ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 134

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2018/C 134/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2018/C 134/02

Kawża C-518/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 2 — Kunċetti ta’ ħin tax-xogħol u ta’ perijodu ta’ serħan — Artikolu 17 — Derogi — Pompiera — Ħin on-call — Stand-by id-dar)

2

2018/C 134/03

Kawża C-16/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Frar 2018 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Protezzjoni tal-konsumaturi — Servizzi ta’ logħob tal-azzard onlajn — Protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ġugaturi u prevenzjoni tal-logħob tal-azzard fost il-minorenni — Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE — Att tal-Unjoni mhux legalment vinkolanti — Artikolu 263 TFUE)

3

2018/C 134/04

Kawża C-103/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – Jessica Porras Guisado vs Bankia SA et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Miżuri intiżi biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu — Artikolu 2(a) — Il-punti 1 sa 3 tal-Artikolu 10 — Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha — Kamp ta’ applikazzjoni — Każijiet eċċezzjonali li ma humiex konnessi mal-kundizzjoni tal-ħaddiema kkonċernata — Direttiva 98/59/KE — Tkeċċijiet kollettivi — Artikolu 1(1)(a) — Raġunijiet mhux relatati mal-ħaddiema individwali — Ħaddiema tqila li tkeċċiet fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva — Raġunijiet għat-tkeċċija — Prijorità tal-ħaddiema għaż-żamma tal-pożizzjoni — Prijorità għal klassifikazzjoni mill-ġdid)

3

2018/C 134/05

Kawża C-326/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 – LL vs Il-Parlament Ewropew (Appell — Rikors għal annullament — Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Ammissibbiltà — Terminu għall-preżentata tar-rikors — Komputazzjoni — Ex membru tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari — Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament — Artikolu 72 — Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament — Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju — Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha)

4

2018/C 134/06

Kawża C-328/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa — Pagamenti ta’ penalità)

5

2018/C 134/07

Kawża C-336/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2008/50/KE — Kwalità tal-arja ċirkostanti — Artikolu 13(1) — Artikolu 22(3) — Anness XI — Konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti — Qbiż ta’ valuri limitu f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet — Artikolu 23(1) — Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja — Perijodu ta’ qbiż l-iqsar possibbli — Nuqqas ta’ azzjonijiet xierqa fil-programmi ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti — Traspożizzjoni mhux korretta)

6

2018/C 134/08

Kawża C-396/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – T – 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (fi stralċ) vs Republika Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 184 u 185 — Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw it-tnaqqis — Il-kunċett ta’ ‘tranżazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa’ — Impatt ta’ deċiżjoni ta’ omologazzjoni ta’ arranġament ġuridiku li għandu l-awtorità ta’ res judicata)

7

2018/C 134/09

Kawżi Magħquda C-398/16 u C-399/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV (C-398/16), X NV (C-399/16) vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 u 54 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Vantaġġi marbuta mal-istabbiliment ta’ entità fiskali unika — Esklużjoni tal-gruppi transkonfinali)

7

2018/C 134/10

Kawża C-545/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Intestaturi tariffarji — Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ merkanzija — Subintestaturi 8704 10 10 u 8704 21 91 — Regolament (UE) 2015/221 — Validità)

8

2018/C 134/11

Kawża C-572/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – INEOS Köln GmbH vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea — Direttiva 2003/87/KE — Artikolu 10a — Deċiżjoni 2011/278/UE — Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjoni mingħajr ħlas — Perijodu 2013-2020 — Talba għal allokazzjoni — Data żbaljata — Korrezzjoni — Terminu ta’ dekadenza)

9

2018/C 134/12

Kawża C-628/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht l-Awstrija) – Kreuzmayr GmbH vs Finanzamt Linz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Kunsinni suċċessivi li jirrigwardaw l-istess oġġetti — Post tat-tieni kunsinna — Informazzjoni tal-ewwel fornitur — Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT — Dritt għal tnaqqis — Aspettattivi leġittimi tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis)

9

2018/C 134/13

Kawża C-132/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peugeot Deutschland GmbH vs Deutsche Umwelthilfe eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2010/13/UE — Definizzjonijiet — Kunċett ta’ servizz tal-media awdjoviżiva — Kamp ta’ applikazzjoni — Kanal ta’ vidjos promozzjonali mudelli ta’ vetturi ġodda partikolari disponibbli fuq YouTube)

10

2018/C 134/14

Kawża C-182/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2(1)(ċ), Artikolu 9 u Artikolu 13(1) — Nuqqas ta’ ssuġġettar — Kunċett ta’ korp irregolat mid-dritt pubbliku — Kumpannija kummerċjali li hija miżmuma 100 % minn komun, inkarigata b’ċerti kompiti pubbliċi li għalihom dan il-komun huwa responsabbli — Determinazzjoni ta’ dawn il-kompiti u r-remunerazzjoni tagħhom f’kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u l-imsemmi komun)

11

2018/C 134/15

Kawża C-185/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Mitnitsa Varna vs SAKSA ООD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Standard armonizzat Ewropew EN 590:2013 — Subintestatura 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda — Kriterji rilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass)

11

2018/C 134/16

Kawża C-658/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (il-Polonja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – WB

12

2018/C 134/17

Kawża C-698/17: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 minn Toni Klement mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-211/14 – Toni Klement vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

13

2018/C 134/18

Kawża C-711/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Diċembru 2017 – Anke Hartog vs British Airways plc

14

2018/C 134/19

Kawża C-727/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Polonja) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach

14

2018/C 134/20

Kawża C-9/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2018 – Proċeduri kriminali kontra Detlef Meyn

15

2018/C 134/21

Kawża C-71/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Frar 2018 – Skatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa, id-Danimarka) vs KPC Herning

16

2018/C 134/22

Kawża C-90/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-8 ta’ Frar 2018 – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

16

2018/C 134/23

Kawża C-129/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Frar 2018 – SM vs Entry Clearance Officer, UK Visa Section

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2018/C 134/24

Kawża T-166/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Gramberg vs EUIPO – Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari) (Disinn Komunitarju — Proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal telefon ċellulari — Żvelar tad-disinn — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

18

2018/C 134/25

Kawża T-222/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Hansen Medical vs EUIPO – Covidien (MAGELLAN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGELLAN — Użu serju — Oneru tal-prova — Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] — Irregolarità proċedurali mwettqa mid-diviżjoni tal-kanċellazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 2017/1001] — Proċedura orali — Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 96 tar-Regolament Nru 2017/1001])

19

2018/C 134/26

Kawża T-307/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti self Euratom favur il-programm għat-titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina — Rifjut parzjali ta’ aċċss — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Interess pubbliku superjuri — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Applikazzjoni għad-dokumenti relatati mad-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tat-Trattat KEEA)

19

2018/C 134/27

Kawża T-338/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Zink vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Nuqqas ta’ ħlas tal-allowance għal diversi snin wara żball amministrattiv — Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Terminu raġonevoli)

20

2018/C 134/28

Kawża T-260/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2018 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Spanjola — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

21

2018/C 134/29

Kawża T-764/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2017 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni

21

2018/C 134/30

Kawża T-50/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Tassi vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

22

2018/C 134/31

Kawża T-51/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Kleani vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

22

2018/C 134/32

Kawża T-61/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni

23

2018/C 134/33

Kawża T-63/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Torro Entertainment vs EUIPO – Grupo Osborne (TORRO Grande Meat in Style)

23

2018/C 134/34

Kawża T-65/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Venezwela vs Il-Kunsill

24

2018/C 134/35

Kawża T-66/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Tsapakidou vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

25

2018/C 134/36

Kawża T-76/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CN vs Il-Parlament

25

2018/C 134/37

Kawża T-77/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – VE vs ESMA

26

2018/C 134/38

Kawża T-79/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Bekat vs EUIPO – Borbet (ARBET)

27

2018/C 134/39

Kawża T-82/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 – Husky CZ vs EUIPO – Husky of Tostock (HUSKY)

27

2018/C 134/40

Kawża T-83/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CH vs Il-Parlament

28

2018/C 134/41

Kawża T-88/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Gruppo Armonie vs EUIPO (ARMONIE)

29

2018/C 134/42

Kawża T-89/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (Café del Sol)

29

2018/C 134/43

Kawża T-90/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL)

30

2018/C 134/44

Kawża T-91/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – Equity Cheque Capital Corporation vs EUIPO (DIAMOND CARD)

31

2018/C 134/45

Kawża T-94/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (fit+fun)

32

2018/C 134/46

Kawża T-96/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)

32

2018/C 134/47

Kawża T-97/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – DeepMind Technologies vs EUIPO (STREAMS)

33

2018/C 134/48

Kawża T-98/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (MULTIFIT)

33

2018/C 134/49

Kawża T-99/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Stamatopoulos vs ENISA

34

2018/C 134/50

Kawża T-102/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Knauf vs EUIPO (upgrade your personality)

35

2018/C 134/51

Kawża T-103/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – S & V Technologies vs EUIPO – Smoothline (Smoothline)

36

2018/C 134/52

Kawża T-104/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

36

2018/C 134/53

Kawża T-105/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Deray vs EUIPO – Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)

37

2018/C 134/54

Kawża T-107/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Aytekin vs EUIPO – Dienne Salotti (Dienne)

38

2018/C 134/55

Kawża T-116/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

39

2018/C 134/56

Kawża T-288/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – Alcan France vs Il-Kummissjoni

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 134/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 123, 9.4.2018

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 112, 26.3.2018

ĠU C 104, 19.3.2018

ĠU C 94, 12.3.2018

ĠU C 83, 5.3.2018

ĠU C 72, 26.2.2018

ĠU C 63, 19.2.2018

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak

(Kawża C-518/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 2 - Kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan” - Artikolu 17 - Derogi - Pompiera - Ħin on-call - Stand-by id-dar))

(2018/C 134/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ville de Nivelles

Konvenut: Rudy Matzak

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(3)(ċ)(iii) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux jidderogaw, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ pompieri reklutati mis-servizzi pubbliċi tat-tifi tan-nar, mill-obbligi kollha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, inkluż l-Artikolu 2 tagħha, li jiddefinixxi b’mod partikolari l-kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan”.

2)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri li jżommu jew jadottaw definizzjoni inqas restrittiva tal-kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” kif stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-remunerazzjoni għal perijodi standy-by id-dar bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont il-klassifikazzjoni minn qabel ta’ dawn il-perijodi bħala “ħin tax-xogħol” jew “perijodu ta’ serħan”.

4)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħin on-call li ħaddiem jgħaddi d-dar mal-obbligu li jwieġeb għat-telefonati tal-persuna li timpjegah f’terminu ta’ 8 minuti, jirrestrinġu b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet li jkollu attivitajiet oħra, għandu jitqies bħala “ħin tax-xoghol”.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Frar 2018 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-16/16 P) (1)

((Appell - Protezzjoni tal-konsumaturi - Servizzi ta’ logħob tal-azzard onlajn - Protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ġugaturi u prevenzjoni tal-logħob tal-azzard fost il-minorenni - Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE - Att tal-Unjoni mhux legalment vinkolanti - Artikolu 263 TFUE))

(2018/C 134/03)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, M. Jacobs u J. Van Holm, aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck, B. Van Vooren, R. Verbeke u J. Auwerx, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Wilman u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 25.04.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – Jessica Porras Guisado vs Bankia SA et

(Kawża C-103/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta’ ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu - Artikolu 2(a) - Il-punti 1 sa 3 tal-Artikolu 10 - Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha - Kamp ta’ applikazzjoni - Każijiet eċċezzjonali li ma humiex konnessi mal-kundizzjoni tal-ħaddiema kkonċernata - Direttiva 98/59/KE - Tkeċċijiet kollettivi - Artikolu 1(1)(a) - Raġunijiet mhux relatati mal-ħaddiema individwali - Ħaddiema tqila li tkeċċiet fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva - Raġunijiet għat-tkeċċija - Prijorità tal-ħaddiema għaż-żamma tal-pożizzjoni - Prijorità għal klassifikazzjoni mill-ġdid))

(2018/C 134/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jessica Porras Guisado

Konvenuti: Bankia SA, Sección Sindical de Bankia de CCOO, Sección Sindical de Bankia de UGT, Sección Sindical de Bankia de ACCAM, Sección Sindical de Bankia de SATE, Sección Sindical de Bankia de CSICA, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

fil-preżenza ta’: Ministerio Fiscal

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti t-tkeċċija ta’ ħaddiema tqila minħabba tkeċċija kollettiva fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi.

2)

Il-punt 2 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lill-persuna li timpjega li tkeċċi ħaddiema tqila fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva, mingħajr ma tipprovdilha raġunijiet differenti minn dawk li jiġġustifikaw din it-tkeċċija kollettiva, dment li jiġu indikati l-kriterji oġġettivi li ġew użati biex tindika l-ħaddiema li se jitkeċċew.

3)

Il-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprojbixxix, bħala prinċipju, it-tkeċċija ta’ ħaddiema tqila, li welldet reċentement jew li qed tredda’, b’mod preventiv, u li tipprevedi n-nullità ta’ din it-tkeċċija biss meta din tkun illegali, bħala kumpens.

4)

Il-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva, fis-sens tad-Direttiva 98/59, la tipprevedi prijorità għaż-żamma tal-pożizzjonijiet u lanqas prijorità għal klassifikazzjoni mill-ġdid, applikabbli qabel dik it-tkeċċija, għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, mingħajr madankollu ma tiġi eskluża l-possibbiltà għall-Istati Membri li jiggarantixxu protezzjoni ogħla għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 – LL vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-326/16 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Komputazzjoni - Ex membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari - Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament - Artikolu 72 - Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament - Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju - Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha))

(2018/C 134/05)

Lingwa tal-proċedura: il-Litwan

Partijiet

Appellanti: LL (rappreżentant: J. Petrulionis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Toliušis, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2016, LL vs Il-Parlament (T-615/15, mhux ippubblikat, EU:T:2016:432) huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 343, 19.09.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-328/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa - Pagamenti ta’ penalità))

(2018/C 134/06)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, E. Manhaeve u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji involuti fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jissokkta fid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti, ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 3 276 000 kull sitt xhur ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti sad-data li fiha tiġi eżegwita kompletament is-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), li l-ammont effettiv tagħhom għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur filwaqt li jitnaqqas l-ammont totali relattiv għal kull wieħed minn dawn il-perijodi b’perċentwali li tikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ unitajiet ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni (EP) li jkunu saru effettivament konformi mas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), fir-reġjun ta’ Thriasio Pedio, fi tmiem il-perijodu kkunsidrat meta mqabbel man-numru ta’ unitajiet ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni li ma jkunux konformi mas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), f’dan ir-reġjun, fil-jum meta tingħata s-sentenza preżenti.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 5 miljuni.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-336/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) - Artikolu 22(3) - Anness XI - Konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti - Qbiż ta’ valuri limitu f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet - Artikolu 23(1) - Pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Nuqqas ta’ azzjonijiet xierqa fil-programmi ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja ċirkostanti - Traspożizzjoni mhux korretta))

(2018/C 134/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, K. Petersen u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, D. Krawczyk u K. Majcher, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika tal-Polonja:

meta qabżet, bejn l-2007 u sal-2013 inkluża, il-valuri limitu ta’ kuljum applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 f’35 żona ta’ evalwazzjoni u ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-arja u l-valuri limitu annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 f’9 żoni ta’ evalwazzjoni u ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-arja;

meta ma adottatx, fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, miżuri xierqa sabiex il-perijodu ta’ qbiż tal-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti jkun l-iqsar possibbli;

meta qabżet il-valuri limitu ta’ kuljum applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 fl-arja ċirkostanti miżjuda bil-marġni ta’ tolleranza mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-10 ta’ Ġunju 2011 fiż-żoni ta’ Radom, ta’ Pruszków-Żyrardów u ta’ Kędzierzyn-Koźle, kif ukoll mill-1 ta’ Jannar sal-10 ta’ Ġunju 2011 fiż-żona ta’ Ostrów-Kępno; u

meta ma ttrasponietx korrettement it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha stabbiliti, rispettivament, taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva kif ukoll id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 22(3) u l-Anness XI ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – T – 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (fi stralċ) vs Republika Slovenija

(Kawża C-396/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 184 u 185 - Aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw it-tnaqqis - Il-kunċett ta’ ‘tranżazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa’ - Impatt ta’ deċiżjoni ta’ omologazzjoni ta’ arranġament ġuridiku li għandu l-awtorità ta’ res judicata))

(2018/C 134/08)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T – 2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (fi stralċ)

Konvenuta: Republika Slovenija

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-obbligi ta’ debitur, li jirriżulta mill-omologazzjoni li saret res judicata ta’ arranġament ġuridiku, jikkostitwixxi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tnaqqis tal-obbligi ta’ debitur li jirriżulta mill-omologazzjoni li saret res judicata ta’ arranġament ġuridiku ma jikkostitwixxix każ ta’ tranżazzjoni li baqgħet totalment jew parzjalment mhux imħallsa li ma tatix lok għal aġġustament tat-tnaqqis inizjali, meta dan it-tnaqqis huwa finali, fatt dan li għandu, madankollu, jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jimplementa l-possibbiltà prevista f’din id-dispożizzjoni, Stat Membru ma għandux ikun obbligat li jipprevedi espressament obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV (C-398/16), X NV (C-399/16) vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawżi Magħquda C-398/16 u C-399/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Vantaġġi marbuta mal-istabbiliment ta’ entità fiskali unika - Esklużjoni tal-gruppi transkonfinali))

(2018/C 134/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV (C-398/16), X NV (C-399/16)

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha kumpannija omm stabbilita fi Stat Membru ma hijiex awtorizzata tnaqqas l-interessi ta’ self minn kumpannija assoċjata għall-finanzjament ta’ kontribuzzjoni ta’ kapital f’sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, filwaqt li, li kieku s-sussidjarja kienet stabbilita fl-istess Stat Membru, il-kumpannija omm kienet tkun tista’ tibbenefika minn dan it-tnaqqis billi kienet tkun tifforma magħha entità fiskali integrata.

2)

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha kumpannija omm stabbilita fi Stat Membru ma tistax tnaqqas mill-profitt tagħha t-telf li jirriżulta minn varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju, fir-rigward tal-ammont tal-azzjonijiet tagħha f’sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, meta l-istess leġiżlazzjoni ma tintaxxax, b’mod simettriku, il-profitt idderivat minn dawn il-varjazzjonijiet.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-545/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ merkanzija - Subintestaturi 8704 10 10 u 8704 21 91 - Regolament (UE) 2015/221 - Validità))

(2018/C 134/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/221 tal-10 ta’ Frar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – INEOS Köln GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-572/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Deċiżjoni 2011/278/UE - Regoli tranżitorji li jikkonċernaw l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjoni mingħajr ħlas - Perijodu 2013-2020 - Talba għal allokazzjoni - Data żbaljata - Korrezzjoni - Terminu ta’ dekadenza))

(2018/C 134/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INEOS Köln GmbH

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/29/KE tat-23 ta’ April 2009, kif ukoll d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għat-tressiq ta’ talba għal allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni mingħajr ħlas fir-rigward tal-perijodu 2013-2020, terminu ta’ dekadenza li meta jiskadi, l-applikant huwa mċaħħad minn kull possibbiltà li jikkoreġi jew jikkompleta t-talba tiegħu, peress li dan it-terminu ma huwiex ta’ natura li jrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli t-tressiq ta’ tali talba.


(1)  ĠU C 53, 20.2.2017.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht l-Awstrija) – Kreuzmayr GmbH vs Finanzamt Linz

(Kawża C-628/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Kunsinni suċċessivi li jirrigwardaw l-istess oġġetti - Post tat-tieni kunsinna - Informazzjoni tal-ewwel fornitur - Numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT - Dritt għal tnaqqis - Aspettattivi leġittimi tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-eżistenza tal-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis))

(2018/C 134/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreuzmayr GmbH

Konvenut: Finanzamt Linz

Dispożittiv

1)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 32 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għat-tieni waħda minn żewġ kunsinni suċċessivi tal-istess oġġett li taw lok biss għal trasport intra-Komunitarju wieħed.

2)

Ladarba t-tieni kunsinna ta’ katina ta’ żewġ kunsinni suċċessivi li jinvolvu trasport intra-Komunitarju wieħed hija kunsinna intra-Komunitarja, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-akkwirent finali, li b’mod żbaljat invoka dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input, ma jistax inaqqas, bħala taxxa fuq il-valur miżjud tal-input, it-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa lill-fornitur fuq il-bażi biss tal-fatturi mibgħuta mill-operatur intermedjarju li kklassifika b’mod żbaljat il-kunsinna tiegħu.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peugeot Deutschland GmbH vs Deutsche Umwelthilfe eV

(Kawża C-132/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2010/13/UE - Definizzjonijiet - Kunċett ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva” - Kamp ta’ applikazzjoni - Kanal ta’ vidjos promozzjonali mudelli ta’ vetturi ġodda partikolari disponibbli fuq YouTube))

(2018/C 134/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peugeot Deutschland GmbH

Konvenuta: Deutsche Umwelthilfe eV

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2010/13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), għandu jiġi interpretat fis-sens li d-definizzjoni ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva” la tkopri kanal tal-vidjos, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fuqu l-utenti tal-internet jistgħu jaraw vidjos promozzjonali qosra dwar mudelli ta’ vetturi ġodda partikolari, u lanqas wieħed biss minn dawn il-vidjos meqjus b’mod iżolat.


(1)  ĠU C 213, 03.07.2017


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-182/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ), Artikolu 9 u Artikolu 13(1) - Nuqqas ta’ ssuġġettar - Kunċett ta’ “korp irregolat mid-dritt pubbliku” - Kumpannija kummerċjali li hija miżmuma 100 % minn komun, inkarigata b’ċerti kompiti pubbliċi li għalihom dan il-komun huwa responsabbli - Determinazzjoni ta’ dawn il-kompiti u r-remunerazzjoni tagħhom f’kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u l-imsemmi komun))

(2018/C 134/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-fatti rilevanti, tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi pprovduta b’titolu oneruż, suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud skont din id-dispożizzjoni, attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti, għal kumpannija, li twettaq ċerti kompiti pubbliċi skont kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u komun.

2)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi nazzjonali rilevanti, ma taqax taħt ir-regola ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni, attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti, għal kumpannija, f’li twettaq ċerti kompiti pubbliċi komunali skont kuntratt konkluż bejn din il-kumpannija u komun, fil-każ fejn din l-attività tikkostitwixxi attività ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Mitnitsa Varna vs “SAKSA” ООD

(Kawża C-185/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Standard armonizzat Ewropew EN 590:2013 - Subintestatura 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda - Kriterji rilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass))

(2018/C 134/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitnitsa Varna

Konvenuta:“SAKSA” ООD

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li żejt minerali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax, minħabba l-karatteristiċi ta’ distillazzjoni tiegħu, jiġi kklassifikat bħala żjut tal-gass taħt is-subintestatura 2710 19 43 ta’ din in-nomenklatura, anki meta dan iż-żejt kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-istandard armonizzat EN 590, fil-verżjoni tiegħu ta’ Settembru 2013, dwar żjut tal-gass intiżi għal klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (il-Polonja) fl-24 ta’ Novembru 2017 – WB

(Kawża C-658/17)

(2018/C 134/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Gorzów Wielkopolski, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

WB

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 46(3)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1), għandu jinftiehem fis-sens li l-ħruġ ta’ ċertifikazzjoni marbuta ma’ deċiżjoni fil-qasam tas-suċċessjoni, li l-mudell għaliha tinsab fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 (2), huwa permess ukoll fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jikkonfermaw l-attribut bħala eredi, iżda li ma humiex (anki parzjalment) eżekuttivi?

2)

L-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat ta’ suċċessjoni redatt minn nutar fuq talba bil-qbil tal-partijiet kollha fil-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, li jipproduċi l-effetti legali ta’ digriet definittiv tal-qorti li jiddikjara l-kisba ta’ suċċessjoni, bħalma huwa ċertifikat ta’ suċċessjoni redatt minn nutar Pollakk, jikkostitwixxi deċiżjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

u, konsegwentement,

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012 għandha tinftiehem fis-sens li n-nutar li jirrediġi dan it-tip ta’ ċertifikat ta’ suċċessjoni għandu jitqies bħala qorti fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni?

3)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-notifika minn Stat Membru konformement mal-Artikolu 79 tar-Regolament għandha valur ta’ informazzjoni u ma hijiex kundizzjoni għar-rikonoxximent ta’ rappreżentant tal-professjoni legali kompetenti f’materji ta’ suċċessjoni li jeżerċita funzjonijiet ġudizzjarji bħala qorti fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament meta dan ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet li jirriżultaw minn din l-aħħar dispożizzjoni?

4)

Fil-każ li r-risposta għad-domandi 1, 2 jew 3 tkun fin-negattiv:

L-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012 għandu jinftiehem fis-sens li r-rikonixximent ta’ strument proċedurali nazzjonali li jiċċertifika l-attribut bħala eredi, bħal ma huwa ċ-ċertifikat ta’ suċċessjoni Pollakk, bħala deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012, jipprekludi li dan jiġi kkunsidrat bħala dokument awtentiku?

5)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 4 tkun fl-affermattiv:

L-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat ta’ suċċessjoni redatt minn nutar fuq talba bil-qbil tal-partijiet kollha fil-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, bħalma huwa ċertifikat ta’ suċċessjoni redatt minn nutar Pollakk, jikkostitwixxi dokument awtentiku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU 2012, L 201, p. 107

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2014, L 359, p. 30).


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/13


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2017 minn Toni Klement mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-211/14 – Toni Klement vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-698/17)

(2018/C 134/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Toni Klement (rappreżentant: J. Weiser, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-211/14 RENV;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-argumenti tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

Fl-ewwel aggravju, l-appellanti jsostni nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trademark tridimensjonali inkwistjoni. Is-sentenza appellata ma tipprovdi ebda motivazzjoni għaliex it-trademark tridimensjonali inkwistjoni għandha karattru distintiv partikolarment għoli, minkejja li l-forma tagħha hija purament teknika. F’dan ir-rigward, il-motivazzjoni tas-sentenza ma hijiex ċara u lanqas ma tinftiehem fir-rigward ta’ punt essenzjali, u għalhekk hija vvizzjata minn żball ta’ liġi.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellant isostni li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata fir-rigward tal-karattru distintiv tal-element verbali “Bullerjan” miżjud mat-trade mark ikkontestata waqt l-użu, hija kontradittorja u insuffiċjenti. Is-sentenza appellata ma pprovdiet ebda indikazzjoni dwar il-livell ta’ karattru distintiv li l-Qorti Ġenerali tat lill-element verbali miżjud. Fl-assenza ta’ determinazzjoni tal-karattru distintiv tal-element miżjud, ma jkunx possibbli li jiġi evalwat jekk dan tal-aħħar għandux effett fuq il-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata. Minbarra dan, is-sentenza appellata hija, f’dan ir-rigward, kontradittorja. F’dan is-sens, il-Qorti Ġenerali tqis, minn naħa, li l-element verbali jista’ jiffaċilita d-determinazzjoni tal-oriġini kummerċjali tal-prodotti, iżda tafferma, min-naħa l-oħra, li tali element ma għandux effett fuq il-karattru distintiv tat-trademark tridimensjonali kkontestata. Il-faċilitazzjoni tad-determinazzjoni tal-oriġini kummerċjali u l-assenza ta’ effett fuq il-karattru distintiv madankollu jeskludu lil xulxin reċiprokament.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellant isostni li fid-determinazzjoni tal-karattru distintiv tat-trademark tridimensjonali kkontestata ġie applikat kriterju legali żbaljat. Sabiex jiġi ddeterminat il-grad ta’ karattru distintiv ta’ trademark tridimensjonali, il-forma protetta għandha tiġi pparagunata mal-forom eżistenti fis-suq. Madankollu, il-Qorti Ġenerali, fil-motivazzjoni tagħha, ma tibbażax ruħha fuq dawn tal-aħħar, iżda fuq “forma ta’ forn inġenerali”. Forma ġenerika simili, madankollu, ma teżistix.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Diċembru 2017 – Anke Hartog vs British Airways plc

(Kawża C-711/17)

(2018/C 134/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anke Hartog

Konvenuta: British Airways plc

Domandi preliminari

Il-kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), stabbilita fl-Artikolu 3(2)(a) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-passiġġieri li għandhom reżervazzjoni kkonfermata għandhom “jippreżentaw lilhom infushom għal check-in” meta, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ ħin, dawn jippreżentaw ruħhom, mhux iktar minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat, fil-kju quddiem il-post taċ-check-in stabbilit mit-trasportatur tal-ajru għar-reġistrazzjoni kkonċernata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Polonja) fid-29 ta’ Diċembru 2017 – ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja vs Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach

(Kawża C-727/17)

(2018/C 134/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Kielcach (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Kielce, il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ECO-WIND Construction S.A., bis-sede f’Varsavja

Korp ta’ amministrazzjoni pubblika: Samorządowe Kolegium Odwoławcze w Kielcach (il-Kulleġġ Awtonomu tal-Appell ta’ Kielce, il-Polonja)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li taħt “regolament tekniku”, li l-abbozz tiegħu għandu jiġi trażmess lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva, għandha taqa’ dispożizzjoni legali, li tintroduċi restrizzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet għall-ħolqien tal-elettriku mir-riħ (windfarms) li permezz ta’ tali dispożizzjoni legali tiġi stabbilita distanza minima mil-lokalizzazzjoni tagħhom sal-bini residenzjali jew bini ta’ użu mħallat, li jinkludi funzjoni ta’ residenza, li din għandha tkun tal-inqas għaxar darbiet l-għoli tat-turbini tar-riħ mil-livell tal-art sal-ogħla punt tal-bini, inklużi l-elementi tekniċi, b’mod partikolari r-“rotor” bil-pali?

2)

L-Artikolu 15(2)(a) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li taħt ir-regoli li jissuġġettaw it-twettiq jew it-tkomplija ta’ attività ta’ servizzi għal restrizzjoni territorjali b’mod partikolari fil-forma ta’ limiti stabbiliti b’rabta mad-distanza ġeografika minima bejn il-fornituri ta’ servizzi, li għalihom l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15(7) tal-imsemmija direttiva, għandha taqa’ dispożizzjoni legali li tintroduċi restrizzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet għall-ħolqien tal-elettriku mir-riħ, li permezz tagħha tiġi stabbilita distanza minima mil-lokalizzazzjoni tagħhom sal-bini residenzjali jew bini ta’ użu mħallat, li jinkludi funzjoni ta’ residenza, li din għandha tkun tal-inqas għaxar darbiet l-għoli tat-turbini tar-riħ mil-livell tal-art sal-ogħla punt tal-bini, inklużi l-elementi tekniċi, b’mod partikolari r-“rotor” bil-pali?

3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/28/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi restrizzjoni fuq il-lokalizzazzjoni tal-installazzjonijiet għall-ħolqien tal-elettriku mir-riħ li permezz tagħha tiġi stabbilita distanza minima mil-lokalizzazzjoni tagħhom sal-bini residenzjali jew bini ta’ użu mħallat, li jinkludi funzjoni ta’ residenza, li din għandha tkun tal-inqas għaxar darbiet l-għoli tat-turbini tar-riħ mil-livell tal-art sal-ogħla punt tal-bini, inklużi l-elementi tekniċi, b’mod partikolari r-“rotor” bil-pali?


(1)  ĠU 2015, L 241, p. 1.

(2)  ĠU 2006, L 376, p. 36.

(3)  ĠU 2009, L 140, p. 16.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2018 – Proċeduri kriminali kontra Detlef Meyn

(Kawża C-9/18)

(2018/C 134/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Imputat: Detlef Meyn

Domandi preliminari

L-obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (1) jeżisti wkoll meta Stat Membru jkun issostitwixxa liċenzja tas-sewqan mingħajr eżami tal-ħila u meta l-liċenzja tas-sewqan preċedenti ma tkunx suġġetta għall-obbligu ta’ rikonoxximent (f’dan il-każ, l-imsemmija liċenzja tas-sewqan preċedenti, maħruġa minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kienet hija stess ibbażata fuq is-sostituzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ pajjiż terz, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126)?


(1)  ĠU 2006, L 403, p. 18.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Frar 2018 – Skatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa, id-Danimarka) vs KPC Herning

(Kawża C-71/18)

(2018/C 134/21)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa, id-Danimarka)

Konvenuta: KPC Herning

Domandi preliminari

Huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 135(1)(j) u tal-Artikolu 12(1)(a) u (2), min-naħa, kif ukoll tal-Artikolu 135(l)(k) u tal-Artikolu 12(1)(b) u (3), min-naħa l-oħra, tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Stat Membru jqis il-kunsinna ta’ proprjetà immobbli, li fuqha fiż-żmien tal-kunsinna jkun hemm bini, bħala l-bejgħ ta’ art għall-bini suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), meta l-intenzjoni tal-partijiet tkun li l-bini jitwaqqa’ totalment jew parzjalment sabiex jagħmel spazju għal bini ġdid?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-8 ta’ Frar 2018 – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

(Kawża C-90/18)

(2018/C 134/22)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki upravni sud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR)

Konvenut: Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijet tat-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, u tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal aċċess mingħajr ebda eċċezzjoni għal informazzjoni dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi, anki meta l-aċċess għal din l-informazzjoni jkun risrett, inter alia, minħabba li din tkun koperta mis-sigriet kummerċjali (bankarju)?


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Frar 2018 – SM vs Entry Clearance Officer, UK Visa Section

(Kawża C-129/18)

(2018/C 134/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SM

Konvenut: Entry Clearance Officer, UK Visa Section

Intervenjenti: Coram Children’s Legal Centre (CCLC) u Centre for Advice on Individual Rights in Europe (AIRE)

Domandi preliminari

1)

Tifel jew tifla li tinsab taħt tutela legali permanenti ta’ ċittadin jew ċittadini tal-Unjoni, taħt “kefalah” jew xi tip ta’ arranġament ekwivalwnti previst mil-liġi tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, hija “dixxendent dirett” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38 (1)?

2)

Dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 27 u 35, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jiġi miċħud id-dħul lil tali tfal jekk ikunu vittmi ta’ sfruttament, abbuż jew traffikar jew jekk ikun hemm ir-riskju li jiġrilhom hekk?

3)

Stat Membru għandu dritt jinvestiga, qabel ma jirrikonoxxi lil tifel jew tifla li ma hijiex dixxendent b’konsangwinità taċ-ċittadin taż-ŻEE bħala dixxendent dirett taħt l-Artikolu 2(2)(c), jekk il-proċeduri għat-tqegħid tat-tifel jew tat-tifla fit-tutela jew fil-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin taż-ŻEE kinux tali li jieħdu suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi ta’ dak it-tifel jew tifla?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


Il-Qorti Ġenerali

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Gramberg vs EUIPO – Mahdavi Sabet (Għata għal telefon ċellulari)

(Kawża T-166/15) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċediment għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta għata għal telefon ċellulari - Żvelar tad-disinn - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))

(2018/C 134/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Claus Gramberg (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Kettler, sussegwentement F. Klopmeier u G. Becker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sorouch Mahdavi Sabet (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 460/2013-3), dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn C. Gramberg u S. Mahdavi Sabet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Jannar 2015 (Każ R 460/2013-3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess u dawk sostnuti minn Claus Gramberg, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Hansen Medical vs EUIPO – Covidien (MAGELLAN)

(Kawża T-222/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGELLAN - Użu serju - Oneru tal-prova - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001] - Irregolarità proċedurali mwettqa mid-diviżjoni tal-kanċellazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 2017/1001] - Proċedura orali - Artikolu 77 tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 96 tar-Regolament Nru 2017/1001]”))

(2018/C 134/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hansen Medical, Inc. (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Covidien AG (Neuhausen am Rheinfall, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Ingerl u D. Wiedemann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2016 (Każijiet R 3092/2014-2 u R 3118/2014-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Hansen Medical u Covidien.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hansen Medical, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 25.07.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/16) (1)

((“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti self Euratom favur il-programm għat-titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina - Rifjut parzjali ta’ aċċss - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Interess pubbliku superjuri - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Applikazzjoni għad-dokumenti relatati mad-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tat-Trattat KEEA”))

(2018/C 134/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEE Bankwatch Network (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: C. Kiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, F. Clotuche-Duvieusart u C. Cunniffe, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment M. Holt u D. Robertson, sussegwentement S. Brandon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2319 finali, tal-15 ta’ April 2016, li tirrifjuta, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal numru ta’ dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3496 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2013, li tagħti self Euratom favur il-programm għat-titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CEE Bankwatch Network għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2018 – Zink vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-338/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Nuqqas ta’ ħlas tal-allowance għal diversi snin wara żball amministrattiv - Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġonevoli”))

(2018/C 134/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Richard Zink (Bamako, Mali) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016, Zink vs Il-Kummissjoni (F-77/15, EU:F:2016:74), u intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016, Zink vs Il-Kummissjoni (F-77/15) hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 tal-Uffiċċju “Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea hija annullata inkwantu, bis-saħħa ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet irrifjutat li tħallas lil Richard Zink l-allowance tal-espatrijazzjoni relatata mal-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Settembru 2007 u t-30 ta’ April 2009.

3)

Il-kumplament tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt ir-referenza F-77/15 huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri tal-appell u mal-proċeduri tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2018 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Spanjola - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 134/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/314 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implimentata minn Spanja Skema għall-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji barranin (ĠU 2015, L 56, p. 38).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-Digriet tal-24 ta’ Novembru 2017, Iberdrola vs Il-Kummissjoni (T-260/15 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/21


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2017 – Autoridad Portuaria de Vigo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/17)

(2018/C 134/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Autoridad Portuaria de Vigo (Vigo, Spanja) (rappreżentant: J. Costas Alonso, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-rettifika tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14), ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 243 tal-21 ta’ Settembru 2017;

tannulla r-rettifika tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 243 tal-21 ta’ Settembru 2017.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li:

1.

Tiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni tat il-kunsens impliċitu tagħha għall-applikazzjoni diverġenti tar-regoli ta’ importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-Istati Membri f’każijiet konkreti ħafna, bħalma huma l-kontenituri ta’ prodotti tal-ħut iffriżati ġejjin miċ-Ċina, u dan kollu għandu impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni ġusta bejn l-Istati Membri.

2.

L-ikbar problema tikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u r-rekwiżit tal-hekk imsejjħa “lista doppja” ta’ bastimenti li jmexxu stabbilimenti fi Stati terzi.

3.

Operatur ta’ impriża tal-ikel li jimporta prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin minn barra l-Komunità jista’ jimporta biss il-prodotti tal-ħut ta’ pajjiż terz jekk jinsabu fil-lista kemm il-pajjiż terz inkwistjoni minn fejn jintbagħat il-prodott, kif ukoll l-istabbiliment minn fejn intbagħat il-prodott u fejn inkiseb jew tħejja l-prodott.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/22


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Tassi vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-50/18)

(2018/C 134/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Smaro Tassi (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kleani, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2017 (riferenza 20173192) li tiċħad l-offerta tar-rikorrent sottomessa fir-rigward tal-avviż ta’ kuntratti għal tradutturi freelance Nru 2017/S 002-001564 għal-lingwa Griega.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata la kienet akkumpanjata b’elenku speċifiku ta’ kriterji li jistabbilixxi l-livell ta’ kwalità tat-traduzzjonijiet rikjesti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u lanqas b’xi tip ta’ formola ta’ korrezzjoni jew rapport komparattiv li jista’ jispjega għalfejn, fl-opinjoni tal-konvenuta, it-traduzzjoni suġġetta għal evalwazzjoni sottomessa mir-rikorrenti naqset milli tikseb il-livell minimu rikjest. Ir-rikorrent jargumenta, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx immotivata b’mod suffiċjenti u li l-proċedura ta’ selezzjoni ma kinitx trasparenti.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/22


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Kleani vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-51/18)

(2018/C 134/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Efterpi Kleani (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Tassi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2017 (riferenza 20172046) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa fir-rigward tal-avviż ta’ kuntratti għal tradutturi freelance Nru 2017/S 002-001564 għal-lingwa Griega.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata la kienet akkumpanjata b’elenku speċifiku ta’ kriterji li jistabbilixxi l-livell ta’ kwalità tat-traduzzjonijiet rikjesti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u lanqas b’xi tip ta’ formola ta’ korrezzjoni jew rapport komparattiv li jista’ jispjega għalfejn, fl-opinjoni tal-konvenuta, it-traduzzjoni suġġetta għal evalwazzjoni sottomessa mir-rikorrenti naqset milli tikseb il-livell minimu rikjest. Ir-rikorrenti targumenta, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx immotivata b’mod suffiċjenti u li l-proċedura ta’ selezzjoni ma kinitx trasparenti.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/23


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2018 – Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-61/18)

(2018/C 134/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Amador Rodriguez Prieto (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitolb li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-danni subiti u għalhekk tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 68 831 bħala danni materjali u EUR 100 000 bħala danni morali,

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni dwar ir-rifjut ta’ assistenza tat-28 ta’ Marzu 2017,

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors ir-rikorrent isostni, prinċipalment, li l-Kummissjoni wettqet żball amministrattiv billi injorat l-istatut tiegħu ta’ informatur, u dan ikkawża lir-rikorrent dannu materjali u dannu morali li l-istituzzjoni hija obbligata tikkumpensa. Sussidjarjament, ir-rikorrent isostni li l-istituzzjoni kisret l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal billi rrifjutat li tagħtih l-assistenza prevista minn din id-dispożizzjoni wara l-proċeduri kriminali.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/23


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Torro Entertainment vs EUIPO – Grupo Osborne (TORRO Grande Meat in Style)

(Kawża T-63/18)

(2018/C 134/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Torro Entertainment (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TORRO Grande Meat in Style – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 744 452

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1776/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Grupo Osborne S.A. għall-ispejjeż ta’ “Torro Entertainment” Ltd. fir-rigward tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fir-rigward tal-proċedimenti ta’ appell u ta’ oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-obbligu ta’ diliġenza.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/24


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Venezwela vs Il-Kunsill

(Kawża T-65/18)

(2018/C 134/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela (rappreżentanti: F. Di Gianni u L. Giuliano, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta’ Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv li jallega li billi adotta l-miżuri restrittivi mingħajr ma informa minn qabel lir-rikorrenti bl-intenzjonijiet tiegħu u mingħajr ma sema’ minn qabel il-pożizzjoni ta’ din tal-aħħar dwar il-fatti li jiġġustifikaw il-miżuri restrittivi, il-Kunsill kiser id-dritt tar-rikorrenti li tinstema’.

2.

It-tieni motiv li jallega li l-Kunsill kiser l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni kif ukoll l-obbligu tiegħu li jipproduċi provi suffiċjenti li jiġġustifikaw l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi.

3.

It-tielet motiv li jallega li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-fatti li fuqhom huma bbażati l-miżuri restrittivi.

4.

Ir-raba’ motiv li jallega li l-miżuri restrittivi jikkostitwixxu kontromiżuri illegali taħt id-dritt internazzjonali konswetudinarju.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2018 – Tsapakidou vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-66/18)

(2018/C 134/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Argyro Tsapakidou (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Kleani, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2017 (riferenza 20173939) li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa fir-rigward tal-avviż ta’ kuntratti għal tradutturi freelance Nru 2017/S 002-001564 għal-lingwa Griega;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, skont liema atti amministrattivi għandhom ikunu suffiċjentement immotivati u għandhom jiddikjaraw il-prinċipji li huma bbażati fuqhom. Hija tonqos milli tissodisfa dawn il-kriterji. Ir-rikorrenti targumenta, b’mod partikolari, li l-ġustifikazzjoni pprovduta mill-konvenuta kienet insuffiċjenti fid-dawl tal-Artikolu 4.3.1. tal-ispeċifikazzjonijiet tal-avviż. Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta lir-rikorrenti ma ppermettitilhiex tevalwa l-validità tar-riżultat miksub fit-traduzzjoni inkwistjoni suġġetta għal evalwazzjoni. Hija ma kellhiex informazzjoni dwar il-linji gwida ta’ evalwazzjoni jew kriterji li abbażi tagħhom id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/25


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CN vs Il-Parlament

(Kawża T-76/18)

(2018/C 134/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CN (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tordna lill-konvenut jipproduċi s-sejbiet tal-Kumitat APA, il-minuti tas-smigħ tax-xhieda li nstemgħu mill-Kumitat APA u l-fajl mibgħut lill-President tal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 10 tar-Regoli Interni għall-Kumitat APA;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jekk neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 68 500 bħala kumpens għad-danni morali sostnuti mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dritt għal smigħ u tad-drittijiet tad-difiża u tad-dmir ta’ premura, li jivvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata f'dan il-każ, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-Artikolu 31 tal-Karta, tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/26


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – VE vs ESMA

(Kawża T-77/18)

(2018/C 134/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VE (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent sa fejn jevalwa r-rendiment tar-rikorrent bħala “mhux sodisfaċenti”;

tannulla wkoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-ESMA tas-6 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tordna l-kumpens tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, stmat ex aequo et bono bħala EUR 10 000; u

tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha sostnuti mill-avukati tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq illegalità sa fejn il-Gwida dwar l-evalwazzjonijiet ġie adottat mill-ESMA mingħajr ma kien ippreżentat minn qabel lill-Kumitat tal-Persunal skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 43(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Gwida dwar l-evalwazzjonijiet sa fejn il-konvenut wettaq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni:

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet prinċipali tar-rikorrent fir-rigward tal-kriterji “Effiċjenza”, “Abbiltajiet” u “Kondotta”; u

żbalji ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tal-problemi tas-saħħa tar-rikorrent u fir-rigward tal-assenza ta’ indikazzjonijiet mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol sfavorevoli u l-assenza ta’ taħriġ adegwat.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – Bekat vs EUIPO – Borbet (ARBET)

(Kawża T-79/18)

(2018/C 134/38)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Arif Oliver Bekat (Esslingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Borbet GmbH (Hallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “ARBET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 320 915

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1117/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad ir-rikors tal-intervenjenti tas-26 ta’ Mejju 2017 kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-30 ta’ Marzu 2017;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 – Husky CZ vs EUIPO – Husky of Tostock (HUSKY)

(Kawża T-82/18)

(2018/C 134/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Husky CZ s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Husky of Tostock Ltd (Woodbridge, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “HUSKY” fil-kuluri blu, iswed u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 442 431

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 812/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni kif xieraq l-argumenti u l-provi prodotti mir-rikorrenti u, għalhekk, huwa kkunsidra b’mod żbaljat id-drittijiet preċedenti li l-oppożizzjoni kienet ibbażata fuqhom.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/28


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2018 – CH vs Il-Parlament

(Kawża T-83/18)

(2018/C 134/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CH (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tordna lill-konvenut jippreżenta l-konklużjonijiet tal-Kumitat APA, il-minuti tax-xhieda mogħtija quddiem il-Kumitat APA, u l-fajl ikkomunikat lill-President tal-Parlament Ewropew abbażi tal-Artikolu 10 tar-regolamentazzjoni interna tal-Kumitat APA;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 68 500, bħala kumpens għad-diversi danni morali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dritt għal smigħ u tad-dritt tad-difiża u tad-dmir ta’ premura, li hija vvizjata bih id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ, jiġifieri d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal assistenza tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-Artikolu 31 tal-Karta, tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ premura.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Gruppo Armonie vs EUIPO (ARMONIE)

(Kawża T-88/18)

(2018/C 134/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Gruppo Armonie SpA (Casalgrande, l-Italja) (rappreżentant: G. Medri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “ARMONIE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 430 068

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2063/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (Café del Sol)

(Kawża T-89/18)

(2018/C 134/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Café del Sol” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 105 985

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1095/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tiddikjara n-natura fondata tal-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja li l-opponent, Ramón Guiral Broto, huwa proprjetarju tagħha, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice.

tikkkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 105 985 CAFÉ DEL SOL, għal “servizzi għal provvista ta’ ikel u xorb, akkomodazzjoni temporanja u catering”, fil-klassi 43 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice, magħmula mill-kumpanija kummerċjali Ġermaniża GASTRO & SOUL GmbH, minħabba probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumatur li tirriżulta mill-eżistenza taż-żewġ trade marks inkwistjoni, minħabba l-allegat xebh verbali u l-identiċità fl-applikazzjoni tagħhom; jew, jekk il-Qorti Ġenerali ma tkunx kompetenti li tagħmel hekk, tibgħat lura t-tilwima lill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u tikkunsidra l-oppożizzjoni fondata.

sussidjarjament, tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni appellata minħabba nuqqas ta’ konsistenza u ksur tad-drittijiet tad-difiża u ċ-ċertezza legali tar-rikorrent, wara li ġiet espressament miċħuda lilu l-possibbiltà li jipprovdi traduzzjoni sħiħa tat-trade mark prijoritarja preċedenti permezz tar-Rikors Nru 1095/2017-4, li jfixkel b’dan il-mod wieħed mill-għanijiet fundamentali li kellu r-rinviju mill-ġdid tal-każ quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO deċiż b’sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-548/15, li tat rinviju mill-ġdid għall-Bord tal-Appell tal-EUIPO sabiex tippermetti tali rettifika u konsegwentement ir-rikors jiġi deċiż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/30


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL)

(Kawża T-90/18)

(2018/C 134/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Café del Sol – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 104 608

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1096/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara ammissibbli l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja li l-opponent, Ramón Guiral Broto, huwa proprjetarju tagħha, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice.

tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, sa fejn din ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 6 104 608 għal “servizzi għal provvista ta’ ikel u xorb, akkomodazzjoni temporanja u catering” fil-klassi 43 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice, ippreżentata mill-kumpanija kummerċjali Gastro & Soul GmbH, minħabba probabbiltà ta’ konfużjoni tal-konsumatur li tirriżulta mill-konvivenza tat-trade marks kunfliġġenti, fid-dawl tal-allegat xebh verbali u identiċità fl-applikazzjoni bejn dawn tal-aħħar; jew, f’każ li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li ma hijiex kompetenti, tibgħat lura t-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u tordna l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ koerenza u ksur tad-drittijiet tad-difiża u taċ-ċertezza legali tal-applikant sa fejn dan ġie mċaħħad espressament mill-possibbiltà ta’ traduzzjoni kompleta tat-trade mark prijoritarja kif mitluba fir-rikors 1096/2017-4, li wassal għal ksur ta’ wieħed mill-għanijiet fundamentali tar-rinvju tal-kawża quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO kif ordnat mis-sentenza mogħtija minn din l-onorabbli qorti fit-13 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-549/15, li fiha sar rinviju ġdid għall-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO sabiex issib rimedju u konsegwentement issolvi l-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – Equity Cheque Capital Corporation vs EUIPO (DIAMOND CARD)

(Kawża T-91/18)

(2018/C 134/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Equity Cheque Capital Corporation (Victoria, il-Kanada) (rappreżentanti: I. Berkeley, barrister, P. Wheeler u C. Rani, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni DIAMOND CARD – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 775 422

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1544/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (fit+fun)

(Kawża T-94/18)

(2018/C 134/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea fit+fun – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 996 432

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 847/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Cabell vs EUIPO – Zorro Productions (ZORRO)

(Kawża T-96/18)

(2018/C 134/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Robert W. Cabell (Renton, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Bröcker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zorro Productions, Inc. (Berkeley, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċediementi quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZORRO – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 399 787

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1637/2015-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 399 787 għall-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2018 – DeepMind Technologies vs EUIPO (STREAMS)

(Kawża T-97/18)

(2018/C 134/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DeepMind Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “STREAMS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 166 176

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 35/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, alternattivament;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fuq l-istess bażi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/33


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (MULTIFIT)

(Kawża T-98/18)

(2018/C 134/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MULTIFIT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 996 291

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 846/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Stamatopoulos vs ENISA

(Kawża T-99/18)

(2018/C 134/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Grigorios Stamatopoulos (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-25 ta’ Lulju 2017 mit-tim ta’ ġestjoni tal-persunal tal-ENISA, li tiċħad il-kandidatura ppreżentata mir-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni tal-Finanzi u tal-Kuntratti Pubbliċi tal-ENISA, li kiene is-suġġett tal-avviż Nru ENISA-TA16-AD-2017-03, sabiex l-ENISA tagħmel evalwazzjoni mill-ġdid tal-kandidatura tar-rikorrent b’mod ekwu u trasparenti;

tordna lill-ENISA tikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrent minħabba illegalitajiet li jivvizzjaw lid-deċiżjoni kkontestata u, abbażi ta’ dan, tikkundannaha tħallas għall-inqas ħamest elef (5 000) euro; u

tordna lill-ENISA tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tar-rikorrent għal dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tar-rikorrent li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn ksur min-naħa tal-ENISA tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. Fil-fatt, skont ir-rikorrent, din id-deċiżjoni ma tagħtix motivazzjoni suffiċjenti għaċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu. Għalkemm huwa minnu li l-ENISA pprovdiet lir-rikorrent il-marka li kiseb f’kull kriterju ta’ selezzjoni, kif ukoll il-marka totali, l-evalwazzjoni tal-kandidati kollha kienet ta’ natura komparattiva u minn dan isegwi li l-punti mogħtija lil kull kandidat kienu r-riżultat ta’ tali analiżi komparattiva. Issa, ir-rikorrent josserva li l-ENISA ma kkomunikatlux motivazzjoni speċeifika għall-punti li ngħatawlu għal kull kriterju u lanqas ma kkomunikatlu, b’mod partikolari, il-vantaġġi komparattivi tal-kandidati magħżula sabiex jgħaddu għall-fażi tal-intervisti u tat-testijiet. Minn dan huwa jikkonkludi li l-ENISA ma pprovdietx motivazzjoni suffiċjenti li, l-ewwel nett, kienet tippermettilu jevalwa jekk l-att li jikkawżalu preġudizzju kienx fondat u jekk kienx xieraq li jippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, u li, it-tieni nett, kienet tqiegħed lill-Qorti Ġenerali f’pożizzjoni li tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq is-sottomissjoni tar-rikorrent li l-evalwazzjoni tal-kompetenzi tiegħu mill-Kumitat ta’ Selezzjoni kienet ivvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-kriterji ta’ selezzjoni li ġejjin: “livell għoli ta’ kapaċità ta’ organizzazzjoni, preċiżjoni u kapaċità li janalizza, jiġbor u jqassar informazzjoni finanzjarja kumplessa”, “kompetenzi eċċellenti fil-qasam tan-negozjar u sabiex isolvi l-problemi”, “kapaċità għolja li jmexxi l-persuni u jsolvi l-kunflitti”, “kapaċitajiet għolja fil-komunikazzjoni bl-Ingliż, kemm orali kif ukoll bil-miktub” u “kapaċità li jibqa’ effiċjenti taħt il-pressjoni ta’ ħafna xogħol u josserva sistematikament it-termini tal-proġetti, irrispettivament mit-tibdil fl-ambjent tax-xogħol”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq is-sottomissjoni tar-rikorrent li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza. Fil-fatt, skont ir-rikorrent, il-limitu ffissat mill-Kumitat ta’ Selezzjoni sabiex jiġi ddeterminat liema kandidati ser jintgħażlu sabiex jgħaddu għall-fażi tal-invervisti u t-testijiet intgħażel b’mod arbitrarju u illegali. Ir-rikorrent isostni li l-avviż tal-pożizzjoni ma kien jinkludi ebda kundizzjoni dwar l-istadju li fih kien ser jiġi ffissat limitu u ma kienx jippreċiża l-kriterji li l-Kumitat ta’ Selezzjoni kien ser jieħu inkunsiderazzjoni sabiex jistabbilixxi tali limitu. Konsegwentement, il-Kumitat ta’ Selezzjoni ma pprovda ebda motivazzjoni li tispjega kif iddetermina l-livell tal-limitu u kkomunika dan lill-kandidati biss wara l-konklużjoni tal-evalwazzjoni.

4.

Fl-aħħar nett, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-illegalitajiet deskritti hawn fuq, ir-rikorrent jitlob il-kumpens tad-dannu morali li ġarrab minħabba l-parteċipazzjoni tiegħu fi proċedura vvizzjata u illegali, kif ukoll minħabba l-assenza ta’ ġustifikazzjoni taċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu, u dan jista’ jitqies biss bħala nuqqas ta’ rispett totali u bħala ksur tad-dritt tiegħu għal amministrazzjoni tajba.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Knauf vs EUIPO (upgrade your personality)

(Kawża T-102/18)

(2018/C 134/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Martin Knauf (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Jaeger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “upgrade your personality” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 750 029

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1011/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni “upgrade your personality” għall-prodotti li ġejjin fil-klassijiet 9 u 28:

Klassi 9 – Programmi tal-kompjuter (irrekordjati); Programmi tal-kompjuter (softwer li jista’ jitniżżel); Programmi tal-kompjuter irrekordjati; Programmi tal-kompjuter li jistgħu jitniżżlu; Softwer; Softwer tal-logħbiet; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-kompjuter tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Softwer tal-logħob tal-vidjo; Programmi tal-kompjuter għall-ipproċessar ta’ data; Programmi tal-kompjuter għall-ipproċessar ta’ data; Softwer tal-grafiċi tal-kompjuter; Softwer tar-realtà virtwali; Softwer tar-realtà virtwali; Ġarrieri ottiċi tad-data li jinkludu softwer irreġistrat; Ġarrieri tad-data manjetiċi rreġistrati minn qabel; Kontenituri tad-data għal logħob tal-vidjo; Kasetts tal-vidjo; Vidjos (reġistrati minn qabel); Vidjos reġistrati minn qabel

Klassi 28 – Consoles tal-logħbiet

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/36


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – S & V Technologies vs EUIPO – Smoothline (Smoothline)

(Kawża T-103/18)

(2018/C 134/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: S & V Technologies GmbH (Hennigsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Smoothline AG (Zürich, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Smoothline” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 958 169 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 115/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

(Kawża T-104/18)

(2018/C 134/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación Tecnalia Research & Innovation (Donostia-San Sebastián, Spanja) (rappreżentanti: P. Palacios Pesquera u M. Rius Coma, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors flimkien mal-motivi li jinsabu fih;

tilqa’ l-motivi invokati f’dan ir-rikors u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma għandhomx jiħallsu lura l-ammonti li jikkorrispondu għall-kompiti eżegwiti minn TECNALIA;

tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni ta’ kontenzjuż dwar proċedura ta’ rkupru finanzjarju fir-rigward tal-proġett FP7-SME-2013-605879-FOODWATCH grant agreement. Id-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-ftehim ta’ sussidju tal-proġett FoodWatch hija dovuta għall-allegat nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lir-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ proġett BreadGuard, li, fil-fehma tar-REA, kien simili ħafna għall-proġett FoodWatch fir-rigward tal-għanijiet, il-metodoloġija ta’ ħidma u r-riżultati mistennija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li jiskaġunaw evidenzjati minn TECNALIA waqt il-proċedura kontenzjuża ta’ investigazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-kontenut tal-Anness II tal-Grant Agreement tal-proġett FoodWatch, inkwantu l-konvenuta ma kkomunikatx l-identità tal-esperti indipendenti li ssottoskrivew ir-rapporti tal-esperti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, fejn b’hekk TECNICALIA ġiet prekluża milli toġġezzjona kontriha.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ tort inkwantu l-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ TECNALIA fit-twettiq tal-fatti allegati.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità, fid-dawl tal-eżekuzzjoni korretta tal-proġetti u l-assenza ta’ ksur jew nuqqas ta’ twettiq tal-impenji ssottoskritti min-naħa ta’ TECNALIA.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-livell ta’ ħtija ta’ kull wieħed mill-parteċipanti fl-aġir allegat.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Deray vs EUIPO – Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)

(Kawża T-105/18)

(2018/C 134/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: André Deray (Bry-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Charles Claire LLP (Weybridge Surrey, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “LILI LA TIGRESSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015 064 462

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1244/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Charles Claire LLP għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura amministrattiva quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/38


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Aytekin vs EUIPO – Dienne Salotti (Dienne)

(Kawża T-107/18)

(2018/C 134/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erkan Aytekin (Ankara, it-Turkija) (rappreżentanti: V. Martín Santos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dienne Salotti SRL b’membru wieħed (Altamura, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dienne – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 080 302

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1444/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-applikanti/intervenjenti u/jew lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti fil-kuntest tar-rikors preżenti, u għall-ispejjeż kollha tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/07) (1)

(2018/C 134/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Frar 2018 – Alcan France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/07) (1)

(2018/C 134/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.