ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 169

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16 ta' Mejju 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 169/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2018 li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 169/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 169/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pubblikazzjoni tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2017 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 169/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8902 — 3i Group/Deutsche Alternative Asset Management/Attero Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2018/C 169/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8882 — Kennedy Wilson/AXA/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2018/C 169/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8660 — Fortum/Uniper) ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2018

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2018/C 169/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”).

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2015 (2) il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

(3)

Il-Gvern Estonjan informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Estonjan fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Enda VESKIMÄE, ta’ nazzjonalità Estonjana, li twieldet fis-17 ta’ Mejju 1956, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sinjura Aive TELLING għall-perijodu mill-14 ta’ Mejju 2018 sal-31 ta’ Mejju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2015 li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 161 tal-14.5.2015, p. 2).


Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Mejju 2018

(2018/C 169/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1883

JPY

Yen Ġappuniż

130,77

DKK

Krona Daniża

7,4492

GBP

Lira Sterlina

0,87900

SEK

Krona Żvediża

10,2928

CHF

Frank Żvizzeru

1,1910

ISK

Krona Iżlandiża

122,60

NOK

Krona Norveġiża

9,5673

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,551

HUF

Forint Ungeriż

316,93

PLN

Zloty Pollakk

4,2837

RON

Leu Rumen

4,6331

TRY

Lira Turka

5,2719

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5857

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5253

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3280

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7222

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5908

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 279,12

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8389

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5606

HRK

Kuna Kroata

7,3833

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 715,82

MYR

Ringgit Malażjan

4,7009

PHP

Peso Filippin

62,424

RUB

Rouble Russu

73,8220

THB

Baht Tajlandiż

38,049

BRL

Real Brażiljan

4,3439

MXN

Peso Messikan

23,4398

INR

Rupi Indjan

80,8720


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/3


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Pubblikazzjoni tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2017 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2018/C 169/03)

1.   DAĦLA

Fl-2015, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċidew li jwaqqfu Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (“MSR”) (1) skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-MSR se tibda taħdem fl-2019. L-iskop tal-MSR huwa li jiġi evitat li s-suq tal-karbonju tal-UE jaħdem b’eċċess kbir strutturali ta’ kwoti, bir-riskju assoċjat li dan ma jippermettix li l-EU ETS li tibgħat is-sinjal tal-investiment meħtieġ biex iwassal għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE b’mod kosteffikaċi.

Id-Deċiżjoni tgħid li sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, mill-2017, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkulazzjoni. Din iċ-ċifra tiddetermina jekk il-kwoti li jkunu maħsubin biex jiġu rkantati fis-sena ta’ wara għandhomx jiddaħħlu fir-riżerva.

Fit-12 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ppubblikat l-għadd totali tal-kwoti li kienu fiċ-ċirkolazzjoni, li ammontaw għal madwar 1,6 biljun kwota (3). Iżda bi qbil mar-regoli miftiehma tal-MSR, din il-pubblikazzjoni ma skattatx żieda fir-riżerva.

Din il-Komunikazzjoni hija t-tieni pubblikazzjoni għall-fini tal-MSR, u tikkonċerna s-sena 2017. Fiha l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u tiddeskrivi fid-dettall kif ġiet ikkalkulata din iċ-ċifra. Billi l-MSR se tibda taħdem fl-2019, din il-pubblikazzjoni hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip li se twassal biex jitqiegħdu l-kwoti fir-riżerva.

2.   IL-FUNZJONAMENT TAR-RIŻERVA TAL-ISTABBILTÀ TAS-SUQ

L-MSR taħdem b’mod awtomatiku meta l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ikbar minn medda predefinita. Il-kwoti jinżiedu mar-riżerva jekk l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun aktar minn limitu ta’ 833 miljun kwota. Il-kwoti jinħelsu mir-riżerva jekk l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun inqas minn 400 miljun kwota. Il-kwoti jinżiedu mar-riżerva billi jiġu rkantati inqas kwoti, u jinħelsu mir-riżerva billi jiġu rkantati 100 miljun aktar kwoti fil-futur.

Għaldaqstant, il-pubblikazzjoni tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, li skont kemm ikun hu, il-kwoti jinżiedu mar-riżerva jew jinħelsu minnha, hija element importanti għat-tħaddim tar-riżerva.

Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-EU ETS (4) li ġiet miftiehma riċentement, sar tibdil importanti fil-mod kif taħdem l-MSR. Fil-perjodu ta’ bejn l-2019 u l-2023 il-perċentwal tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li jiddetermina l-għadd ta’ kwoti li jiddaħħlu fir-riżerva jekk jinqabeż il-limitu ta’ 833 miljun kwota, se jkun irduppjat temporanjament minn 12 % għal 24 %. Bl-istess mod, il-perċentwal li jintuża biex jiġu ddeterminati ż-żidiet fl-MSR fl-ewwel tmien xhur tat-tħaddim tar-riżerva fl-2019 se jkun irduppjat ukoll, minn 8 % għal 16 % (5). Barra minn hekk, sa mill-2023 il-kwoti żejda mill-volum ta’ rkantar tas-sena preċedenti li jinżammu fl-MSR mhumiex se jibqgħu validi.

Għalhekk, skont din il-Komunikazzjoni, sa mill-1 ta’ Jannar 2019, 16 % tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni se jiddaħħlu fir-riżerva tul l-ewwel tmien xhur ta’ dik is-sena. Se jitnaqqas ammont li jikkorrispondi ma’ dan mill-volumi ta’ rkantar tal-Istati Membri, skont l-ishma ta’ rkantar rispettivi tagħhom. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jiftakar li sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-kwoti distribwiti mill-ġdid bi skop ta’ solidarjetà u tkabbir fl-Unjoni ma jitqisux fid-determinazzjoni tal-ishma rilevanti.

Bl-istess mod, 24 % tal-għadd totali tal-ishma fiċ-ċirkolazzjoni li se jiġu ppubblikati f’Mejju tal-2019 se jiddaħħlu fir-riżerva tul perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Settembru 2019 ’il quddiem, minflok ma jiġu rkantati mill-Istati Membri.

3.   L-GĦADD TOTALI TA’ KWOTI FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI

Skont l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni “għandu jkun in-numru kumulattiv ta’ kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008, inkluż in-numru maħruġ skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f’dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt l-EU ETS fir- rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena partikolari, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont l-EU ETS bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena partikolari, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u n-numru ta’ kwoti fir-riżerva.”

Fi ftit kliem, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li jkun rilevanti għaż-żidiet fl-MSR u r-rilaxxi minnha jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja:

TNAC = Provvista – (Domanda + kwoti fl-MSR)

L-elementi differenti li jiddeterminaw l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni huma tlieta: l-ewwel, il-provvista ta’ kwoti sa mill-1 ta’ Jannar 2008; it-tieni, l-għadd ta’ kwoti ċeduti u kkanċellati (“domanda”); u t-tielet, dak li jinżamm fir-riżerva.

Kif previst fid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-kwoti tal-avjazzjoni u l-emissjonijiet verifikati tal-avjazzjoni ma jitqisux f’dan il-kuntest.

3.1.   Provvista

Il-provvista tal-kwoti għas-suq tiġi ddeterminata minn ħames elementi differenti:

il-kwoti mfaddla bejn l-2008 u l-2012 (“it-tieni fażi”),

il-kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 (6) u l-31 ta’ Diċembru 2017,

il-kwoti allokati mingħajr ħlas mill-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017, inklużi l-kwoti allokati mir-riżerva għal min jidħol ġdid (“NER”),

il-kwoti mmonetizzati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) għall-programm “NER300”, u

id-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017.

L-għadd ta’ kwoti mfaddla mit-tieni fażi tal-EU ETS huwa 1 749 540 826 kwota (7). Dan “it-total ta’ tfaddil” jirrappreżenta l-għadd totali tal-kwoti maħruġa fit-tieni fażi tal-EU ETS, li ma ġewx ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet verifikati jew ikkanċellati. Għalhekk, biex jiġi ddeterminat l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, dan jirrappreżenta l-għadd ta’ kwoti tal-ETS fiċ-ċirkolazzjoni fil-bidu tal-perjodu mill-2013 sal-2020 (“it-tielet fażi”) fl-1 ta’ Jannar 2013, u jitqies hekk fil-kalkolu.

Skont ir-rapporti mill-irkanti fil-pjattaforma komuni tal-irkanti u fil-pjattaformi rilevanti ta’ nonparteċipazzjoni (8), l-għadd ta’ kwoti li ġie rkantat bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017, inkluż fl-hekk imsejħa rkanti bikrija, huwa 3 725 458 000.

L-għadd ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas, inklużi l-kwoti allokati min-NER mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2017 huwa 4 402 755 035 (9).

300 000 000 kwota ġew immonetizzati mill-EIB għall-programm NER300 (10).

Id-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017 jikkorrispondu għal 419 338 468 (11).

3.2.   Domanda

Id-domanda tikkonsisti mit-total tal-emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 (12) u l-31 ta’ Diċembru 2017, li jammonta għal 8 942 239 207 (13), u l-kwoti kkanċellati fl-istess perjodu, li kienu 278 524 kwota.

3.3.   Depożiti fl-MSR

Billi l-MSR mhijiex se tibda taħdem qabel l-2019, fil-preżent ma hemmx kwoti fir-riżerva.

3.4.   L-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni

Fid-dawl ta’ dan kollu li ntqal hawn fuq, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jammonta għal 1 654 574 598 kwota.

4.   KONKLUŻJONI

Bi qbil mar-regoli miftiehma tal-MSR, tul l-ewwel tmien xhur tal-2019, li jibdew fl-1 ta’ Jannar, se jiddaħħlu total ta’ 264 731 936 kwota fl-MSR.

Il-pubblikazzjoni li jmiss se tkun f’Mejju tal-2019, biex jiġu ddeterminati ż-żidiet fir-riżerva mill-1 ta’ Settembru 2019 sa Awwissu tal-2020.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali

Provvista

(a)

Tfaddil milt-tieni fażi

1 749 540 826

(b)

l-għadd totali ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017, inkluż min-NER

4 402 755 035

(c)

l-għadd totali tal-kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017, inklużi fl-irkanti bikrija

3 725 458 000

(d)

l-għadd ta’ kwoti mmonetizzati mill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-programm NER300

300 000 000

(e)

id-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017

419 338 468

Somma (provvista)

10 597 092 329


Domanda

(a)

Tunnellati ta’ emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet fl-EU ETS bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017

8 942 239 207

(b)

Kwoti kkanċellati bi qbil mal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sal-31 ta’ Diċembru 2017

278 524

Somma (domanda)

8 942 517 731


Dak li jinżamm fl-MSR

Għadd ta’ kwoti fir-riżerva

0

 

Għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni

1 654 574 598


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, C(2017) 3228 final, li tinsab hawn: https://webgate.ec.testa.eu/docfinder/extern/aHR0cDovLw==/ZXVyLWxleC5ldXJvcGEuZXU=/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52017XC0513(01)&rid=2

(4)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(5)  Ara l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/18/14 fejn hemm miktub li kull sena jiddaħħlu fir-riżerva 12 % tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u 8 % jiddaħħlu fl-ewwel tmien xhur tat-tħaddim tar-riżerva (mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ Settembru 2019) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/410 fejn hemm miktub li dawn il-perċentwali għandhom jirduppjaw sal-31 ta’ Diċembru 2023.

(6)  Din iċ-ċifra tinkludi l-hekk imsejħa “irkantijiet bikrija”, jiġifieri l-kwoti li huma validi għall-perjodu mill-2013 sal-2020, li ġew irkantati qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

(7)  Ara r-Rapport ta’ progress dwar l-azzjoni klimatika, li jinkludi r-rapport dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju, 2015; COM (2015) 576

(8)  Jinstab hawn: http://www.eex.com/en/products/environmental-markets/emissions-auctions/archive u https://www.theice.com/marketdata/reports/148

(9)  Skont estratt mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta’ April 2018

(10)  L-ewwel porzjon ta’ 200 miljun kwota - mibjugħa fl-2011 u fl-2012 - u porzjon ieħor ta’ 100 miljun kwota - mibjugħa fl-2013 u fl-2014; ara https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/lowcarbon/ner300/docs/summary_report_ner300_monetisation_en.pdf għal aktar dettalji.

(11)  Skont estratt mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE fl-1 ta’ April 2018.

(12)  Dwar l-emissjonijiet verifikati fil-perjodu 2008 sal-2012 ara l-ispjegazzjoni dwar it-total tat-tfaddil (it-taqsima 3.1).

(13)  L-emissjonijiet verifikati totali huma bbażati fuq estratt mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta’ April 2018, biex jitqiesu l-emissjonijiet verifikati li ġew irrappurtati sal-31 ta’ Marzu 2018. B’hekk, l-emissjonijiet irrappurtati wara dik id-data ma jingħatawx f’dan it-total.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8902 — 3i Group/Deutsche Alternative Asset Management/Attero Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 169/04)

1.

Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

3i Infrastructure plc (“3iN”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn 3i Group plc. (“3i”, ir-Renju Unit);

Deutsche Alternattive Asset Management (Global) Limited (“DAAM”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Deutsche Bank AG (“DB”, il-Ġermanja);

Attero Holding N.V. (“Attero”, in-Netherlands).

3i u DAAM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Attero kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

3i hija negozju għall-ġestjoni tal-investiment iffokat fuq ekwità privata fil-medju tas-suq u l-infrastruttura;

DAAM tiġġestixxi u tikkontrolla l-fondi ta’ investiment, billi tiffoka fuq assi tal-infrastruttura fl-Ewropa;

Attero hija kumpanija tal-immaniġġar tal-iskart attiva fil-ġbir, it-trattament u rimi ta’ skart ordinarju u perikoluż fin-Netherlands.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8902 — 3i Group/Deutsche Alternative Asset Management/Attero Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8882 — Kennedy Wilson/AXA/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 169/05)

1.

Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kennedy Wilson Holdings, Inc. (“Kennedy Wilson”, l-Istati Uniti),

AXA SA (“AXA”, Franza).

Kennedy Wilson u AXA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot, li se tkun attiva f’servizzi ta’ proprjetà immobbli fl-Irlanda.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Kennedy Wilson: investiment, żvilupp u ġestjoni tal-proprjetà immobbli.

—   AXA: assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll ġestjoni tal-investiment.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviz.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8882 — Kennedy Wilson/AXA/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 169/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8660 — Fortum/Uniper)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 169/06)

1.

Fis-7 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fortum Oyj (“Fortum”, il-Finlandja),

Uniper SE (“Uniper”, il-Ġermanja).

Fortum takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Uniper kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-7 ta’ Novembru 2017.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Fortum hija kumpanija tal-enerġija prinċipalment involuta fil-ġenerazzjoni tal-elettriku u t-tisħin l-aktar fil-pajjiżi Nordiċi, iżda b’operazzjonijiet fi bnadi oħra fl-Ewropa, ir-Russja u l-Indja,

Uniper hija kumpanija tal-enerġija li tinkludi n-negozju preċedenti tal-utilità tal-enerġija konvenzjonali u n-negozju tal-prodotti ta’ E.ON li tħaddem fl-Ewropa u r-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8660 — Fortum/Uniper

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).