ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
14 ta' Mejju 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 166/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 166/02

Kawża C-524/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Luca Menci (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Nuqqas ta’ ħlas tal-VAT dovuta — Sanzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva — Eżistenza tal-istess ksur — Artikolu 52(1) — Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem — Kundizzjonijiet)

2

2018/C 166/03

Kawżi magħquda C-688/15 u C-109/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċeduri mibdija minn Agnieška Anisimovienė et (C-688/15) vs Indėlių ir investicijų draudimas VĮ (C-109/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għal investituri — Direttiva 94/19/KE — Artikolu 1(1) — Depożiti — Sitwazzjonijiet tranżitorji ġejjin minn tranżazzjonijiet bankarji normali — Direttiva 97/9/KE — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) — Fondi dovuti lil investitur jew li jappartjenu lilu jew miżmuma f’ismu minn impriża ta’ investiment relata ma’ tranżazzjonijiet ta’ investiment — Istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ titoli trasferibbli — Fondi ttrasferiti minn individwi lil din l-istituzzjoni għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli trasferibbli futuri — Applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE — Falliment tal-imsemmija istituzzjoni qabel il-ħruġ tat-titoli trasferibbli inkwistjoni — Impriża pubblika responsabbli mill-iskemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri — Invokabbiltà tad-Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE kontra din l-impriża)

3

2018/C 166/04

Kawża C-187/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Stamperija tal-Istat — Produzzjoni ta’ dokumenti tal-identità u ta’ dokumenti uffiċjali oħrajn — Ikkummissjonar ta’ impriża tad-dritt privat mingħajr proċedura preċedenti ta’ sejħa għal offerti — Miżuri tas-sigurtà speċjali — Ħarsien tal-interessi vitali tal-Istati Membri)

4

2018/C 166/05

Kawża C-244/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2018 – Industrias Químicas del Vallés, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni — Inklużjoni tas-sustanza attiva metalaxyl f’din il-lista — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni — Persuna kkonċernata individwalment)

5

2018/C 166/06

Kawża C-256/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ammissibbiltà — Antidumping — Validità ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ddikjarat regolamenti preċedenti invalidi — Obbligu ta’ eżekuzzjoni — Bażi legali — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 14 — Iffissar tal-elementi ta’ ġbir ta’ dazji anti-dumping mill-Istati Membri — Ordni ta’ sospensjoni tar-rimbors ta’ dazji anti-dumping mill-awtoritajiet doganali nazzjonali — Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikjarati invalidi — Artikolu 10 — Nuqqas ta’ retroattività — Kodiċi Doganali Komunitarju — Artikolu 221 — Preskrizzjoni — Artikolu 236 — Rimbors ta’ dazji mhux dovuti

5

2018/C 166/07

Kawżi magħquda C-327/16 u C-421/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Jacob vs Ministre des Finances et des Comptes publics (C-327/16), Ministre des Finances et des Comptes publics vs Marc Lassus (C-421/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Mergers, diviżjonijiet, trasferimenti tal-attiv u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti — Direttiva 90/434/KEE — Artikolu 8 — Tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli — Qligħ kapitali relatat ma’ din it-tranżazzjoni — Posponiment tat-tassazzjoni — Telf matul it-trasferiment sussegwenti tat-titoli rċevuti — Kompetenza fiskali tal-Istat ta’ residenza — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni — Preżervazzjoni tat-tqassim tal-kompetenza fiskali bejn l-Istati Membri)

6

2018/C 166/08

Kawża C-355/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Christian Picart vs Ministre des Finances et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Tassazzjoni diretta — Trasferiment tal-post ta’ residenza minn Stat Membru lejn l-Isvizzera — Tassazzjoni tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma’ numru sostanzjali ta’ ishma fil-kapital ta’ kumpanniji stabbiliti fl-Istat Membru ta’ oriġini fl-okkażjoni ta’ tali trasferiment — Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim)

7

2018/C 166/09

Kawża C-384/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2018 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni — Inklużjoni tas-sustanza attiva komposti tar-ram f’din il-lista — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni — Persuna kkonċernata individwalment)

8

2018/C 166/10

Kawża C-431/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) vs José Blanco Marqués (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 12, 46a sa 46ċ — Benefiċċji tal-istess natura — Kunċett — Regola antikumulu — Kunċett — Kundizzjonijiet — Regola nazzjonali li tipprevedi suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permananti totali għall-ħaddiema tal-età ta’ 55 sena jew inqas — Sospensjoni tas-suppliment fil-każ ta’ impjieg jew ta’ kisba ta’ pensjoni tal-irtirar)

8

2018/C 166/11

Kawża C-470/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – North East Pylon Pressure Campaign Limited, Maura Sheehy vs An Bord Pleanála, Minister for Communications, Energy and Natural Resources, l-Irlanda, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Dritt għal azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat — Rikors prematur — Kunċetti ta’ spiża mhux projbittiva u ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva relatati mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku — Applikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus)

9

2018/C 166/12

Kawża C-482/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck – l-Awstrija) – Georg Stollwitzer vs ÖBB Personenverkehr AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Artikolu 45 TFUE — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 21(1) — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 2, 6 u 16 — Data ta’ riferiment għall-finijiet tal-avvanza fil-karriera — Leġiżlazzjoni diskriminatorja ta’ Stat Membru li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ attività mwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni — Tneħħija tad-dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

10

2018/C 166/13

Kawża C-533/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Volkswagen AG vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 167 sa 171 — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Dritt għar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors — Artikolu 178(a) — Modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT — Direttiva 2008/9/KE — Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT — Terminu ta’ dekadenza — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — VAT imħallsa u mitluba numru ta’ snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni — Rifjut tal-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni li jkun beda jiddekorri b’effett mid-data tal-kunsinna ta’ oġġetti)

11

2018/C 166/14

Kawża C-537/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/6/KE — Manipulazzjoni tas-suq — Sanzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva — Eżistenza tal-istess ksur — Artikolu 52(1) — Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem — Kundizzjonijiet)

12

2018/C 166/15

Kawża C-551/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – J. Klein Schiphorst vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera — Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 7, 63 u 64 — Benefiċċji tal-qgħad — Persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor — Żamma tad-dritt għall-benefiċċji — Tul taż-żmien)

12

2018/C 166/16

Kawża C-557/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minnAstellas Pharma GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/83/KE — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikoli 28 u 29 — Proċedura ddeċentralizzata għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Artikolu 10 — Prodott mediċinali ġeneriku — Perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodott mediċinali ta’ referenza — Setgħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati li jiddeterminaw meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni — Kompetenza tal-qrati tal-Istati Membri kkonċernati li jistħarrġu d-determinazzjoni ta’ meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47)

13

2018/C 166/17

Kawża C-568/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürtingen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi ta’ ħlas — Direttiva 2007/64/KE — Artikolu 3(e) u (o) — Il-punt 3 tal-Artikolu 4 — Anness — Punt 2 — Kamp ta’ applikazzjoni — Operat ta’ distributuri multifunzjonali li jippermettu l-irtirar ta’ flus kontanti fis-swali tal-logħob tal-ażżard — Koerenza tal-prattika repressiva tal-awtoritajiet nazzjonali — Konfiska tas-somom miksuba permezz ta’ attività illegali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 17)

14

2018/C 166/18

Kawża C-575/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Nutara — Kundizzjoni ta’ nazzjonalità — Artikolu 51 TFUE — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika)

15

2018/C 166/19

Kawżi magħquda C-596/16 u C-597/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Enzo Di Puma vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (C-596/16), Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) vs Antonio Zecca (C-597/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/6/KE — Insider dealing — Sanzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti — Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza kriminali finali fuq il-proċedura amministrattiva — Sentenza kriminali finali li tiskaġuna minn insider dealing — Effettività tas-sanzjonijiet — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva — Eżistenza tal-istess ksur — Artikolu 52(1) — Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem — Kundizzjonijiet)

15

2018/C 166/20

Kawża C-104/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – SC Cali Esprou SRL vs Administraţia Fondului pentru Mediu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 94/62/KE — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Irkupru u riċiklaġġ tal-iskart — Kontribuzzjoni għal fond ambjentali nazzjonali — Tqegħid fis-suq nazzjonali ta’ prodotti imballati u ta’ imballaġġ, mingħajr intervent fuqhom — Prinċipju magħruf bħala min inniġġes iħallas — Kwalità ta’ persuna li tniġġes)

16

2018/C 166/21

Kawżi magħquda C-133/17 u C-134/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Dănuţ Podilă et vs Societatea Naţională de Transport Feroviar de Călători CFR Călători SA Bucureşti (C-133/17), Costel Nicuşor Mucea vs SMDA Mureş Insolvency SPRL, fil-kwalità tagħha ta’ kuratriċi tal-proċedura ta’ falliment ta’ SC Industria Sârmei SA Câmpia Turzii (C-134/17) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 89/391/KEE — Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol — Klassifikazzjoni bħala post tax-xogħol li jesponi lill-ħaddiema għal kundizzjonijiet partikolari jew speċjali — Evalwazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol — Obbligi tal-persuna li timpjega)

17

2018/C 166/22

Kawża C-125/17: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Roma – l-Italja) – Luigi Bisignani vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 64 u 65 TFUE — Direttiva 2011/16/UE — Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam fiskali — Trasferiment ta’ kapital lejn l-Istat tal-Belt tal-Vatikan — Obbligu ta’dikjarazzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi li sejrin jew li ġejjin barra mill-pajjiż — Tħassir)

17

2018/C 166/23

Kawża C-58/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de Paix du canton de Visé (il-Belġju) fit-30 ta’ Jannar 2018 – Michel Schyns vs Belfius Banque SA

18

2018/C 166/24

Kawża C-63/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-1 ta’ Frar 2018 – Vitali SpA vs Autostrade per l’Italia SpA

19

2018/C 166/25

Kawża C-101/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Frar 2018 – Idi Srl vs Arcadis – Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo

19

2018/C 166/26

Kawża C-133/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-20 ta’ Frar 2018 – Sea Chefs Cruise Services GmbH vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

20

2018/C 166/27

Kawża C-138/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-22 ta’ Frar 2018 – Skatteministeriet vs Estron A/S

21

2018/C 166/28

Kawża C-147/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fit-23 ta’ Frar 2018 – Banco Mare Nostrum S.A. vs Ignacio Jesús Berenguel Nieto u Carmen Sonia Salinas López

21

2018/C 166/29

Kawża C-154/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Labour Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Frar 2018 – Tomás Horgan, Claire Keegan vs Minister for Education & Skills, Minister for Finance, Minister for Public Expenditure & Reform, Ireland and the Attorney General

22

2018/C 166/30

Kawża C-159/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Belġju) fis-27 ta’ Frar 2018 – André Moens vs Ryanair Ltd

23

2018/C 166/31

Kawża C-169/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fit-2 ta’ Marzu 2018 – Atif Mahmood, Shabina Atif, Mohammed Ahsan, Noor Habib, Mohammed Haroon, Nik Bibi Haroon vs Minister for Justice and Equality

24

2018/C 166/32

Kawża C-174/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

25

2018/C 166/33

Kawża C-190/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Schaerbeek (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2018 – Société nationale de chemins de fer belges (SNCB) vs Gherasim Sorin Rusu

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 166/34

Kawża T-80/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Validazzjoni ta’ applikazzjoni għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni — Benefiċċju sinjifikattiv — Deċiżjoni tal-EMA li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni — Artikolu 3(1)(b) u Artikolu 5(1), (2) u 4) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000)

27

2018/C 166/35

Kawża T-581/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Popotas vs L-Ombudsman (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess — Segretarju Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew — Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ din l-opinjoni — Ksur tal-proċedura ta’ għażla — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Responsabbiltà)

27

2018/C 166/36

Kawża T-806/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Agricola J.M. vs EUIPO – Miguel Torres (CLOS DE LA TORRE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CLOS DE LA TORRE — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TORRES — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

28

2018/C 166/37

Kawża T-235/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Domestic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOBILE LIVING MADE EASY — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001))

29

2018/C 166/38

Kawża T-229/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2018 – Pio De Bragança vs EUIPO – Ordem de São Miguel da Ala (QUIS UT DEUS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUIS UT DEUS — Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark — Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2018/C 166/39

Kawża T-822/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2018 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea _kix — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tilwima li titlef l-iskop tagħha — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Artikolu 173(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura — Intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell — Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu)

30

2018/C 166/40

Kawża T-130/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mir-regoli tal-Unjoni dwar il-metodi tal-operat tal-gazoduc OPAL li jikkonċernaw l-aċċess ta’ terzi u l-leġiżlazzjoni tariffarja — nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà]

31

2018/C 166/41

Kawża T-134/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti — Dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal tliet klabbs tal-futbol professjonali — Drittijiet tad-difiża — Rifjut ta’ aċċess — Talba għal miżuri provviżorji — Assenza ta’ urġenza)

32

2018/C 166/42

Kawża T-108/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Universität Koblenz-Landau vs Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

32

2018/C 166/43

Kawża T-110/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Grange Backup Power vs Il-Kummissjoni

33

2018/C 166/44

Kawża T-136/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Kuota International vs EUIPO – Sintema Sport (K)

34

2018/C 166/45

Kawża T-137/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – Chrome Hearts vs EUIPO – Shenzhen Van St. Lonh Jewelry (Rappreżentazzjoni ta’ salib)

35

2018/C 166/46

Kawża T-147/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – APG Intercon et vs Il-Kunsill et

36

2018/C 166/47

Kawża T-148/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – UE vs Il-Kummissjoni

37

2018/C 166/48

Kawża T-179/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Scordis, Papapetrou & Co et vs Il-Kunsill et

37

2018/C 166/49

Kawża T-183/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VL et vs Il-Parlament

38

2018/C 166/50

Kawża T-187/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2018 – VP vs Cedefop

39

2018/C 166/51

Kawża T-188/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – Papaconstantinou et vs Il-Kunsill et

40

2018/C 166/52

Kawża T-189/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Lipitalia 2000 e Assograssi vs Il-Kummissjoni

40

2018/C 166/53

Kawża T-193/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2018 – Andreas Stihl vs EUIPO – Giro Travel (tagħqid tal-kuluri ġriż u oranġjo)

42

2018/C 166/54

Kawża T-194/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rewe-Beteiligungs-Holding International vs EUIPO – Wessanen Benelux (BonNatura)

42

2018/C 166/55

Kawża T-196/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Vital Capital Investments et vs Il-Kunsill et

43

2018/C 166/56

Kawża T-201/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Diusa Rendering u Assograssi vs Il-Kummissjoni

44

2018/C 166/57

Kawża T-202/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Bruel vs Il-Kummissjoni

45

2018/C 166/58

Kawża T-209/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Porsche vs EUIPO – Autec (vetturi bil-mutur)

46

2018/C 166/59

Kawża T-210/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Porsche vs EUIPO – Autec (karozzi)

46

2018/C 166/60

Kawża T-213/18: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – Brita vs EUIPO (Forma ta’ vit għall-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ bibiti)

47

2018/C 166/61

Kawża T-222/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Aliança – Vinhos de Portugal vs EUIPO – Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)

48

2018/C 166/62

Kawża T-684/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Amorepacific vs EUIPO – Primavera Life (p primera Pure Sprout Energy)

49


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 166/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 161, 7.5.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 152, 30.4.2018

ĠU C 142, 23.4.2018

ĠU C 134, 16.4.2018

ĠU C 123, 9.4.2018

ĠU C 112, 26.3.2018

ĠU C 104, 19.3.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Luca Menci

(Kawża C-524/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Nuqqas ta’ ħlas tal-VAT dovuta - Sanzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva - Eżistenza tal-istess ksur - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kundizzjonijiet))

(2018/C 166/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bergamo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Luca Menci

Fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha jistgħu jinbdew proċeduri kriminali kontra persuna għal ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fit-termini legali, minkejja li din il-persuna diġà ġiet imposta fuqha, għall-istess fatti, sanzjoni amministrattiva definittiva ta’ natura kriminali fis-sens ta’ dan l-Artikolu 50, sakemm din il-leġiżlazzjoni

għandha għan ta’ interess ġenerali li huwa ta’ natura li jiġġustifika tali kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet, jiġifieri l-ġlieda kontra l-ksur fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, liema proċeduri u sanzjonijiet għandu jkollhom għanijiet komplementari,

tinkludi regoli li jiżguraw koordinazzjoni li tillimita għal dak li huwa strettament neċessarju l-piż addizzjonali li jirriżulta, għall-persuni kkonċernati, minn kumulu ta’ proċeduri, u

tipprevedi regoli li jippermettu li jiġi żgurat li s-severità tas-sanzjonijiet imposti kollha tkun limitata għal dak li huwa strettament neċessarju meta mqabbel mal-gravità tal-ksur ikkonċernat.

2)

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, li l-piż li jirriżulta konkretament għall-persuna kkonċernata mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u mill-kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet li din tawtorizza ma huwiex eċċessiv meta mqabbel mal-gravità tal-ksur imwettaq.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – proċeduri mibdija minn Agnieška Anisimovienė et (C-688/15) vs “Indėlių ir investicijų draudimas” VĮ (C-109/16)

(Kawżi magħquda C-688/15 u C-109/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għal investituri - Direttiva 94/19/KE - Artikolu 1(1) - Depożiti - Sitwazzjonijiet tranżitorji ġejjin minn tranżazzjonijiet bankarji normali - Direttiva 97/9/KE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) - Fondi dovuti lil investitur jew li jappartjenu lilu jew miżmuma f’ismu minn impriża ta’ investiment relata ma’ tranżazzjonijiet ta’ investiment - Istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ titoli trasferibbli - Fondi ttrasferiti minn individwi lil din l-istituzzjoni għas-sottoskrizzjoni ta’ titoli trasferibbli futuri - Applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE - Falliment tal-imsemmija istituzzjoni qabel il-ħruġ tat-titoli trasferibbli inkwistjoni - Impriża pubblika responsabbli mill-iskemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri - Invokabbiltà tad-Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE kontra din l-impriża))

(2018/C 166/03)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Agnieška Anisimovienė et

fil-preżenza ta’: bankas “Snoras” AB, fi stralċ, “Indėlių ir investicijų draudimas” VĮ, bankas “Finasta” AB (C-688/15)

“Indėlių ir investicijų draudimas” VĮ

fil-preżenza ta’: Alvydas Raišelis, bankas “Snoras” AB, fi stralċ (C-109/16)

Dispożittiv

1)

Minn naħa, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, u min-naħa l-oħra, dawk tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li talbiet relatati ma’ fondi, iddebitati lil kontijiet li individwi kienu intitolati għalihom ma’ istituzzjoni ta’ kreditu u li jirrigwardaw il-kreditu ta’ kontijiet miftuħa f’isem din l-istituzzjoni, bħala s-sottoskrizzjoni ta’ titoli mobbli futuri li din tal-aħħar kellha tkun l-emittent, f’ċirkustanzi li fihom il-ħruġ ta’ dawn it-titoli ma kienx finalment twettaq minħabba l-falliment tal-imsemmija istituzzjoni, jaqgħu kemm fl-iskemi ta’ kumpens għall-investituri previsti mid-Direttiva 97/9 kif ukoll fl-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti previsti mid-Direttiva 94/19.

2)

L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 97/9 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn it-talbiet jaqgħu kemm taħt l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti previsti mid-Direttiva 94/19, kif ukoll l-iskemi ta’ kumpens għall-investituri previsti mid-Direttiva 97/9, u li fihom il-leġiżlatur nazzjonali ma imputax tali talbiet għal skema li taqa’ taħt waħda jew oħra minn dawk id-direttivi, il-qorti adita ma tistax tiddeċiedi hija stess, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, dwar l-iskema li dawk intitolati għall-imsemmija talbiet jistgħu jibbenefikaw minnha. Min-naħa l-oħra, f’tali sitwazzjoni, huwa dawn tal-aħħar li għandhom jagħżlu skema waħda jew oħra prevista fid-dritt nazzjonali sabiex timplimenta dawn iż-żewġ direttivi.

3)

Minn naħa, l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 94/19, kif emendat bid-Direttiva 209/14, u min-naħa l-oħra, l-Artikolu 1(4) kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 97/9, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jistgħu jiġu invokati minn individwi quddiem il-qorti nazzjonali insostenn ta’ talbiet għal kumpens kontra impriża pubblika responsabbli, fi Stat Membru, minn skemi ta’ garanziji ta’ depożiti u kumpens ta’ investituri.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.

ĠU C 156, 2.5.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-187/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 92/50/KEE u 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Stamperija tal-Istat - Produzzjoni ta’ dokumenti tal-identità u ta’ dokumenti uffiċjali oħrajn - Ikkummissjonar ta’ impriża tad-dritt privat mingħajr proċedura preċedenti ta’ sejħa għal offerti - Miżuri tas-sigurtà speċjali - Ħarsien tal-interessi vitali tal-Istati Membri))

(2018/C 166/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: M. Fruhmann, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi tat direttament lill-Österreichische Staatsdruckerei GmbH, mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kuntratti ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ passaporti biċ-ċipp, passaporti ta’ emerġenza, permessi ta’ residenza, karti tal-identità, liċenzji tas-sewqan f’format ta’ karta ta’ kreditu u kif ukoll taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni fil-format tal-karta ta’ kreditu, u billi żammet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimponu obbligu fuq l-awtoritajiet kontraenti li jagħtu direttament kuntratti ta’ servizzi bħal dawn lil din il-kumpannija, mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fil-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikoli 11 sa 37 ta’ din id-direttiva, u tal-Artikolu 14 kif ukoll tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] moqrija flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwint mill-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2018 – Industrias Químicas del Vallés, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-244/16 P) (1)

((Appell - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni - Inklużjoni tas-sustanza attiva metalaxyl f’din il-lista - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Persuna kkonċernata individwalment))

(2018/C 166/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Industrias Químicas del Vallés, SA (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, C. Vila Gisbert u I. Moreno-Tapia Rivas, abogadas)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u P. Ondrůšek, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Industrias Químicas del Vallés SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Deichmann SE vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-256/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Antidumping - Validità ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ddikjarat regolamenti preċedenti invalidi - Obbligu ta’ eżekuzzjoni - Bażi legali - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 14 - Iffissar tal-elementi ta’ ġbir ta’ dazji anti-dumping mill-Istati Membri - Ordni ta’ sospensjoni tar-rimbors ta’ dazji anti-dumping mill-awtoritajiet doganali nazzjonali - Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikjarati invalidi - Artikolu 10 - Nuqqas ta’ retroattività - Kodiċi Doganali Komunitarju - Artikolu 221 - Preskrizzjoni - Artikolu 236 - Rimbors ta’ dazji mhux dovuti)

(2018/C 166/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deichmann SE

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Dispożittiv

L-evalwazzjoni tad-domanda magħmula ma żvelat ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/223 tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Frar 2016, li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplementaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C 659/13 u C 34/14.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Jacob vs Ministre des Finances et des Comptes publics (C-327/16), Ministre des Finances et des Comptes publics vs Marc Lassus (C-421/16)

(Kawżi magħquda C-327/16 u C-421/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Mergers, diviżjonijiet, trasferimenti tal-attiv u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/434/KEE - Artikolu 8 - Tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli - Qligħ kapitali relatat ma’ din it-tranżazzjoni - Posponiment tat-tassazzjoni - Telf matul it-trasferiment sussegwenti tat-titoli rċevuti - Kompetenza fiskali tal-Istat ta’ residenza - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni - Preżervazzjoni tat-tqassim tal-kompetenza fiskali bejn l-Istati Membri))

(2018/C 166/07)

Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marc Jacob (C-327/16), Ministre des Finances et des Comptes publics (C-421/16)

Konvenuti: Ministre des Finances et des Comptes publics (C-327/16), Marc Lassus (C-421/16)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta’ l-attivi u l-iskambji ta’ l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bl-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, adattat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 95/1/KE, Euratom, KEFA tal-1 ta’ Jannar 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema l-qligħ kapitali minn tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli li taqa’ taħt din id-direttiva huwa kkonstatat fl-okkażjoni ta’ din it-tranżazzjoni, iżda t-tassazzjoni tiegħu hija posposta sas-sena li matulha jseħħ l-avveniment li jtemm dan il-posponiment tat-tassazzjoni, f’dan il-każ it-trasferiment tat-titoli rċevuti inkambju.

2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/434, kif emendata bl-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, adattat bid-Deċiżjoni 95/1, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat ma’ tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli, liema tassazzjoni ġiet posposta, mat-trasferiment sussegwenti tat-titoli rċevuti inkambju, minkejja li dan l-istess trasferiment ma jaqax taħt il-kompetenza fiskali ta’ dan l-Istat Membru.

3)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, f’sitwazzjoni meta t-trasferiment sussegwenti ta’ titoli rċevuti inkambju ma jaqax taħt il-kompetenza fiskali ta’ dan l-Istat Membru, tipprevedi t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali li t-tassazzjoni tiegħu ġiet posposta fl-okkażjoni ta’ dan it-trasferiment mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni eventwali telf sostnut f’din l-okkażjoni, minkejja li tieħu inkunsiderazzjoni tali telf meta l-persuna taxxabbli li għandha titoli jkollha r-residenza fiskali tagħha fl-imsemmi Stat Membru fid-data tal-imsemmi trasferiment. Huma l-Istati Membri li għandhom, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, f’dan il-każ, b’mod iktar partikolari, tal-libertà ta’ stabbiliment, jipprevedu metodi dwar it-tpaċija u l-kalkolu ta’ dan it-telf.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016

ĠU C 392, 24.10.2016


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Christian Picart vs Ministre des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-355/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Tassazzjoni diretta - Trasferiment tal-post ta’ residenza minn Stat Membru lejn l-Isvizzera - Tassazzjoni tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma’ numru sostanzjali ta’ ishma fil-kapital ta’ kumpanniji stabbiliti fl-Istat Membru ta’ oriġini fl-okkażjoni ta’ tali trasferiment - Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim))

(2018/C 166/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Picart

Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

Peress li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-kunċett ta’ “persuni li jaħdmu għal rashom”, fis-sens tal-ftehim bejn, minn naħa, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra, il-Konfederazzjoni Svizzera, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, l-istipulazzjonijiet ta’ dan il-ftehim għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat parti ta’ dan il-ftehim, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta persuna fiżika tittrasferixxi r-residenza tagħha minn dan l-Istat lejn Stat ieħor parti fl-imsemmi ftehim, filwaqt li żżomm l-attività ekonomika tagħha fl-ewwel minn dawn iż-żewġ Stati, mingħajr ma twettaq kuljum, jew mill-inqas darba f’ġimgħa, traġitt mill-post tal-attività ekonomika tagħha għall-post tar-residenza tagħha, tipprevedi t-tassazzjoni immedjata tal-qligħ kapitali mhux irrealizzat relatat ma’ numru sostanzjali ta’ ishma li din il-persuna żżomm fil-kapital ta’ kumpanniji li jaqgħu taħt id-dritt tal-ewwel mill-imsemmija Stati fl-okkażjoni ta’ dan it-trasferiment ta’ residenza u li taċċetta biss l-irkupru differit tat-taxxa dovuta bil-kundizzjoni li jiġu kkostitwiti garanziji xierqa sabiex jiżguraw l-irkupru tal-imsemmija taxxa, filwaqt li persuna li wkoll iżżomm ishma bħal dawn iżda li tkompli tirrisjedi fit-territorju tal-ewwel minn dawn l-istess Stati, hija intaxxata biss fil-mument tal-bejgħ ta’ dawn l-ishma.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2018 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-384/16 P) (1)

((Appell - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni - Inklużjoni tas-sustanza attiva “komposti tar-ram” f’din il-lista - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni - Persuna kkonċernata individwalment))

(2018/C 166/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Union Copper Task Force (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, C. Vila Gisbert, I. Moreno-Tapia Rivas, abogadas, M. Miserendino, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u P. Ondrůšek, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

European Union Copper Task Force hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León – Spanja) – Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS) vs José Blanco Marqués

(Kawża C-431/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 12, 46a sa 46ċ - Benefiċċji tal-istess natura - Kunċett - Regola antikumulu - Kunċett - Kundizzjonijiet - Regola nazzjonali li tipprevedi suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permananti totali għall-ħaddiema tal-età ta’ 55 sena jew inqas - Sospensjoni tas-suppliment fil-każ ta’ impjieg jew ta’ kisba ta’ pensjoni tal-irtirar))

(2018/C 166/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

Konvenut: José Blanco Marqués

Dispożittiv

1)

Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha s-suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permanenti totali huwa sospiż għall-perijodu li matulu l-benefiċjarju ta’ din il-pensjoni jirċievi pensjoni tal-irtirar fi Stat Membru ieħor jew fl-Isvizzera, tikkostitwixxi klawżola ta’ tnaqqis fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008.

2)

L-Artikolu 46a(3)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru” għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali mwettqa minn qorti nazzjonali suprema.

3)

Suppliment ta’ pensjoni għall-inkapaċità permanenti totali mogħti lil ħaddiem skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u pensjoni tal-irtirar miksuba minn dan l-istess ħaddiem fl-Isvizzera għandhom jiġu kkunsidrati li huma tal-istess natura fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008.

4)

L-Artikolu 46b(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li regola nazzjonali antikumulu, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 6 tad-Decreto 1646/1972 para la aplicación de la ley 24/1972, de 21 de junio, en materia de prestaciones del Régimen General de la Seguridad Social (id-Digriet 1646/1972 li jimplementa l-Liġi 24/1972, tal-21 ta’ Ġunju 1972, dwar il-benefiċċji tas-sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali), tat-23 ta’ Ġunju 1972, ma tapplikax għal benefiċċju kkalkolat skont l-Artikolu 46(1)(a)(i) tal-imsemmi regolament meta dan il-benefiċċju ma jkunx indikat fil-Parti D tal-Anness IV tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – North East Pylon Pressure Campaign Limited, Maura Sheehy vs An Bord Pleanála, Minister for Communications, Energy and Natural Resources, l-Irlanda, Attorney General

(Kawża C-470/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Dritt għal azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat - Rikors prematur - Kunċetti ta’ spiża mhux projbittiva u ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva relatati mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku - Applikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus))

(2018/C 166/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: North East Pylon Pressure Campaign Limited, Maura Sheehy

Konvenuti: An Bord Pleanála, Minister for Communications, Energy and Natural Resources, l-Irlanda, Attorney General

fil-preżenza ta’: EirGrid plc

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għal proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha jiġi deċiż jekk rikors jistax jiġi awtorizzat matul proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għal żvilupp, u dan iktar u iktar meta dan l-Istat Membru ma ddeterminax f’liema stadju rikors jista’ jiġi ppreżentat.

2)

Meta rikorrent jinvoka kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fi kwistjonijiet ambjentali u kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ regoli oħra, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva previst fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 japplika biss għall-ispejjeż relatati mal-parti tar-rikors ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

3)

L-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ambjentali tal-Unjoni, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għall-parti ta’ rikors li ma tkunx koperta mill-istess rekwiżit, kif jirriżulta, skont id-Direttiva 2011/92, mir-risposta mogħtija fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv, sa fejn ir-rikorrent ifittex, b’dak ir-rikors, li jiżgura r-rispett għad-dritt nazzjonali tal-ambjent. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx effett dirett, iżda hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali li, sa fejn ikun possibbli, tkun konformi magħhom.

4)

Stat Membru ma jistax jidderoga mir-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji ma tkunx projbittiva, impost mill-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92, meta rikors jitqies frivolu jew vessatorju, jew fl-assenza ta’ rabta bejn il-ksur allegat tad-dritt nazzjonali tal-ambjent u dannu ambjentali.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck – l-Awstrija) – Georg Stollwitzer vs ÖBB Personenverkehr AG

(Kawża C-482/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Artikolu 45 TFUE - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 21(1) - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2, 6 u 16 - Data ta’ riferiment għall-finijiet tal-avvanza fil-karriera - Leġiżlazzjoni diskriminatorja ta’ Stat Membru li teskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ attività mwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni - Tneħħija tad-dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament))

(2018/C 166/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Stollwitzer

Konvenuta: ÖBB Personenverkehr AG

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikoli 2, 6 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex ittemm diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-ħaddiema ta’ impriża fit-tabelli tas-salarji, biss il-perijodi ta’ attività mwettqa wara l-età ta’ 18-il sena, tneħħi, b’mod retroattiv u fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema kollha, dan il-limitu ta’ età iżda tawtorizza biss it-teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza miksuba ma’ impriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky – is-Slovakkja) – Volkswagen AG vs Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(Kawża C-533/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167 sa 171 - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Dritt għar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors - Artikolu 178(a) - Modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT - Direttiva 2008/9/KE - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT - Terminu ta’ dekadenza - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - VAT imħallsa u mitluba numru ta’ snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni - Rifjut tal-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni li jkun beda jiddekorri b’effett mid-data tal-kunsinna ta’ oġġetti))

(2018/C 166/13)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volkswagen AG

Konvenut: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ġiet mitluba lill-persuna taxxabbli u mħallsa minnha numru ta’ snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni, il-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT jiġi rrifjutat, għar-raġuni li t-terminu ta’ dekadenza previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt kien beda jiddekorri mid-data tal-kunsinna u kien skada qabel ma tressqet it-talba għal rimbors.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-537/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/6/KE - Manipulazzjoni tas-suq - Sanzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva - Eżistenza tal-istess ksur - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kundizzjonijiet))

(2018/C 166/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkomplija ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja ta’ natura kriminali kontra persuna minħabba aġir illegali li jikkostitwixxi manipulazzjoni tas-suq li għalih diġà ngħatat kundanna kriminali definittiva fil-konfront tiegħu, sa fejn din il-kundanna hija, fid-dawl tad-dannu kkawżat lis-soċjetà mill-ksur imwettaq, ta’ natura li tiskoraġġixxi dan il-ksur b’mod effettiv, proporzjonat u dissważiv.

2)

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem iggarantit mill-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħti lill-individwi dritt direttament applikabbli fil-kuntest ta’ tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – J. Klein Schiphorst vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-551/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 7, 63 u 64 - Benefiċċji tal-qgħad - Persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor - Żamma tad-dritt għall-benefiċċji - Tul taż-żmien))

(2018/C 166/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. Klein Schiphorst

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Dispożittiv

L-Artikolu 64(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq l-istituzzjoni kompetenti li tirrifjuta bħala prinċipju kull talba ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad lil hinn minn tliet xhur, sakemm l-imsemmija istituzzjoni ma tikkunsidrax li r-rifjut ta’ din it-talba jwassal għal riżultat mhux raġonevoli.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minnAstellas Pharma GmbH

(Kawża C-557/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/83/KE - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikoli 28 u 29 - Proċedura ddeċentralizzata għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Artikolu 10 - Prodott mediċinali ġeneriku - Perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodott mediċinali ta’ referenza - Setgħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati li jiddeterminaw meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni - Kompetenza tal-qrati tal-Istati Membri kkonċernati li jistħarrġu d-determinazzjoni ta’ meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47))

(2018/C 166/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Astellas Pharma GmbH

fil-preżenza ta’ Helm AG, Lääkealan turvallisuus- ja kehittämiskeskus (Fimea)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28 u l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ddeċentralizzata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ġeneriku, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat minn din il-proċedura ma tistax tiddetermina hija stess meta jibda jiddekorri l-perijodu tal-protezzjoni tad-data tal-prodott mediċinali ta’ referenza fil-kuntest tal-adozzjoni, skont l-Artikolu 28(5) ta’ din id-direttiva, tad-deċiżjoni tagħha dwar it-tqegħid fis-suq tal-imsemmi prodott mediċinali ġeneriku f’dan l-Istat Membru.

2)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2012/26, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru kkonċernat minn proċedura ddeċentralizzata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, adita b’rikors ippreżentat minn detentur ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ta’ referenza kontra d-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ġeneriku f’dan l-Istat Membru meħuda mill-awtorità kompetenti tiegħu, għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ id-determinazzjoni ta’ meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodott mediċinali ta’ referenza. Min-naħa l-oħra, din il-qorti ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tivverifika jekk l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq inizjali tal-prodott mediċinali ta’ referenza mogħti fi Stat Membru ieħor ingħatatx konformement ma’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Nürtingen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool

(Kawża C-568/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi ta’ ħlas - Direttiva 2007/64/KE - Artikolu 3(e) u (o) - Il-punt 3 tal-Artikolu 4 - Anness - Punt 2 - Kamp ta’ applikazzjoni - Operat ta’ distributuri multifunzjonali li jippermettu l-irtirar ta’ flus kontanti fis-swali tal-logħob tal-ażżard - Koerenza tal-prattika repressiva tal-awtoritajiet nazzjonali - Konfiska tas-somom miksuba permezz ta’ attività illegali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 17))

(2018/C 166/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürtingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Faiz Rasool

Fil-preżenza ta’: Rasool Entertainment GmbH

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Anness tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ rtirar ta’ flus kontanti, offrut minn operatur ta’ swali tal-logħob lill-klijenti tiegħu permezz ta’ distributuri multifunzjonali installati fl-imsemmija swali, ma jikkostitwixxix “servizz ta’ ħlas”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta l-operatur ma jwettaq l-ebda tranżazzjoni fuq il-kontijiet ta’ ħlas tal-imsemmija klijenti u meta l-attivitajiet li huwa jeżerċita f’dan ir-rigward huma limitati għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn id-distributuri kif ukoll għall-provvista tagħhom bil-flus kontanti.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-575/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ nazzjonalità - Artikolu 51 TFUE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika))

(2018/C 166/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller, J. Vláčil u A. Kasalická, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi imponiet kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE.

2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Enzo Di Puma vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (C-596/16), Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) vs Antonio Zecca (C-597/16)

(Kawżi magħquda C-596/16 u C-597/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/6/KE - Insider dealing - Sanzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti - Awtorità ta’ res judicata ta’ sentenza kriminali finali fuq il-proċedura amministrattiva - Sentenza kriminali finali li tiskaġuna minn insider dealing - Effettività tas-sanzjonijiet - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva - Eżistenza tal-istess ksur - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kundizzjonijiet))

(2018/C 166/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enzo Di Puma (C-596/16), Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (C-597/16)

Konvenuti: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) (C-596/16), Antonio Zecca (C-597/16)

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), moqri fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja ta’ natura kriminali ma tistax titkompla wara sentenza kriminali finali ta’ skaġunar li tkun ikkonstatat li l-fatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur tal-leġiżlazzjoni dwar insider dealing, li abbażi tagħha nfetħu wkoll dawn il-proċeduri, ma kinux stabbiliti.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Piteşti – ir-Rumanija) – SC Cali Esprou SRL vs Administraţia Fondului pentru Mediu

(Kawża C-104/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 94/62/KE - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Irkupru u riċiklaġġ tal-iskart - Kontribuzzjoni għal fond ambjentali nazzjonali - Tqegħid fis-suq nazzjonali ta’ prodotti imballati u ta’ imballaġġ, mingħajr intervent fuqhom - Prinċipju magħruf bħala “min inniġġes iħallas” - Kwalità ta’ persuna li tniġġes))

(2018/C 166/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Piteşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Cali Esprou SRL

Konvenuta: Administraţia Fondului pentru Mediu

Dispożittiv

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart tal-imballaġġ, u l-prinċipju magħruf bħala “min iniġġes iħallas” li huwa jimplementa ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi kontribuzzjoni fuq operatur ekonomiku li ma jintervjenix fuq l-imballaġġ li huwa jqiegħed fis-suq, ikkalkolata skont id-differenza fil-piż bejn, minn naħa, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ li tikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru tal-enerġija u ta’ rkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantità tal-iskart tal-imballaġġ effettivament irkuprat jew riċiklat.


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Dănuţ Podilă et vs Societatea Naţională de Transport Feroviar de Călători “CFR Călători” SA Bucureşti (C-133/17), Costel Nicuşor Mucea vs SMDA Mureş Insolvency SPRL, fil-kwalità tagħha ta’ kuratriċi tal-proċedura ta’ falliment ta’ SC Industria Sârmei SA Câmpia Turzii (C-134/17)

(Kawżi magħquda C-133/17 u C-134/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 89/391/KEE - Sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol - Klassifikazzjoni bħala post tax-xogħol li jesponi lill-ħaddiema għal kundizzjonijiet partikolari jew speċjali - Evalwazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol - Obbligi tal-persuna li timpjega))

(2018/C 166/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dănuţ Podilă, Vasile Oniţă, Dumitru Cornel Bara, Gheorghe Podilă, Alexandru Daniel Coneru, Mihai Călin Junc, Dănuţ Bungău, Francisc Chudi, Ioan Iancu, Ionel Negruţ, Dan Florin Roxin (C-133/17), Costel Nicuşor Mucea (C-134/17)

Konvenuti: Societatea Naţională de Transport Feroviar de Călători “CFR Călători” SA Bucureşti (C-133/17), SMDA Mureş Insolvency SPRL, fil-kwalità tagħha ta’ kuratriċi tal-proċedura ta’ falliment ta’ SC Industria Sârmei SA Câmpia Turzii (C-134/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 151 u 153 TFUE kif ukoll id-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi termini stretti u proċeduri li ma jippermettux lill-qrati nazzjonali jirrevedu jew jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ħaddiema fi gruppi differenti ta’ riskju, li abbażi tagħha jiġu kkalkolati l-pensjonijiet ta’ rtirar ta’ dawn il-ħaddiema.


(1)  ĠU C 202, 26.06.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Roma – l-Italja) – Luigi Bisignani vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

(Kawża C-125/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 64 u 65 TFUE - Direttiva 2011/16/UE - Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam fiskali - Trasferiment ta’ kapital lejn l-Istat tal-Belt tal-Vatikan - Obbligu ta’dikjarazzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi li sejrin jew li ġejjin barra mill-pajjiż - Tħassir))

(2018/C 166/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luigi Bisignani

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale 1 di Roma

Dispożittiv

L-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 65(1)(a) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tħassar b’mod definittiv il-ksur li jikkonsisti li ma jiġux iddikjarati t-trasferimenti ta’ fondi lejn barra l-pajjiż.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de Paix du canton de Visé (il-Belġju) fit-30 ta’ Jannar 2018 – Michel Schyns vs Belfius Banque SA

(Kawża C-58/18)

(2018/C 166/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de Paix du canton de Visé

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michel Schyns

Konvenuta: Belfius Banque SA

Domandi preliminari

1)

a)

Sa fejn l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (1), għandu bħala għan li jqiegħed lill-konsumatur f’pożizzjoni li jiddetermina jekk il-kuntratt ta’ kreditu propost huwiex adattat għall-bżonnijiet tiegħu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, dan imur kontra t-test tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15 tal-Loi sur le crédit à la consommation (Liġi dwar il-Kreditu fuq il-Konsum) (imħassar u attwalment issostitwit bl-Artikolu VII.75 tal-Code de droit économique (il-Kodiċi tad-Dritt Ekonomiku)), inkwantu jipprovdi li l-kredituri u l-intermedjarji ta’ kreditu għandhom l-obbligu li jfittxu, fil-kuntest tal-kuntratti ta’ kreditu li huma normalment joffru jew li fihom normalment jintervjenu, it-tip u l-ammont tal-kreditu li l-aħjar huwa adattat, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt u tal-għan tal-kreditu, sa fejn dan tal-aħħar jistabbilixxi obbligu ġenerali għall-kreditur jew l-intermedjarju ta’ kreditu li jfittex l-iktar kreditu adattat għall-konsumatur li ma huwiex inkluż fit-test tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?

b)

Sa fejn l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandu bħala għan li jqiegħed lill-konsumatur f’pożizzjoni li jiddetermina jekk il-kuntratt ta’ kreditu propost huwiex adattat għall-bżonnijiet tiegħu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, dan imur kontra t-test tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 15 tal-Loi sur le crédit à la consommation (imħassar u attwalment issostitwit bis-subparagrafu 1 tal-Artikolu VII.77§ 2 tal-Code de droit économique (il-Kodiċi tad-Dritt Ekonomiku)), inkwantu l-kreditur jista’ jikkonkludi kuntratt ta’ kreditu biss jekk, fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu jew li għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-konsultazzjoni organizzata mill-Artikolu 9 tal-Loi du 10 août 2001 relative à la Centrale des crédits aux particuliers (il-Liġi tal-10 ta’ Awwissu 2001 dwar l-Uffiċċju Ċentrali tal-Krediti għall-Individwi), u fuq il-bażi tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 10, huwa għandu jqis b’mod raġonevoli li l-konsumatur ikun f’pożizzjoni li josserva l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt, sa fejn dan ikollu bħala konsegwenza li l-kreditur innifsu għandu jiddeċiedi dwar l-opportunità tal-konklużjoni eventwali tal-kreditu minflok il-konsumatur?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi dejjem lill-kreditur u lill-intermedjarju ta’ kreditu li jevalwaw minflok il-konsumatur l-opportunità tal-konklużjoni eventwali tal-kuntratt ta’ kreditu?


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008, L 133, p. 66).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-1 ta’ Frar 2018 – Vitali SpA vs Autostrade per l’Italia SpA

(Kawża C-63/18)

(2018/C 166/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vitali SpA

Konvenuta: Autostrade per l’Italia SpA

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, previsti fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 (1), li ma jipprevedix limitazzjonijiet kwantitattivi għas-subappalt, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut mid-dritt Ewropew, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi, bħal dik Taljana prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 105(2) tad-decreto legislativo 18 aprile 2016, n. 50 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tat-18 ta’ April 2016), li tipprovdi li s-subappalt ma jistax jaqbeż il-kwota ta’ 30 % tal-ammont totali tal-kuntratt għal xogħlijiet, għal servizzi jew għal provvisti?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Frar 2018 – Idi Srl vs Arcadis – Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo

(Kawża C-101/18)

(2018/C 166/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idi Srl

Konvenuta: Arcadis – Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li s-sempliċi talba għal arranġament mal-kredituri, imressqa quddiem il-qorti kompetenti mid-debitur, titqies li hija “proċedura pendenti” huwa kompatibbli mal-Artikolu 45(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-31 ta’ Marzu 2004 (1)?

2)

Il-fatt li l-ammissjoni tad-debitur li jinsab fi stat ta’ insolvenza u li jixtieq iressaq talba għal arranġament mal-kredituri “b’riżerva” (li l-karatteristiċi tiegħu ġew ippreċiżati iktar ’il fuq) titqies li hija raġuni ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, b’interpretazzjoni estensiva tal-kunċett ta’ “proċedura pendenti” fis-sens tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Artikolu 45 tad-Direttiva) u nazzjonali (Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163-2006) iċċitati iktar ’il fuq, huwa kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-20 ta’ Frar 2018 – Sea Chefs Cruise Services GmbH vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-133/18)

(2018/C 166/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sea Chefs Cruise Services GmbH

Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li joħolqu regola ta’ dekadenza li timplika li persuna taxxabbli ta’ Stat Membru li titlob rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud mingħand Stat Membru li fih ma tkunx stabbilixxiet ruħha ma tistax tirregolarizza t-talba tagħha għal rimbors quddiem qorti tat-taxxa jekk ma tkunx osservat it-terminu ta’ risposta għal talba għal informazzjoni fformulata mill-amministrazzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jew, bil-kuntrarju, fis-sens li din il-persuna taxxabbli tkun tista’, fil-kuntest tad-dritt għal appell previst fl-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tirregolarizza t-talba tagħha quddiem il-qorti tat-taxxa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, p. 23).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-22 ta’ Frar 2018 – Skatteministeriet vs Estron A/S

(Kawża C-138/18)

(2018/C 166/27)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenuta: Estron A/S

Domandi preliminari

1)

In-Nota 2(a) tal-Kapitolu 90 tan-Nomenklatura Magħquda (1), flimkien mar-Regoli Ġenerali 1 u 6 [għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda], għandha tinftiehem fis-sens li “[b]ċejjeċ u aċċessorji li huma oġġetti nklużi f’xi waħda mill-intestaturi ta’ dan il-Kapitolu jew tal-Kapitolu 84, 85 jew 91” jirreferu għal merkanzija fl-intestaturi b’erba’ numri ta’ dawn il-kapitoli, jew inkella d-dispożizzjoni għandha tinftiehem fis-sens li tirreferi wkoll għas-subintestaturi (l-ewwel sitt numri) tal-Kapitoli 84, 85, 90 u 91?

2)

Il-konnetturi, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura 8544 42 90 tan-NM, fis-subintestatura 9021 40 00 tan-NM jew inkella fis-subintestatura 9021 90 10 tan-NM?

3)

In-nota 1(m) tat-Taqsima XVI għandha tiġi interpretata fis-sens li jekk merkanzija taqa’ taħt il-Kapitolu 90, hija ma tistax taqa’ wkoll taħt il-Kapitoli 84 u 85?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fit-23 ta’ Frar 2018 – Banco Mare Nostrum S.A. vs Ignacio Jesús Berenguel Nieto u Carmen Sonia Salinas López

(Kawża C-147/18)

(2018/C 166/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Almería

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Mare Nostrum, S.A.

Konvenuti: Ignacio Jesús Berenguel Nieto u Carmen Sonia Salinas López

Domandi preliminari

1)

Dikjarazzjoni li tirrikonoxxi n-natura mhux vinkolanti ta’ klawżola inġusta, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), miksuba b’sentenza, tostakola li jkunu applikati l-effetti kollha rrikonoxxuti mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Diċembru 2016 [, Gutiérrez Naranjo et, C-154/15, C-307/15 u C-308/15, EU:C:2016:980]?

2)

L-applikazzjoni tal-effett restitutorju ta’ klawżola ddikjarata inġusta fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur hija affettwata, limitata jew ipprojbita mill-prinċipju dispożittiv, mill-prinċipju tal-amministrazzjoni tal-prova mill-partijiet, mill-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata jew mill-prinċipju tar-reformatio in pejus?

3)

Il-funzjonijiet ta’ qorti tat-tieni istanza huma limitati mill-fatt li s-sentenza tal-ewwel istanza tat effett limitat għad-dikjarazzjoni tan-natura inġusta, u l-imsemmija sentenza ma ġietx appellata mill-konsumatur, iżda biss mill-bejjiegħ jew mill-fornitur li stipula l-klawżola sabiex jiċħad in-natura inġusta tal-klawżola jew kull effett ta’ din id-dikjarazzjoni tan-natura inġusta?

4)

Il-funzjonijiet tal-qorti tat-tieni istanza jinkludu l-possibbiltà li jiġu applikati l-konsegwenzi kollha previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, u ġurisprudenza li tiżviluppaha, anki fil-każ li, fl-ewwel allegazzjoni magħmula fir-rikors tal-konsumatur, dan ma talabx il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inkwistjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Labour Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Frar 2018 – Tomás Horgan, Claire Keegan vs Minister for Education & Skills, Minister for Finance, Minister for Public Expenditure & Reform, Ireland and the Attorney General

(Kawża C-154/18)

(2018/C 166/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

The Labour Court, Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tomás Horgan, Claire Keegan

Konvenuti: Minister for Education & Skills, Minister for Finance, Minister for Public Expenditure & Reform, Ireland and the Attorney General

Domandi preliminari

1.

L-introduzzjoni minn Stat Membru li jaġixxi bħala persuna li timpjega, ta’ tabella ta’ salarji inqas favorevoli applikabbli għall-għalliema nazzjonali li jkunu ġew irreklutati reċentement, filwaqt li r-remunerazzjoni tal-għalliema li diġà bdew jaħdmu tibqa’ bla tibdil, tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, fiċ-ċirkustanzi fejn:

a)

it-tabella ta’ salarji emendata u t-tabella ta’ salarji eżistenti preċedentement, japplikaw fl-intier tagħhom għall-għalliema taż-żewġ kategoriji rispettivi, indipendentement mill-età tagħhom;

b)

fid-data tar-reklutaġġ u tal-klassifikazzjoni tal-għalliema f’waħda mit-tabelli ta’ salarji, l-iskala tal-etajiet tal-grupp li jibbenefika mir-remunerazzjoni l-iktar għolja ma kinitx differenti mill-iskala tal-etajiet tal-grupp li jibbenefika mir-remunerazzjoni inqas għolja;

c)

l-introduzzjoni tat-tabella ta’ salarji emendata fiha differenza sostanzjali ta’ remunerazzjoni bejn iż-żewġ gruppi ta’ għalliema li jwettqu xogħol tal-istess valur;

d)

l-età medja tal-għalliema li huma koperti bit-tabella ta’ salarji l-inqas vantaġġuża hija iktar baxxa mill-età medja tal-għalliema li huma koperti mit-tabella ta’ salarji preċedenti;

e)

fid-data tal-introduzzjoni tat-tabella ta’ salarji inqas favorevoli, l-istatistiċi tal-Istat kienu juru li 70 % tal-għalliema li ġew irreklutati reċentement kellhom mhux iktar minn 25 sena u li ġie stabbilit li din kienet l-età tipika tal-iskala tal-etajiet ta’ dħul fis-servizz tal-għalliema nazzjonali, kienet liema kienet is-sena; u

f)

l-għalliema nazzjonali li daħlu fis-servizz fl-2011 jew wara jġarrbu żvantaġġ finanzjarju manifest meta mqabbla mal-kollegi tagħhom għalliema maħtura qabel l-2011?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-introduzzjoni ta’ tabella ta’ salarji inqas favorevoli tista’ tkun oġġettivament iġġustifikata mir-rekwiżit sabiex jinkiseb tnaqqis fl-ispejjeż strutturali għal perijodu ta’ żmien medju/fit-tul tas-servizz pubbliku, fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji li jiffaċċja l-Istat u/jew tal-importanza li jinżammu relazzjonijiet soċjali tajba mal-uffiċjali li jkunu diġà qed jaħdmu?

3.

Ir-risposta għat-tieni domanda tkun differenti jekk l-Istat seta’ jwettaq ekonomiji ekwivalenti billi jnaqqas ir-remunerazzjoni tal-għalliema kollha b’mod inqas drastiku milli jnaqqas biss ir-remunerazzjoni tal-għalliema rreklutati reċentement?

4.

Ir-risposti għat-tieni u t-tielet domanda jkunu differenti jekk id-deċiżjoni li ma tiġix emendata b’mod sfavorevoli t-tabella ta’ salarji applikabbli għall-għalliema li qed jaħdmu diġà kienet ġiet adottata konformement għal ftehim kollettiv konkluż bejn il-gvern, bħala persuna li timpjega u s-sindakati li jirrappreżentaw l-uffiċjali, li fih il-gvern ikun impenja ruħu li ma jnaqqasx ulterjorment ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali li diġà jkunu qed jaħdmu, li jkunu diġà ġarrbu tnaqqis fir-remunerazzjoni, fid-dawl tal-konsegwenzi f’termini ta’ relazzjonijiet soċjali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan il-ftehim kollettiv, inkunsiderazzjoni tal-fatt li t-tabella ta’ salarji l-ġdida introdotta fl-2011 ma kinitx koperta bl-imsemmi ftehim kollettiv?


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Belġju) fis-27 ta’ Frar 2018 – André Moens vs Ryanair Ltd

(Kawża C-159/18)

(2018/C 166/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix du troisième canton de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: André Moens

Konvenuta: Ryanair Ltd

Domandi preliminari

[It-]talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) [hija] fformulata kif ġej:

1)

Il-fatt inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “avveniment” fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008, Wallentin-Hermann (C-549/07, EU:C:2008:771), jew taħt dak ta’ “ċirkustanza straordinarja”, fis-sens tal-premessa 14 tal-imsemmi regolament, kif interpretat mis-sentenza tal-31 ta’ Jannar 2013, McDonagh (C-12/11, EU:C:2013:43), jew dawn iż-żewġ kunċetti huma l-istess ħaġa?

2)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li avveniment bħal dak inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, għandu jitqies bħala avveniment inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività ta’ trasportatur bl-ajru u, konsegwentement, ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “ċirkustanza straordinarja” li tista’ teżenta lit-trasportatur bl-ajru mill-obbligu tiegħu ta’ kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira operata minn dan l-ajruplan?

3)

Jekk l-avveniment bħal dak inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja”, minn dan għandu jiġi dedott li għat-trasportatur bl-ajru dan jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” li ma setgħetx tiġi evitata anki li kieku kienu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fit-2 ta’ Marzu 2018 – Atif Mahmood, Shabina Atif, Mohammed Ahsan, Noor Habib, Mohammed Haroon, Nik Bibi Haroon vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-169/18)

(2018/C 166/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Atif Mahmood, Shabina Atif, Mohammed Ahsan, Noor Habib, Mohammed Haroon, Nik Bibi Haroon

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Suġġett għall-ġustifikazzjonijiet potenzjali deskritti fit-tieni, fit-tielet u fir-raba’ domanda, Stat Membru jikser ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) (iktar 'il quddiem id-“Direttiva 2004”), li jgħid li l-viża għandha tinħareġ kemm jista’ jkun malajr lill-konjuġi u lill-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jeżerċita d-drittijiet ta’ moviment liberu fl-Istat Membru inkwistjoni jew li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita tali drittijiet, meta d-dewmien fl-ipproċessar ta’ din l-applikazzjoni jeċċedi tnax-il xahar jew iktar?

2)

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel domanda, dewmien fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal viża skont dan l-Artikolu 5(2), jew b’mod iktar ġenerali fl-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar tali applikazzjoni, minħabba li għandu jiġi żgurat b’mod partikolari permezz ta’ verifiki tal-isfond li din l-applikazzjoni ma hijiex qarrieqa jew abbuż ta’ dritt, inkluż li ż-żwieġ [ma huwiex] żwieġ ta’ konvenjenza, huwa [iġġustifikat], kemm jekk skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004 kif ukoll jekk skont xi dispożizzjoni oħra, u b’hekk ma jiksirx l-Artikolu 5(2)?

3)

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel domanda, dewmien fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal viża skont l-imsemmi Artikolu 5(2), jew fl-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar tali applikazzjoni, minħabba li għandu jiġi żgurat li jsiru verifiki fil-fond tal-isfond u verifiki ta’ sigurtà fuq persuni ġejjin minn ċerti pajjiżi terzi, minħabba tħassib speċifiku dwar is-sigurtà fil-każ ta’ vjaġġaturi ġejjin minn dawn il-pajjiżi terzi, huwa ġġustifikat, kemm jekk skont l-Artikolu 27 jew l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004 kif ukoll jekk skont xi dispożizzjoni oħra, u b’hekk ma jiksirx l-Artikolu 5(2)?

4)

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel domanda, dewmien fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal viża skont l-imsemmi Artikolu 5(2), jew fl-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar tali applikazzjoni, li jirriżulta minn influss f’daqqa u mhux antiċipat ta’ applikazzjoni bħal dawn minn ċerti pajjiżi terzi meqjusa li huma ta’ tħassib ta’ theddida reali għas-sigurtà, huwa ġġustifikat, u b’hekk ma jiksirx l-Artikolu 5(2)?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fil-5 ta’ Marzu 2018 – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

(Kawża C-174/18)

(2018/C 166/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 39 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jipprekludi li s-sistema fiskali Belġjana, fl-Artikolu 155 taċ-CIR/92, irrispettivamet minn jekk iċ-Ċirkulari Nru Ci.RH.331/575.420 tat-12 ta’ Marzu 2008 tiġix applikata jew le, ikollha bħala konsegwenza li l-pensjonijiet Lussemburgiżi tar-rikorrent, eżenti b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tal-Ftehim għall-evitar tat-tassazzjoni doppja bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, jiġu inklużi fil-kalkolu tat-taxxa Belġjana, iservu bħala bażi għall-għoti ta’ vantaġġi fiskali stabbiliti miċ-CIR/92 filwaqt li dawn ma għandhomx ikunu inklużi, minħabba l-eżenzjoni totali tagħhom mixtieqa mill-Ftehim għall-evitar tat-tassazzjoni doppja u li l-benefiċċji tagħhom, bħal dawk tal-eżenzjoni ta’ porzjon mit-taxxa, ta’ tfaddil fit-tul, ta’ spejjeż imħallsa b’titoli ta’ servizzi, bil-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija f’abitazzjoni, ta’ sigurtà fl-abitazzjonijiet kontra s-serq jew in-nirien, u donazzjonajiet ta’ karità mir-rikorrent, parzjament jintilfu, jitnaqqsu jew jingħataw f’livell inqas milli kieku r-rikorrenti kellhom it-tnejn li huma dħul mill-Belġju li, għal dak li jirrigwardah, huwa taxxabbli fil-Belġju u ma huwiex eżenti u jista’, għaldaqstant, jassorbi l-vantaġġi fiskali kollha kemm huma?


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Schaerbeek (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2018 – Société nationale de chemins de fer belges (SNCB) vs Gherasim Sorin Rusu

(Kawża C-190/18)

(2018/C 166/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix de Schaerbeek

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société nationale de chemins de fer belges (SNCB)

Konvenut: Gherasim Sorin Rusu

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u r-Regolament Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (2) huma applikabbli għar-relazzjonijiet bejn is-SNCB u l-passiġġieri li jinstabu mingħajr mingħajr dokument ta’ trasport validu?


(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

(2)  Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, p. 14).


Il-Qorti Ġenerali

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA

(Kawża T-80/16) (1)

((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Validazzjoni ta’ applikazzjoni għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni - Benefiċċju sinjifikattiv - Deċiżjoni tal-EMA li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni għad-denominazzjoni bħala prodott mediċinali orfni - Artikolu 3(1)(b) u Artikolu 5(1), (2) u 4) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000”))

(2018/C 166/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Birdling, barrister, G. Castle u S. Cowlishaw, solicitors)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo u M. Tovar Gomis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EMA tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni sottomessa minn Shire Pharmaceuticals Ireland sabiex tikseb id-denominazzjoni tal-Idursulfase-IT bħala prodott mediċinali orfni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta li tivvalida l-applikazzjoni sottomessa minn Shire Pharmaceuticals Ireland sabiex tikseb id-denominazzjoni tal-Idursulfase-IT bħala prodott mediċinali orfni hija annullata.

2)

L-EMA hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Shire Pharmaceuticals Ireland.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Popotas vs L-Ombudsman

(Kawża T-581/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess - Segretarju Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew - Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ din l-opinjoni - Ksur tal-proċedura ta’ għażla - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Responsabbiltà”))

(2018/C 166/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Costas Popotas (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

Konvenuti: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentanti: L. Papadias, P. Dyrberg u A. Antoniadis, aġaenti, assistiti minn A. Duron, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ħatra tas-Sinjura G fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, tad-deċiżjoni tal-Ombudsman tad-9 ta’ Novembru 2015 li tiċħad ilmenti mressqa mir-rikorrent kontra l-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Ombudsman li ma jistiednux għal intervista, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab b’konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Costas Popotas u l-Ombudsman Ewropew huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom infushom.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-10/16, u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Agricola J.M. vs EUIPO – Miguel Torres (CLOS DE LA TORRE)

(Kawża T-806/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CLOS DE LA TORRE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TORRES - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2018/C 166/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Agricola J.M., SL (Gerona, Spanja) (rappreżentant: J. Clos Creus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2099/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Agricola J.M.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Agricola J.M., SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Domestic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY)

(Kawża T-235/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOBILE LIVING MADE EASY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 166/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Domestic Sweden (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Humphreys, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaite-Orlovskiene u J. Ivanauskas, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2017 (Każ R 1832/2016-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MOBILE LIVING MADE EASY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dometic Sweden AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2018 – Pio De Bragança vs EUIPO – Ordem de São Miguel da Ala (QUIS UT DEUS)

(Kawża T-229/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUIS UT DEUS - Assenza ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark - Tħassir tat-trade mark mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2018/C 166/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Duarte Pio De Bragança (Sintra, il-Portugall) (rappreżentant: J. Sardinha, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ordem de São Miguel da Ala (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J. Motta Veiga, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 (Każ R 621/2015-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Duarte Pio De Bragança u Ordem de São Miguel da Ala.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2018 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)

(Kawża T-822/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea _kix - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tilwima li titlef l-iskop tagħha - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 173(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura - Intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu”))

(2018/C 166/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u L. Pechan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FF Group Romania SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A. Cavescu, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2323/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KiK Textilien und Non-Food u FF Group Romania.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ KiK Textilien und Non-Food GmbH.

3)

FF Group Romania għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/17) (1)

([“Rikors għal annullament - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mir-regoli tal-Unjoni dwar il-metodi tal-operat tal-gazoduc OPAL li jikkonċernaw l-aċċess ta’ terzi u l-leġiżlazzjoni tariffarja - nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2018/C 166/40)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet għal deroga tal-pajplajn OPAL, mogħtija skont id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230), mir-regoli dwar l-aċċess ta’ terzi u l-leġiżlazzjoni tariffarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma għadx hemmlok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.

3)

Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. għandha tbati l-ispejeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Ir-Repubblika Federal tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

5)

Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG u Gazprom Eksport LLC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/32


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal tliet klabbs tal-futbol professjonali - Drittijiet tad-difiża - Rifjut ta’ aċċess - Talba għal miżuri provviżorji - Assenza ta’ urġenza”))

(2018/C 166/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Stromsky, G. Luengo u P. Němečková, sussegwentement J. Baquero Cruz, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tagħti aċċess għad-dokumenti li jisabu fil-fajl dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) mogħtija minn Spanja lil Valencia Club de Fútbol SAD, lil Hércules Club de Fútbol u lil Elche Club de Fútbol SAD, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti u huma fundamentali għad-difiża xierqa tal-interessi tagħha.

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/32


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Universität Koblenz-Landau vs Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

(Kawża T-108/18)

(2018/C 166/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universität Koblenz-Landau (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. von der Lühe u I. Michel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta bir-referenza OF/2016/0720-EACEA UKOLD tal-21 ta’ Diċembru 2017;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta bir-referenza OF/2016/0720 tas-7 ta’ Frar 2018;

tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta bir-referenza OF/2016/0720 tal-21 ta’ Diċembru 2017 u tas-7 ta’ Frar 2018 u n-nota ta’ debitu tal-konvenuta Nru 3241802552 tat-13 ta’ Frar 2018 sal-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ annullament kontra d-deċiżjonijiet ikkontestati permezz ta’ dan ir-rikors;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.

Ir-rikorrenti ssostni li ntlaħqet deċiżjoni finali prematura, minkejja li kien fattwalment stabbilit li, minkejja ebda nuqqas min-naħa tar-rikorrenti, kien oġġettivament impossibbli fid-data tad-deċiżjoni li jitressqu dokumenti li kienu jipprovaw applikazzjoni korretta tal-fondi. Minbarra dan, l-impossibbiltà oġġettiva u mingħajr nuqqas tal-provvista ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti ta’ sostenn hija biss ta’ natura temporanja.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tad-dritt Ewropew.

Barra minn hekk, id-deċiżjoni ta’ rkupru tikser l-Artikolu 5(4) TFUE kif ukoll l-Artikolu 135(4) tar-Regolament Finanzjarju u l-ftehim bejn il-partijiet, peress li ma jitwettqux ir-rekwżiti fattwali għall-irkupru.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-miżuri ta’ rkupru

Id-deċiżjonijiet ta’ rkupru kienu biss sottomissjonijiet superfiċjali u ġenerali, mingħajr ma saru eżamijiet individwali u għalhekk il-kontenut tagħhom ma jistax jinftiehem.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

L-irkupru tal-ammont sħiħ seta’ jeħħ biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li ma jseħħux, bħala ultima ratio.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Grange Backup Power vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-110/18)

(2018/C 166/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grange Backup Power Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7789 final tal-24 ta’ Novembru 2017 dwar il-Mekkaniżmu ta’ Kapaċità Irlandiż (SA.44464 (2017/N)) implementat mill-Irlanda;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7794 final tal-24 ta’ Novembru 2017 dwar il-Mekkaniżmu ta’ Kapaċità tal-Irlanda ta’ Fuq (SA.44465 (2017/N)) implementat mir-Renju Unit; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura formali ta’ eżami skont l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Proċedurali (1), minkejja d-dubji mqajma dwar il-kompatibbiltà tal-mekkaniżmu ta’ remunerazzjoni ta’ kapaċità (CRM), applikat għall-gżira kollha, mal-għajnuna tal-istat u mar-regoli tas-suq intern, u għalhekk ċaħħdet lir-rikorrenti mid-drittijiet proċedurali tagħha. Dan il-motiv huwa maqsum f’erba’ partijiet:

l-ewwel parti tirreferi għall-eżistenza ta’ diffikultajiet serji attestati bit-tul u biċ-ċirkustanzi tal-proċedura;

it-tieni parti tallega li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji dwar il-konformità tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament taċ-CRM mat-TFUE;

it-tielet parti tallega li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà taċ-CRM mas-suq intern, b’mod partikolari l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (2);

ir-raba’ parti tal-motiv tar-rikorrenti jallega li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji dwar l-evalwazzjoni tagħha taċ-CRM bħala konsegwenza tal-effetti tan-notifika mir-Renju Unit tal-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).

(2)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU 2014 C 200, p. 1)


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/34


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Kuota International vs EUIPO – Sintema Sport (K)

(Kawża T-136/18)

(2018/C 166/44)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Kuota International Corp. Ltd (il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sintema Sport Srl (Albiate, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva K – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 380 771

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 3111/2014-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija qieset li r-rikorrenti ma tatx il-prova tal-mala fide u sa fejn qieset li l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea ma tistax tintlaqa’;

tannulla t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 380 771 abbażi tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Arikolu 59(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/35


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – Chrome Hearts vs EUIPO – Shenzhen Van St. Lonh Jewelry (Rappreżentazzjoni ta’ salib)

(Kawża T-137/18)

(2018/C 166/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chrome Hearts LLC (Hollywood, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shenzhen Van St. Lonh Jewelry Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ salib) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 845 871

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 766/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO (u lill-intervenjenti, jekk hija tipparteċipa fil-proċeduri) għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001, fir-rigward tal-prodotti kkontestati “preparazzjonijiet sabiex tfewwaħ l-arja” u “dentifriċi”.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/36


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – APG Intercon et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-147/18)

(2018/C 166/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: APG Intercon Ltd (Nicosia, iċ-Ċipru) u 147 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Markides, K. Scordis, A. Gavrielides, C. Velaris, C. Velaris, avukati, A. Robertson QC u G. Rothschild, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Eurogroup

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella mehmuża mar-rikors, miżjudin bl-interessi dekorsi sa mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, bħala riżarċiment għad-danni subiti minħabba d-deċiżjonijet tal-Eurogroupe marbuta mar-riżoluzzjoni ta’ Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd (Laïki Bank), ir-rikapitalizzazzjoni tal-Bank of Cyprus Public Company Limited (Bank of Cyprus) u l-bejgħ tal-attivi u tas-sussidjarji fil-Greċja tal-imsemmija banek, u/jew minħabba l-provvista ta’ assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza lil Laïki Bank bil-kunsens tal-Bank Ċentrali Ewropew u t-trasferiment sussegwenti ta’ tali passiv lill-Bank Of Cyprus fuq l-istruzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew;

jew, sussidjarjament,

tikkonstata li l-konvenuti sostnew responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi stabbilit it-telf riparabbli effettivament subit mir-rikorrenti;

u, fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni:

kienet teżisti diskriminazzjoni illegali bejn il-kredituri ta’ Laïki Bank u/jew il-kredituri ta’ Bank Of Cyprus naxxenti minn miżuri adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

il-ksur allegat kien suffiċjentement serju safejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mod manifest u serju kisru l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom; u

teżisti rabta kawżali bejn il-ksur u d-danni subiti mir-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà:

id-depożitanti rikorrenti ġew żvestiti mid-drittijiet tagħhom ta’ proprjetà minħabba miżuri adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

id-depożitanti rikorrenti ma rċevew l-ebda kumpens xieraq għad-danni subiti bi ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà;

il-ksur allegat kien suffiċjentement serju safejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mod manifest u serju kisru l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom; u

teżisti rabta kawżali bejn il-ksur u d-danni subiti mir-rikorrenti.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/37


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – UE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/18)

(2018/C 166/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tagħha relatat ma’ talba għal kumpens għad-dannu sostnut minnha;

tingħata kumpens għad-dannu morali sostnut minħabba nuqqas tal-konvenuta, evalwat għas-somma ta’ EUR 10 000 u;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-konvenuta tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta dwar il-prinċipju tat-terminu raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-osservanza mir-rikorrenti tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli fil-preżentata tat-talba għal assistenza tagħha.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Scordis, Papapetrou & Co et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-179/18)

(2018/C 166/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scordis, Papapetrou & Co LLC (Nikosija, Ċipru) u 5 oħrajn (rappreżentanti: A. Markides, avukat, A. Robertson, QC, u G. Rothschild, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp tal-Euro (rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti msemmija fl-iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kumpens għad-dannu subit b’riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ Cyprus Popular Bank Public Co Ltd (iktar ’il quddiem “Laiki Bank”), tal-bail-in ta’ Bank of Cyprus Public Company Limited (iktar ’il quddiem “Bank of Cyprus”) u tal-bejgħ tal-assi u tan-negozju tal-banek imsemmija fil-Greċja, u/jew bħala riżultat tal-provvista ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità ta’ emerġenza lil Laiki Bank bil-kunsens tal-Bank Ċentrali Ewropew u tat-trasferiment sussegwenti taħt id-direzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tar-responsabbiltà rilevanti lil Bank of Cyprus;

jew alternattivament:

tiddikjara li l-konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita bil-għan li jiġi stabbilit it-telf effettivament rekuperabbli tar-rikorrenti;

u f’kull każ:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – VL et vs Il-Parlament

(Kawża T-183/18)

(2018/C 166/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VL, VM, VN u VO (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru u J. Probst, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenut jipproduċi, skont l-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ir-reġistrazzjoni tas-sessjoni plenarja inkwistjoni;

tiddikjara lil dan ir-rikors għad-danni ammissibbli u fondat u, għalhekk,

i.

tordna lill-konvenut jikkumpensa lil VL għad-danni materjali u morali li jirriżultaw mill-imġiba illegali u negliġenti tal-konvenut;

ii.

tordna lill-konvenut jikkumpensa lil VM, VN u VO għad-danni materjali u morali li jirriżultaw mill-imġiba illegali u negliġenti tal-konvenut;

tisma’ l-kawża bil-magħluq skont l-Artikolu 31 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, f’każ li l-Qorti Ġenerali tqis li seduta hija meħtieġa f’din il-kawża; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li:

il-konvenut kiser l-Artikoli 31 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod iktar ġenerali, id-dmir ġenerali ta’ diliġenza sa fejn naqas milli jiżgura li VL jibbenefika minn kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa u minn kura medika xierqa u minn assistenza;

minħabba l-imġiba illegali tal-konvenut, VL sostna dannu materjali li jikkonsisti fi tnaqqis sinjifikattiv mid-dħul professjonali (attwali u futur) tiegħu kif ukoll dannu morali li jirriżulta mid-deterjorament irreversibbli u sever tal-kundizzjoni fiżika u mentali tiegħu, it-telf tal-karriera politika u akkademika tiegħu u d-deterjorament sinjifikattiv ħafna tal-ħajja soċjali u personali tiegħu;

minħabba l-imġiba illegali tal-konvenut, VM sostna dannu materjali li jikkonsisti f’telf mid-dħul; u

minħabba l-imġiba illegali tal-konvenut, VM, VN u VO sostnew dannu materjali li jikkonsisti fil-ħlas ta’ diversi miżati amministrattivi u legali u ta’ spejjeż ta’ infermiera kull xahar u dannu morali.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/39


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2018 – VP vs Cedefop

(Kawża T-187/18)

(2018/C 166/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Mejju 2017 li tiċħad t-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu jiġi mġedded għal żmien indeterminat;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-1 ta’ Diċembru 2017 li tiċħad l-ilment li r-rikorrent ressq fid-9 ta’ Awwissu 2017 kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2017;

tordna li r-rikorrent jitħallas kumpens għad-danni morali li huwa sofra, evalwati ex aequo et bono għal EUR 1 000 000 (mitt elf euro);

tordna li r-rikorrent jitħallas kumpens għad-danni materjali li huwa sofra; u

tordna li r-rikorrent jiġi rrimborsat l-ispejjeż kollha li huwa sostna b’rabta ma dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka s-segwenti motivi: id-deċiżjoni tal-konvenut li l-kuntratt ta’ impjieg tiegħu ma jiġix imġedded ġiet adottata bi ksur tad-dritt għal smigħ, tad-dmir ta’ premura, tal-obbligu ta’ motivazzjoni, bi ksur tad-dmir li jinstema’ s-superjur ġerarkiku dirett; hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u minn użu ħażin ta’ poter.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/40


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2018 – Papaconstantinou et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-188/18)

(2018/C 166/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Adonis Papaconstantinou (Nikosija, Ċipru) u 722 oħra (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC, u G. Rothschild, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp tal-Euro (rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti msemmija fl-iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kumpens għad-dannu subit b’riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ Cyprus Popular Bank Public Co Ltd (iktar ’il quddiem “Laiki Bank”), tal-bail-in ta’ Bank of Cyprus Public Company Limited (iktar ’il quddiem “Bank of Cyprus”) u tal-bejgħ tal-assi u tan-negozju tal-banek imsemmija fil-Greċja, u/jew bħala riżultat tal-provvista ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità ta’ emerġenza lil Laiki Bank bil-kunsens tal-Bank Ċentrali Ewropew u tat-trasferiment sussegwenti taħt id-direzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tar-responsabbiltà rilevanti lil Bank of Cyprus;

jew alternattivament:

tiddikjara li l-konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita bil-għan li jiġi stabbilit it-telf effettivament rekuperabbli tar-rikorrenti;

u f’kull każ:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/40


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Lipitalia 2000 e Assograssi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/18)

(2018/C 166/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lipitalia 2000 SpA (Torino, l-Italja), Assograssi – Associazione Nazionale Produttori Grassi e Proteine Animali (Buccinasco, l-Italja) (Torino, l-Italja) (rappreżentant: M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont ir-Regolament Nru 999/2001, skont ir-Regolament Nru 178/2002 u skont ir-Regolament Nru 1069/2009 kif ukoll ma osservatx il-prinċipji ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità, billi naqset milli tressaq għall-vot tal-kumitat regolatorju, skont il-proċedura prevista mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, abbozz ta’ miżuri intiż li jeżamina mill-ġdid il-projbizzjoni ta’ esportazzjoni tal-fertilizzanti organiċi u sustanzi li jtejbu l-ħamrija li fihom proteini pproċessati tal-annimali li joriġinaw mir-ruminanti attwalment previst fil-punt 2 tal-Anness IV Kapitolu V, tar-Regolament Nru 999/2001;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jiddikjaraw li anki jekk mill-1 ta’ Lulju 2017 il-Kummissjoni awtorizzat mill-ġdid l-esportazzjoni ta’ proteini pproċessati tal-annimali (PAP) li joriġinaw mir-ruminanti fid-dawl tat-titjieb radikali fis-sitwazzjoni epidjemoloġika tal-BSE (Bovine Spongiform Encephalophaty) fl-Unjoni Ewropea, l-esportazzjoni tal-fertilizzanti organiċi u tas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija (OFSI) li fihom l-istess PAP li ġejjin mir-ruminanti hija inspjegabbilment projbita mill-punt 2 tal-Anness IV, Kapitolu V, Taqsima E tar-Regolament Nru 999/2001. Din il-projbizzjoni tkompli tapplika anki jekk issa kważi l-Istati Membri kollha kisbu l-klassifika ta’ pajjiż b’riskju ta’ BSE traskurabbli u minkejja l-istandard internazzjonali stabbilit mill-OIE (Office international des épizooties) ma jipprevedix projbizzjoni simili għall-OFSI li joriġinaw minn pajjiżi li jibbenefikaw minn din il-klassifikazjzoni.

Barra minn hekk, dejjem skont ir-rikorrenti, filwaqt li l-Unjoni tipprojbixxi l-esportazjzoni tal-OFSI (li jkun fihom PAP tar-ruminanti) anki jekk ikunu ġejjin minn Stati Membri b’riskju traskurabbli meta mqabbla mal-istandard internazzjonali stabbilit mill-OIE, hija tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn l-istess prodotti fit-territorju tagħha. Mhux hekk biss: hija tippermetti wkoll l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, inklużi pajjiżi, inklużi pajjiżi b’riskju ta’ BSE ikkontrollat jew mhux determinat, ta’ PAP, anki ġejjin mir-ruminanti, u ta’ prodotti li fihom minn dawn, bħal ma huma l-OFSI.

Id-danni subiti mill-operaturi tal-Unjoni minħabba din il-projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ OFSI li fihom PAP li ġejjin mir-ruminanti huma kbar.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-dritt tal-Unjoni jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li taġixxi sabiex tirrimedja dini s-sitwazzjoni.

B’mod konkret, ir-rikorrenti jsostnu li:

1.

Il-ksur tal-obbligu impost fuq il-Kummissjoni skont l-Artikoli 7 u 5(1) u (3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 289), skont l-Artikoli 5(3) u 7 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463) u skont l-Artikolu 43(4) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU 2009 L 300, p. 1).

2.

Il-ksur tal-obbligu ta’ azzjoni impost fuq il-Kummissjoni skont il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, kif ukoll skont l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/42


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2018 – Andreas Stihl vs EUIPO – Giro Travel (tagħqid tal-kuluri ġriż u oranġjo)

(Kawża T-193/18)

(2018/C 166/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Andreas Stihl AG & Co. KG (Waiblingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völker, M. Pemsel u C. Eulenpesch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giro Travel Company (Roman, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark bil-kulur tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta t-tagħqid tal-kuluri griż u oranġjo – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 472 723

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 200/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 4 moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament 2017/1001.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/42


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – Rewe-Beteiligungs-Holding International vs EUIPO – Wessanen Benelux (BonNatura)

(Kawża T-194/18)

(2018/C 166/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rewe-Beteiligungs-Holding International GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Brandstätter, M. Kinkeldey u J. Rosenhäger, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wessanen Benelux BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni BonNatura – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 038 491

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ ta’ Jannar fil-Każ R 949/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 46 tar-Regolament Nru 2017/1001.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/43


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Vital Capital Investments et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-196/18)

(2018/C 166/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vital Capital Investments LP (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u 6 oħra (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC, u G. Rothschild, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp tal-Euro (rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti msemmija fl-iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interess mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kumpens għad-dannu subit b’riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ Cyprus Popular Bank Public Co Ltd (iktar ’il quddiem “Laiki Bank”), tal-bail-in ta’ Bank of Cyprus Public Company Limited (iktar ’il quddiem “Bank of Cyprus”) u tal-bejgħ tal-assi u tan-negozju tal-banek imsemmija fil-Greċja, u/jew bħala riżultat tal-provvista ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità ta’ emerġenza lil Laiki Bank bil-kunsens tal-Bank Ċentrali Ewropew u tat-trasferiment sussegwenti taħt id-direzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tar-responsabbiltà rilevanti lil Bank of Cyprus;

jew alternattivament:

tiddikjara li l-konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita bil-għan li jiġi stabbilit it-telf effettivament rekuperabbli tar-rikorrenti;

u f’kull każ:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Diusa Rendering u Assograssi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/18)

(2018/C 166/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Diusa Rendering Srl (Piacenza, l-Italja), Assograssi – Associazione Nazionale Produttori Grassi e Proteine Animali (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentant: M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea naqset mill-obbligi imposti fuqha mir-Regolament Nru 1069/2009, mir-Regolament Nru 178/2001 u mir-Regolament Nru 999/2001, kif ukoll mill-prinċipji ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità billi naqset milli tqiegħed għall-vot tal-Kumitat Regolatorju, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/648/KE, abbozz ta’ miżuri intiż sabiex tiġi eżaminata mill-ġdid il-projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija idderivati minn materjal tal-Kategorija 2 attwalment stabbilit mill-Artikolu 43(3) tar-Regolament Nru 1069/2009;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li filwaqt li sal-2011 l-esportazzjoni fil-pajjiżi terzi ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija idderivati minn prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 2 (u/jew 3) kienet awtorizzata, ħlief fil-każ ta’ projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija li jinkludu proteini tal-annimali pproċessati (PAP) dderivati minn annimali li jixtarru, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU 2009 L 300, p. 1), u wara n-nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji ta’ implementazzjoni, l-esportazzjoni fil-pajjiżi terzi ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn materjali tal-Kategorija 2 illum hija pprojbita. Din il-projbizzjoni għadha applikabbli anki jekk kważi l-Istati Membri tal-Unjoni kollha sadanittant kisbu l-klassifikazzjoni ta’ pajjiż b’riskju ta’ BSE negliġibbli u minkejja li l-istandard internazzjonali stabbilit mill-Office international des épizooties (OIE) ma jipprevedix projbizzjoni simili għall-fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija li joriġinaw minn pajjiżi li jibbenefikaw minn din il-klassifikazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu wkoll li filwaqt li tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn materjali tal-Kategorija 2, anki jekk joriġinaw minn Stati Membri b’riskju negliġibbli, l-Unjoni tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tal-istess prodotti fit-territorju tagħha; b’hekk hija tirrikonoxxi li, fil-verità, il-fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn materjali tal-Kategorija 2 prodotti skont id-dispożizzjonijiet imposti mir-Regolament Nru 1069/2009 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2011 L 54, p. 1), ma jippreżentaw ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.

Skont ir-rikorrenti, filwaqt li timponi projbizzjoni assoluta ta’ esportazzjoni fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija kkonċernati, l-Unjoni tawtorizza l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, inkluż minn pajjiżi b’riskju kkontrollat jew indeterminat, mhux biss ta’ prodotti tal-ikel u għalf li setgħu inkisbu bl-użu ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ma jippreżentawx neċessarjament l-istess livell ta’ sigurtà ggarantit mill-fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija prodotti fl-Unjoni, iżda wkoll l-importazzjoni ta’ annimali ħajjin u laħam frisk tal-annimali (ħnieżer u tjur) le setgħu intemgħu direttament bi tqiq idderivat ukoll minn materjal ta’ annimali li jixtarru.

Id-danni li l-operaturi tal-Unjoni jġarrbu minħabba l-projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn prodotti sekondarji tal-Katergorija 2 jidhru li huma kunsiderevoli.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-189/18, Lipitalia 2000 u Assograssi vs Il-Kummissjoni.

Qed jiġi invokat b’mod partikolari l-ksur tal-Artikoli 43(3) u 52(4) tar-Regolament Nru 1069/2009.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/45


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Bruel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/18)

(2018/C 166/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Damien Bruel (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Hansen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Jannar 2018 bit-titolu “Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali b’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tal-modalitajiet ta’ implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001” għal ksur tal-Artikoli 4, 6 u 9 tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-prinċipju ġenerali ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

fi kwalunwe każ:

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha;

tirriżerva lir-rikorrent kull dritt, intitolament, motiv u azzjoni oħra.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1049/2001.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Porsche vs EUIPO – Autec (vetturi bil-mutur)

(Kawża T-209/18)

(2018/C 166/58)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Autec AG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż: id-disinn Komunitarju Nru 1230593-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 945/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju kkontestat Nru 1230593-0001.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/46


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2018 – Porsche vs EUIPO – Autec (karozzi)

(Kawża T-210/18)

(2018/C 166/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Autec AG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż: id-disinn Komunitarju Nru 198387-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 941/2016-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju kkontestat Nru 198387-0001.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/47


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2018 – Brita vs EUIPO (Forma ta’ vit għall-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ bibiti)

(Kawża T-213/18)

(2018/C 166/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brita GmbH (Taunusstein, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni bil-kulur abjad u iswed (Forma ta’ vit għall-preparazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ bibiti – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 053 068

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1864/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna li għandha tiġi aċċettata l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 053 068 għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 7, 11, 21, 37 u 40;

tikkundanna lill-EUIPO kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ BRITA GmbH.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Aliança – Vinhos de Portugal vs EUIPO – Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)

(Kawża T-222/18)

(2018/C 166/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aliança – Vinhos de Portugal SA (Anadia, il-Portugall) (rappreżentant: J. Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 907 027

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1206/2017-5.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-4 ta’ April 2017 bin-numru tal-kanċellazzjoni 13433 C;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni bin-numru ta’ reġistrazzjoni 13 907 027 “ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL (fig.)”;

iżomm fis-seħħ it-trade mark tal-Unjoni bin-numru ta’ reġistrazzjoni 13 907 027 “ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL (fig.)” għall-oġġetti kollha koperti minnha;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Lidl Stiftung & Co. KG kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk tal-appellant.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 60(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.


14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Amorepacific vs EUIPO – Primavera Life (p primera Pure Sprout Energy)

(Kawża T-684/17) (1)

(2018/C 166/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 412, 4.12.2017.