ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 61 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2018/C 169/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 169/02 |
||
2018/C 169/03 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2018/C 169/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8902 — 3i Group/Deutsche Alternative Asset Management/Attero Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2018/C 169/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8882 — Kennedy Wilson/AXA/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2018/C 169/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8660 — Fortum/Uniper) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Mejju 2018
li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(2018/C 169/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”). |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2015 (2) il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija. |
(3) |
Il-Gvern Estonjan informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Estonjan fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Enda VESKIMÄE, ta’ nazzjonalità Estonjana, li twieldet fis-17 ta’ Mejju 1956, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sinjura Aive TELLING għall-perijodu mill-14 ta’ Mejju 2018 sal-31 ta’ Mejju 2019.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2015 li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 161 tal-14.5.2015, p. 2).
Il-Kummissjoni Ewropea
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-15 ta’ Mejju 2018
(2018/C 169/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1883 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,77 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4492 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87900 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,2928 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1910 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
122,60 |
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5673 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,551 |
HUF |
Forint Ungeriż |
316,93 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2837 |
RON |
Leu Rumen |
4,6331 |
TRY |
Lira Turka |
5,2719 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5857 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5253 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3280 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7222 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5908 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 279,12 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,8389 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5606 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,3833 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 715,82 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7009 |
PHP |
Peso Filippin |
62,424 |
RUB |
Rouble Russu |
73,8220 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,049 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,3439 |
MXN |
Peso Messikan |
23,4398 |
INR |
Rupi Indjan |
80,8720 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/3 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Pubblikazzjoni tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2017 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2018/C 169/03)
1. DAĦLA
Fl-2015, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċidew li jwaqqfu Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (“MSR”) (1) skont l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-MSR se tibda taħdem fl-2019. L-iskop tal-MSR huwa li jiġi evitat li s-suq tal-karbonju tal-UE jaħdem b’eċċess kbir strutturali ta’ kwoti, bir-riskju assoċjat li dan ma jippermettix li l-EU ETS li tibgħat is-sinjal tal-investiment meħtieġ biex iwassal għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE b’mod kosteffikaċi.
Id-Deċiżjoni tgħid li sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena, mill-2017, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkulazzjoni. Din iċ-ċifra tiddetermina jekk il-kwoti li jkunu maħsubin biex jiġu rkantati fis-sena ta’ wara għandhomx jiddaħħlu fir-riżerva.
Fit-12 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ppubblikat l-għadd totali tal-kwoti li kienu fiċ-ċirkolazzjoni, li ammontaw għal madwar 1,6 biljun kwota (3). Iżda bi qbil mar-regoli miftiehma tal-MSR, din il-pubblikazzjoni ma skattatx żieda fir-riżerva.
Din il-Komunikazzjoni hija t-tieni pubblikazzjoni għall-fini tal-MSR, u tikkonċerna s-sena 2017. Fiha l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u tiddeskrivi fid-dettall kif ġiet ikkalkulata din iċ-ċifra. Billi l-MSR se tibda taħdem fl-2019, din il-pubblikazzjoni hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip li se twassal biex jitqiegħdu l-kwoti fir-riżerva.
2. IL-FUNZJONAMENT TAR-RIŻERVA TAL-ISTABBILTÀ TAS-SUQ
L-MSR taħdem b’mod awtomatiku meta l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ikbar minn medda predefinita. Il-kwoti jinżiedu mar-riżerva jekk l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun aktar minn limitu ta’ 833 miljun kwota. Il-kwoti jinħelsu mir-riżerva jekk l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun inqas minn 400 miljun kwota. Il-kwoti jinżiedu mar-riżerva billi jiġu rkantati inqas kwoti, u jinħelsu mir-riżerva billi jiġu rkantati 100 miljun aktar kwoti fil-futur.
Għaldaqstant, il-pubblikazzjoni tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, li skont kemm ikun hu, il-kwoti jinżiedu mar-riżerva jew jinħelsu minnha, hija element importanti għat-tħaddim tar-riżerva.
Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-EU ETS (4) li ġiet miftiehma riċentement, sar tibdil importanti fil-mod kif taħdem l-MSR. Fil-perjodu ta’ bejn l-2019 u l-2023 il-perċentwal tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li jiddetermina l-għadd ta’ kwoti li jiddaħħlu fir-riżerva jekk jinqabeż il-limitu ta’ 833 miljun kwota, se jkun irduppjat temporanjament minn 12 % għal 24 %. Bl-istess mod, il-perċentwal li jintuża biex jiġu ddeterminati ż-żidiet fl-MSR fl-ewwel tmien xhur tat-tħaddim tar-riżerva fl-2019 se jkun irduppjat ukoll, minn 8 % għal 16 % (5). Barra minn hekk, sa mill-2023 il-kwoti żejda mill-volum ta’ rkantar tas-sena preċedenti li jinżammu fl-MSR mhumiex se jibqgħu validi.
Għalhekk, skont din il-Komunikazzjoni, sa mill-1 ta’ Jannar 2019, 16 % tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni se jiddaħħlu fir-riżerva tul l-ewwel tmien xhur ta’ dik is-sena. Se jitnaqqas ammont li jikkorrispondi ma’ dan mill-volumi ta’ rkantar tal-Istati Membri, skont l-ishma ta’ rkantar rispettivi tagħhom. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jiftakar li sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-kwoti distribwiti mill-ġdid bi skop ta’ solidarjetà u tkabbir fl-Unjoni ma jitqisux fid-determinazzjoni tal-ishma rilevanti.
Bl-istess mod, 24 % tal-għadd totali tal-ishma fiċ-ċirkolazzjoni li se jiġu ppubblikati f’Mejju tal-2019 se jiddaħħlu fir-riżerva tul perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Settembru 2019 ’il quddiem, minflok ma jiġu rkantati mill-Istati Membri.
3. L-GĦADD TOTALI TA’ KWOTI FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI
Skont l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni “għandu jkun in-numru kumulattiv ta’ kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008, inkluż in-numru maħruġ skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f’dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt l-EU ETS fir- rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena partikolari, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont l-EU ETS bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena partikolari, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u n-numru ta’ kwoti fir-riżerva.”
Fi ftit kliem, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li jkun rilevanti għaż-żidiet fl-MSR u r-rilaxxi minnha jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja:
TNAC = Provvista – (Domanda + kwoti fl-MSR)
L-elementi differenti li jiddeterminaw l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni huma tlieta: l-ewwel, il-provvista ta’ kwoti sa mill-1 ta’ Jannar 2008; it-tieni, l-għadd ta’ kwoti ċeduti u kkanċellati (“domanda”); u t-tielet, dak li jinżamm fir-riżerva.
Kif previst fid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-kwoti tal-avjazzjoni u l-emissjonijiet verifikati tal-avjazzjoni ma jitqisux f’dan il-kuntest.
3.1. Provvista
Il-provvista tal-kwoti għas-suq tiġi ddeterminata minn ħames elementi differenti:
— |
il-kwoti mfaddla bejn l-2008 u l-2012 (“it-tieni fażi”), |
— |
il-kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 (6) u l-31 ta’ Diċembru 2017, |
— |
il-kwoti allokati mingħajr ħlas mill-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017, inklużi l-kwoti allokati mir-riżerva għal min jidħol ġdid (“NER”), |
— |
il-kwoti mmonetizzati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) għall-programm “NER300”, u |
— |
id-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
L-għadd ta’ kwoti mfaddla mit-tieni fażi tal-EU ETS huwa 1 749 540 826 kwota (7). Dan “it-total ta’ tfaddil” jirrappreżenta l-għadd totali tal-kwoti maħruġa fit-tieni fażi tal-EU ETS, li ma ġewx ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet verifikati jew ikkanċellati. Għalhekk, biex jiġi ddeterminat l-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, dan jirrappreżenta l-għadd ta’ kwoti tal-ETS fiċ-ċirkolazzjoni fil-bidu tal-perjodu mill-2013 sal-2020 (“it-tielet fażi”) fl-1 ta’ Jannar 2013, u jitqies hekk fil-kalkolu.
Skont ir-rapporti mill-irkanti fil-pjattaforma komuni tal-irkanti u fil-pjattaformi rilevanti ta’ nonparteċipazzjoni (8), l-għadd ta’ kwoti li ġie rkantat bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2017, inkluż fl-hekk imsejħa rkanti bikrija, huwa 3 725 458 000.
L-għadd ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas, inklużi l-kwoti allokati min-NER mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2017 huwa 4 402 755 035 (9).
300 000 000 kwota ġew immonetizzati mill-EIB għall-programm NER300 (10).
Id-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017 jikkorrispondu għal 419 338 468 (11).
3.2. Domanda
Id-domanda tikkonsisti mit-total tal-emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 (12) u l-31 ta’ Diċembru 2017, li jammonta għal 8 942 239 207 (13), u l-kwoti kkanċellati fl-istess perjodu, li kienu 278 524 kwota.
3.3. Depożiti fl-MSR
Billi l-MSR mhijiex se tibda taħdem qabel l-2019, fil-preżent ma hemmx kwoti fir-riżerva.
3.4. L-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni
Fid-dawl ta’ dan kollu li ntqal hawn fuq, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jammonta għal 1 654 574 598 kwota.
4. KONKLUŻJONI
Bi qbil mar-regoli miftiehma tal-MSR, tul l-ewwel tmien xhur tal-2019, li jibdew fl-1 ta’ Jannar, se jiddaħħlu total ta’ 264 731 936 kwota fl-MSR.
Il-pubblikazzjoni li jmiss se tkun f’Mejju tal-2019, biex jiġu ddeterminati ż-żidiet fir-riżerva mill-1 ta’ Settembru 2019 sa Awwissu tal-2020.
Tabella 1
Ħarsa ġenerali
Provvista |
|||
|
1 749 540 826 |
||
|
4 402 755 035 |
||
|
3 725 458 000 |
||
|
300 000 000 |
||
|
419 338 468 |
||
Somma (provvista) |
10 597 092 329 |
Domanda |
|||
|
8 942 239 207 |
||
|
278 524 |
||
Somma (domanda) |
8 942 517 731 |
Dak li jinżamm fl-MSR |
|
Għadd ta’ kwoti fir-riżerva |
0 |
|
|
Għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni |
1 654 574 598 |
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
(2) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(3) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, C(2017) 3228 final, li tinsab hawn: https://webgate.ec.testa.eu/docfinder/extern/aHR0cDovLw==/ZXVyLWxleC5ldXJvcGEuZXU=/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52017XC0513(01)&rid=2
(4) Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).
(5) Ara l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/18/14 fejn hemm miktub li kull sena jiddaħħlu fir-riżerva 12 % tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u 8 % jiddaħħlu fl-ewwel tmien xhur tat-tħaddim tar-riżerva (mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ Settembru 2019) u l-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/410 fejn hemm miktub li dawn il-perċentwali għandhom jirduppjaw sal-31 ta’ Diċembru 2023.
(6) Din iċ-ċifra tinkludi l-hekk imsejħa “irkantijiet bikrija”, jiġifieri l-kwoti li huma validi għall-perjodu mill-2013 sal-2020, li ġew irkantati qabel l-1 ta’ Jannar 2013.
(7) Ara r-Rapport ta’ progress dwar l-azzjoni klimatika, li jinkludi r-rapport dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju, 2015; COM (2015) 576
(8) Jinstab hawn: http://www.eex.com/en/products/environmental-markets/emissions-auctions/archive u https://www.theice.com/marketdata/reports/148
(9) Skont estratt mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta’ April 2018
(10) L-ewwel porzjon ta’ 200 miljun kwota - mibjugħa fl-2011 u fl-2012 - u porzjon ieħor ta’ 100 miljun kwota - mibjugħa fl-2013 u fl-2014; ara https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/lowcarbon/ner300/docs/summary_report_ner300_monetisation_en.pdf għal aktar dettalji.
(11) Skont estratt mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE fl-1 ta’ April 2018.
(12) Dwar l-emissjonijiet verifikati fil-perjodu 2008 sal-2012 ara l-ispjegazzjoni dwar it-total tat-tfaddil (it-taqsima 3.1).
(13) L-emissjonijiet verifikati totali huma bbażati fuq estratt mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta’ April 2018, biex jitqiesu l-emissjonijiet verifikati li ġew irrappurtati sal-31 ta’ Marzu 2018. B’hekk, l-emissjonijiet irrappurtati wara dik id-data ma jingħatawx f’dan it-total.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8902 — 3i Group/Deutsche Alternative Asset Management/Attero Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 169/04)
1. |
Fit-3 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
3i u DAAM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Attero kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8902 — 3i Group/Deutsche Alternative Asset Management/Attero Holding Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8882 — Kennedy Wilson/AXA/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 169/05)
1. |
Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Kennedy Wilson u AXA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot, li se tkun attiva f’servizzi ta’ proprjetà immobbli fl-Irlanda. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi joint venture. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Kennedy Wilson: investiment, żvilupp u ġestjoni tal-proprjetà immobbli. — AXA: assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assigurazzjoni, kif ukoll ġestjoni tal-investiment. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviz. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8882 — Kennedy Wilson/AXA/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
16.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8660 — Fortum/Uniper)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 169/06)
1. |
Fis-7 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Fortum takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Uniper kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-7 ta’ Novembru 2017. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8660 — Fortum/Uniper Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).