ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 128

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
11 ta' April 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 128/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8839 — GIP/NTV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 128/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 128/03

Avviż tal-Kummissjoni dwar gwidi Komunitarji għall-prattiċi tajba

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 128/04

Sejħa għal proposti skont il-pjan ta’ ħidma tal-2018 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8839 — GIP/NTV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 128/01)

Fl-4 ta’ April 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8839. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ April 2018

(2018/C 128/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2361

JPY

Yen Ġappuniż

132,28

DKK

Krona Daniża

7,4468

GBP

Lira Sterlina

0,87183

SEK

Krona Żvediża

10,2855

CHF

Frank Żvizzeru

1,1792

ISK

Krona Iżlandiża

121,90

NOK

Krona Norveġiża

9,6470

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,335

HUF

Forint Ungeriż

311,82

PLN

Zloty Pollakk

4,1930

RON

Leu Rumen

4,6620

TRY

Lira Turka

5,0622

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5976

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5645

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7030

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6806

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6202

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 319,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9028

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7741

HRK

Kuna Kroata

7,4295

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 997,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,7831

PHP

Peso Filippin

64,236

RUB

Rouble Russu

77,4609

THB

Baht Tajlandiż

38,603

BRL

Real Brażiljan

4,2060

MXN

Peso Messikan

22,5778

INR

Rupi Indjan

80,3375


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/3


Avviż tal-Kummissjoni dwar gwidi Komunitarji għall-prattiċi tajba

(2018/C 128/03)

Skont l-eżitu tal-valutazzjoni li saret fil-laqgħa tal-5-7 ta’ Frar 2018, il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf qabel fuq il-pubblikazzjoni tat-titlu u tar-referenzi tal-Community guide to good practice for the manufacture of safe pet foods (Gwida Komunitarja għall-prattiċi tajba għall-manifattura tal-ikel sikur għall-annimali domestiċi), bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (1):

Titlu : Community guide to good practice for the manufacture of safe pet foods (Gwida Komunitarja għall-prattiċi tajba għall-manifattura tal-ikel sikur għall-annimali domestiċi)

Awtur : FEDIAF — il-Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tal-Ikel għall-Annimali Domestiċi

Referenza : Verżjoni Nru 15. Settembru 2017

http://ec.europa.eu/food/safety/animal-feed/feed-hygiene/guides-good-practice/index_en.htm


(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/4


Sejħa għal proposti skont il-pjan ta’ ħidma tal-2018 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi

(2018/C 128/04)

B’dan qed tingħata notifika tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet relatati skont il-pjan ta’ ħidma tal-2018 għas-Sħubija Pubblika-Privata tal-Industriji bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa: H2020-BBI-JTI-2018

Dan il-pjan ta’ ħidma, inkluż l-iskadenzi u l-baġits għall-attivitajiet, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien mal-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa u l-attivitajiet relatati, kif ukoll il-gwida għall-applikanti dwar kif jistgħu jissottomettu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.