ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 96

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
14 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 96/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8814 — Melrose/GKN) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 96/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 96/03

Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti — Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

3

2018/C 96/04

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ April 2018(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 96/05

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2) — Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 ( ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19 ))

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 96/06

Avviż formali ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

8

2018/C 96/07

Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' azzar miksi b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

21

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 96/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8765 — Lenovo/Fujitsu/FCCL) ( 1 )

31

2018/C 96/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8840 — Apollo/JSW/Monnet) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33

2018/C 96/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8851 — BASF/Bayer Divestment Business) ( 1 )

34

2018/C 96/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

2018/C 96/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8780 — PPF Group/Škoda Transportation/VUKV/JK/Satacoto/Škoda Investment/Bammer Trade) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

36

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 96/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

38


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8814 — Melrose/GKN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/01)

Fis-7 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8814. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Marzu 2018

(2018/C 96/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2378

JPY

Yen Ġappuniż

132,31

DKK

Krona Daniża

7,4486

GBP

Lira Sterlina

0,88650

SEK

Krona Żvediża

10,1568

CHF

Frank Żvizzeru

1,1690

ISK

Krona Iżlandiża

123,10

NOK

Krona Norveġiża

9,5808

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,471

HUF

Forint Ungeriż

311,91

PLN

Zloty Pollakk

4,2119

RON

Leu Rumen

4,6619

TRY

Lira Turka

4,7822

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5683

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5890

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7031

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6842

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6224

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 316,84

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5787

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8265

HRK

Kuna Kroata

7,4412

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 973,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,8192

PHP

Peso Filippin

64,291

RUB

Rouble Russu

70,3046

THB

Baht Tajlandiż

38,632

BRL

Real Brażiljan

4,0142

MXN

Peso Messikan

22,9180

INR

Rupi Indjan

80,2840


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/3


KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

(2018/C 96/03)

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Jannar 2018

Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju, Ġunju 2018

01-2018

EUR

BGN

CZK

DKK

HRK

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

25,4523

7,44545

7,43586

309,269

4,16323

1 BGN =

0,511300

1

13,0137

3,80686

3,80195

158,129

2,12866

1 CZK =

0,0392892

0,0768419

1

0,292526

0,292149

12,1509

0,163570

1 DKK =

0,134310

0,262684

3,41850

1

0,99871

41,5379

0,559164

1 HRK =

0,134483

0,263023

3,42291

1,001290

1

41,5915

0,559886

1 HUF =

0,00323343

0,00632395

0,0822983

0,024074

0,0240434

1

0,0134615

1 PLN =

0,240198

0,469779

6,11359

1,78838

1,78608

74,2857

1

1 RON =

0,215095

0,420682

5,47465

1,60148

1,59941

66,5220

0,895488

1 SEK =

0,101833

0,199165

2,59188

0,758191

0,757214

31,4937

0,423953

1 GBP =

1,13210

2,21417

28,8146

8,42903

8,4182

350,124

4,71321

1 NOK =

0,103665

0,202749

2,63852

0,771837

0,770842

32,0605

0,431583

1 ISK =

0,00797385

0,0155952

0,202952

0,0593689

0,0592924

2,46606

0,033197

1 CHF =

0,853027

1,66835

21,7115

6,35118

6,34299

263,815

3,55135


01-2018

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,64912

9,82002

0,883311

9,64641

125,410

1,17230

1 BGN =

2,37709

5,02097

0,451637

4,93221

64,1221

0,599394

1 CZK =

0,182660

0,385821

0,034705

0,379000

4,92726

0,0460586

1 DKK =

0,624424

1,31893

0,118638

1,29561

16,8438

0,157451

1 HRK =

0,625229

1,32063

0,1187908

1,29728

16,8656

0,157654

1 HUF =

0,0150326

0,0317524

0,00285613

0,0311911

0,405505

0,00379054

1 PLN =

1,116709

2,35875

0,212170

2,31705

30,1232

0,281583

1 RON =

1

2,11223

0,189995

2,07489

26,9750

0,252154

1 SEK =

0,473433

1

0,0899500

0,98232

12,7708

0,119378

1 GBP =

5,26328

11,1173

1

10,9207

141,977

1,32716

1 NOK =

0,481953

1,017997

0,0915689

1

13,0007

0,121527

1 ISK =

0,037071

0,078303

0,00704339

0,0769190

1

0,00934770

1 CHF =

3,96582

8,37675

0,753489

8,22865

106,978

1

Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

referenza: Jannar-18

1 EUR fil-munita nazzjonali

Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

25,4523

0,0392892

DKK

7,44545

0,134310

HRK

7,43586

0,134483

HUF

309,269

0,00323343

PLN

4,16323

0,240198

RON

4,64912

0,215095

SEK

9,82002

0,101833

GBP

0,883311

1,13210

NOK

9,64641

0,103665

ISK

125,410

0,00797385

CHF

1,17230

0,853027

Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/5


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ April 2018

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2018/C 96/04)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata-ĠU C 53, 13.2.2018, p. 3

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.4.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,95

-0,18

0,03

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,40

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.3.2018

31.3.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,95

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.2.2018

28.2.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.1.2018

31.1.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,13

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

1,89

-0,42

-0,18

-0,18

0,73


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/6


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)

Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))

(2018/C 96/05)

I.1)   Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem reġistrat: Agrupación Europea de Cooperación Territorial DUERO – DOURO

Uffiċċju reġistrat:

Punt ta’ kuntatt: María de los Ángeles Armisén Pedrejón

Indirizz elettroniku: presidencia@diputaciondepalencia.es

Indirizz tal-Internet tar-raggruppament:

I.2)   Tul ta’ żmien tar-raggruppament:

Tul ta’ żmien tar-raggruppament: perjodu indefinit

Data tar-reġistrazzjoni: l-24 ta’ Novembru 2016

Data tal-pubblikazzjoni: is-16 ta’ Diċembru 2016

II.   GĦANIJIET

(a)

B’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1302/2013, ir-REKT InterPal-MedioTejo għandu jkollu l-għan li jiffaċilita u jippromovi l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali bejn il-membri tiegħu, jiġifieri bejn il-Kunsill Provinċjali ta’ Palencia u l-Komunità Intermuniċipali ta’ Medio Tejo.

(b)

Il-membri ser jikkooperaw bl-għan uniku li jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

L-għanijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni, u l-funzjonijiet korrispondenti, tar-REKT InterPal-MedioTejo, huma kif ġej:

P.1.

Kooperazzjoni u ġestjoni konġunta għall-promozzjoni tal-kompetittività u t-tħeġġiġ tal-impjieg:

It-tħeġġiġ tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, b’mod partikolari għall-kummerċ elettroniku, it-telexogħol u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi.

Il-promozzjoni tal-kundizzjonijiet tal-iżvilupp tal-ekonomiji lokali, u t-tħeġġiġ tal-potenzjal endoġenu.

Il-promozzjoni tat-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi u l-assoċjazzjonijiet intraprenditorjali kummerċjali bil-għan li jiġu eżaminati l-opportunitajiet konġunti ta’ negozju.

P.2.

Kooperazzjoni u ġestjoni konġunta fil-qasam tal-ambjent, il-wirt kulturali u l-prevenzjoni tal-perikli naturali:

il-promozzjoni ta’ azzjonijiet konġunti għall-ħarsien, il-preżervazzjoni u t-tisħiħ tal-ambjent u r-riżorsi naturali.

il-kontribut għat-tisħiħ tal-identità lokali permezz tal-promozzjoni tar-riżorsi kulturali (l-arkeoloġija, l-arkitettura, il-wirt industrijali, is-snajja’, il-gastronomija, l-etnografija, eċċ.).

l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ prodotti tat-turiżmu li huma bbażati fuq ir-riżorsi ambjentali u tal-wirt, filwaqt li jitħeġġeġ l-użu u t-tgawdija tagħhom b’mod sostenibbli għall-konsolidazzjoni taż-żoni rurali bħala destinazzjonijiet turistiċi ta’ kwalità tajba.

P.3.

Kooperazzjoni u ġestjoni konġunta għall-integrazzjoni soċjoekonomika u istituzzjonali:

il-promozzjoni u t-titjib tal-effettività tan-netwerks permanenti ta’ kooperazzjoni interreġjonali, fil-livell muniċipali, intraprenditorjali, soċjali u istituzzjonali.

it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-għajnuna u l-azzjoni soċjali biex jissaħħu l-livelli li jindirizzaw u jiffukaw fuq il-gruppi vulnerabbli, mill-perspettiva tal-inklużjoni soċjali.

it-trawwim tal-kooperazzjoni, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet konġunti, partikolarment f’oqsma bħas-saħħa, il-kultura, it-turiżmu u l-edukazzjoni.

III.   DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT

Isem bl-Ingliż:

Isem bil-Franċiż:

IV.   MEMBRI

IV.1)   Numru totali ta’ membri fir-raggruppament: 2

IV.2)   Nazzjonalità tal-membri tar-raggruppament: Spanjola u Portugiża

IV.3)   Informazzjoni dwar il-membri

Isem uffiċjali: Diputación Provincial de Palencia

Indirizz postali:

Indirizz tal-Internet: https://www.diputaciondepalencia.es

Tip ta’ membru: Awtorità lokali

Isem uffiċjali: Convento de Sao Francisco

Indirizz postali:

Indirizz tal-internet: http://mediotejo.pt/index.php/cimt-sede

Tip ta’ membru: Awtorità lokali


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/8


Avviż formali ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

(2018/C 96/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Avviż formali ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2), kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2321 (3) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba saret fit-13 ta’ Diċembru 2017 minn EUROFESR (“l-applikant”) li jirrappreżenta aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku.

2.   Prodott li qed jiġi rieżaminat

Għalhekk il-prodotti suġġetti għal dan ir-rieżami huma ċerti prodotti ta’ azzar miksija b’materjal organiku (“AMO”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga u mhux liga (ma jinkludux l-azzar li ma jsaddadx) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk l-hekk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użati għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq barra b’qalba ta’ stabbilizzazzjoni ta’ materjal għall-insulazzjoni marsusa bejniethom, esklużi dawk il-prodotti b’kisi aħħari ta’ trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha bil-piż 70 % żingu jew aktar) u esklużi dawk il-prodotti b’substrat b’kisi mettaliku ta’ kromju jew ta’ landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70, (il-kodiċi TARIC 7210708011, 7210708091, 7212408001, 7212408021, 7212408091, 7225990011, 7225990091, 7226997011 u 7226997091) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami”).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma ta’ dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 (4).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal biex ikun hemm kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping

L-applikant iddikjara li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

L-informazzjoni li tinsab fir-rapport imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li tiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fil-pajjiż ikkonċernat għandha tendenza wkoll li tikkonferma d-distorsjonijiet sinifikanti allegati mill-applikant. B’mod partikolari, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami huwa potenzjalment affettwat mill-fatturi msemmija, inter alia, fil-kapitolu “is-Settur tal-Azzar” tar-rapport.

Minbarra r-rapport, l-applikant irrefera għal dokumenti ta’ politika mill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u r-rapporti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kamra tal-Kummerċ tal-UE fil-pajjiż ikkonċernat, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u korpi oħra. L-applikant invoka wkoll is-sejbiet tal-Kummissjoni fil-proċediment antisussidju oriġinali fir-rigward tal-prodott taħt rieżami (5) u fil-proċediment antisussidju fir-rigward ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-azzar (6).

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku li tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni fuq dik il-bażi.

Għaldaqstant, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kkonċernati.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu li x’aktarx tkun ikkawżata minn żieda ta’ importazzjonijiet suġġetti ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. F’dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni x’aktarx li jiżdiedu minħabba (i) l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (ii) l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ volum, u (iii) l-eżistenza ta’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’pajjiżi terzi oħra. Minbarra dan, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi jkunu f’livell baxx biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

Barra minn dan, l-applikant jallega li kull żieda sostanzjali ta’ importazzjonijiet bi prezzijiet suġġetta għal dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx tikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabilità ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament minn esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni ta’ kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet ta’ dumping lejn l-Unjoni huma probabbli li jkomplu jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament minn jekk esportaw jew ma esportawx (7) il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   Il-produtturi investigaturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawk il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ dan l-Avviż formali.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi, il-Kummissjoni tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.2.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a), il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, fejn ikun hemm bżonn, li hija biħsiebha tuża’ għall-iskop tal-iffissar tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw mid-data tal-inklużjoni ta’ dik in-nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Skont l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli hija l-Afrika t’Isfel. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni teżamina jekk hemmx livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott taħt reviżjoni u jekk id-data tal-kost rilevanti tkunx diġà disponibbli. Jekk tali pajjiżi jkunu aktar minn wieħed, tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi li għandhom livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III ta’ dan l-Avviż formali fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fl-ambitu tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tibgħat ukoll kwestjonarju lill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż formali, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.3.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (8)  (9)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wassal għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’dan l-Avviż formali.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat ikunu mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 aktar ’l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jinħtieġ li jkunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li finalment intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta’ żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom sal-iskadenza ta’ 15-il jum jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż formali, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-iskop ta’ investigazzjonijiet ta’ difiża tal-kummerċ għandha tibqa’ ħielsa minn drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża’ l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż formali, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristrett”  (10). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu fehim raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista’ tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jinħtieġ li jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jinħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika:

Għal kwistjonijiet rigward dumping u l-Anness I

:

TRADE-OCS-DUMPING-1@ec.europa.eu

Għal kwistjonijiet oħra

:

TRADE-OCS-INJURY-1@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

Jekk xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ skadenza stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Jinħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja l-Kummissjoni minnufih.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

Jinħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jinħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Possibilità li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami fil-kuntest tal-iskadenza qed jitnieda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu ma jwasslux biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’dan l-Avviż formali, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   Proċessar ta’ data personali

Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).


(1)  ĠU C 187, 13.6.2017, p. 60.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 214/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ azzar miksi b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17).

(7)  Produttur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(8)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558), żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu soċji rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) terza persuna tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew iktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformita mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1), “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali.

(9)  Id-data mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(10)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/21


Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' azzar miksi b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2018/C 96/07)

Wara l-pubblikazzjoni ta' Notifika tal-iskadenza imminenti (1) tal-miżuri antisussidji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksi b'materjal organiku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami bis-saħħa tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2), kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2321 (3) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba ddaħħlet fit-13 ta' Diċembru 2017 minn EUROFER (“l-applikant”) li jirrappreżenta iktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar miksi b'materjal organiku.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott taħt rieżami huwa ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku (“AMO”), jiġifieri prodotti ċatti rrumblati tal-azzar liga u mhux liga (ma jinkludux l-azzar inossidabbli) li huma miżbugħa, mogħtija l-verniċ jew miksija bi plastiks fuq mill-anqas naħa waħda, esklużi dawk l-hekk imsejħa “pannelli sandwich” tat-tip użati għall-applikazzjonijiet tal-bini u li jikkonsistu minn żewġ folji tal-metall fuq barra b'qalba ta' stabbilizzazzjoni ta' materjal għall-insulazzjoni marsusa bejniethom, esklużi dawk il-prodotti b'kisi aħħari ta' trab taż-żingu (żebgħa rikka fiż-żingu, li fiha bil-piż 70 % żingu jew aktar) u esklużi dawk il-prodotti b'substrat b'kisi mettaliku ta' kromju jew ta' landa, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7210 70 80, ex 7212 40 80, ex 7225 99 00, ex 7226 99 70 (kodiċijiet TARIC 7210708011, 7210708091, 7212408001, 7212408021, 7212408091, 7225990011, 7225990091, 7226997011 u 7226997091), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt rieżami”).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju kompensatorju definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (4).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija bbażata fuq ir-raġunament li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li tirriżulta fi tkomplija jew okkorrenza mill-ġdid ta' sussidjar u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' sussidjar

L-applikant ta biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat gawdew u aktarx ikomplu jibbenefikaw minn għadd ta' sussidji mogħtija mill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat u gvernijiet reġjonali u lokali f'dan il-pajjiż.

Il-prattiki ta' sussidju jikkonsistu, fost l-oħrajn, fi (1) trasferiment dirett ta' fondi u trasferimenti diretti potenzjali ta' fondi jew obbligazzjonijiet, pereżempju għotjiet diversi, self preferenzjali, krediti diretti u swaps ta' dejn għal ekwità minn banek tal-Istat, krediti għall-esportazzjoni u garanziji u assigurazzjonijiet fuq l-esportazzjoni; (2) dħul tal-gvern rinunzjat jew mhux miġbur, pereżempju tnaqqis u eżenzjonijiet fit-taxxa fuq l-introjtu, rifużjonijiet fuq it-tariffa tal-importazzjoni u eżenzjonijiet u rifużjonijiet fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud; (3) forniment mill-gvern ta' oġġetti jew servizzi minbarra l-infrastruttura ġenerali, pereżempju forniment mill-gvern ta' art, enerġija, ilma u inputs għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami; u (4) pagamenti lil mekkaniżmu ta' finanzjament jew inkarigu jew direzzjoni ta' korp privat biex iwettaq waħda jew iktar mill-funzjonijiet deskritti f'(1), (2) u (3), pereżempju l-forniment ta' self preferenzjali minn banek privati u swaps ta' dejn għal ekwità u l-forniment ta' oġġetti u servizzi (enerġija, ilma, inputs) għal remunerazzjoni inqas minn adegwata minn kumpaniji privati li, skont it-talba, huma meħtieġa jsegwu l-politiki tal-gvern u jaġixxu bl-istess mod bħal banek tal-Istat jew intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat. Xi wħud mill-prattiki ta' sussidjar diġà ġew ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali (ara t-Taqsima 3 aktar 'il fuq) filwaqt li oħrajn huma ġodda jew huma sussidji relatati li ma kinux ġew eżaminati fl-investigazzjoni oriġinali.

L-applikant jallega li l-miżuri deskritti huma sussidji billi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat jew minn gvernijiet reġjonali jew lokali f'dan il-pajjiż u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi tal-prodott taħt rieżami. Huwa allegat li dawn is-sussidji huma speċifiċi għal intrapriża jew industrija jew grupp ta' intrapriżi jew industriji, jew kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għaldaqstant huma kumpensatorji.

Fid-dawl tal-Artikoli 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza ta' evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda din l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl li jista' jiġi vverifikat mill-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga prattiki oħrajn ta' sussidju rilevanti li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

4.2.    Allegazzjoni ta' probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara

L-applikant jallega li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkuparatx għal kollox u għadha vulnerabbli għall-kontinwazzjoni tad-dannu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, l-applikant ta biżżejjed evidenza li turi l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu, li x'aktarx tkun ikkawżata minn żieda ta' importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat. F'dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta evidenza li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni x'aktarx li jiżdiedu minħabba (i) l-eżistenza ta' kapaċità mhux użata f'dan il-pajjiż, (ii) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' volum u (iii) l-eżistenza ta' miżuri tad-difiża tal-kummerċ f'pajjiż teri oħrajn. Minbarra dan, fin-nuqqas ta' miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi jkunu f'livell baxx biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (5), kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2321, li kien hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni b'dan qed tibda rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri hix probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar tal-prodott taħt rieżami li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħasra għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat ġie mistieden għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar se tkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' sussidjar

F'rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernati hijiex tali li jkun probabbli li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet issussidjati lejn l-Unjoni jkomplu jew jerġgħu jibdew jekk jiskadu l-miżuri.

Għaldaqstant, il-produtturi kollha tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament minn jekk esportawx (6) il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta' din in-Notifika.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' produtturi, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista' tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista' raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi li ntgħażlu għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta' żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. Il-kampjunar isir f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista' jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-Taqsima 5.7 iktar 'l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji li finalment jkunu ntgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' sussidjar u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fi żmien il-15-il jum tal-iskadenza jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista' tingħata f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 31 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b'evidenza fattwali.

5.4.1.   Investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (7)  (8)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta' importaturi mhux relatati involuti f'dan ir-rieżami ta' skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista' tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta' din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta' kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta' importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.5.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Possibbiltà ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta' dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f'din l-investigazzjoni f'għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limited”  (9) (ristretta). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma mitluba jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali ta' din l-informazzjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni minn partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu fehim raġonevoli tas-sostanza tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġuni ġusta għat-talba għal trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, il-Kummissjoni tista' tinjora din l-informazzjoni sakemm ma jkunx jista' jintwera b'mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta' ittra elettronika u jinkludu dokumenti skenjati ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li għandhom jitressqu fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra reġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F'KAŻIJIET TA' DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u jridu jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta' kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jkun se jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal iktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika:

Għal kwistjonijiet marbutin mas-sussidjar u l-Anness I

:

TRADE-OCS-SUBSIDY@ec.europa.eu

Għal kwistjonijiet oħra

:

TRADE-OCS-INJURY-1@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni sinifikantement, jistgħu jsiru konklużjonijiet, pożittivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u minħabba f'hekk ir-riżultati jissejsu fuq il-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jinħtieġ li tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn terzi persuni għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż).

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Possibbiltà ta' talba għal rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta' skadenza qed jingħata bidu skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista' titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta' dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta' skadenza msemmi f'din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   Proċessar ta' data personali

Id-data personali kollha miġbura f'din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data  (10).


(1)  ĠU C 188, 14.6.2017, p. 20.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

(6)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott taħt rieżami lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta' parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

(7)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta' parti relatata ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġna fl-Anness II ta' din in-Noifika.

(8)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti oħra ta' din l-investigazzjoni barra mid-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni.

(9)  Dokument “Limited” (ristrett) huwa dokument meqjus bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tat-8 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55) u l-Artikolu 12.4 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji (il-Ftehim dwar is-SCM). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8765 — Lenovo/Fujitsu/FCCL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/08)

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Lenovo Group Limited (“Lenovo”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina);

Fujitsu Limited (“Fujitsu”, il-Ġappun); kif ukoll

Fujitsu Client Computing Limited (“FCCL”, il-Ġappun), impriża konġunta (joint venture, JV) ġdida bejn Lenovo u Fujitsu.

It-Tranżazzjoni tikkonsisti fit-twaqqif ta’ joint venture, FCCL, bejn Lenovo u Fujitsu, billi Lenovo tixtri l-maġġoranza tal-ishma f’ċerti assi relatati man-negozju tal-computers personali tal-Fujitsu.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Lenovo: grupp multinazzjonali tat-teknoloġija tal-computers li jiżviluppa, jimmanifattura u jikkummerċjalizza desktops u notebooks, workstations, servers, drives tal-ħżin, u software tal-ġestjoni tal-IT. Lenovo jimmanifattura wkoll apparat intelliġenti taċ-ċellulari, u joffri servizzi tal-IT.

—   Fujitsu: kumpanija tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti, soluzzjonijiet u servizzi għat-teknoloġija. Fost l-oħrajn, Fujitsu hija attiva fit-tfassil, il-manifattura, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ desktops, notebooks u tablets.

—   FCCL: il-JV se tinkludi l-biċċa l-kbira tan-negozju tal-computers personali ta’ Fujitsu, notevolment id-desktops, in-notebooks u t-tablets tagħha, kif ukoll diversi aċċessorji u apparat periferali, inkluż funzjonijiet għar-RuŻ. Il-JV, madankollu, mhux se tinkludi l-funzjonijiet li ġejjin tan-negozju tal-computers personali tal-Fujitsu li se jinżammu minn Fujitsu: (i) il-manifattura ta’ desktops u ċerti tablets, u (ii) il-bejgħ u l-appoġġ / il-manutenzjoni ta’ wara l-bejgħ għal klijenti li mhumiex konsumaturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8765 — Lenovo/Fujitsu/FCCL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8840 — Apollo/JSW/Monnet)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/09)

1.

Fit-2 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AION Investments (Private II Limited, ikkontrollata minn fondi ta’ investiment ġestiti minn affiljati ta’ Apollo Capital Management, L.P. (“Apollo”) (l-Istati Uniti tal-Amerika),

JSW Steel Limited (“JSW”) (l-Indja),

Monnet Ispat and Energy Limited (“Monnet”) (l-Indja).

Apollo u JSW jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Monnet kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Apollo: l-affiljati ta’ Apollo jinvestu f’kumpaniji u f’dejn maħruġ minn kumpaniji f’bosta negozji madwar id-dinja. Eżempji tal-investimenti ta’ bħalissa jinkludu, fost affarijiet oħra, kumpaniji tal-kimika, il-kruċieri, l-isptarijiet, is-sigurtà, is-servizzi finanzjarji u n-negozju tal-ippakkjar tal-ħġieġ.

—   JSW: JSW hija kumpanija bbażat fl-Indja involuta fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ħadid u tal-azzar fl-Indja u barra mill-pajjiż. Fl-Indja, l-impjanti ta’ JSW jinsabu f’Karnataka, Tamil Nadu u Maharashtra. Barra mill-Indja, JSW hija proprjetarja ta’ impjant li jipproċessa l-pjanċi u l-pajpijiet fl-Istati Uniti tal-Amerika, u assi tal-minjieri fl-Istati Uniti tal-Amerika u fi bnadi oħra.

—   Monnet: Monnet hija kumpanija bbażata fl-Indja involuta fil-manifattura u l-bejgħ tal-azzar primarju u sponoż tal-ħadid, tal-azzar u tal-ligi tal-ħadid. Monnet hija wkoll attiva fl-estrazzjoni ta’ minerali bħal tal-faħam u tal-minerali tal-ħadid fl-Indja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8840 — Apollo/JSW/Monnet

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8851 — BASF/Bayer Divestment Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/10)

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

BASF SE (“BASF”, il-Ġermanja),

Bayer Aktiengesellschaft (“Bayer”, il-Ġermanja).

BASF, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet minn Bayer u Monsanto (in-“Negozju Ċedut”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   BASF: soluzzjonijiet agrikoli, li huma attivi l-aktar fis-settur tal-protezzjoni tal-għelejjel (fungiċidi, insettiċidi u erbiċidi li jistgħu jintużaw biex jiġu protetti varjetà tal-għelejjel (pereż. ċereali, qamħ, kolza (oilseed rape, OSR), ross)), il-forniment ta’ prodotti ta’ trattament taż-żerriegħa (prinċipalment ibbażati fuq il-fungiċidi), riċerka u għoti ta’ liċenzji fir-rigward kummerċ agronomiku f’livell dinji. Attivitajiet oħra ta’ BASF li mhumiex affettwati minn din it-tranżazzjoni jinkludu kimiċi (pereż. Petrkimiċi u sustanzi intermedji), prodotti tal-prestazzjoni (pereż. disperdenti u pigmenti), materjali u soluzzjonijiet funzjonali (pereż. Prodotti kimiċi tal-kostruzzjoni u kisi), iż-żejt u l-gass.

—   in-Negozju Ċedut: parti mid-diviżjoni Crop Science tal-Bayer, li tinkludi, fost oħrajn, il-portafoll tiegħu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel (insettiċidi, funguċidi u erbiċidi), żrieragħ u kummerċ agronomiku u l-prodotti tiegħu u servizzi marbuta max-xjenza ambjentali, l-attività dinjija tal-Bayer fir-rigward taż-żrieragħ veġetali, u NemStrike, in-negozju dinji tan-nematiċidi ta’ Monsanto.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8851 — BASF/Bayer Divestment Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/35


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/11)

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Strategic Value Partners, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Vita Group (ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn TPG Capital (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Strategic Value Partners, LLC takkwista, permezz tas-sussidjarja tagħha Sunshine Bidco Limited, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Vita Cayman Limited kollha kemm hi, il-kumpanija azzjonarja aħħarija tal-Vita Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Strategic Value Partners, LLC hija ditta privata tal-investiment li tiġġestixxi fondi hedge u fondi ta’ ekwità privata u tinvesti fis-swieq pubbliċi u privati tal-ekwità, swieq tad-dejn u swieq oħrajn ta’ investiment alternattiv madwar id-dinja.

Il-Vita Group huwa manifattur u fornitur pan-Ewropew ta’ fowm tal-poliuretan, inkluża l-produzzjoni ta’ fowm u l-konverżjoni tal-fowm.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8830 — Strategic Value Partners/Vita Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/36


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8780 — PPF Group/Škoda Transportation/VUKV/JK/Satacoto/Škoda Investment/Bammer Trade)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 96/12)

1.

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

PPF Group N.V. (“PPF”) (in-Netherlands),

Škoda Transportation a.s. (“Škoda Transportation”) (ir-Repubblika Ċeka),

VUKV a.s. (“VUKV”) (ir-Repubblika Ċeka),

Jokiaura Kakkonen (“JK”) (il-Finlandja),

Satacoto Ltd (“Satacoto”) (Ċipru),

Škoda Investment a.s. (“Škoda Investment”) (ir-Repubblika Ċeka),

Bammer Trade a.s. (“Bammer Trade”) (ir-Repubblika Ċeka).

Il-PPF takkwista, fis-sena tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Škoda Transportation, VUKV, JK, Satacoto, Škoda Investment u Bammer Trade kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

PPF hija grupp multinazzjonali tal-finanzi u l-investiment li jiffoka fuq is-servizzi finanzjarji, il-finanzi tal-konsumatur, it-telekomunikazzjonijiet, il-bijoteknoloġiji, servizzi bl-imnut, il-proprjetà immobbli u l-agrikoltura,

Škoda Transportation hija kumpanija tat-trasport Ċeka involuta fil-produzzjoni, l-iżvilupp, l-assemblaġġ, ir-rikostruzzjoni u t-tiswija ta’ vetturi ferrovjarji u tal-metro, trammijiet, trolleybuses, u karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku u servizzi relatati,

VUKV hija involuta fl-iżvilupp, ir-riċerka u l-ittestjar tal-vetturi ferrovjarji, il-partijiet tagħhom u servizzi relatati,

JK hija involuta fil-kiri tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni,

Satacoto hija kumpanija azzjonarja li hija attiva, permezz tas-sussidjarja tagħha, fil-produzzjoni ta’ muturi u ġeneraturi elettriċi, u l-kiri ta’ proprjetà immobbli,

Škoda Investment hija involuta fil-kiri ta’ proprjetà u l-ħruġ ta’ liċenzji għal marka kummerċjali ŠKODA u hija attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-PV, l-IT u t-teknoloġija tat-telekomunikazzjonijiet,

Bammer Trade hija involuta fix-xogħol ta’ tiswija ta’ vetturi tat-trasport pubbliku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8780 — PPF Group/Škoda Transportation/VUKV/JK/Satacoto/Škoda Investment/Bammer Trade

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/38


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 96/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

DOKUMENT UNIKU

“BAYRISCH BLOCKMALZ”/“BAYRISCHER BLOCKMALZ”/“ECHT BAYRISCH BLOCKMALZ”/“AECHT BAYRISCHER BLOCKMALZ”

Nru tal-UE: DE-PGI-0005-01354 — 22.7.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Ismijiet

“Bayrisch Blockmalz”/“Bayrischer Blockmalz”/“Echt Bayrisch Blockmalz”/“Aecht Bayrischer Blockmalz”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

(Minn hawn ’il quddiem qed jintuża dejjem l-isem “Bayrisch Blockmalz” għall-varjanti kollha tal-isem li din l-applikazzjoni tkopri).

Il-“Bayrisch Blockmalz” hu tip ta’ ħelu iebes b’togħma ta’ xgħir li ġejja mill-estratt tax-xgħir użat fih. Dan il-ħelu jkun kannella skur u jkun jiżen bejn tliet u disa’ grammi u, minħabba l-mod kif isir, ma għandux forma regolari, imma jkun qisu forma ta’ kaxxa, b’erba’ naħat, għalkemm jista’ jkun fit-tond ukoll. Fil-“Bayrisch Blockmalz”, li huwa magħmul minn tipi ta’ zokkor u ta’ ġulepp imħalltin flimkien, insibu l-karamella taz-zokkor magħmula minn diversi tipi ta’ zokkor u tal-inqas 5 % estratt tax-xgħir jew 4 % estratt niexef tax-xgħir.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-ingredjenti huma z-zokkor, il-ġulepp taz-zokkor ikkaramellizzat, l-estratt tax-xgħir u/jew l-estratt niexef tax-xgħir.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha tal-produzzjoni, mit-tisjir (jiġifieri mit-taħlit tal-ingredjenti sal-prodott nofsu lest) sal-qtugħ f’biċċiet tal-prodott nofsu lest ta’ daqs kbir fil-prodott imsejjaħ “Bayrisch Blockmalz” permezz tal-magni, jiġifieri fil-ħelu lest biex jittiekel, isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Ir-reġjun Ġermaniż tal-Bavarja.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fl-1899, spiżjar fetaħ spiżerija f’Nürnberg li fi ftit snin saret ditta tal-bejgħ bl-ingrossa. Dan l-ispiżjar, li iktar tard inħatar uffiċjal mediku, ħoloq il-prodott. Sensiela ta’ tikketti qodma tal-1939 sal-1952 u listi tal-prezzijiet u offerti għal dan il-prodott li jmorru lura sal-1932 huma prova tal-istorja u tat-tradizzjoni ta’ dan il-prodott fil-Bavarja. Anke llum il-ġurnata, l-ikbar produtturi ta’ dan it-tip ta’ ħelu jinsabu fil-Bavarja. Il-produtturi ta’ dan ir-reġjun għandhom tradizzjoni twila tal-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ ħelu u għarfien espert fiha.

Speċifiċità tal-prodott

Il-fatt li, minħabba n-natura naturali u ratba tiegħu, dan il-prodott irċieva t-tikketta tal-kwalità tal-Għaqda Ċentrali Ġermaniża tat-tobba li jipprattikaw l-omeopatija, imsejħa “Deutscher Zentralverein homöopathischer Ärzte e.V.” juri l-fama tajba li dan il-prodott igawdi minnha, anke jekk dan il-prodott m’għadux jiġi rriklamat b’din it-tikketta. Illum il-ġurnata wkoll, għadd kbir ta’ ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz” għadu jinbiegħ fl-ispiżeriji. Barra minn hekk, dan il-prodott huwa mfittex ħafna minħabba t-togħma ħelwa tax-xgħir tiegħu li ġejja mill-ingredjenti li minnhom huwa magħmul. Ħafna konsumaturi jafu bil-ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz” u dan it-tip ta’ ħelu jgawdi minn fama tajba fosthom.

Rabta kawżali

Din il-fama tissejjes ukoll fuq l-oriġini tal-prodott. Il-produzzjoni ta’ dan il-ħelu, li bdiet fil-Bavarja fl-1899 u baqgħet għaddejja f’dan ir-reġjun mingħajr waqfien minn dak iż-żmien ‘l hawn, waqqfet tradizzjoni li wasslet biex il-prodott jibda jgawdi minn fama marbuta mal-oriġini tiegħu. Din il-fama speċjali tal-prodott marbuta mal-oriġini tiegħu tidher ukoll fil-fatt li l-ikbar manifattur ta’ dan il-prodott juri biċ-ċar l-oriġini mill-Bavarja ta’ dan il-prodott fuq il-pakketti tal-prodott aħħari tiegħu billi juża stampi tad-djamanti bojod u blu tal-bandiera tal-Bavarja u disinn bid-dell stilizzat tal-muntanji fuq dawn il-pakketti biex b’hekk jorbot lill-prodott mal-fama marbuta ma’ din iż-żona. Barra minn hekk, il-fama tal-prodott marbuta mal-oriġini tiegħu tintwera mill-fatt li ismu tniżżel ukoll bħala wieħed mill-ismijiet ġeografiċi ewlenin tal-prodotti tal-Bavarja fil-bażi tad-dejta tal-internet tal-ikel tipiku tal-Bavarja (li tinsab fis-sit tal-internet li ġej: www.food-from-bavaria.de). Fis-sit tal-internet tat-turiżmu tal-belt ta’ München, www.munich-greeter.de, il-ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz” ukoll jissejjaħ ħelu verament tipiku ta’ dan ir-reġjun li t-tfal kollha ta’ din il-belt tipikament jirċievu bħala rigal mingħand in-nanniet u l-bużnanniet tagħhom.

Ir-rabta tal-prodott mar-reġjun tal-Bavarja ħarġet ukoll minn stħarriġ li għamlet fl-2009 l-Assoċjazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija tal-Bavarja, il-“Bayerischer Industrie- und Handelskammertags e.V.”, li fih il-maġġoranza tal-kumpaniji li ħadu sehem fih wieġbu li l-prodott imsejjaħ bl-isem protett huwa marbut b’mod speċjali maż-żona tal-produzzjoni.

L-għeruq li l-prodott rabba fil-Bavarja dehru biċ-ċar ukoll għall-ħabta tal-2013 meta l-belt kapitali ta’ dan ir-reġjun, München, tat permess biex il-ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz” jinbiegħ fit-tinda msejħa “Hackerbräu-Festhalle” waqt l-“Oktoberfest” flimkien ma’ dizzjunarji żgħar ħafna. Il-fatt li l-belt kapitali ta’ dan ir-reġjun u l-operaturi tat-tined qablu li jsir dan juri li dan il-prodott huwa parti integrali mit-tradizzjoni tal-Bavajra bl-istess mod li huwa l-“Oktoberfest”.

Il-fama tal-prodott toħroġ ukoll mill-fatt li l-pakketti ta’ dan it-tip ta’ ħelu spiċċaw għall-wiri wkoll fil-wirjiet tal-mużewijiet. Pereżempju, fl-inventarju tal-fondazzjoni msejħa “Domäne Dahlem” insibu landa tal-ħelu għall-ħelu tat-tip “Echt Holberger’s Bayrischer Blockmalz-Zucker” li, skont l-inventarju, ġiet immanifatturata f’München fil-ħamsinijiet u li fuqha hemm stampa tal-prodott flimkien ma’ disinn bid-dell ta’ villaġġ tipiku tal-Bavarja fis-silġ.

Ir-rabta tal-fama tal-prodott mal-oriġini reġjonali tiegħu tidher ukoll mill-fatt li l-ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz” jissemma bħala speċjalità fost l-ispeċjalitajiet reġjonali Ġermaniżi l-iktar magħrufin fil-ktieb tat-tagħlim tal-Ġermaniż bħala lingwa barranija msejjaħ “em – neu – Deutsch als Fremdsprache – Niveaustufe B1+”, li nħareġ fl-2008. Prova oħra tar-rabta bejn il-fama tal-prodott u r-reġjun tal-Bavarja tinstab ukoll fi proġett ta’ films li qed tagħmel aġenzija minn Berlin li fihom it-tfal qed jiġu ffilmjati jduqu ikel “eżotiku”. F’wieħed minn dawn il-films, lit-tfal minn Berlin idewquhom “l-ikel mill-Bavarja”. L-aġenzija għażlet ikel partikulari li, skont in-nies tal-Bavarja u tal-bqija tal-Ġermanja, huwa l-iktar tipiku tal-kċina ta’ dan ir-reġjun. L-ikel li daqu t-tfal kien ivarja mill-“Obazda auf Brot” (ħobż imdellek bl-ispeċjalità tal-ġobon tal-Bavarja msejħa “Obazda”) sal-ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz” għad-deżerta. Dan juri l-fama kbira li jgawdi minnha l-ħelu tat-tip “Bayrisch Blockmalz”. Fil-fatt, huwa biss minħabba l-fama u l-popolarità ta’ dan il-prodott li kien jagħmel sens li dan il-prodott jiddaħħal bħala eżempju ta’ “ikel tipiku mill-Bavarja” f’dan il-film. Fl-istess ħin, dan juri li l-fama ta’ dan il-prodott tissejjes fuq l-oriġini tiegħu, għax hija biss din ir-rabta bejn il-fama u l-oriġini tiegħu li tippermetti li l-prodott jingħażel bħala eżempju tal-ikel tipiku tal-kċina tal-Bavarja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://register.dpma.de/DPMAregister/blattdownload/marken/2018/6/Teil-7/20180209


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.