ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 170

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
17 ta' Mejju 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 170/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2018/C 170/02

Sommarju tal-Opinjoni tal-KEPD dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u l-pajjiżi terzi

2

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2018/C 170/03

L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

5

2018/C 170/04

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 170/05

Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2226 tad-19 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2014) 1921)

7

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2018/C 170/06

Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 170/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.8861 — Comcast/Sky) ( 1 )

9

2018/C 170/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8884 — Altor Funds/Trioplast Industrier) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2018/C 170/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8887 — Platinum Equity/LifeScan) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Mejju 2018

(2018/C 170/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1784

JPY

Yen Ġappuniż

129,83

DKK

Krona Daniża

7,4487

GBP

Lira Sterlina

0,87418

SEK

Krona Żvediża

10,2903

CHF

Frank Żvizzeru

1,1792

ISK

Krona Iżlandiża

123,00

NOK

Krona Norveġiża

9,5715

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,545

HUF

Forint Ungeriż

317,27

PLN

Zloty Pollakk

4,2889

RON

Leu Rumen

4,6350

TRY

Lira Turka

5,2178

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5741

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5161

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2504

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7115

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5824

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 274,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7584

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5137

HRK

Kuna Kroata

7,3830

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 582,15

MYR

Ringgit Malażjan

4,6712

PHP

Peso Filippin

61,715

RUB

Rouble Russu

73,5977

THB

Baht Tajlandiż

37,874

BRL

Real Brażiljan

4,3294

MXN

Peso Messikan

23,2843

INR

Rupi Indjan

79,8925


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/2


Sommarju tal-Opinjoni tal-KEPD dwar tmien mandati ta' negozjar sabiex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali li jippermettu l-iskambju ta' data bejn il-Europol u l-pajjiżi terzi

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2018/C 170/02)

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

Ir-Regolament tal-Europol (1) jistabbilixxi regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-trasferimenti tad-data mill-Europol barra mill-UE. L-Artikolu 25(1) tiegħu jelenka għadd ta' raġunijiet legali li abbażi tagħhom il-Europol ikun jista' jittrasferixxi d-data legalment lill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi. Possibbiltà waħda tkun deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li ssib li l-pajjiż terz li l-Europol jittrasferixxi d-data lilu jiżgura livell xieraq ta' protezzjoni. Peress li bħalissa m'hemmx deċiżjonijiet ta' adegwatezza bħal din, l-alternattiva l-oħra sabiex il-Europol jittrasferixxi d-data regolarment lil pajjiż terz tkun l-użu ta' qafas xieraq li jirriżulta mill-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali vinkolanti bejn l-UE u l-pajjiż terz riċevitur.

Fl-20 ta' Diċembru 2017, il-Kumissjoni adottat tmien Rakkomandazzjonijiet (3) għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill sabiex jiġi awtorizzat il-ftuħ ta' negozjati għal ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u tmien pajjiżi terzi tar-reġjuni tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq (MENA), jiġifieri l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Tuneżija u t-Turkija. Tali ftehimiet internazzjonali jipprovdu l-bażi ġuridika meħtieġa għall-iskambju ta' data personali bejn il-Europol u l-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi terzi kompetenti sabiex jiġġieldu kontra d-delitti serji u t-terroriżmu.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm il-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Europol u dawn it-tmien pajjiżi fid-dawl tal-istrateġija politika tal-UE deskritta fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (4), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill (5), u l-Istrateġija Globali tal-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE (6) kif ukoll il-ħtiġijiet operattivi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi madwar l-UE u tal-Europol. Dawn it-tmien pajjiżi terzi kienu ġew identifikati wkoll fil-Ħdax-il Rapport ta' Progress lejn Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u effettiva (7). Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-MENA hija meqjusa bħala ħaġa sħiħa (8). L-instabbiltà attwali fir-reġjun, b'mod speċjali s-sitwazzjoni fis-Sirja u fl-Iraq, tiġi identifikata bħala li tippreżenta theddida sinifikanti għas-sigurtà fuq perjodu ta' żmien twil għall-UE. Dan jikkonċerna kemm il-ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu kif ukoll il-kriminalità organizzata relatata, kif ukoll sfidi relatati mal-migrazzjoni bħall-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin. Il-kooperazzjoni mal-infurzar tal-liġi lokali wkoll titqies bħala kritika sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi.

F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni se tkun responsabbli sabiex tinnegozja dawn il-ftehimiet internazzjonali mal-pajjiżi terzi f'isem l-UE. Permezz ta' dawn it-tmien Rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni tfittex li tikseb awtorizzazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (il-Kunsill) sabiex tagħti bidu għan-negozjati mat-tmien pajjiżi terzi identifikati. Ladarba n-negozjati jkunu ntemmu, sabiex dawn il-ftehimiet jiġu konklużi b'mod formali, il-Parlament Ewropew se jkollu jagħti l-kunsens tiegħu lit-testijiet tal-ftehimiet negozjati, filwaqt li l-Kunsill se jkollu jiffirma l-ftehimiet.

5.   KONKLUŻJONI

Il-KEPD jilqa' l-attenzjoni mogħtija lill-protezzjoni tad-data fl-Annessi għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2017 li se jikkostitwixxu l-mandat tal-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehimiet internazzjonali rispettivi f'isem l-UE ma' kull wieħed mit-tmien pajjiżi tal-MENA li għalihom hija prevista l-kooperazzjoni mal-Europol.

Il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-ftehimiet internazzjonali previsti sabiex l-Europol ikun jista' jittrasferixxi regolarment id-data lill-awtoritajiet kompetenti tat-tmien pajjiżi terzi in kwistjoni jeħtieġu jiġu vvalutati b'mod sħiħ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Sabiex tiġi permessa din il-valutazzjoni fil-fond fuq il-bażi ta' każ b'każ, il-KEPD jirrakkomanda li jkomplu jitnaqqsu u li ssir differenzazzjoni bejn il-ħtiġijiet għal trasferimenti abbażi tas-sitwazzjoni partikolari ta' kull pajjiż terz u r-realtà fil-prattika. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' kull ftehim internazzjonali u l-iskopijiet għat-trasferimenti għal kull pajjiż terz għandhom jiġu speċifikati ulterjorment bix-xieraq fl-Annessi. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt sabiex jiġu vvalutati aħjar ir-riskji li t-trasferimenti tad-data jippreżentaw lil dawn il-pajjiżi terzi sabiex jiġu protetti d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data tal-individwi, iżda anki għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħrajn protetti mill-Karta, sabiex jiġu ddefiniti s-salvagwardji preċiżi neċessarji.

Il-KEPD jinnota li, skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Europol, il-Europol jista' jittrasferixxi regolarment id-data lil pajjiż terz permezz tal-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali vinkolanti bejn l-UE u l-pajjiż terz riċevitur bil-kundizzjoni li dan il-ftehim jintroduċi salvagwardji xierqa. Il-KEPD jikkunsidra li “l-introduzzjoni ta' salvagwardji xierqa” fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Europol timplika li l-ftehimiet internazzjonali konklużi mal-pajjiżi terzi għandhom:

jiżguraw konsistenza sħiħa mal-Artikolu 8 tal-Karta fil-pajjiżi terzi riċeventi, b'mod partikolari mal-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop, id-dritt ta' aċċess, id-dritt għal rettifika u l-kontroll minn awtorità indipendenti speċifikament stipulata mill-Karta;

isegwu l-Opinjoni 1/15 tal-QtĠ billi jiżguraw li l-livell ta' protezzjoni li tirriżulta minn dawn il-ftehimiet essenzjalment tkun ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni fid-dritt tal-Unjoni;

japplikaw mutatis mutandis il-kriterji inklużi fil-Premessa 71 tad-Direttiva (UE) 2016/680, jiġifieri t-trasferimenti tad-data personali huma soġġetti għal obbligi ta' kunfidenzjalità, il-prinċipju tal-ispeċifiċità u l-fatt li d-data personali ma tintużax sabiex tintalab, tingħata jew tiġi eżegwita piena tal-mewt jew xi forma ta' trattament krudili jew inuman;

jirriflettu salvagwardji speċifiċi inklużi fir-Regolament tal-Europol, bħal restrizzjonijiet speċifikati minn fornituri ta' informazzjoni; u

japplikaw garanziji essenzjali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet kriminali u jinkludu salvagwardji li, fuq bażi ta' każ b'każ, jindirizzaw ir-riskji prevedibbli li t-trasferimenti għal dawn il-pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw fir-rigward ta' drittijiet u libertajiet fundamentali oħra.

Flimkien ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġenerali, ir-rakkomandazzjonijiet u l-kummenti tal-KEPD f'din l-Opinjoni huma relatati mal-aspetti speċifiċi li ġejjin tal-ftehimiet internazzjonali futuri li għandhom jiġu nnegozjati mal-pajjiżi tal-MENA fil-mandati ta' negozjar:

il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop u tal-ispeċifikazzjoni tal-iskop li jirrigwardaw id-data ttrasferita mill-Europol;

trasferimenti ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi in kwistjoni;

restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar ta' informazzjoni ttrasferita mill-Europol lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi;

sorveljanza indipendenti żgurata fil-pajjiżi terzi;

id-drittijiet tas-suġġetti tad-data;

it-trasferiment ta' kategoriji speċjali ta' data lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi;

iż-żamma tad-data tad-data ttrasferita mill-Europol; u

il-possibbiltà li l-ftehimiet internazzjonali jiġu sospiżi u jintemmu f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tagħhom.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2018.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53), minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament tal-Europol”.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(3)  Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar l-iskambju ta' dejta personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Ġordan fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 798 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar l-iskambju ta' dejta personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tt-Turkija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 799 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Libaniżi fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 805 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat ta' Iżrael dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' Iżrael fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 806 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjar ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tat-Tuneżija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 807 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-iskambju ta' dejta personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti tt-Turkija fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 808 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 809 final; Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti Alġerini fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, COM(2017) 811 final.

(4)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2015 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, COM(2015) 185 final.

(5)  Konklużjonijiet mill-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar Azzjoni Esterna tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, Dokument 10384/17.

(6)  “Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe - A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy” (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha - Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea), disponibbli fuq: http://europa.eu/globalstrategy/en.

(7)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2017 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill – Il-ħdax-il rapport dwar il-progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina, COM(2017) 608 final.

(8)  Ara l-Memorandum ta' Qbil tar-Rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni għad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li tressqu fl-20 ta' Diċembru 2017, għajr dik li tikkonċerna l-Iżrael.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/5


L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

(2018/C 170/03)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fis-7 ta’ Frar 2018.

Każ Nru

:

81382

Deċiżjoni Nru

:

017/18/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Kumpens għal kostijiet tal-pensjonijiet lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jagħtu ċerti servizzi ta’ saħħa u benessri tat-tfal

Bażi ġuridika

:

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

Forma ta’ għajnuna

:

Għotjiet

Baġit

:

NOK 1,1 biljun

Intensità

:

Tul

:

100 sena

Setturi ekonomiċi

:

Servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Il-Ministeru għas-Servizzi tas-Saħħa u tal-Kura

PO Box 8011 Dep

N-0030 Oslo

NORWAY

Aktar informazzjoni

:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/6


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2018/C 170/04)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

fit-22 ta’ Frar 2018.

Każ Nru

:

81568

Deċiżjoni Nru

:

027/18/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Eżenzjoni mit-taxxa NOx għall-2018–2025

Bażi ġuridika

:

Il-Ftehim Nox 2018–2025

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

Ħarsien tal-ambjent

Forma ta’ għajnuna

:

Eżenzjoni mit-taxxa

Baġit

:

NOK 14-il biljun

Intensità

:

Tul

:

2018–2025

Setturi ekonomiċi

:

Kull impriża soġġetta għat-taxxa NOx

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Il-Ministeru Norveġiż tal-Klima u l-Ambjent

PO Box 8013 Dep

N-0030 Oslo

NORWAY

Aktar informazzjoni

:

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/7


Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2226 tad-19 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2014) 1921)

(2018/C 170/05)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi sejħa għal proposti (FNE-Trasport-2018 (Pakkett Ġenerali) biex jingħataw għotjiet skont il-prijoritajiet u l-objettivi ddefiniti fil-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) - Is-Settur tat-Trasport.

Il-baġit indikattiv tas-sejħa huwa ta’ EUR 450 miljun.

Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-proposti hija 24 ta’ Ottubru 2018 (17:00 ħin ta’ Brussell)

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-transport/apply-funding/2018-cef-transport-call-proposals.


L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/8


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

(2018/C 170/06)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

 

EPSO/AD/358/18 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA ĠERMANIŻA (DE)

 

EPSO/AD/359/18 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) TAL-LINGWA NETHERLANDIŻA (NL)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 170 A tas-17 ta’ Mejju 2018.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.8861 — Comcast/Sky)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 170/07)

1.

Fis-7 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Comcast Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerika), u

Sky plc (ir-Renju Unit).

Comcast Corporation jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Sky plc kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-25 ta’ April 2018.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Comcast Corporation: Comcast hija kumpanija dinjija tal-midja, it-teknoloġija u d-divertiment ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika u kkwotata fil-borża, b’żewġ negozji primarji: Comcast Cable u NBCUniversal (“NBCU”). Comcast hija preżenti fl-Ewropa kważi kompletament permezz ta’ NBCU, li hija attiva fl-Ewropa: (i) fil-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ films u kontenut televiżiv; (ii) fil-provvista bl-ingrossa ta’ kanali tat-TV u s-servizzi on-demand; (iii) f’CNBC, servizz tal-aħbarijiet dwar in-negozju, kif ukoll NBC News; (iv) fil-forniment ta’ kontenut tat-televiżjoni għall-utenti finali permezz ta’ servizz ta’ video on demand tal-NBCU; (v) fil-ħruġ ta’ liċenzji ta’ proprjetà intellettwali tagħha lill-manifatturi u d-distributuri tal-prodotti għall-konsumatur; (vi) fin-negozji diġitali minuri relatati mal-golf; u (vii) f’livell minuri, fil-bejgħ dirett lill-konsumatur ta’ DVD u blu-ray, SteelBooks u diski tal-mużika;

—   Sky plc: Sky hija kumpanija pubblika Ingliża li l-ishma tagħha huma kkwotati fil-Borża ta’ Londra. Sky hi l-kumpanija azzjonarja ta’ għadd ta’ sussidjarji li jwettqu negozju f’varjetà ta’ setturi fil-biċċa l-kbira fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Italja, inklużi: (i) il-liċenzjar/l-akkwist ta’ programmazzjoni awdjoviżiva; (ii) il-provvista bl-ingrossa ta’ kanali televiżivi fir-Renju Unit u l-Irlanda; (iii) il-bejgħ bl-imnut ta’ programmazzjoni awdjoviżiva lill-abbonati; (iv) il-provvista ta’ servizzi ta’ pjattaforma teknika lix-xandara fuq il-pjattaformi DTH ta’ Sky fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Ġermanja u fl-Awstrija; (v) il-bejgħ ta’ reklamar televiżiv; (vi) fir-Renju Unit u l-Irlanda, il-forniment ta’ telefonija fissa bl-imnut u servizzi tal-broadband; (vii) fir-Renju Unit, il-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet tal-mobile; u (viii) fir-Renju Unit, l-għoti ta’ aċċess għal hotspots pubbliċi tal-Wi-Fi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8861 — Comcast/Sky

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8884 — Altor Funds/Trioplast Industrier)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 170/08)

1.

Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Altor Ewropej (l-Isvezja),

Trioplast Industrier AB (l-Isvezja).

Altor Funds takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Trioplast Industrier kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Altor Funds: fondi ta’ ekwità privata li jiffokaw fuq l-investimenti fis-segment tas-suq medju fir-reġjun Nordiku,

—   Trioplast Industrier: manifattura ta’ soluzzjonijiet ta’ mballaġġ ibbażati fuq tertuqa tal-polietilen.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-avvuż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8884 — Altor Funds/Trioplast Industrier

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8887 — Platinum Equity/LifeScan)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 170/09)

1.

Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Platinum Equity (“Platinum”, l-Istati Uniti),

LifeScan, Inc., parti minn Johnson&Johnson (l-Istati Uniti).

Il-konċentrazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwist minn Platinum tan-negozju ta’ LifeScan ta’ monitoraġġ taz-zokkor fid-demm. Platinum se takkwista l-kontroll uniku ta’ LifeScan fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni tkun ġiet imwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi permezz ta’ veikolu bi skop speċjali.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Platinum: ditta ta’ investiment privat, li hija speċjalizzata fil-merger, l-akkwist u t-tħaddim ta’ kumpaniji attivi f’firxa wiesgħa ta’ negozji, li jinkludu t-teknoloġija tal-informazzjoni, it-telekomunikazzjoni, il-loġistika, is-servizzi tal-metall, il-manifattura u d-distribuzzjoni fil-livell dinji;

—   LifeScan: tipprovdi s-sistemi ta’ monitoraġġ taz-zokkor fid-demm għall-użu fid-djar u fl-isptarijiet taħt il-marka dinjija OneTouch. Il-portafoll ta’ OneTouch jinkludi meters personali li jkejlu z-zokkor fid-demm, strixxi għall-ittestjar taz-zokkor fid-demm, lancets, sistemi ta’ ttestjat tal-kura u soluzzjonijiet diġitali integrati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8887 — Platinum Equity/LifeScan

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.