ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 133

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
16 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 133/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2018/C 133/02

Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem

2

2018/C 133/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

19

2018/C 133/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

20

2018/C 133/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

21

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 133/06

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

22

2018/C 133/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

23

2018/C 133/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

24


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 133/09

Sejħa għall-proposti — EACEA/16/2018 — Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-Riforma ta’ Politika — Żgħażagħ Ewropej Flimkien

25


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ April 2018

(2018/C 133/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2317

JPY

Yen Ġappuniż

132,64

DKK

Krona Daniża

7,4467

GBP

Lira Sterlina

0,86400

SEK

Krona Żvediża

10,3798

CHF

Frank Żvizzeru

1,1854

ISK

Krona Iżlandiża

121,60

NOK

Krona Norveġiża

9,5643

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,307

HUF

Forint Ungeriż

311,13

PLN

Zloty Pollakk

4,1763

RON

Leu Rumen

4,6603

TRY

Lira Turka

5,0411

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5801

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5482

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6687

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6703

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6158

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 316,26

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8457

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7363

HRK

Kuna Kroata

7,4165

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 939,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,7714

PHP

Peso Filippin

63,969

RUB

Rouble Russu

76,2186

THB

Baht Tajlandiż

38,367

BRL

Real Brażiljan

4,1979

MXN

Peso Messikan

22,3162

INR

Rupi Indjan

80,3160


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/2


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida dwar l-użu bħala għalf ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem

(2018/C 133/02)

KAPITOLU 1

INTRODUZZJONI

1.1.   Sfond, Objettiv u Kamp ta’ Applikazzjoni

Bħala parti integrali mill-Komunikazzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (1), il-Kummissjoni waqqfet pjan ta’ azzjoni biex titnaqqas il-ħela tal-ikel. Mingħajr ma tikkompeti mas-sorsi tal-banek tal-ikel (2), waħda mill-inizjattivi hija li jiġu vvalorizzati n-nutrijenti tal-ikel (3) li, għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ manifattura jew ċerti difetti, ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem, permezz tal-użu sigur tiegħu fin-nutrizzjoni tal-annimali, mingħajr ma tiġi kompromessa s-saħħa pubblika u dik tal-annimali. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-ikel bħala għalf jevita li dawn il-materjali jiġu kompostati, trasformati f’bijogass jew jintremew permezz ta’ inċinerazzjoni jew rimi f’miżbla. Id-distinzjoni bejn ikel, prodotti sekondarji mill-annimali, għalf u skart għandha implikazzjonijiet evidenti fir-rigward tal-qafas leġiżlattiv li jirregola t-tipi differenti ta’ prodotti kkonċernati.

Fir-raba’ kwart tal-2016 saret konsultazzjoni mal-partijiet interessati fil-marġini tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel (4) sabiex jiġu identifikati l-kwistjonijiet fir-rigward ta’ din l-inizjattiva. L-operaturi ddikjaraw is-segwenti piżijiet sinifikanti jew sproporzjonati li jistgħu jfixkluhom jew saħansitra jwaqqfuhom milli jfornu ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem biex jintuża bħala għalf:

Kwistjonijiet li jaffettwaw il-kapaċità li tiġi żgurata l-konformità ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ser jintuża bħala għalf mal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf, jiġifieri r-rekwiżiti li jittrattaw is-sigurtà tal-għalf: l-applikazzjoni ta’ proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP), tikkettar speċifiku, ħżin segregat u t-trasport tal-ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem;

Ir-reġistrazzjoni doppja ta’ stabbiliment bħala negozju tal-ikel u dak tal-għalf li twassal għal awditjar addizzjonali tal-istabbilimenti tagħhom minn diversi awtoritajiet differenti ta’ kontroll (ikel, prodotti sekondarji mill-annimali, għalf, skart);

Obbligu, f’diversi Stati Membri, li jipparteċipaw fi skemi ta’ ċertifikazzjoni privati għal Prassi Tajba ta’ Manifattura sabiex ifornu l-għalf lill-industrija tal-għalf, minkejja li dawn l-iskemi huma de jure volontarji;

Nuqqas ta’ armonizzazzjoni tar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ operaturi ta’ negozji tal-ikel fl-Istati Membri; uħud jeħtieġu r-reġistrazzjoni bħala operatur ta’ negozju tal-għalf biss jekk l-ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li ma jkunx joriġina mill-annimali jitwassal direttament lill-bdiewa bħala għalf filwaqt li oħrajn jeħtieġu r-reġistrazzjoni ta’ kull operatur ta’ negozju tal-ikel li jforni ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem biex jintuża bħala għalf bħala operatur ta’ negozju tal-għalf.

Dawn il-linji gwida huma maħsuba biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fi ħdan il-qafas legali eżistenti. Għalhekk ma joħolqux dispożizzjonijiet legali ġodda, u lanqas ma jfittxu li jkopru d-dispożizzjonijiet kollha f’dan il-qasam b’mod eżawrjenti. Għandu jiġi nnotat ukoll li huma mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-objettiv ta’ dawn il-linji gwida huwa li jiġi ffaċilitat l-użu bħala għalf ta’ ċertu ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem, bi u mingħajr prodotti li joriġinaw mill-annimali. Il-linji gwida għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u dawk lokali u lill-operaturi fil-katina alimentari fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz ta’:

spjegazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont il-klassifikazzjoni ta’ prodott partikolari;

titjib fiċ-ċarezza legali; kif ukoll

preżentazzjoni ta’ eżempji tal-aħjar prattiki li huma konformi mal-qafas regolatorju attwali tal-Unjoni filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn.

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida jkopri:

prodotti mill-proċess tal-manifattura tal-ikel (fornuti minn produtturi tal-ikel); kif ukoll,

ikel li jkun tqiegħed fis-suq, ippakkjat jew bl-ingrossa (fornut minn bejjiegħa tal-ikel bl-ingrossa u bl-imnut).

Dawn il-linji gwida ma jindirizzawx l-użu fl-għalf ta’:

addittiv tal-ikel, enzimi tal-ikel u aromatizzanti tal-ikel kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

supplimenti tal-ikel kif imsemmi fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); kif ukoll

skart mill-catering (7).

1.2.   Definizzjonijiet legali

Ir-regoli ġenerali għall-introduzzjoni ta’ ikel fil-katina tal-għalf huma stabbiliti fir-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 (8), (KE) Nru 183/2005 (9), (KE) Nru 767/2009 (10) u r-regoli għal prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament dwar prodotti sekondarji mill-annimali”).

Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, ‘ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem’ tfisser ikel li jkun ġie manifatturat għall-konsum mill-bniedem f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar l-ikel iżda li ma għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem.

Ikel huwa definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala ‘kull sustanza jew prodott, sew jekk ipproċessat, parzjalment ipproċessat jew mhux ipproċessat, maħsub li jkun, jew raġonevolment mistenni li jittiekel mill-bniedem’.

Negozju tal-ikel huwa definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, bħala ‘kull intrapriża, sew għall-profitt sew jekk le u sew pubblika kemm privata, li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ xi stadju ta’ produzzjoni, ipproċessar jew tqassim tal-ikel’.

Operatur ta’ negozju tal-ikel huwa definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, bħala ‘persuni naturali jew legali responsabbli li jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa fin-negozju tal-ikel taħt il-kontroll tagħhom’.

Għalf huwa definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, bħala ‘kull sustanza jew prodott, inklużi addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw għat-tmiegħ mill-ħalq lill-annimali’.

Negozju tal-għalf huwa definit fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala ‘kull intrapriża sew bi profitt sew jekk le u kemm pubblika jew privata, li twettaq xi operazzjoni ta’ produzzjoni, manifattura, ipproċessar, ħażna, trasport jew tqassim tal-għalf inkluż kull produttur li jipproduċi, jipproċessa jew jaħżen għalf għat-tmiegħ lill-annimali fir-razzett tiegħu’.

Operatur ta’ negozju tal-ikel huwa definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, bħala ‘persuni naturali jew legali responsabbli li jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa fin-negozju tal-ikel taħt il-kontroll tagħhom’.

Stabbiliment huwa definit fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 bħala ‘kull unità ta’ negozju tal-għalf’ u mill-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parrlament Ewropew u l-Kunsill (12) bħala ‘kwalunkwe unità tan-negozju tal-ikel’.

Stabbiliment (jew impjant) huwa definit fl-Artikolu 3(13) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala ‘kwalunkwe post fejn titwettaq operazzjoni li tinvolvi l-immaniġġar tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati għajr il-bastimenti tas-sajd’.

Bejgħ bl-imnut huwa definit fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala ‘l-immaniġġjar u/jew l-ipproċessar ta’ ikel u l-ħażna tiegħu fil-punt tal-bejgħ jew twassil lill-konsumatur finali, u tinkludi stazzjonijiet ta’ distribuzzjoni, operazzjonijiet ta’ catering, canteens ta’ fabbriki, catering istituzzjonali, u operazzjonijiet simili ta’ servizzi tal-ikel, ħwienet, ċentri ta’ tqassim ta’ supermarkits u ħwienet li jbiegħu bl-ingrossa’.

Tqegħid fis-suq huwa definit:

(a)

fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bħala ‘iż-żamma ta’ ikel jew għalf għall-għanijiet ta’ bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew xi forma oħra ta’ trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, u l-bejgħ, tqassim u xi forma oħra tat-trasferiment innifsu’; u

(b)

fl-Artikolu 3(14) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala ‘kull operazzjoni li l-għan tagħha huwa li jinbiegħu prodotti mill-annimali jew prodotti derivati lil parti terza fil-Komunità jew kull forma oħra ta’ forniment bi ħlas jew mingħajru lil tali parti terza jew ħażna bil-ħsieb li tiġi fornuta din il-parti terza’.

Prodotti sekondarji mill-annimali huma definiti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala ‘iġsma jew partijiet ta’ annimali, jew prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi ooċiti, embrijuni u semen’.

Prodotti derivati huma definiti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala ‘prodotti miksuba minn trattament, trasformazzjoni jew grad ta’ ipproċessar wieħed jew aktar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali’.

‘Oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel’ huwa definit fil-punt 3 tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (13) bħala ‘ikel, minbarra rifluss tal-ikkejterjar (skart mill-catering), li kien manifatturat għall-konsum mill-bniedem b’konformità sħiħa mal-liġi Ewropea dwar l-ikel iżda li m’għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet prattiċi jew loġistiċi jew minħabba problemi ta’ difetti fil-manifattura jew l-ippakkeġġjar jew difetti oħra u li ma jippreżenta l-ebda riskji għas-saħħa meta użat bħala għalf’.

‘Materjali tal-għalf’ huma definiti fl-Artikolu 3(2 g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 bħala ‘prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew l-annimali, li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tal-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tiegħu, u sustanzi organiċi u inorganiċi, kemm jekk fihom addittivi tal-għalf u kemm jekk le, li huma maħsuba għall-użu bħala għalf mitmugħ lill-annimali mill-ħalq jew direttament bħala tali jew wara l-ipproċessar, jew fil-preparazzjoni tal-għalf kompost, jew bħala ġarriera ta’ taħlitiet imħejjija minn qabel’.

Skart huwa stabbilit fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (Direttiva Qafas dwar l-Iskart) bħala ‘kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi’. Kjarifiki fir-rigward tat-terminu ewlieni ‘rimi’:

Rimi jinkludi kemm l-irkupru kif ukoll ir-rimi ta’ skart. Madankollu, dan ma jfissirx li kwalunkwe sustanza li tiġi sottoposta għal operazzjoni ta’ rkupru/rimi fiha nnifisha hija skart;

Ir-rimi jista’ jinvolvi kwalunkwe sustanza b’valur kummerċjali pożittiv, newtrali jew negattiv;

Ir-rimi jista’ jkun legalment meħtieġ, jiġi deċiż b’mod intenzjonat mid-detentur jew mhux intenzjonat;

Il-post tal-ħżin ta’ materjal ma jippredeterminax il-klassifikazzjoni tiegħu bħala skart.

‘Irkupru’ huwa definit fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart bħala kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta’ materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b’mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’.

1.3.   Klassifikazzjoni ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem

Oġġetti tal-ikel li ma jkunux għadhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem

(a)

prodotti li ma jkunux magħmula minn, li ma jkunx fihom jew li ma jkunux kontaminati bi prodotti li joriġinaw mill-annimali; dawk il-prodotti li ma joriġinawx mill-annimali jistgħu:

(i)

isiru direttament għalf fis-sens u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jekk ikunu prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tal-ikel; jew

(ii)

isiru skart fis-sens u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (qabel ma jsiru għalf), jekk ikunu prodotti finali;

(b)

prodotti li jkunu magħmula minn, li jkun fihom jew li jkunu kontaminati bi prodotti li joriġinaw mill-annimali; dawk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jsiru prodotti sekondarji mill-annimali fis-sens u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali (qabel ma jsiru għalf).

L-irtirar ta’ prodott mill-katina alimentari u l-iżgurar li ma jibqax destinat għall-konsum mill-bniedem jista’ jew ikun meħtieġ bil-liġi (eż. ikel li jmur malajr li ma għandux jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni wara d-data “uża sa” tiegħu, minħabba li ma jkunx tajjeb għall-konsum mill-bniedem), jew tkun id-deċiżjoni tal-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli. Deċiżjoni li tittieħed dwar it-tneħħija ta’ prodott mill-katina alimentari maħsub għall-konsum mill-bniedem hija irriversibbli.

Jekk l-ikel ikun magħmul minn prodotti li joriġinaw mill-annimali, ikun fih minnhom jew ikun kontaminat bihom, ikun direttament soġġett għar-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali. Għalhekk, ikel li joriġina mill-annimali li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem l-ewwel isir prodott sekondarju mill-annimali u, soġġett għar-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u fir-Regolament dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (15)) “jista” jsir għalf; dan huwa indirizzat fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-Avviż.

Jekk it-tikkettar ta’ lott partikolari ta’ prodott jiddikjara li mhuwiex maħsub għall-użu bħala għalf, operatur ma jistax sussegwentement ibiddel din id-dikjarazzjoni fi stadju aktar tard tal-katina. Dawn il-prodotti ma jistgħux jidħlu fil-katina tal-għalf aktar ’il quddiem (Anness II tar-Regolament (KE) Nru 183/2005).

Figura

Grafika tal-istadji minn ikel għal għalf

Image

KAPITOLU 2

REGOLI ĠENERALI

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ għalf jew it-tmigħ ta’ annimali għall-konsum b’għalf li mhuwiex sigur. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jestendi dak il-prinċipju għall-annimali kollha.

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom ir-responsabbiltà primarja sabiex f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tat-tqassim fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom jiżguraw li l-għalf jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel li huma rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u li jivverifikaw li dawk ir-rekwiżiti jitħarsu.

Id-determinazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkostanzi li jistgħu jirrendu operatur soġġett għal penali kriminali u/jew responsabbiltà ċivili hija kwistjoni kumplessa li tiddependi fuq l-istruttura tad-diversi sistemi legali nazzjonali. Informazzjoni ulterjuri li titratta t-tifsira u l-impatt tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet fil-katina agroalimentari tinsab fil-gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi Ġenerali tal-Ikel (16).

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi ta’ negozji tal-ikel u tal-għalf għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw kull persuna li tkun ipprovditilhom ikel, għalf, annimal għall-konsum, jew xi sustanza oħra maħsuba li tkun, jew mistennija li tkun, inkorporata f’ikel jew f’għalf. Dan il-prinċipju ta’ traċċabilità jiżgura l-integrità tal-katina alimentari sħiħa.

KAPITOLU 3

IKEL LI MA JKUNX FIH PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI LI MA JKUNX GĦADU MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

3.1.   Ikel magħmul minn prodotti li joriġinaw mill-annimali, ikun fih minnhom jew ikun kontaminat bihom u l-leġiżlazzjoni dwar l-Iskart

Jekk il-prodotti mill-manifattura tal-ikel u l-ikel ma jkunux magħmula minn prodotti li joriġinaw mill-annimali, ma jkunx fihom minnhom u lanqas ma jkunu kontaminati bihom, u jekk ma jkunux aktar maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jiġifieri ikel skartat, jistgħu jsiru skart jew jintużaw bħala għalf. Għandha ssir distinzjoni bejn erba’ każijiet, kif stabbilit fil-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a)

Prodotti li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tal-ikel, minbarra prodotti finali:

 

Diversi setturi tal-industrija tal-ikel jiġġeneraw prodotti sekondarji fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom li jistgħu jintużaw bħala għalf, eż.

 

It-tfarrik taż-żerriegħa tal-ġirasol jiġġenera espellent taż-żerriegħa tal-ġirasol,

 

It-tħin tad-dqiq jiġġenera r-raħs tal-qamħ,

 

Il-produzzjoni taz-zokkor tiġġenera melassa tal-pitravi taz-zokkor,

 

Il-produzzjoni tal-lamtu tiġġenera pasta idrolisata tal-lamtu,

 

Il-produzzjoni ta’ prodotti mill-industrija tal-fran u tal-għaġin li ma jkunx fihom prodotti mill-annimali tiġġenera prodotti sekondarji mill-industrija tal-ħami fi fran u tal-għaġin.

Dawk il-prodotti sekondarji mill-industrija tal-ikel ma jkollhomx data “uża sa” jew “uża qabel” kif imsemmi fit-Taqsima 5.1 iżda japplika l-approċċ li jittratta “materjal li jkun waqa’ mal-art fi stabbilimenti tal-ikel” kif imsemmi fit-Taqsima 5.2. Il-prodotti sekondarji ma jitqisux bħala skart jekk jissodisfaw il-kriterji kumulattivi stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (17). L-oneru tal-prova tas-sodisfar tal-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ prodott speċifiku bħala mhux skart quddiem l-awtorità kompetenti, huwa fuq l-operatur tan-negozju tal-ikel rispettiv.

Xi awtoritajiet nazzjonali tal-iskart jeħtieġu ċertifikat speċifiku mingħand l-industrija tal-ikel li jinkludi ġustifikazzjoni dettaljata li prodott speċifiku li jfornu għall-użu bħala għalf jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart għal klassifikazzjoni ta’ prodott bħala li mhuwiex skart. Dan iċ-ċertifikat jista’ jitqies superfluwu minħabba li stabbiliment kummerċjali tal-ikel, eż. birrerija, li minnha l-ħmira tintbagħat bħala materjal tal-għalf għandha tiġi reġistrata bħala stabbiliment tan-negozju tal-għalf u għalhekk hija taħt il-kontroll sħiħ tal-awtoritajiet tal-għalf.

(b)

Prodotti finali tal-ikel fuq livell ta’ manifattura tal-ikel u fuq livell ta’ bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut:

Operatur tan-negozju tal-ikel jista’ jiddeċiedi li prodotti tal-ikel finali fil-livell tal-manifattura tal-ikel (eż. zokkor, żejt tal-ġirasol, gallettini maqsuma jew deformati) u ikel li jkun tqiegħed fis-suq u jkun laħaq il-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut (eż. ħobż fi fran jew f’supermarkits) ma għandhomx jibqgħu intiżi għall-konsum mill-bniedem iżda pjuttost għandhom ikunu destinati għall-użu bħala għalf. Dawn il-prodotti ma jissodisfawx il-kriterji ta’ prodotti sekondarji fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, anke jekk ikunu maħsuba biex jintużaw bħala għalf. Konsegwentement, ħafna awtoritajiet tal-Istati Membri japplikaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart għal dan l-ikel b’mod strett u jqisu d-deċiżjoni tal-operatur ta’ negozju tal-ikel li jneħħihom mill-katina alimentari bħala rimi tal-ikel. Eżempju tajjeb ta’ din il-prattika huwa li trakkijiet li jġorru ikel li ma jkunx joriġina mill-annimali u li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem iżda li jkun maħsub biex jidħol fil-katina tal-għalf, (eż. gallettini ppakkjati li jaqsmu l-fruntieri bejn l-Istati Membri) jistgħu jiġu mmultati minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart minħabba li l-Istat Membru riċeventi jqis il-kunsinna bħala skart.

Ir-rekwiżit għal konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart qabel ikel li jkun ġej mill-annimali jista’ jsir għalf huwa piż sinifikanti għall-operaturi li jkunu qed jikkunsidraw li jgħadduhom fil-katina tal-għalf. Dak ir-rekwiżit jista’ joħloq ostakli għall-moviment liberu ta’ tali prodotti fis-suq intern minħabba li xi Stati Membri jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ regoli tat-trasport abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, filwaqt li oħrajn japplikaw il-liġi dwar l-ikel. Attwalment id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart qed tiġi riveduta u l-proposta tal-Kummissjoni (18) tipprevedi l-esklużjoni ta’ materjali li ma joriġinawx mill-annimali destinati bħala għalf mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

L-approċċi dwar id-data “użu sa” jew “uża qabel” kif imsemmi fit-Taqsima 5.1 u li jittrattaw “materjali li jkunu waqgħu mal-art fi stabbilimenti tal-ikel” kif imsemmi fit-Taqsima 5.2 japplikaw għal prodotti finali kif imsemmi f’din it-Taqsima.

Sommarju tat-taqsima

1.

Prodotti sekondarji li ma joriġinawx mill-annimali mill-industrija tal-ikel, kif imsemmi fil-punt (a) ta’ din it-Taqsima, ma għandhomx awtomatikament jitqiesu bħala skart u jistgħu jaqgħu direttament taħt il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf.

2.

Huwa f’idejn l-operaturi tan-negozji tal-ikel li juri li prodott sekondarju li ma joriġinax mill-annimali kif imsemmi fil-punt (a) ta’ din it-Taqsima, li jqiegħdu fis-suq bħala għalf mhuwiex skart. Madankollu, ir-rekwiżit ġenerali ta’ ċertifikat ta’ prodott bħala li mhuwiex skart għandu jkun dispensabbli meta wieħed iqis li l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jqiegħdu dawn il-prodotti sekondarji fis-suq bħala għalf huma reġistrati wkoll bħala operaturi ta’ negozji tal-għalf.

3.

Soġġett għal esklużjoni futura ta’ materjali li ma joriġinawx mill-annimali destinati bħala għalf mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, l-użu dirett ta’ prodotti finali tal-ikel bħala għalf kif imsemmi fil-punt (b) ta’ din it-Taqsima mingħajr ma jkunu l-ewwel soġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart sejjer ikun permess.

4.

Sakemm tiġi adottata u implimentata d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, prodotti tal-ikel finali li ma jkunux għadhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fil-punt (b) ta’ din it-Taqsima jistgħu jkunu soġġetti għal leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-iskart qabel ikunu jistgħu jintużaw bħala għalf.

3.2.   Rekwiżiti għall-operaturi ta’ negozji tal-ikel li jipprovdu ikel li ma joriġinax mill-annimali lill-katina tal-għalf

Stabbilimenti fil-katina alimentari (19) li huma involuti fil-produzzjoni, fid-distribuzzjoni, fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ ikel li ma joriġinax mill-annimali għandhom jiġu reġistrati jew approvati skont ir-Regolament dwar l-Iġjene tal-Oġġetti tal-Ikel (KE) Nru 852/2004 (20). Lista kompluta ta’ stabbilimenti tal-ikel tal-Unjoni approvati fl-Istati Membri differenti tista’ tinstab hawn:

http://ec.europa.eu/food/safety/biosafety/food_hygiene/eu_food_establishments_en

Il-listi ta’ stabbilimenti tal-ikel li ma jeħtiġux approvazzjoni iżda sempliċiment reġistrazzjoni huma ġestiti kompletament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

3.2.1.   Rekwiżiti għall-operaturi li jipprovdu prodotti bħala għalf jew bħala skart għall-irkupru

Bħala prinċipju operatur jista’ jipprovdi ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem bħala

għalf (il-prodotti sekondarji msemmija fil-punt 3.1(a) u, wara l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, anke l-prodotti msemmija fil-punt 3.1(b));

skart għall-irkupru (il-prodotti finali msemmija fil-punt 3.1(b).

(a)

Prodotti pprovduti bħala għalf

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ operaturi ta’ negozji tal-għalf li huma soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 9 tiegħu. Operatur ta’ negozju tal-għalf għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf, bħalma huma r-regoli dwar l-iġjene tal-għalf, il-limiti ta’ residwi ta’ kontaminanti jew it-tikkettar, huma mħarsa. Operaturi ta’ negozji tal-għalf li mhumiex koperti mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 (produtturi primarji) għandhom japplikaw l-Anness II ta’ dak ir-Regolament inkluż it-twaqqif ta’ pjan tal-HACCP. Normalment (21), operatur li jqiegħed għalf fis-suq għandu jkun reġistrat bħala operatur ta’ negozju tal-għalf.

Operaturi tal-ikel li jqiegħdu prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tal-ikel kif imsemmi fil-parti 3.1(a) fis-suq tal-Unjoni jikkwalifikaw bħala operatur ta’ negozju tal-għalf u għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf, inkluż ir-reġistrazzjoni tagħhom bħala operatur ta’ negozju tal-għalf.

(b)

Prodotti pprovduti bħala skart għall-irkupru

Prodotti tal-ikel finali li ma joriġinawx mill-annimali li ma jkunux għadhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif imsemmi fil-parti 3.1(b) jista’ jkollhom, sakemm tiġi adottata u implimentata d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, l-istatus ta’ “skart għall-irkupru”. Għalhekk, l-operatur tal-ikel ikollu jsegwi r-reġim nazzjonali għall-provvista ta’ dawn il-prodotti fil-katina tal-għalf. Ladarba ikel li ma jkunx joriġina mill-annimali li jkun maħsub biex jintuża bħala għalf jiġi eżentat mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-Iskart, l-ikel jista’ jidħol direttament fil-katina tal-għalf. Eżempju tipiku huwa ħobż niexef u ppakkjat (22) mis-supermarkits: Jekk is-supermarkit iqiegħed dan il-ħobż bħala għalf (jiġifieri oġġett li qabel kien oġġett tal-ikel skont id-definizzjoni msemmija fit-Taqsima 1.2) mhux konformi (ara l-parti 6.2) bid-denominazzjoni “Prodotti mill-industrija tal-ħami fi fran u tal-għaġin” (entrata 13.1.1 fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf) fis-suq, is-supermarkit jikkwalifika bħala operatur ta’ negozju tal-għalf u għandu jiżgura konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf, inkluż ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala operatur ta’ negozju tal-għalf.

3.2.2.   Miżuri biex jiżdied l-użu ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem bħala għalf

Ir-rekwiżit għal operatur ta’ negozju tal-ikel diġà rreġistrat, li biħsiebu jipprovdi ikel lill-katina tal-għalf, biex jirreġistra wkoll bħala operatur ta’ negozju tal-għalf, u b’hekk ikun responsabbli għar-rekwiżiti kollha tas-sikurezza tal-għalf, jista’ jwaqqaf pereżempju lil bejjiegħa żgħar tal-ikel bl-imnut milli jagħmlu dan. Fid-dawl tal-objettiv biex jiżdied l-użu ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem bħala għalf, hemm żewġ possibiltajiet biex jitnaqqas il-piż għal dawn l-operaturi ta’ negozji tal-ikel:

(a)

Appoġġ għall-operaturi ta’ negozji tal-ikel biex jikkonformaw mal-liġi dwar l-għalf:

Kif stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, jistgħu jiġu żviluppati linji gwida għal bejjiegħa tal-ikel bl-imnut li jibagħtu l-ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem bħala għalf; dawk il-linji gwida jgħinuhom ilaħħqu mal-liġi dwar l-għalf (miżuri ta’ sigurtà, tikkettar, limiti għal kontaminanti). Barra minn hekk, l-assistenza lill-bejjiegħa tal-ikel bl-imnut biex jiżviluppaw sistema simplifikata u mfassla apposta tal-HACCP bħala operaturi ta’ negozji tal-għalf tista’ tingħata minn assoċjazzjonijiet ta’ partijiet interessati.

(b)

L-operatur ta’ negozju tal-ikel iqiegħed il-prodotti rilevanti bħala “ikel” fis-suq:

Il-bejjiegħ tal-ikel bl-imnut, li jkun reġistrat jew approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004, iqiegħed l-ikel bħala tali, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-ikel, fis-suq lil operatur ta’ negozju tal-għalf li jiġbor l-ikel biex jiġi trasformat f’għalf jew jittrasformah direttament f’għalf (23). Il-katina tal-għalf tibda bl-operatur li jirċievi l-ikel. Dan l-operatur tan-negozju tal-għalf huwa responsabbli għall-konformità mal-liġi dwar l-għalf. Fl-eżempju ta’ hawn fuq, is-supermarkit jipprovdi l-ħobż xott lil manifattur tal-għalf. L-operatur tan-negozju tal-ikel ma jkollux għalfejn ikun reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 minħabba li l-prodott li jforni essenzjalment xorta għadu ikel (jiġifieri japplikaw ir-regoli dwar l-ikel) u għadu mhux għalf. Barra minn hekk, ma jistax jingħata direttament lill-bdiewa biex jitimgħuh lill-annimali minħabba li mhuwiex eliġibbli bħala għalf orali mingħajr ipproċessar ulterjuri.

Sommarju tat-taqsima

5.

Sakemm tiġi adottata u implimentata d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, ikel li ma joriġinax mill-annimal li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem jista’ jidħol fil-katina tal-għalf bħala “skart għall-irkupru” skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali li tirregola dan l- iskart.

6.

Linji gwida għall-operaturi ta’ negozji tal-ikel li jfornu ikel li ma joriġinax mill-annimal li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem bħala għalf jistgħu jtaffu l-piż tagħhom biex ilaħħqu mar-regoli tal-liġi dwar l-għalf.

7.

Bejjiegħa tal-ikel li jfornu l-prodott rilevanti bħala ikel lil operatur ta’ negozju tal-għalf li jittrasformah f’għalf ma għandhomx għalfejn ikunu reġistrati bħala operatur ta’ negozju tal-għalf.

KAPITOLU 4

IKEL LI JKUN FIH PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI LI MA JKUNX GĦADU MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

4.1.   Ikel li jkun magħmul minn prodotti li joriġinaw mill-anninali, li jkun fih minnhom jew li jkun kontaminat bihom

Ikel li jkun magħmul minn prodotti li joriġinaw mill-anninali, li jkun fih minnhom jew li jkun kontaminat bihom, ma jistax jintuża direttament fil-manifattura ta’ għalf. L-ewwel għandu dejjem ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali. Dan ir-Regolament jagħmel distinzjoni ċara bejn ikel li joriġina mill-annimali li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ manifattura jew difetti fl-imballaġġ jew difetti oħra (jiġifieri ikel skartat) mill-iskart tal-catering. Minħabba n-nuqqas ta’ kontenut minimu definit ta’ materjali li joriġinaw mill-annimali, l-ikel kollu li jkun magħmul minn prodotti tal-annimali, li jkun fih xi kwantità minnhom jew li jkun kontaminat bihom, ikun soġġett għal-leġiżlazzjoni dwar prodotti sekondarji mill-annimali.

Operatur ta’ negozju tal-ikel li jiddeċiedi li jforni tali ikel li joriġina mill-annimali għall-użu bħala għalf huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (l-Artikolu 2(2)(b)) u huwa soġġett għall-kontrolli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar prodotti sekondarji mill-annimali.

Prodotti sekondarji mill-annimali kontaminati bi skart (24) li huwa soġġett għall-kontrolli skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, għandhom jiġu ddikjarati bħala materjal tal-Kategorija 2 jew 1 skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u ma jistgħux jidħlu fil-katina tal-għalf fi stadju aktar tard.

Skont l-Artikolu 10(e) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, prodotti sekondarji mill-annimali li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inkluż għadam imnaddaf mix-xaħam, qrieqeċ u ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi mill-ipproċessar tal-ħalib għandhom jiġu kategorizzati bħala materjal tal-Kategorija 3 (użu bħala għalf), kif imsemmi f’dak ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 10(f) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, oġġetti tal-ikel li jkun fihom prodotti li joriġinaw mill-annimali, li ma jkunux għadhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta’ manifattura jew difetti ta’ imballaġġ jew difetti oħra li ma jippreżentawx riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, għandhom jiġu kategorizzati bħala materjal tal-Kategorija 3. Materjali tal-Kategorija 3 imsemmija fl-Artikolu 10(f) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali normalment jitwasslu f’impjant tal-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali flimkien jew imħallta ma’ tgeżwir u imballaġġ, li t-tnejn jikkostitwixxu materjal ta’ skart. It-tgeżwir u l-imballaġġ jiġu segregati minn prodotti sekondarji tal-annimali biss fl-impjant tal-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali tal-Kategorija 3. It-taħlita ta’ skart u ta’ prodotti sekondarji mill-annimali ma teħtieġx klassifikazzjoni a priori bħala materjal tal-Kategorija 2 jew saħansitra tal-Kategorija 1.

Ikel li joriġina mill-annimali li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem destinat għall-użu bħala għalf huwa soġġett għal rekwiżiti speċifiċi ta’ pproċessar u restrizzjonijiet għall-użu kif stabbilit fit-Taqsima 4.3 ta’ dan l-Avviż.

4.2.   Reġistrazzjoni ta’ operaturi ta’ negozji tal-ikel li jfornu ikel li joriġina mill-annimali li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem

L-operaturi kollha li huma attivi fi kwalunkwe stadju tal-ġenerazzjoni, tat-trasport, tal-immaniġġjar, tal-ipproċessar, tal-ħżin, tat-tqegħid fis-suq, tad-distribuzzjoni, tal-użu jew tar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti derivati għandhom ikunu reġistrati skont l-Artikolu 23 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali sakemm ma jkunux diġà ġew approvati skont l-Artikolu 24 tiegħu. Il-lista ta’ operaturi, impjanti jew stabbilimenti reġistrati jew approvati skont ir-Regolamenti dwar prodotti sekondarji tal-annimali hija ppubblikata fil-link li ġejja:

http://ec.europa.eu/food/safety/animal-by-products/approved-establishments_en

Skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, stabbilimenti li jiġġeneraw prodotti sekondarji mill-annimali u li jkunu diġà ġew approvati jew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) ma jeħtiġux reġistrazzjoni. Madankollu, dik id-deroga ma teżentax lill-operaturi mill-obbligu li jiġu approvati skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali jekk iwettqu attivitajiet deskritti fl-Artikolu 24 ta’ dak ir-Regolament.

Prodotti sekondarji pproċessati li jkunu ġejjin mill-annimali għall-użu bħala għalf jistgħu jingħataw biss lil operaturi ta’ negozji tal-għalf li jkunu reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 183/2005.

4.3.   Rekwiżiti ta’ pproċessar u restrizzjonijiet għall-użu ta’ ikel li joriġina mill-annimali li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem

Ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u r-Regolament dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli jistabbilixxu regoli stretti li jillimitaw l-użi possibbli bħala għalf ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem, li jkun magħmul minn materjal tal-annimali, li jkun fih minnu jew li jkun kontaminat bih, skont it-tipi ta’ materjal tal-annimali li jkun hemm fih. Pereżempju, oġġetti tal-ikel li jkun fihom proteini minn annimali ruminanti minbarra ħalib/prodotti tal-ħalib jew grass tal-annimali mmaċinat għandhom ikunu esklużi bħala għalf għal annimali mrobbija fi rziezet, minbarra annimali mrobbija għall-fer. Bħala eżempju ieħor, oġġetti tal-ikel li jkun fihom il-ħut ma jistgħux jintużaw direttament bħala għalf imma jistgħu jkomplu jiġu ttrattati biex isiru ħut mitħun, u l-ħut mitħun ma jistax jingħata lil annimali ruminanti minbarra lil annimali ruminanti mhux miftuma. Għalhekk, il-proċessuri tal-ikel għandhom jisseparaw il-flussi ta’ ikel li jkun fihom materjali tal-annimali f’ikel li ma għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem eliġibbli/mhux eliġibbli għall-katina tal-għalf, jew eliġibbli għal xi speċijiet biss, u għandhom jimplimentaw trattament u tikkettar xieraq biex jiġi żgurat użu finali li huwa sigur għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u b’mod konformi mar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u dak dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli.

Sabiex titħares is-saħħa tal-annimali, ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u dak dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli jinkludu rekwiżiti ta’ pproċessar u restrizzjonijiet għall-użu bħala għalf ta’ ikel li joriġina mill-annimali li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għadd ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jkunu siguri għall-konsum mill-bniedem, iżda ma jkunux siguri għas-saħħa tal-annimali, pereżempju minħabba li jista’ jkun fihom patoġeni li jikkawżaw il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, id-deni klassiku tal-ħnieżer jew id-deni Afrikan tal-ħnieżer. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli tinkludi “projbizzjoni totali fuq it-tmigħ”, li tipprojbixxi t-tmigħ ta’ proteini pproċessati mill-annimali lil annimali mrobbija fi rziezet, bi ftit derogi limitati, sabiex jiġi evitat ir-riċiklaġġ tal-BSE fil-katina tal-għalf. Għalhekk, għadd ta’ prodotti mill-annimali li huma eliġibbli għall-konsum mill-bniedem mhumiex eliġibbli mingħajr ipproċessar ulterjuri sabiex jintużaw bħala għalf, jew għandhom ikunu parzjalment esklużi mill-katina tal-għalf.

Ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun fih proteini li joriġinaw mir-ruminanti, għajr prodotti tal-ħalib, ma jista’ jingħata lil ebda annimal tal-irziezet, ħlief lil annimali mrobbija għall-fer. Għal dik ir-raġuni, l-uniċi użi permessi ta’ ikel mormi li jkun fih proteini ta’ annimali ruminanti minbarra prodotti tal-ħalib bħala għalf huma għalf għal annimali mrobbija għall-fer u bħala ikel għall-annimali domestiċi. Madankollu, ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li jiġi pproċessat fi grass tal-annimali ruminanti mmaċinat, skont il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, b’piż ta’ impuritajiet li ma jinħallux ta’ inqas minn 0,15 %, jista’ jiġi mitmugħ lil annimali li jitrabbew fi rziezet.

Ir-rekwiżiti għall-ipproċessar u għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel mormi li jkun ġej mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (26).

Materjali tal-Kategorija 3 imsemmija fl-Artikolu 10(a) sa (m) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ għalf għall-annimali mrobbija fi rziezet wara li jiġu pproċessati fi proteini pproċessati tal-annimali jew fi grass tal-annimali mmaċinat skont l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Il-laħam nej jista’ jintuża għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi, biex jitqiegħed fis-suq skont l-Artikolu 35 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ għalf għal annimali mrobbija għall-fer, biex jitqiegħdu fis-suq skont l-Artikolu 36 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali.

Ċerti materjali tal-Kategorija 3 elenkati fit-Taqsima 10 tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistgħu jitqiegħdu fis-suq għat-tmigħ lil annimali mrobbija fi rziezet, mingħajr trattament ulterjuri, sakemm il-materjal:

ikun joriġina fl-Unjoni,

ikun għadda minn ipproċessar kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont ir-Regolament (UE) Nru 142/2011,

ma jkunx ġie f’kuntatt ma’ xi materjali oħra tal-Kategorija 3; u

ikunu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni ta’ dak il-materjal.

Skont il-Parti II tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ipproċessar, l-użu u l-ħżin ta’ ħalib, ta’ prodotti b’bażi ta’ ħalib u ta’ prodotti derivati mill-ħalib esklużi ħama taċ-ċentrifugi jew tas-separaturi, li huma materjal tal-Kategorija 3, kif imsemmi fl-Artikolu 10(e) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti li ġejjin mill-ħalib imsemmija fl-Artikolu 10(f) u (h) ta’ dak ir-Regolament. Pereżempju, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti d-distribuzzjoni diretta ta’ prodotti b’bażi ta’ ħalib lil ċerti bdiewa li jrabbu l-bhejjem.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza għat-territorju tagħha stess il-ġbir u l-użu ta’ materjal tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 għat-tmigħ lil annimali taż-żoo, lil annimali taċ-ċirku, lil rettili u lil għasafar tal-priża minbarra annimali taż-żoo jew taċ-ċirku, lil annimali mrobbija għall-fer, lil annimali selvaġġi, lil klieb minn kennels rikonoxxuti jew lil ċorom klieb, lil klieb u qtates f’xelters jew dud u ħniex għal-lixka għas-sajd.

It-Tabella (27) li ġejja tiġbor fil-qosor l-użi awtorizzati tal-għalf u t-trattament meħtieġ ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem u li jkun fih materjali li joriġinaw mill-annimali, skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u dak dwar l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (kif fis-seħħ fl-1.10.2017)

Ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem u li jkun magħmul minn dawn li ġejjin, ikun fih minnhom jew ikun kontaminat bihom (28):

Jista’ jintuża mingħajr trattament ulterjuri għall-ikel għall-annimali domestiċi jew bħala għalf għal annimali li jinżammu għall-produzzjoni tal-fer:

Għandu jkompli jiġi pproċessat skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ABP sabiex jintuża bħala għalf għal annimali mrobbija fi rziezet minbarra annimali li jinżammu għall-produzzjoni tal-fer:

Jista’ jintuża bħala għalf għall-annimali li ġejjin

ħalib, prodotti b’bażi ta’ ħalib u prodotti li ġejjin mill-ħalib,

bajd, prodotti magħmula mill-bajd,

għasel,

grass tal-annimali mmaċinat,

ġelatina/kollaġen minn annimali mhux ruminanti

sakemm il-materjal li joriġina mill-annimali

ikun joriġina fl-Unjoni;

ikun ġie sottopost għall-ipproċessar skont il-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene tal-ikel.

IVA

LE

l-annimali kollha

ħalib, prodotti b’bażi ta’ ħalib u prodotti li ġejjin mill-ħalib,

bajd, prodotti magħmula mill-bajd,

għasel,

grass tal-annimali mmaċinat,

ġelatina/kollaġen minn annimali mhux ruminanti

jekk il-materjal li joriġina mill-annimali MA JKUNX ġie sottopost għall-ipproċessar (eż. bajd għall-ikel, ħalib mhux pasturizzat, għasel, tiramisù li jkun fiha bajd nej, eċċ.) jew jekk joriġina minn pajjiżi terzi.

LE

IVA

l-annimali kollha

Ħut jew prodotti tas-sajd

LE

IVA

annimali mhux ruminanti inklużi annimali tal-akkwakultura, annimali domestiċi u annimali bil-pil

Laħam minn annimali mhux ruminanti

IVA

IVA

annimali tal-akkwakultura, annimali domestiċi u annimali bil-pil

Prodotti tal-laħam jew prodotti magħmula mid-demm ta’ annimali mhux ruminanti

IVA taħt ċerti kundizzjonijiet

IVA

annimali tal-akkwakultura, annimali domestiċi u annimali bil-pil

Ġelatina, kollaġen jew laħam ta’ ruminanti

IVA

Mhux applikabbli

annimali domestiċi u annimali bil-pil

Prodotti tal-laħam minn annimali ruminanti

LE

Mhux applikabbli

annimali domestiċi u annimali bil-pil

4.4.   Trasport

Skont id-dispożizzjonijiet konġunti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, it-trasport tal-ikel għandu jkun separat mit-trasport ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u jsir f’kontenituri/trakkijiet dedikati differenti. Il-prodott sekondarju mill-annimali għandu jiġi ttrasportat f’mezzi ta’ trasport approvati jew reġistrati skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali u jkun akkumpanjat minn dokument kummerċjali.

Sommarju tal-kapitolu

8.

Ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem u ikel li jkun magħmul minn prodotti li joriġinaw mill-anninali, li jkun fih minnhom jew li jkun kontaminat bihom ma jistax jintuża direttament fil-manifattura ta’ għalf iżda dejjem l-ewwel jiġi soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali.

9.

Bħala prinċipju, l-operaturi kollha li huma attivi fi kwalunkwe stadju tal-ġenerazzjoni, tat-trasport, tal-immaniġġjar, tal-ipproċessar, tal-ħżin, tat-tqegħid fis-suq, tad-distribuzzjoni, tal-użu jew tar-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u ta’ prodotti derivati għandhom ikunu reġistrati skont ir-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali.

10.

Ikel li jkun magħmul minn prodotti li joriġinaw mill-anninali, li jkun fih minnhom jew li jkun kontaminat bihom li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem iżda jkun maħsub għall-użu bħala għalf huwa soġġett għal rekwiżiti speċifiċi ta’ proċessar u restrizzjoni dwar l-użu.

KAPITOLU 5

KONSIDERAZZJONIJIET DWAR IKEL WARA L-ISKADENZA TAD-DATA “UŻU SA” U “UŻA QABEL” U MATERJALI LI JKUNU WAQGĦU MAL-ART FI STABBILIMENTI TAL-IKEL

5.1.   Ikel wara l-iskadenza tad-data “użu sa” u “uża qabel”

L-immarkar tad-data fuq l-ikel huwa stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29). Skont l-Artikolu 24(1) tiegħu, ikel li jmur malajr għandu data ‘użu sa’. Hija r-responsabbiltà tal-operaturi tan-negozji tal-ikel li jiddeterminaw id-data ‘użu sa’ jew ‘uża qabel’, jiġifieri t-tul ta’ żmien ta’ konservazzjoni, filwaqt li jqisu konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà, ta’ kwalità u ta’ kummerċjalizzazzjoni. Ċertu ikel huwa eżentat mill-obbligu ta’ tikkettar b”uża qabel’ bħal frott frisk u ikel li ma jmurx bħall-melħ, iz-zokkor, il-ħall. L-unika kategorija ta’ ikel li għaliha l-leġiżlazzjoni tal-UE tippreskrivi l-immarkar tad-data hija l-bajd għall-ikel (30).

Problema biex jiżdied l-użu ta’ ikel wara l-iskadenza tad-data ‘uża qabel’ bħala għalf hija li f’ċerti Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti jikkategorizzaw awtomatikament dan l-ikel bħala:

materjal tal-Kategorija 2 skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, jekk ikun fih prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jeskludi l-użu tiegħu bħala għalf; jew,

skart, jekk ma jkunx fih prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jeskludihom bħala għalf jew talanqas ikollu jiġi ttrattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart qabel ma jista’ jiġi ttrasformat f’għalf.

Id-data ta’ ‘uża qabel’ hija pjuttost standard ta’ kwalità milli ta’ sigurtà. Fuq bażi ta’ konsiderazzjoni ta’ każ b’każ, l-operatur ta’ negozju tal-għalf responsabbli għandu, abbażi tal-prinċipji tal-HACCP, jiċċekkja jekk ikunx hemm riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Jekk le l-ikel rispettiv jista’ jintuża bħala għalf.

Il-kunċett tad-data ‘uża sa’ huwa indirizzat fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011:

“Fil-każ ta’ ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perijodu taż-żmien qasir x’aktarx jista’ jkun ta’ periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta’ kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data ‘uża sa’. Wara d-data sa meta għandu jintuża, l-ikel għandu jitqies li ma jkunx sikur fit-tifsira tal-Artikolu 14(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.”

L-għan ta’ dik id-dispożizzjoni huwa li jiġi ċċarat li ikel partikolari wara l-iskadenza tad-data “użu sa” ma għandux jitqiegħed fis-suq tal-ikel tal-Unjoni minħabba li ma jkunx sigur għall-konsum mill-bniedem. Minħabba li l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jirreferi għall-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà tal-ikel, u mhux għall-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament (rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-għalf), ikel li ma jkunx għadu tajjeb għall-konsum mill-bniedem xorta jista’ jkun destinat għall-produzzjoni ta’ għalf għal annimali mrobbija fi rziezet.

Bħala prerekwiżit, ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun fih prodotti mill-annimali għandu jkun konformi mar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali. L-Artikolu 14(d) ta’ dak ir-Regolament jeskludi speċifikament mill-użu għal skopijiet ta’ għalf materjal tal-Kategorija 3 li jkun inbidel permezz ta’ dekompożizzjoni jew taħsir b’mod li, permezz ta’ dak il-prodott, jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew it-tmigħ ta’ annimali għall-konsum b’għalf li mhuwiex sigur. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jestendi din ir-regola għall-annimali kollha.

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operatur tan-negozju tal-għalf għandu r-responsabbiltà primarja sabiex f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tat-tqassim fin-negozji taħt il-kontroll tiegħu jiżgura li l-għalf jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel li huma rilevanti għall-attivitajiet tiegħu u li jivverifika li dawk ir-rekwiżiti jitħarsu. Jekk l-operaturi ma jkunux jistgħu jiggarantixxu konformità mal-Artikolu 10(f) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali (“… ebda riskju għas-saħħa pubblika jew tal-annimali”) jew jiżguraw il-ġbir u l-ipproċessar ta’ materjal tal-Kategorija 3 f’għalf mingħajr kontaminazzjoni b’materjal tal-Kategorija 2 kif imsemmi fl-Artikolu 9(g) tar-Regolament dwar il-prodotti sekondarji mill-annimali, il-konsenja sħiħa għandha tiġi kategorizzata bħala materjal tal-Kategorija 2 (l-ebda użu bħala għalf).

5.2.   Materjali li jkunu waqgħu mal-art fi stabbilimenti tal-ikel

Xi proċessuri tal-ikel irrapportaw li wara li ikel ikun waqa’ fl-art fi stabbilimenti tal-ikel dan awtomatikament jitqies bħala skart (skartat). Dan jista’ jagħmel sens fir-rigward ta’ konsum mill-bniedem imma mhux għan-nutrizzjoni tal-annimali. Il-kuntatt mal-art bħala tali ma għandux jeskludi l-użu bħala għalf tal-materjal li jkun waqa’ mal-art sakemm il-produttur ikollu fis-seħħ il-miżuri li ġejjin:

protokoll biex l-art tinżamm nadifa,

miżuri biex tiġi evitata kontaminazzjoni mikrobijoloġika, kimika jew fiżika, u

tagħmir adegwat għall-ġbir tal-ikel mill-art.

Dawk il-miżuri għandhom jiġu identifikati, vvalutati u jkunu adegwati u għandhom, bħala parti mis-sistema obbligatorju tal-HACCP tal-operatur kummerċjali, jindirizzaw b’mod partikolari l-użu bħala għalf ta’ dawn il-materjali fi stadju aktar tard tal-katina. Madankollu, ikel li joriġina mill-annimali li jkun ġie ddikjarat mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem minħabba l-preżenza ta’ korpi barranin f’dawk il-prodotti għandu jiġi kategorizzat bħala materjal tal-Kategorija 2 li ma jistax jingħata lil annimali mrobbija fi rziezet, minbarra lil annimali mrobbija għall-fer. Naturalment l-operaturi ta’ negozji tal-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq xorta għadhom jiżguraw li l-għalf ikun tajjeb, ġenwin, xkett, tajjeb għall-iskop tiegħu u ta’ kwalità kummerċjabbli.

Sommarju tal-kapitolu

11.

Ikel wara d-data ‘uża qabel’ jista’ jintuża bħala għalf sakemm jissodisfa r-rekwiżiti tas-sigurtà skont il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u, fil-każ ta’ ikel li jkun fih prodotti li joriġinaw mill-annimali, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament.

12.

Ikel li jaqbeż id-data ‘uża sa’ ma għandux awtomatikament jiġi eskluż mill-użu bħala għalf. Jekk l-operatur tan-negozju tal-għalf ikun jista’ jiggarantixxi li l-ikel li li jaqbeż id-data ‘uża sa’ ma jippreżentax riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali, għandu jitħalla jidħol fil-katina tal-għalf.

13.

Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, materjali li jkunu waqgħu mal-art fi stabbilimenti tal-ikel ma għandhomx jiġu awtomatikament skartati u jistgħu jintużaw bħala għalf, sakemm ma jkunx hemm riskju għas-saħħa pubblika u tal-annimali.

KAPITOLU 6

TQEGĦID TA’ GĦALF FIS-SUQ

Skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2009, ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun maħsub bħala għalf, flimkien mar-rekwiżiti għal materjal tal-Kategorija 3 stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar prodotti sekondarji mill-annimali:

6.1.   Tikkettar u imballaġġ

Id-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 dwar il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ japplikaw għat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel, minħabba l-istatus tagħhom bħala materjal tal-għalf. Għal kunsinni ta’ materjali tal-għalf bl-ingrossa, id-dettalji tat-tikkettar jistgħu jingħataw fuq dokumenti ta’ akkumpanjament. L-informazzjoni li għandha tingħata f’dawk id-dokumenti ta’ akkumpanjament tinkludi d-dettalji rispettivi tat-tikkettar tal-għalf u mhux tad-data li tista’ tkun għadha preżenti fuq it-tikketti tal-ikel.

Filwaqt li l-Artikolu 8(8) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jipprovdi għal eżenzjoni ta’ kunsinni bejn operaturi ta’ negozji tal-ikel mir-rekwiżiti ġenerali ta’ tikkettar, ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 ma jistabbilixxi ebda deroga għal kunsinni minn operatur ta’ negozju tal-għalf lil operatur ta’ negozju ieħor tal-għalf li mhuwiex l-utent aħħari (indokratur tal-annimali).

6.2.   Restrizzjonijiet fuq l-użu

Oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel b’materjal tal-imballaġġ (l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009) u b’kontaminazzjoni kimika eċċessiva (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31)) jew b’kontaminazzjoni mikrobijoloġika (32) huma pprojbiti mill-użu dirett bħala għalf. Dawn il-materjali tal-għalf huma meqjusa għalf mhux konformi. Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, it-tikkettar ta’ dawn il-prodotti għandu jindika b’mod ċar li ma jistgħux jintużaw bħala għalf mingħajr ma jiġu pproċessati jew dekontaminati. Skont l-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament it-tikkettar għandu jindika wkoll l-ipproċessar rispettiv, bħat-tneħħija tal-materjal tal-imballaġġ jew id-dekontaminazzjoni, meħtieġa biex ikunu eliġibbli bħala għalf.

Sommarju tal-kapitolu

14.

Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettar japplikaw għal oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel L-informazzjoni li tista’ tkun għadha preżenti fuq it-tikketti tal-ikel ma tiżgurax konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u hija irrilevanti għal dak l-iskop.

15.

It-tikkettar ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem li ma jikkonformax mal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-għalf (jiġifieri għalf mhux konformi) għandu jindika b’mod ċar li jista’ jintuża biss bħala għalf wara pproċessar adegwat.

(1)  L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari, COM(2015) 614 final, 2.12.2015.

(2)  Għal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Donazzjoni tal-Ikel, ara

http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/library/index_en.htm

(3)  Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ‘ikel’ u ‘oġġetti tal-ikel’ huma interkambjabbli.

(4)  https://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/eu_actions/eu-platform_en

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183 12.7.2002, p. 51).

(7)  Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1), ‘skart mill-catering’ tfisser l-iskart kollu tal-ikel, inklużi żejt tat-tisjir użat li joriġina minn ristoranti, faċilitajiet u kċejjen tal-catering, inklużi kċejjen ċentrali u kċejjen domestiċi.

(8)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal- tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(16)  Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 11, 12, 14, 17, 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-Liġi Ġenerali tal-Ikel (https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/gfl_req_implementation-guidance_mt.pdf, p. 12).

(17)  Kriterji għal prodotti sekondarji għal prodotti li ma għandhomx jitqiesu bħala skart (nota ta’ spjegazzjoni fl-Anness ta’ dan l-Avviż):

Il-produzzjoni bħala parti integrali minn proċess ta’ produzzjoni

Il-possibbiltà ta’ użu dirett mingħajr ipproċessar ulterjuri għajr il-prattika industrijali normali;

L-użu ulterjuri bħala għalf għall-annimali huwa ċert: mhuwiex sempliċi possibbiltà iżda huwa garantit li l-materjal ser jintuża f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-għalf.

L-użu ulterjuri huwa legali, jiġifieri s-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha għall-prodott, dawk ambjentali u għall-ħarsien tas-saħħa għall-użu speċifiku.

(18)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52015PC0595

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi li s-settur tal-għalf huwa parti integrali mill-katina alimentari.

(20)  L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeħtieġ li kull stabbiliment ta’ operatur ta’ negozju tal-ikel jiġi rreġistrat mal-awtorità kompetenti. L-iskop tar-reġistrazzjoni huwa sabiex l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu jafu fejn jinsabu l-istabbilimenti u liema huma l-attivitajiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali kull meta jitqies neċessarju.

(21)  Il-Kummissjoni nediet proġett ta’ gwida li, fost l-oħrajn, jindirizza l-kwistjoni tal-bidu tal-katina tal-għalf. L-għan ta’ dan id-dokument huwa li tiġi żviluppata sistema fil-fruntiera bejn l-ikel u l-għalf li tevita piż amministrattiv superfluwu filwaqt li fl-istess ħin tiġi garantita l-integrità tal-katina tal-għalf (Dokument ta’ Gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf).

(22)  L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jelenka “L-imballaġġ mill-użu ta’ prodotti mill-industrija tal-ikel agrikolu, u partijiet minnu” bħala materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu għal skopijiet ta’ nutriment tal-annimali huwa pprojbit.

(23)  Dan l-ikel huwa differenti minn oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel kif definit fit-Taqsima 1.2 minħabba li l-operatur responsabbli għat-tqegħid fis-suq mhuwiex qiegħed jiggarantixxi li “ma jippreżenta ebda riskju għas-saħħa meta jintuża bħala għalf”.

(24)  Fir-rigward tal-preżenza jew residwi ta’ materjali tal-imballaġġ, tapplika t-Taqsima 6.2.

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(27)  It-tabella għandha tinqara mix-xellug għal-lemin kif ġej: il-prodotti fl-ewwel kolonna jistgħu jintużaw, mingħajr trattament ulterjuri, għall-manifattura ta’ ikel għall-annimali domestiċi u ta’ għalf għall-annimali li jitrabbew għall-fer (Iva/Le fit-tieni kolonna), u għandhom jiġu pproċessati ulterjorment skont il-leġiżlazzjoni dwar l-ABP biex jintużaw fl-għalf għall-annimali tal-irziezet minbarra annimali mrobbija għall-fer (Iva/Le fit-tielet kolonna) jew f’ikel għall-annimali domestiċi (fejn it-tieni kolonna tindika “Le”) u r-raba’ kolonna tindika jekk hemmx restrizzjonijiet għat-tmigħ tagħhom lil annimali tal-irziezet minbarra annimali li jinżammu għall-produzzjoni tal-fer. Fir-rigward tat-tqassim tal-kaxxi: aktar ma l-isfond ikun skur, aktar ikun limitat l-użu.

(28)  Jekk l-ikel mormi jkun fih jew ikun kontaminat b’diversi kategoriji ta’ prodotti mill-annimali indikati fit-tabella, tapplika r-regola aktar stretta.

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(30)  Id-data ‘uża qabel’ tapplika għall-bajd li jitqiegħed fis-suq bħala tal-klassi ‘A/Frisk’ (bajd għall-ikel) u hija stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6) (l-Artikolu 12). Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (il-punt 3 tal-Kapitolu 1 tat-Taqsima X, l-Anness III) jistabbilixxi wkoll li l-bajd għandu jasal għand il-konsumatur mhux aktar tard minn 21 jum minn meta jkun tbied.

(31)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(32)  Prodotti sekondarji tal-annimali kategorizzati bħala materjali tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 ma jistgħux ibiddlu l-Kategorija tagħhom wara proċess ta’ dekontaminazzjoni jew ta’ detossifikazzjoni.


ANNESS

Nota ta’ spjegazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji dwar prodotti sekondarji fl-Artikolu 5 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart għal prodotti mill-industrija tal-ikel li ma jkunx fihom, li ma jkunux magħmula minn jew li ma jkunux kontaminati bi prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba bħala għalf (abbażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2007)59 final:

1.   L-użu ulterjuri tas-sustanza jew tal-oġġett ikun ċert;

L-intenzjoni li dawn is-sustanzi jintużaw għall-produzzjoni ta’ għalf tagħmilhom, soġġett għall-kundizzjoni li jissodisfaw ċerti karatteristiċi li jippermettu l-użu tagħhom bħala għalf, materjal tal-għalf u b’hekk jiġu integrati fis-sistema ta’ traċċabilità tal-katina alimentari.

2.   Is-sustanza jew l-oġġett jista’ jintuża direttament mingħajr ebda pproċessar ulterjuri ħlief għall-prattika industrijali normali;

Prattika industrijali normali tinkludi l-passi kollha li produttur jieħu għal prodott, bħal:

il-filtrazzjoni, il-ħasil jew it-tnixxif ta’ materjali;

iż-żieda ta’ materjali meħtieġa għal użu ulterjuri; jew

it-twettiq ta’ kontroll tal-kwalità.

Madankollu, bħala prinċipju, it-trattamenti ġeneralment meqjusa bħala operazzjoni ta’ rkupru ma jistgħux jitqiesu bħala prattika industrijali normali f’dan is-sens. Xi wħud minn dawn il-kompiti ta’ pproċessar jistgħu jsiru fis-sit ta’ produzzjoni tal-manifattur, xi wħud fis-sit tal-utent li jmiss, u xi wħud minn intermedjarji, sakemm jissodisfaw ukoll il-kriterju li jkunu ġew ‘prodotti bħala parti integrali minn proċess ta’ produzzjoni’. Il-proċessuri ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom japplikaw il-proċessi elenkati fil-Katalgu tal-Materjali tal-Għalf, li huma prattiki industrijali rikonoxxuti u aċċettati b’mod wiesa’.

3.   Is-sustanza jew l-oġġett ikun ġie prodott bħala parti integrali minn proċess ta’ produzzjoni;

Bi speċjalizzazzjoni akbar ta’ proċessi industrijali, l-attivitajiet li jsiru ’l bogħod mis-sit tal-produzzjoni tal-manifattur (bħat-tnixxif, ir-raffinar, il-ħasil) ma jwaqqfux lil materjal milli jitqies bħala prodott sekondarju. L-użu ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-manifattura ta’ għalf kompost ma jeħtieġx proċess ta’ rkupru addizzjonali. Il-proċessuri ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem (operaturi ta’ negozji tal-għalf) jiġbru l-materjal, li jiġi ttrattat bħala materja prima għall-finijiet ta’ għalf, u jiżguraw proċess dedikat ta’ manifattura.

4.   L-użu ulterjuri jkun skont il-liġi, jiġifieri s-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha għall-prodott, dawk ambjentali u għall-ħarsien tas-saħħa għall-użu speċifiku u mhuwiex ser iwassal għal impatti ġenerali negattivi għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem.

L-użu ulterjuri ta’ ikel li ma jkunx għadu maħsub għall-konsum mill-bniedem fl-għalf tal-annimali huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-għalf, b’mod partikolari r-Regolament dwar l-Iġjene tal-Għalf, li jinkludi l-obbligu li jiġi implimentat pjan sħiħ tal-HACCP għall-operaturi ta’ negozji tal-għalf, kif ukoll għar-Regolament dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Għalf u għal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/19


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 133/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : il-500 anniversarju mit-twelid ta’ Tintoretto

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita tirriproduċi fiċ-ċentru dettall tal-pittura ta’ Tintoretto “Iż-Żjara” (il-laqgħa bejn il-Madonna u Eliżabbetta), u d-dati “1518-2018”; fil-madwar: fin-naħa ta’ fuq hemm miktub “SAN MARINO”, u fil-qiegħ “Tintoretto”; fuq ix-xellug l-inizjali tal-awtur Luciana de Simoni “LDS”, kif ukoll l-ittra “R”, li tidentifika z-Zekka ta’ Ruma.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 60 500 munita

Id-data tal-ħruġ : April tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/20


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 133/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali — Il-grupp Laocoön

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-istatwa ta’ Laocoön u t-tfal tiegħu, imsejjaħ ukoll il-Grupp Laocoön, ħidma fondamentali tal-iskultura dinjija, fundamentali għall-Mużewijiet tal-Vatikan. Fiċ-ċentru t’isfel, hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “Città del VATICANO”. Mix-xellug għal-lemin, f’nofs tond, l-iskrizzjoni “ANNO EUROPEO DEL PATRIMONIO CULTURALE”. Fuq nett fuq il-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2018” u l-marka taz-zekka “R”. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, l-isem tal-artist “D. LONGO”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : il-31 ta’ Mejju 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/21


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 133/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, fosthom li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Il-Finlandja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-kultura tas-sawna Finlandiża

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri pajsaġġ Finlandiż b’sawna tipika Finlandiża maġenb għadira tal-ilma, mqiegħda fiċ-ċentru. Is-sena tal-ħruġ “2018” tidher isfel fin-nofs. L-indikazzjoni tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “FI” tinsab fiċ-ċentru xellug u l-marka taz-zekka fiċ-ċentru lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Ottubru 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/22


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 133/06)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Le Puy-en-Velay — Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-14 ta’ Jannar 2019 sat-13 ta’ Jannar 2023

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

It-3 ta’ Lulju 2018 (12.00, ħin lokali)

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kull tagħrif u/jew dokument rilevanti marbut mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat mixte de gestion de l’aérodrome départemental Le Puy-en-Velay — Loudes

M. Pascal REY, Direttur

La Reilhade

43320 Loudes

FRANZA

Tel.

+33 471086187

+33 601446342

Fax +33 471086640

Indirizz elettroniku: direction@aerolepuy.fr


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/23


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 133/07)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Elba Marina di Campo – Pisa u viċi versa;

Elba Marina di Campo – Firenze u viċi versa;

Elba Marina di Campo – Milan Linate u viċi versa.

Id-data l-ġdida tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

L-1 ta’ Ottubru 2018

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Dokument ta’ referenza

ĠU C 60 tas-16 ta’ Frar 2018

Għal aktar informazzjoni:

Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Dipartimento per i Trasporti, la Navigazione, gli Affari Generali ed il Personale

Direzione Generale per gli Aeroporti ed il Trasporto Aereo

Via Giuseppe Caraci 36

00157 Rome

ITALIA

Tel. +39 0641583690

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio 118

00185 Rome

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Sit web

:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it

Posta elettronika

:

dg.ta@pec.mit.gov.it

osp@enac.gov.it


16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/24


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 133/08)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Elba Marina di Campo – Pisa u viċi versa;

Elba Marina di Campo – Firenze u viċi versa;

Elba Marina di Campo – Milan Linate u viċi versa.

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Ottubru 2018 sat-30 ta’ Settembru 2021

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Is-16 ta’ Mejju 2018

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Dokument ta’ referenza

ĠU C 60 tas-16 ta’ Frar 2018

Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC)

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze

Viale Castro Pretorio 118

00185 Rome

ITALIA

Tel. +39 0644596515

Posta elettronika: osp@enac.gov.it

Sit web

:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/25


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — EACEA/16/2018

Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3 — Appoġġ għar-Riforma ta’ Politika

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

(2018/C 133/09)

1.   INTRODUZZJONI — SFOND  (1)

Iż-żgħażagħ huma attivi f’attivitajiet ta’ mobilità tal-UE: dawn jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet pan-Ewropej jew jidħlu fi skambji mhux formali inqas strutturati ma’ żgħażagħ minn pajjiżi Ewropej oħrajn u juru attitudnijiet pożittivi u appoġġ għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea (2). Fil-kapaċità tagħhom, jistgħu jkunu ambaxxaturi b’saħħithom tal-proġett Ewropew u jistgħu jibnu pontijiet fil-kontinent kollu, partikolarment mill-Ewropa tal-Lvant u tal-Punent iżda wkoll tul il-linja tat- Tramuntana-Nofsinhar, biex jispiraw lil oħrajn fil-mod kif jesperjenzaw l-Ewropa u l-identità Ewropea tagħhom.

Illum, l-Erasmus + Youth (l-Erasmus+ Zgħażagħ) jippromwovi l-iskambji taż-żgħażagħ, il-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ u jappoġġja l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. L-analiżi tal-esperjenza turi kooperazzjoni produttiva u attiva bejn l-organizzazzjonijiet u ż-żgħażagħ fil-pajjiżi kollha. Il-programm Erasmus + huwa ta’ suċċess fl-attrazzjoni u fl-involviment taż-żgħażagħ. Hemm interess kbir fil-parteċipazzjoni u fil-preżent wieħed biss minn kull 3 proġetti ta’ mobilità (Skambji taż-Żgħażagħ, Mobilità tal-Ħaddiema Żgħażagħ) u 1 minn kull 5 fi sħubiji (Inizjattivi Transnazzjonali taż-Żgħażagħ) jistgħu jiġu appoġġjati.

Kif iddikjara l-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017 (3); “… L-Ewropa għandha tkun Unjoni ta’ ugwaljanza u Unjoni ta’ ugwali. Ugwaljanza bejn il-Membri tagħha, kbar jew żgħar, Lvant jew Punent, Tramuntana jew Nofsinhar.” Iż-żgħażagħ huma atturi ewlenin biex iwettqu dan. Ħafna drabi jistgħu jkunu inqas impenjati minn persuni akbar fl-età f’forom tradizzjonali ta’ parteċipazzjoni bħal votazzjoni jew appartenenza f’partit politiku, iżda maġġoranza fosthom jiddikjaraw interess fil-politika u għandhom sentimenti aktar b’saħħithom ta’ ċittadinanza lejn l-UE minn gruppi akbar fl-età. L-istħarriġ il-ġdid tal-Ewrobarometru (4) dwar iż-Żgħażagħ Ewropej jikkonferma l-interess taż-żgħażagħ f’forom aktar kontemporanji ta’ parteċipazzjoni ċivika: aktar minn nofs (53 %) ta’ dawk li wieġbu jgħidu li pparteċipaw f’mill-inqas tip wieħed ta’ attività organizzata fl-aħħar 12-il xahar (+ 4 punti perċentwali mill-2014), filwaqt li kważi terz (31 %) taż-żgħażagħ fl-UE jindikaw li pparteċipaw f’attivitajiet volontarji organizzati f’dawn l-aħħar 12-il xahar (+ 6 punti perċentwali mill-2014).

Skont l-istħarriġ, iż-żgħażagħ jitolbu lill-UE tipprijoritizza suġġetti bħall-edukazzjoni u l-ħiliet, il-protezzjoni tal-ambjent, kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u ċittadinanza tal-UE. Dawn is-sejbiet huma konformi sew mar-riżultati tan-Narrattiva Ġdida għall-Ewropa. In-Narrattiva Ġdida għall-Ewropa kienet proġett ta’ 5 snin li kellu l-għan li jiġbor il-fehmiet taż-żgħażagħ dwar x’għandhom ikunu l-prijoritajiet futuri tal-UE fir-rigward taż-żgħażagħ. Il-proġett ġie konkluż fil-31 ta’ Jannar 2018, fejn grupp ta’ żgħażagħ ippreżenta r-riżultati ta’ dan il-proġett lill-Kummissjoni (5).

2.   OBJETTIVI

L-ambitu tal-azzjonijiet “Żgħażagħ Ewropej Flimkien” għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba permezz tal-proġett ‘Narrattiva Ġdida għall-Ewropa’ (6) u inizjattivi oħrajn ta’ politika u ta’ programmi għaż-żgħażagħ li għandhom l-għan li jippromwovu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja pubblika Ewropea kif ukoll skambji transkonfinali u attivitajiet ta’ mobilità.

2.1.   Objettivi Ġenerali

Il-proġetti “Żgħażagħ Ewropej Flimkien” għandhom l-għan li joħolqu netwerks li jippromwovu sħubiji reġjonali, u li għandhom jitmexxew f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ żgħażagħ mill-Ewropa kollha (pajjiżi tal-programm Erasmus+). In-netwerks se jorganizzaw skambji, jippromwovu t-taħriġ (pereżempju għall-mexxejja żgħażagħ), u jippermettu liż-żgħażagħ infushom jistabbilixxu proġetti konġunti.

“Żgħażagħ Ewropej Flimkien” se tappoġġa inizjattivi minn mill-inqas ħames organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ minn ħames pajjiżi eliġibbli differenti tal-programm Erasmus+ biex jikkondividu l-ideat tagħhom dwar l-UE, jinkoraġġixxu parteċipazzjoni ċivika usa’ u jgħinu fit-trawwim ta’ sens ta’ ċittadinanza Ewropea. L-inizjattiva se jkollha l-għan li tgħaqqad flimkien liż-żgħażagħ Ewropej mill-Ewropa; Lvant, Punent, Tramuntana u Nofsinhar.

Il-prijoritajiet tematiċi huma ċittadinanza attiva, bini ta’ netwerks, valuri Ewropej u ċittadinanza Ewropea, parteċipazzjoni demokratika, reżiljenza demokratika u inklużjoni soċjali relatati maż-żgħażagħ.

2.2.   Objettivi Speċifiċi

L-inizjattiva sejra tappoġġja speċifikament:

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni iktar strutturata bejn organizzazzjonijiet differenti taż-żgħażagħ biex jibnu jew isaħħu sħubiji;

organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ involuti f’inizjattivi biex iħeġġu liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-proċess demokratiku u fis-soċjetà billi jorganizzaw taħriġ, juru l-karatteristiċi komuni fost iż-żgħażagħ Ewropej u jħeġġu diskussjoni u dibattitu dwar il-konnessjoni tagħhom mal-UE, il-valuri u l-fondazzjonijiet demokratiċi tagħha. Dan jinkludi l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti li jwasslu għall-elezzjonijiet tal-2019 għall-Parlament Ewropew.

il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żgħażagħ inqas rappreżentati fil-politika, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili billi jinvolvu żgħażagħ vulnerabbli u soċjoekonomikament żvantaġġati.

Il-miri tagħha huma l-NGOs taż-żgħażagħ, korpi pubbliċi u gruppi informali ta’ żgħażagħ li se jipproponu proġetti li jinvolvu mill-inqas ħames msieħba li għandhom il-kapaċità li jimmobilizzaw liż-żgħażagħ fi sħubiji li jkopru pajjiżi u reġjuni differenti fil-Pajjiżi tal-Programm Erasmus+.

3.   KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ

L-applikazzjonijiet li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin sejrin ikunu soġġetti għal evalwazzjoni fil-fond.

L-applikazzjonijiet mill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fil-pajjiżi tal-programm li ġejjin biss huma eliġibbli (7).

3.1.   Applikanti eliġibbli

L-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jkunu:

organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ, assoċjazzjonijiet u NGOs inkluż NGOs taż-Żgħażagħ Ewropej;

intrapriżi soċjali;

korpi pubbliċi fuq livell lokali, reġjonali jew nazzjonali;

assoċjazzjonijiet tar-reġjuni;

Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali;

korpi li jagħmlu profitt attivi fir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva

stabbiliti f’Pajjiż tal-Programm Erasmus+.

Ir-rekwiżit minimu tal-kompożizzjoni tas-sħubija għal din is-sejħa huwa tal-anqas 5 imsieħba minn 5 pajjiżi differenti eliġibbli għall-parteċipazzjoni fil-programm Erasmus+. L-organizzazzjonijiet li japplikaw għandhom juru l-kapaċità tagħhom li jiżguraw bilanċ ġeografiku tajjeb f’termini ta’ msieħba minn partijiet differenti tal-Pajjiżi tal-Programm Erasmus+. Dan ifisser distribuzzjoni sħubija bejn il-pajjiżi eliġibbli fejn l-imsieħba ġejjin minn reġjuni differenti tal-Lvant, Punent, Tramuntana u Nofsinhar.

3.2.   Pajjiżi eliġibbli

L-Istati Membri tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit;

Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jiffurmaw parti miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja;

Pajjiżi kandidati li għalihom tkun ġiet stabbilita strateġija ta’ pre-adeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stipulati fi ftehimiet qafas konklużi ma’ dawk il-pajjiżi bil-għan tal-parteċipazzjoni tagħhom fi Programmi tal-UE: l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija.

3.3.   Attivitajiet eliġibbli

Il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea taħt din is-Sejħa jieħu l-forma ta’ għotja ta’ azzjoni biex tappoġġa parti mill-ispejjeż imġarrba mill-korpi magħżula fit-twettiq ta’ serje ta’ attivitajiet. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu marbuta direttament mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tas-Sejħa u għandhom ikunu dettaljati f’deskrizzjoni tal-proġett li tkopri l-perjodu kollu tal-għotja li tkun saret applikazzjoni għaliha.

Din li ġejja hija lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ attivitajiet eliġibbli:

Attivitajiet ta’ mobilità inklużi skambji ta’ żgħażagħ fuq skala kbira;

Attivitajiet li jiffaċilitaw l-aċċess u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-aġenda tal-politika tal-UE;

Skambji ta’ esperjenza u prattika tajba; netwerking u sħubiji ma’ organizzazzjonijiet oħrajn taż-żgħażagħ; parteċipazzjoni f’laqgħat jew seminars ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn u/jew dawk li jfasslu l-politika wkoll bil-għan li jiżdied l-impatt tal-politika fuq gruppi, setturi u/jew sistemi fil-mira;

Inizjattivi u avvenimenti għall-iżvilupp ta’ NGOs Ewropej/organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili/netwerks fl-UE kollha;

Attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, informazzjoni, disseminazzjoni u promozzjoni (seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, kampanji, laqgħat, dibattiti pubbliċi, konsultazzjonijiet, eċċ.) dwar prijoritajiet ta’ politika tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ.

L-attivitajiet għandhom ikunu ta’ natura transkonfinali u jistgħu jitwettqu f’livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Kriterji addizzjonali ta’ eliġibilità għal attivitajiet ta’ mobilità/skambji taż-żgħażagħ:

durata: minn 5 t’ijiem sa 21 jim, eskluż il-ħin tal-vjaġġ;

post(ijiet) tal-attività: l-attivitajiet iridu jsiru fil-pajjiżi tal-applikant/imsieħba;

parteċipanti eliġibbli: żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena li huma residenti fil-pajjiżi tal-organizzazzjonijiet riċeventi u/jew spedituri;

numru ta’ parteċipanti: minimu ta’ 16-il parteċipant u massimu ta’ 180 parteċipant (mexxej(ja) tal-grupp mhux inklużi). Minimu ta’ 4 parteċipanti għal kull grupp (mexxej(ja) tal-grupp mhux inklużi). Kull grupp nazzjonali għandu jkollu mill-inqas mexxej tal-grupp wieħed. Mexxej tal-grupp huwa adult li jakkumpanja liż-żgħażagħ li jipparteċipaw f’attività ta’ mobilità/skambju taż-żgħażagħ sabiex jiżguraw it-tagħlim, il-protezzjoni u s-sigurtà effettivi tagħhom.

4.   IR-RIŻULTATI TAL-PROĠETTI U D-DURATA

Il-proġetti mogħtija għandhom juru l-kontribut mistenni tagħhom għall-aġenda ġenerali tal-politika dwar iż-żgħażagħ tal-UE billi:

jibnu fuq ir-riżultati tan-Narrattiva Ġdida għall-Ewropa (jew proġetti simili ta’ dibattitu) u torbothom mal-iżvilupp tal-politika fil-livell lokali/reġjonali/nazzjonali/Ewropew;

itejbu l-involviment taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u l-involviment tagħhom ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet (għoti ta’ setgħa, ħiliet ġodda, involviment taż-żgħażagħ fid-disinn tal-proġett, eċċ.);

jgħinu fit-titjib tal-kapaċità tas-settur taż-żgħażagħ biex jaħdem b’mod transnazzjonali u jippromwovi t-tagħlim transnazzjonali u l-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;

itejbu l-aħjar prattiki eżistenti u l-ilħuq lil hinn min-netwerk(s) regolari;

ixerrdu r-riżultati tagħhom b’mod effettiv u attraenti fost iż-żgħażagħ involuti f’organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, sabiex iwittu t-triq għal sħubiji aktar sistematiċi, kif ukoll fost iż-żgħażagħ li mhumiex affiljati ma’ strutturi taż-żgħażagħ jew dawk li ġejjin minn sfond żvantaġġat.

Id-durata tal-proġett għandha tkun ta’ bejn 9 xhur u 24 xahar. Ma jistax jiġi estiż fiż-żmien.

5.   KRITERJI TAL-GĦOTI

L-applikazzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti. Il-kriterji ta’ esklużjoni u għażla jistgħu jinstabu fil-linji gwida tal-applikazzjoni li jinsabu fuq: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en

Il-kriterji tal-għoti għall-finanzjament ta’ applikazzjoni huma:

Ir-rilevanza tal-proġett (25 %)

Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (25 %)

Il-kwalità tas-sħubija u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (25 %);

Inkluż kif iż-żgħażagħ huma involuti fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-proġett u kif jitqiesu l-linji tal-Lvant-Punent u tat-Tramuntana-Nofsinhar.

L-impatt, it-tixrid u s-sostenibbiltà (25 %).

Il-proposti biss li jkunu laħqu:

tal-inqas il-limitu minimu ta’ 60 % tal-punteġġ totali (jiġifieri punteġġ aggregat tal-4 kriterji tal-għoti)

u

tal-inqas il-limitu minimu ta’ 50 % ta’ kull kriterju

sejrin jiġu kkunsidrati għal finanzjament tal-UE.

6.   BAĠIT

Il-baġit totali disponibbli għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa għal proposti huwa ta’ EUR 5 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE hija minimu ta’ EUR 100 000 u ma tistax taqbeż EUR 500 000. Hija limitata għal rata massima ta’ kofinanzament ta’ 80 % tal-ispejjeż totali tal-proġett eliġibbli.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

7.   PROĊEDURA TA’ SOTTOMISSJONI U SKADENZA

Il-pakkett tal-applikazzjoni jrid jiġi sottomess online bl-użu tal-formola elettronika t-tajba, mimlija kif suppost u jkun fih l-annessi u d-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti u applikabbli kollha.

Il-formola elettronika hija disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fl-indirizz li ġej fuq l-internet:

http://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en

u għandha timtela kif suppost f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE.

Il-Formola elettronika mimlija għandha tiġi sottomessa online sal-25 ta’ Mejju 201812.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) u tinkludi d-dokumenti mehmuża rilevanti (8):

Id-dokumenti mehmuża amministrattivi obbligatorji addizzjonali jridu jintbagħtu b’email lill-Aġenzija sal-istess skadenza.

L-applikanti huma mitlubin jaqraw sew l-informazzjoni kollha dwar is-sejħa għal proposti EACEA/16/2018 u l-proċedura ta’ sottomissjoni u li jużaw id-dokumenti li jifformaw parti mill-pakkett ta’ applikazzjoni li jista’ jinstab fuq:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en

8.   L-INFORMAZZJONI KOLLHA DWAR IS-SEJĦA

L-informazzjoni kollha dwar is-Sejħa EACEA/16/2018 inklużi l-linji gwida għall-applikazzjoni hija disponibbli mis-sit web li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding_en

Kuntatt b’email:

EACEA-YOUTH@ec.europa.eu


(1)  Ara C(2018)774 tal-15.2.2018 (WPI 3.18): https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/sites/erasmusplus2/files/c-2018-774-en.pdf

(2)  Ara l-Eurobarometer 455 (Ewrobarometru 455) taż-“Żgħażagħ Ewropej” (Settembru 2017), ippubblikat f’Jannar 2018: http://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/survey/getsurveydetail/instruments/flash/surveyky/2163

(3)  http://europa.eu/rapid/press-release_SPEECH-17-3165_mt.htm

(4)  https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/sites/erasmusplus2/files/c-2018-774-en.pdf

(5)  https://europa.eu/youth/have-your-say/new-narrative-for-europe_mt

(6)  Ara https://europa.eu/youth/have-your-say/new-narrative-for-europe_mt

(7)  http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/sites/erasmusplus2/files/files/resources/erasmus-plus-programme-guide_mt.pdf

(8)  Kwalunkwe dokument amministrattiv ieħor mitlub fil-Linji gwida għall-Applikanti għandu jintbagħat b’email lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura mhux iktar tard mill-25 ta’ Mejju 2018 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) fl-email li ġejja: EACEA-YOUTH@ec.europa.eu