ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
9 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)

1

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

17

 

 

Rettifika

 

*

Procès-verbal ta' rettifika għat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea ffirmat fil-25 ta' April 2005 fil-Lussemburgu ( ĠU L 157, 21.6.2005 ) (Edizzjoni Speċjali tal-Ġurnal Ufficjali bil-Malti, il-21 ta' Ġunju 2005)

18

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

9.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149/1


REGOLAMENT (KE) Nru 614/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Mejju 2007

dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-8 ta' Mejju 2007,

Billi:

(1)

Il-protezzjoni ambjentali hija waħda mid-dimensjonijiet ċentrali ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-Unjoni Ewropea. Hija prijorità għall-ko-finanzjament Komunitarju u għandha tiġi finanzjata primarjament permezz ta' l-istrumenti finanzjarji orizzontali Komunitarji, inklużi l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fond Ewropew għas-Sajd u s-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka, għall-iżvilupp teknoloġiku u għall-attivitajiet ta' dimostrazzjoni.

(2)

Dawn l-istrumenti finanzjarji Komunitarji ma jkoprux il-prijoritajiet ambjentali kollha. Għalhekk hemm il-ħtieġa għal Strument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) sabiex jipprovdi appoġġ speċifiku sabiex tiġi żviluppata u implimentata l-politika ambjentali u l-leġiżlazzjoni tal-Komunità, partikolarment l-objettivi tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Komunitarju dwar l-Ambjent (is-Sitt EAP) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (4).

(3)

L-appoġġ għandu jkun ipprovdut permezz ta' ftehim ta' għotjiet u kuntratti ta' akkwist pubbliku skond ir-Regolament Finanzjarju (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(4)

Il-proġetti finanzjati taħt LIFE+ għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà sabiex jiżguraw l-aħjar użu possibbli tal-fondi Komunitarji, sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u sabiex jiġi evitat il-finanzjament ta' attivitajiet rikorrenti, bħal operazzjonijiet ta' kuljum. Dan ma għandux jimpedixxi l-finanzjament ta' proġetti innovattivi jew ta' dimostrazzjoni.

(5)

Fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, l-implimentazzjoni stess tal-politika u leġiżlazzjoni Komunitarji tipprovdi qafas għal valur miżjud Ewropew. Il-proġetti ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni, inklużi dawk relatati mal-ġestjoni u t-tfassil tas-siti Natura 2000 skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (7), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju taħt LIFE+, ħlief fejn ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn.

(6)

Hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti arranġamenti sabiex jiġi żgurat il-finanzjament adegwat tan-network Natura 2000, inkluż il-kofinanzjament Komunitarju. Billi l-għan ta' dan ir-Regolament huwa l-finanzjament biss tal-proġetti ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni relatati mal-ġestjoni ta' siti ta' Natura 2000, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm disponibbli fondi suffiċjenti permezz ta' strumenti oħrajn għall-amministrazzjoni tan-network, li l-ispiża għaliha kienet stmata, fl-2004, ta' EUR 6 100 miljun.

(7)

Il-proġetti innovattivi jew ta' dimostrazzjoni relatati ma' objettivi ambjentali Komunitarji, inklużi l-iżvilupp jew id-disseminazzjoni ta' teknika ta' l-aħjar prattika, ta' kompetenzi jew ta' teknoloġiji, kif ukoll il-proġetti għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika u taħriġ speċjali għal aġenti involuti f'inizjattivi ta' prevenzjoni ta' nirien fil-foresti għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju taħt LIFE+, ħlief fejn dawn ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn.

(8)

Il-proġetti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' objettivi Komunitarji dwar il-monitoraġġ estiż, armonizzat, komprensiv u maħsub għal perjodu fit-tul ta' foresti u interazzjonijiet ambjentali għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju taħt LIFE+, ħlief fejn ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn.

(9)

L-isfida ta' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika effettiva taħt is-Sitt EAP tista' tingħeleb biss permezz ta' l-appoġġ għal proġetti, ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni, għall-iżvilupp jew l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali Komunitarja; id-dimostrazzjoni ta' approċċi ta' linji politiċi innovattivi, teknoloġiji, metodi u strumenti; il-konsolidament tal-bażi tal-konoxxenza; l-iżvilupp tal-kapaċità ta' implimentazzjoni; it-trawwim ta' tmexxija tajba, il-promozzjoni ta' networking, tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' l-aħjar prattika; u d-disseminazzjoni aħjar ta' informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika u l-komunikazzjoni. L-appoġġ finanzjarju taħt dan ir-Regolament għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp, implimentazzjoni, monitoraġġ u valutazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni ambjentali, kif ukoll għall-komunikazzjoni u għad-disseminazzjoni ta' tali politika mal-Komunità kollha.

(10)

LIFE+ għandu jkollu tliet komponenti: Natura u Bijodiversità LIFE+, Politika Ambjentali u Tmexxija LIFE+, u Informazzjoni u Komunikazzjoni LIFE+. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti finanzjati minn LIFE+ li jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-objettivi speċifiċi ta' iktar minn wieħed minn dawn it-tliet komponenti u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed, kif ukoll li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' approċċi strateġiċi sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali.

(11)

Sabiex twettaq ir-rwol tagħha fit-tnedija ta' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali, il-Kummissjoni għandha tuża riżorsi minn LIFE+ sabiex studji u valutazzjonijiet jitlestew, sabiex tagħti servizzi bil-ħsieb ta' l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni ta' politika u leġiżlazzjoni ambjentali, sabiex torganizza laqgħat, seminars u workshops ma' esperti u mal-partijiet interessati, għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' networks, u għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' sistemi tal-kompjuter. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-parti tal-baġit ta' LIFE+ sabiex twettaq attivitajiet ta' informazzjoni, ta' pubblikazzjoni u ta' disseminazzjoni, inklużi attivitajiet pubbliċi, esibizzjonijiet u miżuri simili ta' sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika, għall-ispejjeż ta' preparazzjoni u produzzjoni ta' materjal awdjoviżiv, u sabiex tikseb assistenza teknika u/jew amministrattiva relatata ma' l-identifikazzjoni, il-preparazzjoni, l-amministrazzjoni, il-monitoraġġ, il-verifika u s-superviżjoni ta' programmi u proġetti.

(12)

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarji. Huwa għalhekk xieraq għall-parti tal-baġit ta' LIFE+ li tappoġġa l-operazzjonijiet ta' numru ta' NGOs ambjentali adegwatament kwalifikati permezz ta' l-għoti, fuq bażi kompetittiva u trasparenti, ta' għotjiet operattivi annwali. Tali NGOs jeħtieġ li jkunu indipendenti u bla skop ta' profitt u li jsegwu l-attivitajiet għall-inqas fi tliet pajjiżi Ewropej, waħedhom jew f'forma ta' assoċjazzjoni.

(13)

L-esperjenza ta' l-istrumenti attwali u tal-passat uriet b'mod ċar il-ħtieġa li wieħed jippjana u jipprogramma fuq bażi pluriennali u li jiġu kkonċentrati l-isforzi sabiex tiġi promossa l-protezzjoni ambjentali permezz tal-prijoritizzazzjoni u l-immirar ta' l-oqsma ta' l-attivitajiet li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ko-finanzjament Komunitarju.

(14)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreżentaw prijoritajiet annwali nazzjonali, li jkunu diversi kemm minn pjanijiet u programmi mħejjija għal numru ta' setturi u li jistabbilixxu qafas għal kunsens dwar żvilupp futur kif ukoll minn pjani u programmi li jkunu ġew determinati li jeħtieġu valutazzjoni skond id-Direttiva 92/43/KEE, u dawk il-prijoritajiet ma għandhomx ikunu kunsidrati bħala pjani jew programmi suġġetti għad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi dwar l-ambjent (8).

(15)

Ir-rekwiżiti ta' protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-linji tal-politika u l-attivitajiet Komunitarji, inklużi l-istrumenti finanzjarji. LIFE+ għandu għalhekk jikkomplementa strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn u l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali.

(16)

Konformement mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu (Diċembru 1997) u tal-Kunsill Ewropew ta' Tessalonika (Ġunju 2003), il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu kunsidrati bħala eliġibbli sabiex jipparteċipaw fil-programmi tal-Komunità, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'kull ftehim bilaterali relevanti konkluż ma' dawn il-pajjiżi.

(17)

Huwa meħtieġ li jiġi konsolidat numru ta' strumenti ambjentali eżistenti u li jiġu simplifikati l-programmazzjoni u l-amministrazzjoni permezz tal-ħolqien ta' strument finanzjarju simplifikat wieħed għall-ambjent.

(18)

Huwa meħtieġ ukoll li tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel u li jitkomplew il-monitoraġġ, il-verifika u l-istima kwalitattiva ta' l-attivitajiet finanzjati taħt il-programmi attwali wara li dawn jiskadu.

(19)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (9), għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(20)

L-objettiv ġeneral ta' LIFE+ huwa li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, aġġornament u żvilupp tal-politika u leġiżlazzjoni Komunitarji u, b'mod partikolari, li jappoġġa l-implimentazzjoni tas-Sitt EAP. Jekk jaħdmu flimkien permezz ta' l-istrumenti Komunitarji sabiex itejbu l-prestazzjoni fil-livell nazzjonali jew lokali, sabiex jiksbu l-għanijiet Komunitarji jew sabiex jipprovdu skambju ta' informazzjoni fil-Komunità kollha, l-Istati Membri jistgħu jiksbu valur miżjud Ewropew. Ladarba dan l-objettiv ta' LIFE+ ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tiegħu.

(21)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (10).

(22)

Partikolarment, hemm il-ħtieġa li tiġi konferita s-setgħa lill-Kummissjoni li żżid miżuri fl-Anness I u li temenda l-Anness II ta' dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jew sabiex jissupplementawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huwa meħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument finanzjarju għall-ambjent (“LIFE+”).

2.   L-objettiv ġenerali ta' LIFE+ għandu jkun li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp ta' politika u leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarji, inkluża l-integrazzjoni ta' l-ambjent f'linji politiċi oħra, u b'hekk jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli. B'mod partikolari, LIFE+ għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tas-Sitt EAP, inklużi l-istrateġiji tematiċi, u jiffinanzja miżuri u proġetti b'valur miżjud Ewropew fl-Istati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1)

is-“Sitt EAP” tfisser is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE;

2)

“Regolament Finanzjarju” tfisser ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 3

Kriterji ta' eliġibbiltà

1.   Il-proġetti finanzjati minn LIFE+ għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

ikunu ta' interess Komunitarju billi jagħmlu kontribut sinifikattiv għall-kisba ta' l- objettiv ġenerali ta' LIFE+ dispost fl-Artikolu 1(2);

(b)

ikunu teknikament u finanzjarment koerenti u fattibbli u jsarrfu l-valur tal-flus dedikati għalihom.

Fejn ikun possibbli, il-proġetti finanzjati minn LIFE+ għandhom jippromwovu sinerġiji bejn prijoritajiet differenti taħt is-Sitt EAP, u l-integrazzjoni.

2.   Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew u sabiex jiġi evitat il-finanzjament ta' attivitajiet rikorrenti, il-proġetti għandhom jissodisfaw għall-inqas waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a)

ikunu proġetti ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni, għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 79/409/KEE jew tad-Direttiva 92/43/KEE;

(b)

ikunu proġetti ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni, relatati ma' objettivi ambjentali Komunitarji, inklużi l-iżvilupp jew id-disseminazzjoni ta' teknika ta' l-aħjar prattika, ta' kompetenzi jew ta' teknoloġiji;

(ċ)

ikunu kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika u taħriġ speċjali għal aġenti involuti fil-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti;

(d)

ikunu proġetti għall-iżvilupp u implimentazzjoni ta' objettivi Komunitarji relatati mal-monitoraġġ estiż, armonizzat, komprensiv u għall-perjodu fit-tul ta' foresti u interazzjonijiet ambjentali.

Artikolu 4

Objettivi speċifiċi

1.   LIFE+ għandu jikkonsisti fi tliet komponenti:

Natura u Bijodiversità LIFE+,

Politika Ambjentali u Tmexxija LIFE+,

Informazzjoni u Kommunikazzjoni LIFE+.

2.   L-objettivi speċifiċi tal-komponent “Natura u Bijodiversità LIFE+” għandhom ikunu:

(a)

li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' politika u leġiżlazzjoni Komunitarji dwar in-natura u l-bijodiversità, b'mod partikolari d-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE, anke fil-livelli lokali u reġjonali, u li jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tan-network Natura 2000, inklużi l-habitats u l-ispeċi tal-kosta u marittimi;

(b)

li jikkontribwixxi għall-konsolidament tal-bażi tal-konoxxenza għall-iżvilupp, stima, monitoraġġ u valutazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni Komunitarji dwar in-natura u bijodiversità;

(ċ)

li jappoġġa l-pjan u l-implimentazzjoni ta' approċċi u strumenti ta' politika għall-monitoraġġ u l-istima tan-natura u l-bijodiversità u l-fatturi, il-pressjonijiet u r-rispons li jħallu impatt fuqhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kisba tal-mira li jitwaqqfu t-telf tal-bijodiversità fil-Komunità sa l-2010 u t-theddida li l-bidla fil-klima toħloq għan-natura u għall-bijodiversità;

(d)

li jipprovdi appoġġ għal tmexxija aħjar ta' l-ambjent billi jsir aktar estiż l-involviment tal-partijiet interessati, inkluż dak ta' l-NGOs, fil-konsultazzjonijiet dwar u l-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni dwar in-natura u l-bijodiversità.

3.   L-objettivi speċifiċi tal-komponent “Politika Ambjentali u Tmexxija LIFE+” għandhom ikunu, fir-rigward ta' l-objettivi tas-sitt EAP, kif ukoll għall-oqsma ta' prijorità tal-bidla fil-klima, ta' l-ambjent u tas-saħħa u kwalità tal-ħajja, u tar-riżorsi naturali u skart:

(a)

li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' approċċi ta' politika, teknoloġiji, metodi u strumenti innovattivi;

(b)

li jikkontribwixxi għall-konsolidament tal-bażi tal-konoxxenza għall-iżvilupp, stima, monitoraġġ u valutazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni ambjentali;

(ċ)

li jappoġġa l-pjan u l-implimentazzjoni ta' approċċi għall-monitoraġġ u stima ta' l-istat ta' l-ambjent u l-fatturi, il-pressjonijiet u r-risponsi li jħallu impatt fuqu;

(d)

li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali Komunitarja, b'enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni fil-livelli lokali u reġjonali;

(e)

li jipprovdi appoġġ għal tmexxija ambjentali aħjar, billi jitwessa' l-involviment tal-partijiet interessati, inkluż dak ta' NGOs, fil-konsultazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika.

4.   L-objettivi speċifiċi tal-komponent “Informazzjoni u Komunikazzjoni LIFE+” għandhom ikunu:

(a)

id-disseminazzjoni ta' informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet ambjentali, inkluża l-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti;

(b)

li jipprovdi appoġġ għal miżuri ta' akkumpanjament, bħal informazzjoni, azzjonijiet u kampanji ta' komunikazzjoni, konferenzi u taħriġ, inkluż taħriġ dwar il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.

5.   L-Anness I fih il-lista ta' miżuri eliġibbli.

Artikolu 5

Tipi ta' intervent

1.   Il-finanzjament Komunitarju jista' jieħu l-forom legali li ġejjin:

(a)

ftehim ta' għotja;

(b)

kuntratti ta' akkwist pubbliku.

2.   Jistgħu jingħataw għotjiet Komunitarji f'forom speċifiċi, bħal ftehim kwadru ta' sħubija, parteċipazzjoni f'mekkaniżmi u fondi finanzjarji, jew ko-finanzjament ta' għotjiet operattivi jew ta' azzjoni. L-għotjiet operattivi lil entitajiet li jsegwu l-objettivi ta' interess ġenerali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis gradwali fir-Regolament Finanzjarju.

3.   Għal għotjiet ta' azzjoni, ir-rata massima ta' ko-finanzjament għandha tkun 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli. Madankollu, bħala eċċezzjoni, ir-rata massima ta' ko-finanzjament għall-komponent “Natura u Bijodiversità LIFE+” tista' tkun sa 75 % ta' l-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta' proġetti li jikkonċernaw habitats jew speċi prijoritarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE jew l-ispeċi ta' għasafar meqjusa bħala prijorità għall-finanzjament mill-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 79/409/KEE meta dan ikun meħtieġ sabiex jinkiseb l-objettiv tal-konservazzjoni.

4.   Fil-każ ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, il-fondi Komunitarji jistgħu jkopru l-ispejjeż ta' servizzi u merkanzija. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu l-infiq fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-valutazzjoni ta' proġetti, linji politiċi, programmi u leġiżlazzjoni.

5.   L-ispejjeż tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil jistgħu jiġu finanzjati biss sa fejn dawn ikunu relatati ma' l-ispiża ta' l-attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-proġett li l-awtorità pubblika relevanti ma kinetx twettaq kieku l-proġett konċernat ma sarx. Il-persunal konċernat għandu jkun sekondat b'mod speċifiku għal proġett u għandu jirrappreżenta spiża addizzjonali fir-rigward tal-persunal permanenti eżistenti.

6.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta dan ir-Regolament skond ir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 6

Programmazzjoni u għażla ta' proġetti

1.   Għall-inqas 78 % tar-riżorsi baġitarji għal LIFE+ għandhom jiġu użati bħala għotjiet għal azzjonijiet għall-proġetti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni proporzjonata ta' proġetti billi tistabbilixxi allokazzjonijiet annwali indikattivi għall-perjodi 2007-2010 u 2011-2013, ibbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

popolazzjoni:

(i)

il-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 50 % lil dan il-kriterju;

u

(ii)

id-densità tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, sa limitu li jkun id-doppju tad-densità medja tal-popolazzjoni ta' l-UE. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 5 % lil dan il-kriterju;

(b)

natura u bijodiversità:

(i)

iż-żona totali tas-siti ta' importanza Komunitarja għal kull Stat Membru, espressa bħala proporzjon taż-żona totali tas-siti ta' importanza Komunitarja. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 25 % lil dan il-kriterju;

u

(ii)

il-proporzjon tat-territorju ta' Stat Membru kopert minn siti ta' importanza Komunitarja relattivament għall-proporzjon tat-territorju Komunitarju kopert minn siti ta' importanza Komunitarja. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 20 % lil dan il-kriterju.

Hekk kif id-data relevanti tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kalkoli għan-natura u l-bijodiversità abbażi kemm tas-siti ta' importanza Komunitarja kif ukoll taż-żoni ta' protezzjoni speċjali, filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tagħmel allokazzjonijiet addizzjonali lil Stati Membri li ma jmissux mal-baħar. L-ammont totali ta' tali allokazzjonijiet ma għandux ikun aktar minn 3 % tar-riżorsi baġitarji totali dedikati lil għotjiet għal azzjonijiet għall-proġetti.

Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ebda allokazzjoni ta' Stat Membru ma tkun inqas minn minimu xieraq ta' bejn EUR 1 u 3 miljun kull sena, b'kont meħud tad-densità tal-popolazzjoni, tan-nefqa ambjentali, tal-ħtieġa ambjentali u tal-kapaċità ta' assorbiment.

3.   Il-programm strateġiku pluriennali dispost fl-Anness II jispeċifika ż-żoni prijoritarji ta' azzjoni għall-finanzjament Komunitarju relattivament għall-objettivi u kriterji disposti fl-Artikoli 1, 3 u 4.

L-Istati Membri jistgħu, għall-parti tal-baġit dedikata lil għotjiet għal azzjonijiet għall-proġetti, jippreżentaw lill-Kummissjoni prijoritajiet annwali nazzjonali magħżula mill-Anness II li, skond kif ikun meħtieġ:

(a)

jidentifikaw żoni prijoritarji u tipi ta' proġetti, b'kont meħud tal-ħtiġijiet identifikati għall-perjodu fit-tul;

u

(b)

jiddefinixxu l-objettivi nazzjonali speċifiċi.

Jekk xi Stat Membru jiddeċiedi li jippreżenta prijoritajiet annwali nazzjonali lill-Kummissjoni, huwa jista' jinkludi prijoritajiet transnazzjonali.

4.   Jekk xi Stat Membru jiddeċiedi li jippreżenta prijoritajiet annwali nazzjonali lill-Kummissjoni, huwa għandu jagħmel dan mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mid-data speċifikata skond l-Artikolu 14(2)(a). L-ebda prijorità bħal dawn ma għandhom jiġu preżentati fir-rigward tas-sejħa annwali għall-proposti għall-baġit ta' l-2007.

5.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa annwali għall-proposti għall-komponenti elenkati fl-Artikolu 4(1), b'kont meħud, partikolarment, tal-programm strateġiku pluriennali dispost fl-Anness II u kwalunkwe prijorità annwali nazzjonali preżentata skond il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

6.   L-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni l-proposti kollha għall-proġetti maħsuba għall-finanzjament. Fil-każ ta' proġetti transnazzjonali, l-Istat Membru li fih ikun reġistrat il-benefiċjarju għandu jressaq il-proposta. Il-proġett għandu jiġi attribwit proporzjonatament għall-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi ta' l-Istat Membru involut.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kummenti bil-miktub dwar proposti individwali ta' proġetti. Huma jistgħu jikkummentaw, partikolarment, dwar jekk proposta tikkorrispondix jew le għall-prijoritajiet annwali nazzjonali magħżula mill-Anness II.

7.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel proġetti abbażi ta' l-objettivi u l-kriterji disposti fl-Artikoli 1, 3 u 4 u fl-Annessi I u II.

Meta tfassal il-lista ta' proġetti kunsidrati għal sostenn finanzjarju skond l-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi stabbiliti skond il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lil dawk il-proġetti li jagħtu l-akbar kontribut lejn il-kisba ta' l-objettivi Komunitarji, b'kont meħud:

(a)

tal-prijoritajiet nazzjonali preżentati skond il-paragrafu 4;

u

(b)

tal-kummenti mill-Istati Membri dwar il-proposti individwali ta' proġetti skond il-paragrafu 6.

Il-Kummissjoni għandha tieħu speċjalment kont tal-proġetti transnazzjonali meta l-koperazzjoni transnazzjonali tkun essenzjali sabiex tiġi garantita l-protezzjoni ambjentali, partikolarment il-konservazzjoni ta' l-ispeċi, u għandha tagħmel dak li tista' sabiex tiżgura li għall-inqas 15 % tar-riżorsi baġitarji dedikati lil għotjiet għal azzjonijiet għall-proġetti jkunu allokati lil proġetti transnazzjonali.

8.   Jekk is-somma tal-kofinanzjament meħtieġ għall-proġetti fuq il-lista mfassla skond il-paragrafu 7 fir-rigward ta' xi Stat Membru partikolari tkun inqas mill-allokazzjoni indikattiva għal dak l-Istat Membru abbażi tal-kriterji disposti fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tuża l-bilanċ għall-kofinanzjament ta' dawk il-proġetti preżentati minn Stati Membri oħrajn li jagħtu l-akbar kontribut lejn il-kisba ta' l-objettivi Komunitarji disposti fl-Artikoli 1, 3 u 4 u fl-Annessi I u II.

9.   Meta tipproponi l-lista ta' proġetti għall-kofinanzjament lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1), il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ħadet kont tal-kriterji ta' allokazzjoni stabbiliti skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-prijoritajiet annwali nazzjonali u tal-kummenti preżentati skond il-paragrafi 4 u 6 ta' dan l-Artikolu, fl-osservanza ta' l-objettivi u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 1, 3 u 4.

10.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika b'mod regolari listi ta' proġetti finanzjati permezz ta' LIFE+, inklużi deskrizzjoni ta' l-objettivi u r-riżultati miksuba u sommarju tal-fondi li ntefqu. Hija għandha tagħmel hekk billi tuża l-mezzi tal-medja u t-teknoloġiji adatti, inkluż l-Internet.

Artikolu 7

Benefiċjarji

Korpi pubbliċi u/jew privati, atturi u istituzzjonijiet jistgħu jirċievu finanzjament permezz ta' LIFE+.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

Il-programmi finanzjati permezz tal-LIFE+ għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin, sakemm jiġu rċevuti approprjazzjonijiet supplementari:

(a)

Stati ta' l-EFTA li saru membri ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999 tad-29 ta' April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali (11);

(b)

pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea;

(ċ)

pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 9

Komplementarjetà bejn strumenti finanzjarji

Dan ir-Regolament ma għandhux jiffinanzja miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kriterji ta' eliġibbiltà ta', jew li jirċievu għajnuna għall-istess skop minn, strumenti finanzjarji Komunitarji oħra, inklużi l-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fond tas-Sajd Ewropew u s-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka, għall-iżvilupp teknoloġiku u għall-attivitajiet ta' dimostrazzjoni. Il-benefiċjarji skond dan ir-Regolamet għandhom jipprovdu informazzjoni dwar finanzjament li huma jkunu rċivew mill-baġit tal-Komunità u dwar l-applikazzjonijiet kurrenti tagħhom għall-finanzjament lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi sabiex jiżguraw il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma strumenti Komunitarji oħra. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dawn il-materji fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u tal-valutazzjoni finali prevista fl-Artikolu 15.

Artikolu 10

Perjodu u riżorsi baġitarji

1.   Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat matul il-perjodu li jibda fl-1 ta' Jannar 2007 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' LIFE+ għandu jiġi ffissat għal EUR 2 143 409 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

3.   Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-azzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

4.   Għall-inqas 50 % tar-riżorsi baġitarji għal-LIFE+ dedikati lil għotjiet għal azzjonijiet għall-proġetti għandhom jiġu allokati għal miżuri li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità.

Artikolu 11

Monitoraġġ

1.   Għall-proġetti finanzjat minn LIFE+, il-benefiċjarju għandu jippreżenta lill-Kummisjoni rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tax-xogħol. Għandu jiġi preżentat ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' kull proġett.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li jsiru mill-Qorti ta' l-Awdituri flimkien mal-korpi jew dipartimenti kompetenti tal-verifika nazzjonali skond l-Artikolu 248 tat-Trattat, jew għal kwalunkwe ispezzjoni li ssir skond l-Artikolu 279(1)(b) tat-Trattat, l-uffiċjali u persunal ieħor tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli fuq il-post, inklużi kontrolli ta' kampjuni, fuq proġetti finanzjati taħt LIFE+, b'mod partikolari sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3.

3.   Kull kuntratt u ftehim li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandu jipprovdi b'mod partikolari għal superviżjoni u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni. jew minn kwalunkwe rappreżentant li l-Kummissjoni tista' tawtorizza, u għal verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri, jekk ikun meħtieġ fuq il-post.

4.   Il-benefiċjarju ta' l-assistenza finanzjarja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament fir-rigward ta' kwalunkwe proġett, id-dokumenti kollha ta' appoġġ rigward l-infiq fuq dak il-proġett.

5.   Fuq il-bażi tar-riżultati tar-rapporti u l-kontrolli ta' kampjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, taġġusta l-iskala jew il-kondizzjonijiet ta' l-allokazzjoni ta' l-għajnuna finanzjarja approvati oriġinarjament kif ukoll l-iskeda kronoloġika tal-ħlasijiet.

6.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi l-oħra kollha li jkunu meħtieġa sabiex tivverifika li l-proġetti finanzjati jitwettqu korrettament u konformement mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 12

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati proġetti finanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra illegali, permezz ta' kontrolli effettivi u bl-irkupru ta' l-ammonti indebitament mħallsa u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, bl-applikazzjoni ta' pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (12), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritjiet oħra (13), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (14).

2.   Għall-proġetti finanzjati taħt LIFE+, “irregolarità” kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandha tfisser kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandu jew ikollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati mill-Komunitajiet, b'nefqa mhux ġustifikata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mogħti għal proġett jekk issib irregolaritajiet, inkluż n-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew mad-deċiżjoni individwali jew mal-kuntratt jew ftehim li jagħtu l-għajnuna finanzjarja in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-proġett ikun ġie suġġett għal tibdil li jkun konfliġġenti man-natura tiegħu jew mal-kondizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni tiegħu.

4.   Jekk l-iskadenzi ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-għajnuna finanzjarja mogħtija tkun ġustifikata bil-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' proġett, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju sabiex jippreżenta osservazzjonijiet f' perjodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix risposta sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista' tirrevoka l-għajnuna finanzjarja li jifdal u titlob il-ħlas lura tas-somom diġà mħallsa.

5.   Kwalunkwe ħlas indebitu għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. L-interessi għandhom jiġu magħduda ma' kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 14

Deċiżjonijiet implimentattivi

1.   Id-deċiżjonijiet li ġejjin, imfasslin sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2):

(a)

sabiex jiġu miżjuda miżuri fl-Anness I;

(b)

sabiex jiġi emendat l-Anness II.

2.   Id-deċiżjonijiet implimentattivi li ġejjin għandhom jittieħdu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3):

(a)

sabiex jiġu speċifikati l-format, il-kontenut u d-dati ta' preżentazzjoni għall-prijoritajiet annwali nazzjonali għall-finijiet ta' l-Artikolu 6(4);

(b)

sabiex tiġi stabbilita l-metodoloġija għall-proċedura ta' l-għażla tal-proġetti għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 skond l-Artikolu 6;

(ċ)

sabiex tiġi deċiża l-lista ta' proġetti aċċettati għall-kofinanzjament kif stabbilit fl-Artikolu 6(7) u (8);

(d)

sabiex jiġu determinati il-forma u l-kontenut tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 11(1);

u

(e)

sabiex jiġu stabbiliti indikaturi li jgħinu fil-monitoraġġ ta' miżuri finanzjati minn LIFE+.

Artikolu 15

Valutazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jsir monitoraġġ regolari tal-programmi pluriennali sabiex jiġi stmat l-impatt tagħhom.

2.   Mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' LIFE+ lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 13(1). Ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-2007 sa' l-2009. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tipproponi modifiki għad-deċiżjonijiet implimentattivi skond l-Artikolu 14.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għal valutazzjoni finali ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tistma l-kontribut, kemm speċifikament kif ukoll ġeneralment, mogħti mill-azzjonijiet u proġetti finanzjati taħt dan ir-Regolament lill-implimentazzjoni, l-aġġornament u l-iżvilupp tal-politika u leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarji u l-użu magħmul mill-approprjazzjonijiet. Għandha tippreżenta din l-valutazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, flimkien, jekk ikun il-każ, ma' proposta għal żvilupp ulterjuri ta' strument finanzjarju esklussivament fil-qasam ambjentali, li għandu japplika mill-2014 'il quddiem.

Artikolu 16

Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   Huma b'dan imħassra l-istrumenti li ġejjin bil-ħsieb ta' simplifikazzjoni u konsolidazzjoni:

(a)

ir-Regolament (KE) Nru 1655/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE) (15);

(b)

id-Deċiżjoni Nru 1411/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-27 ta' Ġunju 2001 dwar Qafas tal-Komunità għall-koperazzjoni għall-promozzjoni ta' żvilupp urban sostenibbli (16);

(ċ)

id-Deċiżjoni Nru 466/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-1 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju li jippromwovi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma primarjament attivi fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali (17);

(d)

u r-Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ ta' foresti u ta' interazzjonijiet ambjentali fil-Komunità (Forest Focus) (18).

2.   Il-miżuri mibdija qabel il-31 ta' Diċembru 2006 skond l-atti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, sat-tlestija tagħhom, jibqgħu jiġu regolati b'dawk l-atti. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1) għandu jissostitwixxi l-kumitati previsti f'dawn l-atti. Dan ir-Regolament għandu jintuża sabiex jiġu finanzjati kwalunkwe monitoraġġ u valutazzjoni obbligatorji meħtieġa taħt dawk l-atti wara l-iskadenza tagħhom. Sat-tlestija tagħhom, il-miżuri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tekniċi definiti fl-atti msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Għall-għotjiet mogħtija fl-2007 taħt il-punt (a) ta' l-Anness I, il-perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa jista' jibda fl-1 ta' Jannar 2007, sakemm in-nefqa ma tippreċedix id-data li fiha tibda s-sena baġitarja tal-benefiċjarju. Għal għotjiet bħal dawn, fuq bażi eċċezzjonali, il-ftehim imsemmija fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jiġu ffirmati mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2007.

4.   L-ammont meħtieġ fi ħdan il-pakkett finanzjarju bħala provvediment għall-miżuri ta' monitoraġġ u ta' verifika fil-perjodu wara l-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun meqjus bħala konfermat biss jekk ikun konsistenti mal-qafas finanzjarju ġdid applikabbli mill-2014.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 23 ta' Mejju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÔTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

G. GLOSER


(1)  ĠU C 255, 14.10.2005, p. 52.

(2)  ĠU C 231, 20.9.2005, p. 72.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2005 (ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 451), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2006 (ĠU C 238 E, 3.10.2006, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2007.

(4)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

(7)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/105/KE.

(8)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(9)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(11)  ĠU L 117, 5.5.1999, p. 1.

(12)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(13)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(14)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(15)  ĠU L 192, 28.7.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1682/2004 (ĠU L 308, 5.10.2004, p. 1).

(16)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).

(17)  ĠU L 75, 16.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE.

(18)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 788/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 17).


ANNESS I

MIŻURI ELIĠIBBLI GĦAL FINANZJAMENT

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu finanzjati minn LIFE+ jekk jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà disposti fl-Artikolu 3:

(a)

attivitajiet operattivi ta' NGOs li jkunu primarjament attivi sabiex jipproteġu u jtejbu l-ambjent fil-livell Ewropew u involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni Komunitarji;

(b)

l-iżvilupp u l-manutenzjoni tan-networks, ta' databases u tas-sistemi tal-kompjuter direttament marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni ambjentali Komunitarji, b'mod partikolari fit-titjib ta' l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali;

(ċ)

studji, stħarriġ, mudellar u bini ta' xenarju;

(d)

monitoraġġ, inkluż il-monitoraġġ ta' foresti;

(e)

għajnuna għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet;

(f)

taħriġ, workshops u laqgħat, inkluż it-taħriġ ta' aġenti involuti f'inizjattivi ta' prevenzjoni ta' nirien fil-foresti;

(g)

networking u sisien ta' l-aħjar prattika;

(h)

azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika u, b'mod partikolari, kampanji ta' sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika dwar nirien fil-foresti;

(i)

id-dimostrazzjoni ta' approċċi, teknoloġiji, metodi u strumenti innovattivi ta' politika;

u

(j)

speċifikament għall-komponent tan-natura u l-bijodiversità:

l-amministrazzjoni ta' siti u ta' speċi u l-ippjanar ta' siti, inkluż it-tisħiħ tal-koerenza ekoloġika tan-network Natura 2000;

il-monitoraġġ ta' l-istat ta' konservazzjoni, inkluż it-twaqqif ta' proċeduri u strutturi għal tali monitoraġġ;

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-konservazzjoni ta' speċi u habitats;

l-estensjoni tan-network Natura 2000 f'żoni marittimi;

ix-xiri ta' art, sakemm:

ix-xiri jikkontribwixxi għall-manteniment jew restawr ta' l-integrità ta' xi sit ta' Natura 2000,

ix-xiri ta' art ikun l-uniku jew l-aktar mezz effettiv sabiex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq ta' konservazzjoni,

l-art mixtrija tkun riżervata għal perjodu fit-tul għal użi konsistenti ma' l-objettivi disposti fl-Artikolu 4(2),

u

l-Istat Membru konċernat jiżgura, permezz ta' trasferiment jew b'xi mod ieħor, ir-riżerva ta' tali art għall-perjodu fit-tul għal skopijiet ta' konservazzjoni tan-natura.


ANNESS II

PROGRAMM STRATEĠIKU PLURIENNALI

IN-NATURA U L-BIJODIVERSITÀ

1.   Objettiv prinċipali

Il-protezzjoni, konservazzjoni, rinnovazzjoni, monitoraġġ u faċilitazzjoni tal-funzjonament ta' sistemi naturali, ta' ħabitats naturali, u ta' flora u fawna selvaġġi, bl-għan li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità, inkluża d-diversità ta' riżorsi ġenetiċi, fl-UE sa' l-2010.

1.1.   Oqsma ta' prijorità għall-azzjoni:

kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika u leġiżlazzjoni Komunitarji dwar in-natura u l-bijodiversità, b'mod partikolari d-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE, u l-promozzjoni ta' l-integrazzjoni tagħhom f'oqsma oħra tal-politika;

appoġġ għall-iżvilupp u implimentazzjoni ulterjuri tan-network ta' Natura 2000, inklużi l-ħabitats u l-ispeċji kostali u marittimi;

appoġġ għat-tfassil u implimentazzjoni ta' approċċi u strumenti ta' politika għall-monitoraġġ u valutazzjoni tan-natura u l-bijodiversità u tal-fatturi, pressjonijiet u risposti li għandhom impatt fuqhom, b'mod partikolari f'relazzjoni mal-kisba tal-mira tat-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità fil-Komunità sa l-2010;

titjib fil-konoxxenza ta' l-impatt, ta' organiżmi ġenetikament modifikati, fuq l-ekosistemi u l-bijodiversità: metodoloġiji ta' stima tar-riskju.

POLITIKA AMBJENTALI U TMEXXIJA

2.   Objettiv prinċipali “Bidla fil-Klima”

L-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra f'livell li jipprevjeni tisħin globali 'l fuq minn 2 °C.

2.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

l-assigurazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji ta' l-UE taħt il-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) u l-iżvilupp ta' strateġija u programm ta' implimentazzjoni għal wara l-2012,

l-assigurazzjoni ta' l-adattament, fl-UE, ta' l-ekonomija u tas-soċjetà, tan-natura u bijodiversità, tar-riżorsi ta' l-ilma u tas-saħħa tal-bniedem għall-impatti negattivi tal-bidla fil-klima (għal żjieda potenzjali fit-temperatura ta' 2 °C li tirriżulta minn żidiet fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra) u l-mitigazzjoni ta' tali impatti,

l-assigurazzjoni ta' l-implimentazzjoni u ta' l-użu ta' strumenti ibbażati fuq is-suq, b'mod partikolari l-iskambju ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra, sabiex jinkiseb it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet b'mod li jkun effettiv meta mqabbel man-nefqa f'qafas ta' wara l-2012.

3.   Objettiv prinċipali “Ilma”

Jingħata kontribut għat-titjib fil-kwalità ta' l-ilma permezz ta' l-iżvilupp ta' miżuri li jkunu effikaċji fid-dawl tan-nefqa tagħhom sabiex jinkiseb status ekoloġiku tajjeb bil-ħsieb li jiġi żviluppat l-ewwel pjan ta' mmaniġġar ta' baċir ta' xmara taħt id-Direttiva 2000/60/KE (1) sa l-2009.

3.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

skambju ta' informazzjoni li tkun relevanti għall-politika, u skambju ta' l-aħjar prattika,

titjib fl-integrazzjoni tal-politika xjentifika u fit-trasferiment ta' riżultati b'appoġġ lill-Istati Membri fil-preparazzjoni ta' pjanijiet ta' mmaniġġar ta' baċiri ta' xmajjar, inkluża l-preparazzjoni tal-programmi ta' miżuri taħt id-Direttiva 2000/60/KE u miżuri ta' integrazzjoni minn Direttivi prinċipali bħad-Direttiva 91/271/KEE (2), id-Direttiva 91/414/KEE (3) id-Direttiva 91/676/KEE (4), id-Direttiva 96/61/KE (5), id-Direttiva 98/83/KE (6) u d-Direttiva 2006/7/KE (7),

kontribut għall-implimentazzjoni effikaċi ta' l-Istrateġija Tematika dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar,

fatturi idromorfoloġiċi bħar-restawr tal-pjanuri ta' l-għargħar u miżuri oħrajn b'appoġġ għal Direttiva dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji ta' l-għargħar.

4.   Objettiv prinċipali “Arja”

Il-kisba ta' livelli tal-kwalità ta' l-arja li ma jipprovokawx impatti negattivi sinifikattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u riskji għalihom.

4.1.   Qasam prijoritarju ta' azzjoni:

l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja.

5.   Objettiv prinċipali “Ħamrija”

Il-protezzjoni u l-assigurazzjoni ta' l-użu sostenibbli tal-ħamrija permezz tal-preservazzjoni tal-funzjonijiet tal-ħamrija, il-prevenzjoni ta' theddid għall-ħamrija, il-mitigazzjoni ta' l-effetti tagħhom u r-restawr ta' ħamrija degradata.

5.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar il-protezzjoni tal-ħamrija,

l-assigurazzjoni tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità tal-ħamrija.

6.   Objettiv prinċipali “Ambjent urban”

Jingħata kontribut għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali taż-żoni urbani Ewropej.

6.1.   Qasam prijoritarju ta' azzjoni:

kontribut għall-implimentazzjoni aħjar tal-politika u leġislazzjoni ambjentali Komunitarji eżistenti fil-livell lokali permezz ta' l-appoġġ u l-inkoraġġiment lill-awtoritajiet lokali sabiex jadottaw approċċ aktar integrat għall-immaniġġar urban, inklużi l-oqsma tat-trasport u l-enerġija.

7.   Objettiv prinċipali “Storbju”

Jingħata kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika dwar l-istorbju ambjentali.

7.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

prevenzjoni u tnaqqis ta' effetti dannużi mill-espożizzjoni għall-istorbju ambjentali.

8.   Objettiv prinċipali “Kimiċi”

Titjib fil-protezzjoni ta' l-ambjent u tas-saħħa sa l-2020 minn riskji mill-kimiċi permezz ta' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar kimiċi, b'mod partikolari tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (8) (REACH) u ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-użu sostenibbli ta' pestiċidi.

8.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

skambju ta' informazzjoni relevanti għall-politika, u skambju ta' l-aħjar prattika;

titjib fl-integrazzjoni ta' politika xjentifika u t-trasferiment ta' riżultati sabiex jingħata sfond tekniku solidu b'appoġġ għal REACH;

l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija Tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.

9.   Objettiv prinċipali “Ambjent u saħħa”

L-iżvilupp tal-bażi ta' informazzjoni għall-politika dwar l-ambjent u s-saħħa (il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ambjent u Saħħa 2004-2010).

9.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

bijomonitoraġġ uman u abbinament ta' data dwar l-ambjent u s-saħħa.

il-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq is-saħħa u l-ambjent.

10.   Objettiv prinċipali “Riżorsi naturali u skart”

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' linji politiċi mfassla sabiex jassiguraw l-immaniġġar sostenibbli u l-użu ta' riżorsi naturali u skart, u titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta' prodotti, fil-produzzjoni sostenibbli u tendenzi konsumistiċi, fil-prevenzjoni ta' l-iskart, fl-irkupru u riċiklaġġ.

Jingħata kontribut għall-implimentazzjoni effikaċi ta' l-Istrateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart.

10.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' linji politiċi sostenibbli dwar il-konsum u l-produzzjoni, inkluża l-Politika tal-Prodott Integrat,

il-promozzjoni ta' l-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali, b'approċċ li jieħu kont taċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi l-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi, sabiex l-impatt ambjentali jiġi distakkat mit-tkabbir ekonomiku,

il-promozzjoni tal-prevenzjoni ta' l-iskart, ta' l-irkupru u riċiklaġġ b'konċentrazzjoni fuq approċċ favur iċ-ċiklu tal-ħajja, fuq tfassil ambjentali u fuq l-iżvilupp ta' swieq ta' riċiklaġġ,

kontribut lill-implimentazzjoni tal-politika u leġislazzjoni Komunitarji dwar l-iskart, b'mod partikolari tad-Direttiva 75/439/KEE (9), tad-Direttiva 91/689/KE (10), tad-Direttiva 96/59/KE (11), tad-Direttiva 1999/31/KE (12), tad-Direttiva 2000/53/KE (13), tad-Direttiva 2002/95/KE (14), tad-Direttiva 2002/96/KE (15), tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 (16), tad-Direttiva 2006/12/KE (17), tad-Direttiva 2006/21/KE (18) u tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (19).

11.   Objettiv prinċipali “Foresti”

Provvediment, speċjalment permezz ta' network ta' koordinazzjoni ta' l-UE, għal bażi konċiża u sħiħa għall-informazzjoni relevanti għall-politika dwar il-foresti f'relazzjoni mal-bidla fil-klima (l-impatt fuq l-ekosistemi tal-foresti, il-mitigazzjoni, effetti ta' sostituzzjoni), dwar il-bijodiversità (informazzjoni dwar il-linja ta' bażi u żoni protetti tal-foresti), dwar nirien fil-foresti, dwar il-kondizzjonijiet tal-foresti u l-funzjonijiet protettivi tal-foresti (ilma, ħamrija u infrastruttura), kif ukoll kontribut għall-protezzjoni tal-foresti kontra n-nirien.

11.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

il-promozzjoni tal-ġbir, analiżi u disseminazzjoni ta' informazzjoni relevanti għall-politika dwar il-foresti u l-interazzjonijiet ambjentali;

il-promozzjoni ta' l-armonizzazzjoni u l-effikaċja ta' attivitajiet ta' monitoraġġ tal-foresti u sistemi ta' ġbir ta' data u l-użu ta' sinerġiji permezz tal-ħolqien ta' rabtiet bejn il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit fil-livelli reġjonali, nazzjonali, Komunitarju u globali;

l-istimulazzjoni ta' sinerġiji bejn kwistjonijiet speċifiċi għall-foresti u inizjattivi u leġislazzjoni ambjentali (eż. l-Istrateġija Tematika għall-Protezzjoni tal-Ħamrija, Natura 2000, id-Direttiva 2000/60/KE);

kontribut għall-immaniġġar sostenibbli tal-foresti, b'mod partikolari, permezz tal-ġbir ta' data relatata ma' Indikaturi Pan-Ewropej għall-Immaniġġar Sostenibbli tal-Foresti kif adottati mill-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (MCPFE) fil-Laqgħa ta' l-Esperti tas-7 u t-8 ta' Ottubru 2002, fi Vjenna, l-Awstrija;

l-iżvilupp ta' kapaċitajiet fil-livelli nazzjonali u Komunitarju sabiex ikun hemm koordinazzjoni u gwida dwar il-monitoraġġ tal-foresti.

12.   Objettiv prinċipali “Innovazzjoni”

Jingħata kontribut għall-iżvilupp u dimostrazzjoni ta' approċċi innovattivi tal-politika, ta' teknoloġiji, ta' metodi u ta' strumenti sabiex jassistu fl-implimentazzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni ta' Teknoloġija Ambjentali (ETAP).

12.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni

aktar definizzjoni u ottimizzazzjoni tal-kisba ta' l-ETAP permezz ta' titjib fl-ippjanar u fil-koordinazzjoni, monitoraġġ effettiv tal-progress, l-identifikazzjoni f'waqtha u r-rimedjar ta' lakuni fil-konoxxenza, u l-użu effettiv ta' informazzjoni xjentifika, informazzjoni ekonomika u ta' informazzjoni oħra relevanti għall-politika ta' l-implimentazzjoni;

il-promozzjoni ta' l-identifikazzjoni, dimostrazzjoni u disseminazzjoni ta' teknoloġiji u prattika innovattivi, permezz ta' azzjonijiet li jkunu komplementari għal dawk tal-Programm Kwadru tal-Kompetittività u Innovazzjoni;

l-iskambju ta' informazzjoni u prattika tajba bejn atturi fl-UE relattivament għall-kummerċ internazzjonali ta' teknoloġiji ambjentali, għal investimenti għaqlija f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD) relatati ma' teknoloġiji ambjentali.

13.   Objettiv prinċipali “Approċċi Stateġiċi”

Il-promozzjoni ta' l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-leġislazzjoni ambjentali Komunitarja u t-titjib tal-bażi tal-konoxxenza għall-politika ambjentali.

L-assigurazzjoni ta' linji politiċi aktar effiċjenti u koerenti.

Titjib fil-prestazzjoni ambjentali ta' l-SMEs.

Provvediment għal strumenti sabiex jiġu żviluppati l-politika u leġislazzjoni ambjentali.

L-assigurazzjoni ta' superviżjoni adegwata ta' proġetti mill-Kummissjoni.

13.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

titjib tal-valutazzjoni ta' miżuri ġodda ta' politika, b'mod partikolari fl-istadju tal-formulazzjoni inizjali tagħhom jew fir-reviżjoni aktar tard;

tisħiħ tal-bażi tal-konoxxenza għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika permezz tal-bini ta' Sistema ta' Kondiviżjoni ta' Informazzjoni Ambjentali (SEIS) u appoġġ għall-implimentazzjoni ta' l-inizjattiva għall-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u għas-Sigurtà (GMES);

titjib fil-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni ex-post;

l-identifikazzjoni u t-tneħħija gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent;

tiżjid ta' l-użu ta' strumenti bbażati fuq is-suq sabiex jinkiseb titjib fil-kombinazzjoni ta' linji politiċi;

provvediment għal strumenti sabiex jiġu sostnuti l-linji politiċi għall-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-indikaturi;

l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Assistenza għall-Konformità Ambjentali għall-SMEs;

it-teħid ta' passi xierqa li jużaw assistenza esterna sabiex tkun żviluppata u implimentata politika ambjentali;

provvediment għal strumenti sabiex tinkiseb assistenza teknika u/jew amministrattiva relatata ma' l-identifikazzjoni, il-preparazzjoni, l-immaniġġar, il-monitoraġġ, il-verifika u s-superviżjoni ta' proġetti, inklużi l-proġetti LIFE III u LIFE+.

14.   Objettiv prinċipali “Tmexxija”

Titjib fit-tmexxija ambjentali, inklużi aktar għarfien ta' kwistjonijiet ambjentali u aktar parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali fost iċ-ċittadini Ewropej.

14.1.   Qasam prijoritarju ta' azzjoni:

l-estensjoni tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, inkluża dik ta' gruppi tal-konsumaturi u ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika u leġislazzjoni ambjentali.

15.   Objettiv prinċipali “NGOs”

Il-promozzjoni ta' l-NGOs li jkunu primarjament attivi fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent fil-livell Ewropew.

15.1.   Oqsma prijoritarji ta' azzjoni:

it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ta' l-NGOs fil-proċess ta' djalogu fil-formazzjoni tal-politika ambjentali u fl-implimentazzjoni tagħha;

it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni ta' l-NGOs fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropew sabiex tintlaħaq rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet interessati u l-integrazzjoni sistematika ta' l-aspetti ambjentali.

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

16.   Objettiv prinċipali

L-assigurazzjoni ta' l-iskambju regolari u effikaċi ta' informazzjoni sabiex jiġu provduti l-bażi għal deċiżjonijiet tal-politika dwar l-ambjent u l-aċċessibbiltà għaċ-ċittadini ta' informazzjoni dwar l-istat u t-tendenzi ta' l-ambjent.

16.1.   Qasam prijoritarju ta' azzjoni:

id-disseminazzjoni ta' informazzjoni, l-ekotikkettar, is-sensibilizzazzjoni ta' l-opinjoni pubblika u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet speċifiċi dwar kwistjonijiet ambjentali, anke dwar il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). Direttiva kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40). Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/21/KE (ĠU L 97, 12.4.2007, p. 42).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(5)  Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26). Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(7)  Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità ta' l-ilma għall-għawm (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).

(8)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' żejt użat (ĠU L 194, 25.7.1975, p. 23). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91).

(10)  Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20). Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

(11)  Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31).

(12)  Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April ta' l-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1). Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(13)  Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).

(14)  Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/692/KE (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 50; MT - Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 13, Volum 31, p. 127).

(15)  Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24; MT - Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 15, Volum 7, p. 692). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

(16)  Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7). Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2007 (ĠU L 85, 27.3.2007, p. 3).

(17)  Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9).

(18)  Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta' skart mill-industriji ta' estrazzjoni (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15).

(19)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Abbażi ta' l-informazzjoni li ser tintbagħtilha mill-Istati Membri u fi żmien debitu għar-reviżjoni 2008/2009 tal-Qafas Finanzjarju, il-Kummissjoni ser tagħmel aġġornament dwar l-ispejjeż impenjati jew previsti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak ta' l-Unjoni Ewropea, għall-ġestjoni tan-netwerks Natura 2000, bil-ħsieb li tadatta l-istrumenti Komunitarji u b'mod partikolari l-programm LIFE+, u li tiżgura livell għoli ta' ko-finanzjament Komunitarju.


Rettifika

9.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149/18


PROCÈS-VERBAL TA' RETTIFIKA

għat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea)

u

r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija,

dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

ffirmat fil-25 ta' April 2005 fil-Lussemburgu

( Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea L 157 tal-21 ta' Ġunju 2005 )

(Edizzjoni Speċjali tal-Ġurnal Ufficjali bil-Malti, il-21 ta' Ġunju 2005)

Dan il-corrigendum sar permezz ta' Procès-verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat f'Ruma, fit-30 ta' April 2007, bil-Gvern tar-Repubblika Taljana bħala depożitarju.

1.

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

(a)

Paġna 29, fit-titolu tal-Protokoll

Flok:

“repubblika tal-Bulgarija”

Aqra:

Repubblika tal-Bulgarija”

(b)

Anness VI tal-Protokoll (Lista msemmija fl-Artikolu 20 tal-Protokoll: disposizzjonijiet transitorji, Bulgarija), Kapitolu 10 (L-ambjent)

(i)

Paġna 123, parti B (l-Immaniġġar ta’ l-iskart), paragrafu 3 (derogi temporanji għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma), punt 7

Flok:

“7.

‘Toplofikatsia-Ruse’ TPP ‘Ruse-East’ashpond, Ruse, Ruse;”;

Aqra:

“7.

‘Toplofikatsia-Ruse’, TPP ‘Ruse-Iztokashpond, Ruse, Ruse;”;

(ii)

Paġna 125, parti D (il-kontroll tat-tniġġis industrijali u l-immaniġġar tar-riskji), paragrafu 1 dwar Direttiva 96/61/KE tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, taħt l-intestatura “Sal-31 ta' Diċembru 2011:”

Flok:

“—

TPP ‘Ruse - East’ – Ruse (attività 1.1)”;

Aqra:

“—

TPP ‘Ruse-Iztok’ – Ruse (attività 1.1)”;

Flok:

“—

TPP ‘Bobov dol’ – Sofia (attività 1.1)”;

Aqra:

“—

TPP ‘Bobov dol’ – Bobov dol (attività 1.1)”;

(iii)

Paġna 127, parti D (il-kontroll tat-tniġġis industrijali u l-immaniġġar tar-riskji), paragrafu 2 dwar Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni

Flok:

“—

TPP ‘Ruse East’:”;

Aqra:

“—

TPP ‘Ruse-Iztok’:”;

2.

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea Anness VI (Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Miżuri transitorji, Bulgarija), Kapitolu 10 (L-ambjent)

(a)

Paġna 297, parti B (l-Immaniġġar ta’ l-iskart), paragrafu 3 (derogi temporanji għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f' terraferma), punt 7

Flok:

“7.

‘Toplofikatsia-Ruse’ TPP ‘Ruse-East’ashpond, Ruse, Ruse;”;

Aqra:

“7.

‘Toplofikatsia-Ruse’, TPP ‘Ruse-Iztokashpond, Ruse, Ruse;”;

(b)

Paġni 298 u 299, parti D (il-kontroll tat-tniġġis industrijali u l-immaniġġar tar-riskji), paragrafu 1 dwar Direttiva 96/61/KE tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, taħt l-intestatura “Sal-31 ta' Diċembru 2011:”

Flok:

“—

TPP ‘Ruse-East’ – Ruse (attività 1.1)”;

Aqra:

“—

TPP ‘Ruse-Iztok’ – Ruse (attività 1.1)”;

Flok:

“—

TPP ‘Bobov dol’ – Sofia (attività 1.1)”;

Aqra:

“—

TPP ‘Bobov dol’ – Bobov dol (attività 1.1)”;

(ċ)

Paġna 301, parti D (il-kontroll tat-tniġġis industrijali u l-immaniġġar tar-riskji), paragrafu 2 dwar Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni

Flok:

“—

TPP ‘Ruse-East’:”;

Aqra:

“—

TPP ‘Ruse-Iztok’:”;