil Chupa Chups appoġġ li l-impriża ma setgħetx tagħti skond il-kondizzjonijiet tas-suq. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk dan il-korp pubbliku ħadimx bl-istess mod li kieku kien jagħmel investitur ipotetiku f’ekonomija tas-suq f’ċikustanzi simili.

(25)

Kif jidher fit-taqsima IV, wara d-deċiżjoni li tinfetaħ il-procedura, Spanja ppreżentat informazzjoni li uriet li s-self sindikat ta’ l-2002 u l-kreditu ta’ l-ICF ma jistgħux ikunu kkumparati, peress illi d-debituri kienu differenti fiż-żewġ transazzjonijiet, il-garanziji kienu differenti, u ICB ma kinitx impriża fi kriżi u tat garanzija iktar milli suffiċjenti sabiex tiggarantixxi il-kreditu ta’ l-ICF.

(26)

Rigward il-bażi ta’ l-informazzjoni u ta’ l-argumenti mogħtija minn Spanja, il-Kummissjoni tikkunsidra illi huwa ċar biżżejjed li t-transazzjoni ta’ kreditu prinċipali bejn ICF u ICB kienet imwettqa permezz tal-prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq u li s-self subordinat bejn l-ICB u Chupa Chups hija transazzjoni finanzjarja bejn żewġ partijiet privati.

(27)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi illi l-miżura 1 ma timplikax għajnuna mill-Istat.

1.2   Miżuri 2 sa 5

(28)

Il-miżuri 2 sa 5 kienu sussidji pubbliċi mogħtija direttament lil Chupa Chups u kienu jimplikaw l-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ l-Istat li taw vantaġġ lil impriża partikolari. Fir-rigward tal-miżura 5 b’mod partikolari, Spanja użat riżorsi ta’ l-Istat filwaqt li tat self eżenti minn imgħax lill-impriża. Il-miżuri taw lil Chupa Chups vantaġġi rigward il-kompetituri tagħha li ffalsifikaw il-kompetenza, filwaqt li l-impriża saħħet il-pożizzjoni finanzjarja tagħha u żiedet il-kapaċità ta’ investiment. Peress illi Chupa Chups hija nvoluta fis-suq tal-ħelu, settur li fih jeżisti kummerċ bejn l-Istati Membri, u hija impriża li taħdem fis-suq internazzjonali, huwa mwettaq ukoll il-krietrju li jaffettwa il-kummerċ intrakomunitarju.

(29)

Minħabba dak kollu, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni illi l-miżuri 2 sa 5 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. L-awtoritajiet Spanjoli ma jiddisputawx din l-analiżi.

1.3   Miżura 6: Sussidji addizzjonali li mhumiex speċifikati għal ammont ta’ 1 540 000 euro

(30)

Fir-rigward ta’ l-informazzjoni rċevuta minn Spanja u minn Chupa Chups, għandu jkun konkluż illi l-miżura 6 tinkludi l-elementi li ġejjin:

Sussidju ta’ 1 590 000 euro ta’ FEOGA li jirreferi għal rifużjonijiet rigward esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (22). Il-Kummissjoni tosserva li, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 1982, fil-Kawżi 213-215/81, NorddeutschesVieh und Fleischkontor, paragrafu 22), il-fondi ta’ l-esportazzjoni mogħtija minn FEOGA skond ir-regoli tal-Politika Agrikola Komuni (PAC) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat (23). Għaldaqstant, din il-miżura ma tinkludix elementi ta’ għajnuna mill-Istat;

Skond l-osservazzjonijiet ta’ Chupa Chups rċevuti fit-30 ta’ Mejju 2006, il-miżura 6 tinkludi bl-istess mod sussidju ta’ 100 000 euro ta’ l-ICEX mogħti fl-2003 fil-qafas tal-programm “Plan de Marcas Españolas” għall-attivitajiet relatati mal-promozzjoni tad-ditta “Chupa Chups” fil-Korea ta’ Isfel. Dan il-programm inbeda minn ICEX fl-2003 u, skond Chupa Chups, l-awtoritajiet Spanjoli kkunsidraw fil-mument ta’ l-għotja tiegħu illi s-sussidju mogħti lill-impriża kien adattat skond id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1159/2000. Spanja ma rrifjutatx l-affirmazzjoni ta’ Chupa Chups li dan is-sussidju kien parti mill-1 540 000 euro ta’ “sussidji addizzjonali mhux speċifikati” identifikati fil-punt 5(5) tad-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura. Spanja lanqas ma għamlet ebda kumment dwar in-natura tas-sussidju. Fil-fatt, minkejja l-ammont baxx involut, u l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward dan, Spanja ma allegatx illi l-konċessjoni tagħha kienet suġġetta għall-kundizzjonijiet dwar l-għajnuniet de minimis applikabbli f’dak il-mument (24).

(31)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi illi l-miżura 6 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, ta’ ammont ta’ 100 000 euro.

1.4.   Miżura 7: Garanzija tal-Gvern Reġjonali ta’ Asturias (2005)

(32)

Skond l-informazzjoni mogħtija minn Spanja, deskritta qabel fit-taqsima IV, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-garanzija tal-Gvern Reġjonali ta’ Asturias kienet mogħtija skond id-drittijiet b’saħħithom ta’ kreditu ta’ diversi awtoritajiet pubbliċi li kellha Chupa Chups. Il-Kummissjoni tikkunsidra, b’mod partikolari, li Chupa Chups kellha formalment id-dritt li tirċievi s-sussidji in kwistjoni fil-mument li fih kien mogħti l-kreditu, u li, skond l-analiżi li saret preċedentement (ara l-evalwazzjoni tal-miżura 4), l-imsemmija sussidji kienu kollha kemm huma għajnuniet kompatibbli, minn barra dak ta’ 800 000 euro.

(33)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi illi l-intervenzjoni tal-Gvern ta’ Asturias ma implikat ebda riskju sinifikattiv, u għaldaqstant ma kkostitwitx għajnuna mill-Istat.

1.5.   Miżura 8: Posponiment tad-dejn mill-Aġenzija Fiskali

(34)

L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli bħala risposta għad-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura tistabbilixxi illi:

L-amministrazzjoni pubblika Spanjola għandha timxi inevitabbilment skond il-proċeduri stabbiliti fil-Liġi Ġenerali Fiskali 58/2003 u l-liġijiet kumplimentari. Dan jinvolvi proċeduri ta’ natura amministrativa, u f’ċerti każijiet speċifiċi biss, skond dak stabbilit fil-liġijiet, hemm bżonn li l-amministrazzjoni tirrikorri għal proċessi ġudizzjarji.

Iċ-ċifri legali ta’ posponiment jew diviżjoni tal-pagamenti huma msemmija fl-Artikolu 65 tal-Liġi 58/2003.

Il-possibilità li jintalab posponiment tal-pagamenti hija miftuħa għal kull min iħallas it-taxxa.

Il-għoti ta’ posponiment huwa suġġett għad-dispożizzjoni ta’ garanziji fuq l-ammont pospost, il-pagament ta’ imgħax rigward il-posponiment, u 25 % ta’ ħlas fuq l-ammont totali. Fil-każ in kwistjoni, Chupa Chups tat ipoteka ta’ 15 240 000 euro, li huwa l-ammont li rriżulta minn dawn il-kalkoli.

Chupa Chups ma gawdiet ebda moratorju fiskali reali, ħlief il-possibilità li tħallas il-pagamenti ftit ftit. Għaldaqstant, il-pagamenti posposti ħolqu imgħax skond it-tipi legali stabbiliti fil-liġijiet fiskali Spanjoli matul kull perjodu. Dawn it-tipi kienu simili għat-tipi ta’ suq applikati lil tipi oħra ta’ krediti.

Chupa Chups talbet il-posponiment tad-dejn fiskali tagħha għal qabel ma skada il-perjodu ta’ pagament volontarju, li kien jimpedixxi, skond l-Artikolu 65 tal-Liġi 58/2003, il-bidu ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni.

Il-ftehim ta’ posponiment stabbilixxa li kwalunkwe pożizzjoni ta’ kreditu ta’ Chupa Chups rigward l-Amministrazzjoni Fiskali kienet iddestinata għall-kanċellament ta’ djun posposti. Peress illi, minħabba l-attivitajiet tagħha ta’ esportazzjoni, Chupa Chups tiġġenera frekwentament krediti ta’ IVA, il-kalendarju ta’ deprezzament previst inizjalment deher sostanzjalment aċċellerat.

(35)

Rigward il-bażi ta’ l-argumenti imsemmija preċedentement il-Kummissjoni tkkunsidra illi Spanja pprovdiet provi suffiċjenti li d-diviżjoni tad-djun ta’ Chupa Chups taħt il-kunċett ta’ IVA u ta’ taxxa ta’ kumpaniji kienu ġejjin minn l-applikazzjoni sempliċi tal-leġiżlazzjoni fiskali Spanjola, u li l-awtoritajiet fiskali ma kellhom ebda fakultà diskrezzjonali li tistabbilixxi l-ammissibilità ta’ l-impriża, l-garanziji neċessarji jew it-tipi ta’ imgħax applikati.

(36)

Fil-kunsiderazzjoni ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi illi l-miżura 8 hija ta’ karattru ġenerali u ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

2.   Kumpatibilità tal-miżuri 2 sa 6

2.1   Miżura 2: Sussidju ta’ 1 580 000 euro mill-Ministeru Spanjol ta’ Agrikoltura u Sajd bħala għajnuna għall-investiment fil-faċilitajiet ta’ Barċellona (1989-1994)

(37)

Skond l-informazzjoni ppreżentata minn Spanja, il-miżura 2 kienet mogħtija bejn l-1989 u l-1994, fi kliem ieħor, iktar minn għaxar snin qabel l-ewwel intervenzjoni tal-Kummissjoni fil-każ in kwistjoni, li kien jikkonsisti f’talba ta’ informazzjoni f’Mejju ta’ l-2005.

(38)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li skada ż-żmien ta’ preskrizzjoni għall-miżura 2 stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (25), u jikkostitwixxi għajnuna eżistenti.

2.2   Miżura 3: Sussidju ta’ “korpi pubbliċi oħra” ta’ 4 330 000 euro għall-kostruzzjoni tad-dipartiment ta’ Asturias (1994-1997)

(39)

Il-Kummissjoni tosserva li, skond l-informazzjoni mogħtija minn Spanja, is-sussidji ta’ 3 600 000 euro tal-miżura 3 kienu mogħtija qabel l-1995, fi kliem ieħor, iktar minn għaxar snin qabel l-ewwel intervent tal-Kummissjoni fil-każ in kwistjoni u, għaldaqstant, ż-żmien ta’ preskrizzjoni stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 tal-Kunsill skada. Konsegwentement, jikkostitwixxu għajnuna eżistenti.

(40)

Skond ir-referenza ta’ 700 000 euro ta’ għajnuna mogħtija fl-14 ta’ Marzu 1997 mill-Gvern Reġjonali ta’ Asturias skond id-Digriet 7/96, l-awtoritajiet Spanjoli allegaw illi din l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata bħala estensjoni tar-reġim N 448/94 favur il-PYME ta’ Asturias (applikabbli eċċezzjonalment għal impriżi kbar li jikkontribwixxu għall-iżvilupp regjonali), u li tikkostitwixxi suppliment ta’ l-għajnuna reġjonali mogħtija fl-1994 minn Spanja skond il-Liġi 50/85 (LIR). Il-Kummissjoni tosserva illi r-reġim N 448/94 skada fl-aħħar ta’ l-1996 u ma kienx estiż wara dan. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra illi s-sussidju supplimentari tal-Gvern Reġjonali ta’ Asturias jista’ jkun eżaminat fuq bażi ad hoc skond id-Digriet 7/96 u l-limiti massimi ta’ għajnuna reġjonali għal Spanja stabbiliti fid-Deċiżjoni N 463/94 tal-Kummissjoni (26). Rigward din il-bażi, l-għajnuna in kwistjoni tista’ tkun iddikjarata kumpatibbli fil-miżura li (i) tikkostitwixxi għajnuna reġjonali, peress illi kienet applikata għall-investimenti fuq beni mmobbli li kienu ammissibbli skond il-LIR; (ii) l-għajnuna intensiva akkumulata baqgħet inqas mil-limitu ta’ 50 % applikabbli dak iż-żmien għar-reġjun ta’ Asturias.

2.3   Miżura 4: Sussidju ta’ 6 710 000 euro ta’ “varji awtoritajiet pubbliċi” għat-tkabbir ta’ l-istess pjan ta’ Asturias (1999-2003).

(41)

Il-Kummissjoni approvat ir-reġim LIR permezz ta’ sentenza ta’ l-1 ta’ Settembru 1987. Għaldaqstant, l-2 550 000 euro ta’ sussidju mogħtija lil Chupa Chups skond dan ir-reġim ta’ għajnuniet reġjonali jikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli.

(42)

Fir-rigward tar-referenza għas-sussidju ta’ 1 980 000 euro, rċevut minn Chupa Chups fl-1999 skond il-programm “Minería 1”, il-Kummissjoni tosserva illi dan il-programm mhux reġim ta’ għajnuniet approvat. Madankollu, wara evalwazzjoni individwali tal-miżura, il-Kummissjoni tikkonkludi illi s-sussidju in kwistjoni jikkostitwixxi għajnuna reġjonali kompatibbli skond id-Direttivi tal-Kummissjoni ta’ l-1998 dwar għajnuniet reġjonali (DAR ta’ l-1998) (27). B’mod partikolari, Spanja tat provi illi l-għajnuna kienet limitata għall-investiment inizjali, li l-ispejjeż ta’ sussidji kienu bejn dawk previsti fid-DAR ta’ l-1998, illi l-għajnuna intensiva kienet tirrispetta l-limiti reġjonali aplikabbli f’Asturias dak iż-żmien, li kienu rrispettati r-regoli ta’ akkumulazzjoni, li mill-inqas 25 % ta’ l-investiment kien iffinanzjat permezz ta’ talbiet propji tal-benefiċjarju u li l-investiment inżamm għal iktar minn ħames snin wara d-data li fiha kienet mogħtija l-għajnuna.

(43)

Fir-rigward tat-800 000 euro ta’ għajnuna reġjonali konċessi fl-2003 skond il-programm “Minería 2”, il-Kummissjoni tosserva illi “Minería 2” huwa reġim ta’ għajnuniet approvat (28). Madankollu, l-ittra tal-Kummissjoni li tapprova r-reġim turi espliċitament illi mhix se tapplika għal impriżi fi kriżi. Il-Kummissjoni tosserva li, minbarra t-telf serju esperjenzat fl-2002 (29) u r-riżultat tiegħu fl-2003 (30), Chupa Chups għandha tkun ikkunsidrata bħala impriża fi kriżi (31) fil-mumenti li kienet mogħtija l-għajnuna. Għaldaqstant, Chupa Chups ma kinitx eliġibbli għal din l-għajnuna. L-awtoritajiet Spanjoli affermaw illi din l-għajnuna għadha mhix imħallsa.

(44)

Fir-rigward taż-żewġ sussidji mogħtija skond id-Digriet 41/2000, il-Kummissjoni tosserva illi l-imsemmi Digriet kient approvat permezz tad-Deċiżjoni tat-30.5.2000, li fis-sena 2000 u 2002 (meta kienu mogħtija s-sussidji) Chupa Chups kienet għadha mhix eliġibbli għall-għajnuna reġjonali u li kienu rrispettati l-limiti ta’ għajnuna reġjonali għal Asturias. Għaldaqstant, iż-żewġ sussidji in kwistjoni jikkostitwixxu għajnuna reġjonali kompatibbli.

(45)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkunsidra illi, mis-sussidji li tinkorpora l-miżura 4, 5 910 000 euro huma għajnuna reġjonali kompatibbli u 800 000 euro huma għajnuna inkompatibbli. Din ta’ l-aħħar għadha mhix imħallsa mill-awtoritajiet Spanjoli.

2.4   Miżura 5: Kreditu mingħajr imgħax ta’ 2 800 000 euro mogħti mill-Ministeru Spanjol tax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-2004

(46)

L-awtoritajiet Spanjoli, taw provi illi l-miżura 5 kienet mogħtija skond ir-reġim ta’ għajnuniet eżistenti “Actividades del Centro para el Desarrollo Industrial – CDTI – Desarrollo Tecnológico” (“Attivitajiet taċ-Ċentru għall-Iżvilupp Industrijali – CDTI – Żvilupp Teknoloġiku”). Għaldaqstant, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli.

2.5   Miżura 6: Sussidju ta’ 100 000 euro ta’ l-ICEX skond ir-Regolament (KE) Nru 1159/2000

(47)

Il-Kummissjoni tosserva illi r-Regolament (KE) Nru 1159/2000 jirreferi għall-informazzjoni dwar mezzi ta’ pubbliċità li għandhom iwettqu l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-intervenzjonijiet tal-Fondi Strutturali, u ma jagħti ebda bażi ġuridika għall-għoti ta’ l-għajnuna. Minkejja t-talba tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, Spanja ma ġġustifikat b’ebda mod il-kumpattibilità ta’ dan is-sussidju. B’mod partikolari, ma ppreżentat ebda prova illi l-għajnuna mill-Istat fil-qafas tal-programm “Plan de Marcas Españolas” ta’ l-ICEX tikkostitwixxi reġim ta’ għajnuniet eżistenti.

(48)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni li turi l-kuntrarju, il-Kummissjoni tikkunsidra illi ebda waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 87 (2) u (3), tat-Trattat ma hija applikabbli għas-sussidju u, għaldaqstant, tikkonkludi illi l-għajnuna għandha tkun ikkunsidrata inkompatibbli.

VII.   KONKLUŻJONI

(49)

Il-Kummissjoni waslet għal dawn il-konklużjonijiet:

a)

Il-miżuri 1, 7, 8, u l-finanzjazzjoni ta’ 1 590 000 euro tal-miżura 6 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

b)

Il-miżuri 2, 3, 5, u l-5 910 000 euro tal-miżura 4 jistgħu jkunu dikjarati inkumpatibbli mas-suq komuni.

c)

Il-finanzjazzjoni ta’ 800 000 euro tal-miżura 4 u ta’ 100 000 euro tal-miżura 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li ma tistax tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni skond ebda eċċezzjoni tat-Trattat KE. Skond l-awtoritajiet Spanjoli, l-800 000 euro tal-miżura 4 ma kinux imħallsa u, għaldaqstant, għandhom ikunu rkuprati biss 100 000 euro tal-miżura 6,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-għajnuna mill-Istat ta’ 100 000 euro, mogħtija minn Spanja b’mod illegali lil Chupa Chups, kontra l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-Suq Komuni.

2.   L-għajnuna mill-Istat li Spanja tipproponi li tagħmel effettiva favur Chupa Chups, għall-ammont ta’ 800 000 euro, hija inkompatibbli mas-Suq Komuni. Konsegwentement, l-imsemmija għajnuna ma tistax tkun mogħtija.

3.   L-għajnuniet mill-Istat li jibqa’ li Spanja għamlet favur Chupa Chups, li jikkonsistu f’sussidju ta’ 1 580 000 euro f’appoġġ għall-investimenti fil-faċilitajiet ta’ Barċellona, għal sussidju ta’ 4 330 000 euro ta’ appoġġ tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet ta’ Asturias, għal sussidju ta’ 5 910 000 euro għat-tkabbir ta’ l-istess faċilitajiet ta’ Asturias, flimkien ma’ kreditu mingħajr imgħax ta’ 2 800 000 euro, huma kompatibbli mas-suq komuni.

Minn dawn l-ammonti imsemmija, 6 640 000 euro (li jikkorrispondu għal 730 000 euro ta’ appoġġ għall-kostruzzjoni tal-faċilitajiet ta’ Asturias, flimkien ma’ 5 910 000 euro għat-tkabbir ta’ dawn il-faċilitajiet) u l-kreditu mingħajr imgħax ta’ 2 800 000 euro huma kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87 (3)(c) tat-Trattat, filwaqt li 5 180 000 euro (li jikkorrispondu għal 1 580 000 euro ta’ sussidju f’appoġġ ta’ l-investimenti fil-faċilitajiet ta’ Barċellona u 3 600 000 euro f’appoġġ tal-kostruzzjoni tal-faċilitajiet ta’ Asturias) huma kkunsidrati għajnuna eżistenti peress illi skada iż-żmien ta’ preskrizzjoni.

4.   Il-miżuri li jibqa’ deskritti fid-Deċiżjoni preżenti favur Chupa Chups, jiġifieri, kreditu ta’ 35 000 000 euro ta’ l-ICF, 1 590 000 euro ta’ rifużjonijiet għall-esport ta’ FEOGA, il-garanzija tal-Gvern reġjonali ta’ Asturias għal self kummerċjali ta’ 4 480 000 euro u d-diferimenti mogħtija mill-Aġenzija Fiskali Spanjola, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

Artikolu 2

1.   Spanja għandha tirkupra mill-benefiċjarju l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1).

2.   L-għajnuna rekuperabbli għandha tkopri imgħaxijiet mid-data li fiha kienet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ l-irkupru tagħha.

3.   L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi komposta ta’ konformità mal-kapitolu V tar-Regolament (KE) nru 794/2004 tal-Kummissjoni (32).

4.   Spanja tikkanċella il-pagamenti pendenti kollha ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1), b’effett mid-data ta’ adozzjoni tad-Deċiżjoni in kwistjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1), tkun immedjata u effettiva.

2.   Spanja għandha tapplika d-Deċiżjoni in kwistjoni fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika tad-Deċiżjoni in kwistjoni, Spanja tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

L-ammont totali (prinċipali u imgħaxijiet) li għandu jkun irkuprat mill-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà adottati u previsti għat-twettiq tad-Deċiżjoni in kwistjoni;

(c)

dokumenti li juru illi kien mitlub lill-benefiċjarju d-devoluzzjoni ta’ l-għajnuna.

2.   Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali adottati fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni in kwistjoni sakemm l-irkupru ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) tkun konkluża. Għandha tippreżenta immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri diġà adottati u previsti għat-twettiq tad-Deċiżjoni in kwistjoni. Għandha tagħti wkoll l-informazzjoni dettaljata li tirreferi għall-ammont ta’ l-għajnuna u l-imgħaxijiet diġà rkuprati tal-benefiċjarju.

Artikolu 5

Id-destinatarju tad-Deċiżjoni in kwistjoni jkun ir-Renju ta’ Spanja.

Magħmul fi Brusell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 97, 25.4.2006, p. 2.

(2)  Ara n-nota f’paġna nru 1.

(3)  Perfetti Van Melle tirriżulta mill-għaqda fl-2001 bejn it-taljana Perfetti u l-olandiża Van Melle. Il-grupp jinstab f’130 pajjiż, kellu fl-2006 dħul mill-bejgħ ta’ 1 500 miljun euro u jimpjega 12 000 persuna.

(4)  344 miljun euro fl-2002; 294 miljun euro fl-2003 u 261 miljun euro fl-2004.

(5)  Dan il-kreditu kien mogħti skond il-kondizzjonijiet tas-suq u mhux suġġett għal investigazzjoni fil-proċedura in kwistjoni.

(6)  Diversi transazzjonijiet bejn Ġunju u Diċembru ta’ l-2004, fosthom id-diviżjoni ta’ l-attivitajiet immobiljari u l-inkorporazzjoni tal-proprjetà tad-ditti permezz ta’ tkabbir tal-kapital.

(7)  “Casa Batlló” huwa bini emblematiku ta’ Gaudí fiċ-ċentru ta’ Barċellona, iddikjarat “Monument Storiku-Artistiku ta’ Interess Nazzjonali” minn Spanja. L-ipoteka fuq il-Casa Batlló għall-kreditu ta’ l-ICF hija ta’ l-ewwel grad.

(8)  Is-self mill-ICF lil ICB kien mogħti f’6 xhur b’Euribor + 1 %. Is-self subordinat mill-ICB lil Chupa Chups żied 0,125 % iktar fuq dan it-tip ta’ interess.

(9)  Konkretament, il-kontabilità annwali ta’ l-2004 turi telf akkumulat minn snin preċedenti għall-valur ta’ 38 420 000 euro li jikkorrispondu għal 360 % tal-kapital magħmul fl-aħħar ta’ dik is-sena (10 660 000 euro). Ir-riżultati negattivi akkwistati fl-2004 jirrapreżentaw 55,8 % addizzjonali ta’ dak il-kapital.

(10)  L-awtoritajiet tat-taxxi Spanjoli kienu rċevew għajnuna ta’ approvazzjoni ta’ l-impriża matul ir-ristrutturazzjoni seba’ xhur qabel l-għotja tal-kreditu ta’ l-ICF. It-transazzjoni għaddiet f’Marzu ta’ l-2004, fi kliem ieħor, 14-il xahar wara l-għajnuna u seba’ xhur wara l-għotja tal-kreditu ta’ l-ICF.

(11)  Qabel ir-ristrutturazzjoni ta’ l-impriża, Chupa Chups kienet tippossjedi 94 % mill-azzjonijiet ta’ ICB. Is-6% li kien fadal kienu proprjetà ta’ kumpanija li żżomm l-ishma li t-totalità ta’ proprjetarji tagħha kienu azzjonisti komuni ta’ Chupa Chups u ICB.

(12)  It-tip ta’ imgħax tal-kreditu ta’ l-ICF kien relattivament għoli għas-suq ipotekarju, li t-tipi tiegħu kienu ġeneralment madwar l-Euribor + 0,5 %.

(13)  BOPA (Gazzetta Uffiċjali tal-Prinċipalità ta’ Andalusia) tad-19 ta’ Lulju 1996, p. 7714.

(14)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 1995 (SG/01388/1994).

(15)  L-imsemmija Liġi kienet żviluppata skond id-Digriet Rjali 1535/87, tal-11 ta’ Diċembru, li jistabbilixxi r-regolament ta’ żvilupp tal-Liġi 50/85 dwar inċentivi reġjonali għall-korrezzjoni ta’ żbilanċi ekonomiċi inter-territorjali. Ir-reġim LIR kien approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ ittra ta’ l-1 ta’ Settembru 1987 (SG(87) D/10875).

(16)  Ordni tas-6 ta’ Marzu 1998, emendata mill-Ordni tas-6 ta’ April 1999, li tistabbilixxi il-bażi regulatorji għall-għotja ta’ għajnuniet diretti għall-proġetti tal-kummerċ li jiġġeneraw l-impjiegi, li jippromovu l-iżvilupp alternattiv taż-żoni tal-minjieri.

(17)  Ordni tas-17 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-bażi regolatorji għall-għotja ta’ għajnuniet diretti lejn proġetti ta’ kummerċ li jiġġeneraw l-impjiegi, li jippromovu l-iżvilupp alternattiv taż-zoni ta’ minjieri. Il-Programm “Mineria 2” kien approvat mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2001 (ittra C(2011)3628).

(18)  Digriet 41/2000, tal-11 ta’ Mejju li jistabbilixxi diversi programmi ta’ għajnuna għall-impriżi. Reġim approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30/5/2000 (ĠU C 293, 14.10.2000, p. 7).

(19)  Ittra ta’ DG REGIO (bid-data 8 ta’ Mejju 1995, u reġistrata bħala DG/95104085) li tinforma lill-awtoritajiet Spanjoli li r-reġim ta’ għajnuniet CDTI kellu jkun ikkunsidrat bħala reġim ta’ għajnuniet eżistenti. Ittra ta’ DG COMP lil DG REGIO fl-24 ta’ Frar 1995, reġistrata bħala D/12874.

(20)  Il-Liġi Ġenerali Fiskali 58/2003 u r-Regolament Ġenerali ta’ Rkupru.

(21)  ĠU L 130, 31.5.2000, p. 30.

(22)  Skond l-osservazzjonijiet ta’ Chupa Chups tat-30 ta’ Mejju 2006, l-ammont ta’ rifużjonijiet ta’ FEOGA kien ta’ 1 440 000 euro. Madankollu, permezz ta’ dokument tas-7 ta’ Settembru 2006, Spanja uriet illi r-rifużjonijiet ta’ FEOGA għall-impriża ammontaw għal 1 590 000 euro fl-2004.

(23)  Ġabra 1982, p. 3583.

(24)  Regolament (KE) Nru 69/2001 tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Jannar 2001, dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(25)   ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Regolament li kien emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). L-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament jgħid kif ġej: 1. Il-poteri tal-Kummissjoni sabiex jirkupraw l-għajnuna għandhom ikunu suġġett għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin. 2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għandu jibda dakinhar li fih l-għajnuna llegali tingħata lill-benefiċarju jew bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna taħt skema ta’ għajnuna. Kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, b'rigward għall-għajnuna llegali għandha tinterrompi l-perjodu ta’ limitazzjoni (…) 3. Kull għajnuna li għaliha jkun skada l-perjodu ta’ limitu, għandha tinftiehem li hi għajnuna eżistenti.

(26)  ĠU C 25, 31.1.1996, p. 3.

(27)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(28)  Cf. In-nota nru 17.

(29)  22,078 miljuni ta’ euro, li jikkorrispondu għal 86,5 % tal-kapital suskritt fl-aħħar ta’ l-eżerċizzju fiskali.

(30)  Li jirrapreżenta telf addizzjonali ta’ 4,72 miljun euro.

(31)  Fis-sens tal-punt 5(a) tad-Direttivi Komunitarji dwar għajnuniet mill-Istat ta’ salvament u ristrutturazzjoni ta’ impriżi fi kriżi (ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2).

(32)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.