ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 91

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
9 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2016–2017
Dati tas-seduti: 22 u 23 ta’ Ġunju 2016
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 235, 20.7.2017 .
TESTI ADOTTATI
Data tas-seduta: 28 ta’ Ġunju 2016
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 243, 27.7.2017 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016

2018/C 91/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP))

2

2018/C 91/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-segwitu tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (2015/2281(INI))

6

2018/C 91/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli (2016/2041(INI))

16

2018/C 91/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE) (2015/2232(INI))

28

 

It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016

2018/C 91/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar id-deċiżjoni ta' ħruġ mill-UE bħala konsegwenza tar-referendum fir-Renju Unit (2016/2800(RSP))

40


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016

2018/C 91/06

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fil-programmi tal-Unjoni (16136/2014 – C8-0044/2015 – 2014/0110(NLE))

42

2018/C 91/07

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea (13349/2014 – C8-0095/2015 – 2007/0078(NLE))

43

2018/C 91/08

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (13395/2014 – C8-0170/2015 – 2008/0027(NLE))

44

2018/C 91/09

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2016)0201 – C8-0157/2016 – 2016/0109(NLE))

45

2018/C 91/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentat mill-Belġju – EGF/2015/012 BE/Hainaut Machinery (COM(2016)0242 – C8-0170/2016 – 2016/2074(BUD))

46

2018/C 91/11

P8_TA(2016)0286
Pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (COM(2015)0180 – C8-0118/2015 – 2015/0096(COD))
P8_TC1-COD(2015)0096
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

51

2018/C 91/12

P8_TA(2016)0287
Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (COM(2014)0614 – C8-0174/2014 – 2014/0285(COD))
P8_TC1-COD(2014)0285
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007

52

2018/C 91/13

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali (COM(2016)0106 – C8-0127/2016 – 2016/0059(CNS))

53

2018/C 91/14

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (COM(2016)0107 – C8-0128/2016 – 2016/0060(CNS))

54


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2016–2017

Dati tas-seduti: 22 u 23 ta’ Ġunju 2016

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 235, 20.7.2017 .

TESTI ADOTTATI

Data tas-seduta: 28 ta’ Ġunju 2016

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 243, 27.7.2017 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/2


P8_TA(2016)0290

Il-massakri fil-Lvant tal-Kongo

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo (2016/2770(RSP))

(2018/C 091/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dawk tal-10 ta’ Marzu 2016 (1) u d-9 ta’ Lulju 2015 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tal-15 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni preelettorali u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), u tal-portavuċi tagħha, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tat-23 ta' Mejju 2016,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2014, adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-ittra miftuħa mibgħuta mill-gruppi tas-soċjetà ċivili fit-territorji ta' Beni, Butembo u Lubero lill-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo fl-14 ta' Mejju 2016,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet ta' Nairobi ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, li ġie ffirmat f'Addis Ababa fi Frar 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 2198 (2015) dwar it-tiġdid tar-reġim ta' sanzjonijiet fil-konfront tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-Grupp ta' Esperti, u r-riżoluzzjoni 2277 (2016) li ġeddet il-mandat tal-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) għal sena,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Esperti tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tat-23 ta' Mejju 2016,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivitajiet tal-Uffiċċju Konġunt tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tas-27 ta' Lulju 2015,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-ordnijiet mogħtija mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa konġunta tat-2 ta' Settembru 2015 tat-Tim ta' Mibgħuta u Rappreżentanti Internazzjonali għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani dwar l-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tad-9 ta' Novembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija rivedut ta' Cotonou,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Kongoliża tat-18 ta' Frar 2006,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qed tkompli tiddeterjora fil-parti tal-Grigal tal-pajjiż, fejn għadhom attivi diversi gruppi armati, u billi qed isiru bosta rapporti ta' massakri, reklutaġġ u sfruttament ta' tfal min-naħa ta' gruppi armati, u ta' vjolenza sesswali u vjolenza sessista mifruxa;

B.

billi bejn Ottubru 2014 u Mejju 2016, fit-territorji ta' Beni, Lubero u Butembo, aktar minn 1 160 ruħ inqatlu brutalment, 'il fuq minn 1 470 ruħ sparixxew, bosta djar, ċentri tas-saħħa u skejjel ingħataw in-nar u ħafna nisa, irġiel u tfal sfaw vittmi ta' vjolenza sesswali;

C.

billi ħafna villaġġi f'dawn it-territorji issa huma okkupati minn gruppi armati;

D.

billi qiegħda dejjem tikber l-iskuntentizza fir-rigward tan-nuqqas ta' azzjoni u s-skiet min-naħa tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo quddiem dawn l-atroċitajiet, li allegatament qed isiru kemm min-naħa ta' gruppi ta' ribelli armati kif ukoll tal-forzi militari tal-istat;

E.

billi f'xi okkażjonijiet twettaq qtil partikolarment vjolenti qrib sew tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-armata nazzjonali (FARDC) u ta' bażijiet tal-missjoni għaż-żamma tal-paċi tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO);

F.

billi dawn il-massakri ġraw bl-indifferenza min-naħa tal-komunità internazzjonali u bi skiet mill-mezzi tal-komunikazzjoni;

G.

billi, abbażi tad-dmirijiet assenjati lilu mill-Kostituzzjoni, il-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo huwa l-garanti tal-integrità nazzjonali, tal-indipendenza nazzjonali, tas-sikurezza tal-persuni u tal-merkanzija u tal-funzjonament regolari tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż, u huwa l-Kap Kmandant tal-forzi armati tal-pajjiż;

H.

billi t-tensjoni politika fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo hija għolja peress li l-President Kabila, li ilu fil-poter mill-2001, huwa obbligat mill-Kostituzzjoni li jħalli l-kariga fl-20 ta' Diċembru 2016 u għadu ma ħabbarx l-intenzjoni tiegħu li se jagħmel dan;

I.

billi l-armata Kongoliża u l-MONUSCO huma preżenti fir-reġjun biex iżommu l-istabbiltà, jiġġieldu kontra l-gruppi armati u jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili;

J.

billi l-mandat tal-MONUSCO ġie mġedded u msaħħaħ;

K.

billi l-inkapaċità ġenerali li jitressqu quddiem il-ġustizzja dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet fundamentali spiċċat tħeġġeġ il-ħolqien ta' klima ta' impunità u wasslet biex jiġu kommessi delitti ġodda;

L.

billi sfida ewlenija għall-paċi qed ikunu l-isforzi dgħajfa min-naħa tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex tiżmobilita lil eluf ta' ġellieda ribelli, jew billi tinkorporahom fl-armata nazzjonali jew billi tiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom fil-ħajja ċivili;

M.

billi l-operaturi umanitarji jikkalkulaw li, attwalment, 7,5 miljun ruħ jeħtieġu assistenza; billi l-kunflitt u l-operazzjonijiet militari li għaddejjin kkawżaw ukoll l-ispostament intern ta' 1,5 miljun ruħ, u ġiegħlu lil aktar minn 400 000 ruħ jaħarbu mill-pajjiż;

N.

billi l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinament tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) rrapporta żieda fil-każijiet ta' ħtif u attakki fil-konfront tal-ħaddiema u l-konvojs umanitarji, li ġiegħlu lill-organizzazzjonijiet umanitarji jipposponu t-twassil tal-għajnuna u jissospendu l-attivitajiet tagħhom;

O.

billi l-massakri fil-Lvant tal-Kongo huma r-riżultat tar-rabtiet bejn il-politiki reġjonali u nazzjonali, l-istrumentalizzazzjoni tat-tensjonijiet etniċi u l-isfruttament tar-riżorsi;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward l-eskalazzjoni tal-vjolenza u s-sitwazzjoni umanitarja allarmanti u li qed tiddeterjora fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ikkawżata b'mod partikolari mill-kunflitti armati fil-provinċji tal-Lvant, li issa ilhom għaddejjin għal aktar minn 20 sena; jiddeplora t-telf ta' ħajjiet u jesprimi s-solidarjetà tiegħu lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

2.

Itenni l-appell tiegħu biex il-partijiet kollha involuti fil-kunflitt itemmu minnufih il-vjolenza, iċedu l-armi, jeħilsu lit-tfal kollha li jinsabu fl-armata tagħhom u jippromwovu d-djalogu lejn riżoluzzjoni paċifika u sostenibbli tal-kunflitt; jitlob, b'mod partikolari, li titkompla malajr u b'mod attiv il-kollaborazzjon bejn il-MONUSCO u l-forzi armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC), abbażi tal-ftehim ta' kooperazzjoni militari ffirmat fit-28 ta' Jannar 2016 f'Kinshasa, bil-għan li jiġu stabbiliti mill-ġdid u jiġu kkonsolidati l-paċi u s-sigurtà kemm fil-Lvant tal-pajjiż kif ukoll fil-pajjiż b'mod ġenerali;

3.

Ifakkar li n-newtralizzazzjoni tal-gruppi armati kollha fir-reġjun tikkontribwixxi bil-qawwa għall-paċi u l-istabbiltà, u jitlob lill-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo biex din issir prijorità u biex terġa' tiġi stabbilita s-sikurezza għaċ-ċittadini kollha tiegħu u l-istabbiltà fit-territorji ta' Beni, Lubero u Butembo;

4.

Jitlob, b'urġenza, li jingħata bidu għal inkjesta komprensiva, indipendenti u trasparenti mill-komunità internazzjonali dwar il-massakri, b'kollaborazzjoni sħiħa mal-gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-MONUSCO; jitlob li ssir laqgħa ta' emerġenza tat-Tim ta' Mibgħuta u Rappreżentanti Internazzjonali għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani rigward l-elezzjonijiet fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo bil-għan li tittieħed azzjoni xierqa f'din id-direzzjoni, bħall-mobilizzazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

5.

Jinsisti li din is-sitwazzjoni m'għandhiex timpedixxi milli jsiru l-elezzjonijiet kif ippjanati mill-Kostituzzjoni; jisħaq li l-organizzazzjoni b'suċċess u f'waqtha tal-elezzjonijiet se tkun kruċjali għall-istabbiltà fit-tul u l-iżvilupp tal-pajjiż;

6.

Jitlob lill-prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) jiġbor informazzjoni u jeżamina l-abbużi bil-għan li jiddetermina jekk hijiex iġġustifikata inkjesta tal-QKI fl-allegati delitti fiż-żona ta' Beni;

7.

Itenni li ma jista' jkun hemm l-ebda impunità għal min ikkommetta ksur tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet, jew għal dawk responsabbli għar-reklutaġġ ta' suldati tfal; jenfasizza li l-persuni responsabbli għal tali atti jridu jiġu rrappurtati, identifikati, imressqa quddiem il-ġustizzja u kkastigati skont id-dritt kriminali nazzjonali u internazzjonali;

8.

Jitlob li jsir rapport ta' evalwazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-MONUSCO u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; jilqa' r-riżoluzzjoni 2277 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li ġeddet il-mandat tal-MONUSCO u saħħet il-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u d-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-vjolenza sessista u l-vjolenza fuq it-tfal;

9.

Iħeġġeġ lill-MONUSCO tagħmel użu sħiħ minn dan il-mandat biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili, permezz tat-“trasformazzjoni tal-forza” tagħha, sabiex tiżgura li tkun tista' teżerċita kapaċità operattiva akbar għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili permezz ta' mekkaniżmi ta' intervent rapidu u r-rikonjizzjoni mill-ajru fil-Lvant tal-Kongo, fosthom permezz ta' pattulji u bażijiet operattivi mobbli;

10.

Jappella lill-UA u lill-UE biex jiżguraw djalogu politiku permanenti bejn il-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar sabiex jipprevjenu kwalunkwe destabbilizzazzjoni ulterjuri; jiddispjaċih li sar biss progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni ta' Frar 2013, u jappella lill-partijiet kollha biex jikkontribwixxu b'mod attiv għall-isforzi ta' stabbilizzazzjoni;

11.

Jinsisti li s-soċjetà ċivili trid tkun involuta f'kull azzjoni biex tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili u jiġu solvuti l-kunflitti, u li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem iridu jiġu protetti u offruti pjattaforma mill-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-komunità internazzjonali;

12.

Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet Kongoliżi fil-ġlieda kontra l-impunità u fil-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali u tal-vjolenza kontra t-tfal, iżda jqis li l-progress qed isir bil-mod;

13.

Ifakkar lill-UE li jrid ikun hemm koerenza bejn il-politiki tagħha, inkluż fil-kummerċ tal-armi u l-kummerċ tal-materja prima, u li n-negozjati għal ftehimiet fir-reġjun iridu jippromwovu l-paċi, l-istabbiltà, l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem;

14.

Jitlob lill-UE tikkunsidra li timponi sanzjonijiet immirati, inklużi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi, kontra dawk responsabbli għall-massakri fil-Lvant tal-Kongo u r-repressjoni vjolenti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, sabiex tgħin fil-prevenzjoni ta' aktar vjolenza;

15.

Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jibqgħu jagħtu l-assistenza tagħhom lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo b'mod li jittejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien tal-aktar partijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari min ikun ġie spostat internament;

16.

Jikkundanna l-attakki kollha kontra l-operaturi umanitarji u x-xkiel għall-aċċess umanitarju; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jirrispettaw l-indipendenza, in-newtralità u l-imparzjalità tal-operaturi umanitarji;

17.

Jafferma mill-ġdid li l-attivitajiet tal-impriżi għandhom ikunu konformi bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri, għaldaqstant, jiżguraw li l-impriżi taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom ma jinjorawx id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards internazzjonali marbuta mal-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi terzi;

18.

Jilqa' l-isforzi tal-awtoritajiet Kongoliżi biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-kummerċ u l-ipproċessar ta' minerali fiż-żoni fejn hemm sfruttament illegali ta' minerali, bħal dawk ikkontrollati mill-gruppi armati; jistieden lill-awtoritajiet Kongoliżi jsaħħu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u jippermettu li jsir skrutinju b'aktar reqqa fir-rigward tal-ftehimiet b'rabta mal-estrazzjoni minerarja u l-użu ħażin tad-dħul mill-estrazzjoni minerarja; jistieden lill-UE tappoġġa l-isforzi tal-pajjiż f'dan ir-rigward permezz tal-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; jilqa' l-ftehim Ewropew li ntlaħaq dan l-aħħar fir-rigward tal-kontrolli ta' diliġenza dovuta obbligatorji fuq il-fornituri ta' minerali ta' kunflitt bħala l-ewwel pass biex jiġu indirizzati r-responsabilitajiet tal-impriżi Ewropej f'din il-kwistjoni, u jħeġġeġ lill-UE ssarraf dan il-ftehim f'leġiżlazzjoni ambizzjuża biex tiġi adottata malajr;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-Kunsill AKP-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-President, il-Prim Ministru u l-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0085.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2015)0278.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/6


P8_TA(2016)0291

Segwitu tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar is-segwitu tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) (2015/2281(INI))

(2018/C 091/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET2020”) (1),

wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) – “L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva” (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-26 ta' Awwissu 2015 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (ET2020) – Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ” (COM(2015)0408),

wara li kkunsidra r-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) – “Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ” (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 u tad-29 ta' Novembru 2011 dwar punt ta' riferiment għall-mobbiltà għat-tagħlim (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2010 dwar l-edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli (5),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2014 dwar “l-Investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ – reazzjoni għar-Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2013” (6),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema (7),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ (8),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola (11),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Reviżjoni tal-Edukazzjoni: Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar” (COM(2012)0669),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (12),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim ta' matul il-ħajja (13),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-laqgħa informali tal-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta' Marzu 2015 dwar il-promozzjoni tal-edukazzjoni fiċ-ċittadinanza u fil-valuri komuni tal-libertà, tat-tolleranza u tan-nondiskriminazzjoni (id-“Dikjarazzjoni ta' Pariġi”) (14),

wara li kkunsidra l-“Konklużjonijiet ta' Riga”, adottati fit-22 ta' Ġunju 2015 mill-Ministri responsabbli mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (15),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-3 ta' Lulju 2008 bit-titolu "Migrazzjoni u mobilità: l-isfidi għas-sistemi ta' edukazzjoni tal-UE (COM(2008)0423),

wara li kkunsidra r-rapport mfassal fi Frar 2010 għall-Kummissjoni mill-Grupp ta' Esperti dwar Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda bl-isem ta' “New Skills for New Jobs: Action Now” (Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda: Azzjoni Issa) (16),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà (17),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Sitt Forum bejn l-Universitajiet u l-Impriżi ta' Marzu 2015 (18),

wara li kkunsidra l-previżjoni ta' ħiliet tas-CEDEFOP għall-2012, “Future skills supply and demand in Europe” (Offerta u domanda ta' ħiliet futuri fl-Ewropa) (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (20) u tat-28 ta' April 2015 dwar is-segwitu għall-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-edukazzjoni għal tfal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżijiet imtawla (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV – approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja (23),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0176/2016),

A.

billi r-riferimenti kollha għall-“edukazzjoni u taħriġ” għandhom jitqiesu li jħaddnu l-forom formali, mhux formali u informali, minħabba n-natura komplementari tagħhom fit-tranżizzjoni lejn soċjetà ta' tagħlim u r-rwol tagħhom fl-indirizzar tal-gruppi fil-mira speċifiċi, u b'hekk jiffaċilitaw l-inklużjoni tal-persuni b'inqas opportunitajiet edukattivi;

B.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ma għandhomx jiġu mmirati biss lejn il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, iżda għandhom jikkostitwixxu valur fihom infushom, peress li l-edukazzjoni għandha rwol daqstant importanti fl-iżvilupp ta' virtujiet etiċi u ċiviċi i tal-valuri umanistiċi intiżi b'mod wiesa', kif minqux fit-Trattati, u biex jissaħħu l-prinċipji demokratiċi li fuqhom hi msejsa l-Ewropa;

C.

billi l-edukazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp personali, għar-rispett reċiproku u għat-tkabbir taż-żgħażagħ, biex isiru ċittadini proattivi, responsabbli u konxji, b'kompetenzi ċiviċi, soċjali, interkulturali trasversali, kif ukoll professjonisti kwalifikati;

D.

billi l-edukazzjoni għandha titqies bħala dritt fundamentali tal-bniedem u beni pubbliku li għandu jkun aċċessibbli għal kulħadd;

E.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol importanti x'jiżvolġu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u billi t-twessigħ tal-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja jista' jiftaħ possibilitajiet ġodda għall-persuni bi ftit kwalifiki, għal min hu qiegħed, għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, għall-anzjani u għall-migranti;

F.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi u ta' kwalità għolja huma essenzjali għall-iżvilupp kulturali, ekonomiku u soċjali tal-Ewropa;

G.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa għandhom jikkontribwixxu għal strateġiji u inizjattivi tal-UE, fosthom l-istrateġija Ewropa 2020, l-inizjattiva tas-Suq Uniku Diġitali, l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa;

H.

billi mhux l-Istati Membri kollha jħabbtu wiċċhom mal-istess tip u livell ta' sfidi, u dan ifisser li kwalunkwe rakkomandazzjoni proposta fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tkun flessibbli u tqis il-fatturi ekonomiċi, soċjali, demografiċi, kulturali u ta' tip ieħor f'livell nazzjonali u reġjonali, filwaqt li jimmiraw ukoll li jtejbu s-sitwazzjoni globali tal-UE fl-intier tagħha;

I.

billi l-kooperazzjoni ET2020, filwaqt li tirrispetta l-kompetenza tal-Istati Membri, għandha tikkomplementa azzjonijiet nazzjonali u tappoġġa l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ;

J.

billi l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali għandhom jitqiegħdu fuq livell ugwali permezz ta' taħlita ta' politiki mmirata li tikseb distribuzzjoni aktar ġusta ta' għarfien fost il-popolazzjoni biex jiġi indirizzat id-distakk ikbar fl-introjtu li jidher li hu effett sekondarju tat-tkabbir teknoloġiku bbażat fuq il-ħiliet;

K.

billi investiment effikaċi f'edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità huwa sors ta' tkabbir sostenibbli;

L.

billi l-livelli baxxi eżistenti ta' għarfien u ħiliet bażiċi huma inkwetanti u jeħtieġ li l-edukazzjoni primarja u sekondarja tipprovdi l-bażi meħtieġa għal tagħlim ulterjuri u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

M.

billi x-xejriet li jindikaw nuqqas ta' ħiliet bażiċi fost l-adulti joħolqu l-ħtieġa li jissaħħaħ it-tagħlim għall-adulti, li hija għodda għat-titjib fil-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid fil-ħiliet;

N.

billi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2014 il-Kummissjoni hi tal-fehma li f'termini ta' nefqa, l-Istati Membri jeħtieġu li jsibu modi kif jipproteġu jew jippromwovu investiment fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-enerġija u l-azzjoni klimatika u li huwa essenzjali li jsir investiment fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja;

O.

billi l-baġits pubbliċi għadhom taħt pressjoni qawwija, u diversi Stati Membri qaċċtu l-ispejjeż tagħhom fl-edukazzjoni u t-taħriġ u issa huwa neċessarju li l-investimenti ulterjuri f'dan il-qasam isiru aktar effiċjenti bħala fattur deċiżiv għall-produttività, il-kompetittività u t-tkabbir;

P.

billi, minkejja li tjiebu r-riżultati marbuta mal-ksib tal-objettivi ET2020 fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja jeżisti tħassib dwar l-effiċjenza tal-investimenti fl-edukazzjoni min-naħa tal-Istati Membri, l-attenzjoni prijoritarja għall-indikaturi kwantitattivi, il-kundizzjonijiet tat-tagħlim u l-kwalità tat-tagħlim, deklin tal-libertà akkademika u xettiċiżmu fil-konfront ta' ċerti aspetti tal-proċess ta' Bolonja u tal-implimentazzjoni tiegħu f'ċerti pajjiżi;

Q.

billi l-Monitor ET2020 juri li l-isfida ewlenija li qegħdin inħabbtu wiċċna magħha llum hija l-faqar tal-edukazzjoni u l-inklużjoni skarsa ta' dawk li jkunu ġejjin minn ambjenti soċjoekonomiċi żvantaġġati, u dan jeħtieġ attenzjoni soċjali akbar biex jinkisbu l-objettivi ET 2020, jitjieb il-livell ta' inklużjoni u l-kwalità tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ;

Il-Qafas Strateġiku ET 2020

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-eżerċizju ta' valutazzjoni ET2020 u jissottolinja l-bżonn li jitqiesu l-konklużjonijiet tiegħu u li jiġu implimentati fil-pront, bil-għan li jiżdied il-valur miżjud u tkun ottimizzata l-effikaċja tal-qafas, tissaħħaħ l-importanza tal-karatteristiċi ta' kull pajjiżi individwali u t-tagħlim reċiproku;

2.

Jiddispjaċih bil-problemi kbar f'termini ta' kwalità, aċċessibilità u diskriminazzjoni soċjoekonomika li għadhom ma ġewx solvuti fl-edukazzjoni u taħriġ u jemmen li hija neċessarja azzjoni politika aktar ambizzjuża, koordinata u effikaċi fil-livell Ewropew u nazzjonali;

3.

Itenni l-importanza tad-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni tal-edukazzjoni fiċ-ċittadinanza u fil-valuri komuni tal-libertà, tat-tolleranza u tan-nondiskriminazzjoni, adottata f'Pariġi f'Marzu 2015;

4.

Jilqa' favorevolment il-fatt li tnaqqas għal sitta n-numru tal-oqsma politiċi ET2020 li jelenkaw temi speċifiċi li minn fosthom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu skont l-esiġenzi u l-kundizzjonijiet tagħhom, iżda josserva li jeħtieġ li jissaħħu l-effikaċja u l-aspett operattiv tal-ET2020 u jiġi adottat programm ta' ħidma;

5.

Jilqa' l-proposta għall-estensjoni taċ-ċiklu ta' ħidma minn tliet snin għal ħamsa, sabiex jiġu implimentati aħjar l-għanijiet strateġiċi fit-tul u jkun hemm ħidma fuq kwistjonijiet bħalma huma n-nuqqas ta' progress tal-istudenti f'ċerti oqsma ta' studju, ir-rati baxxi ta' parteċipazzjoni fit-tagħlim tal-adulti, it-tluq bikri mill-iskola, l-inklużjoni soċjali, l-involviment ċiviku, id-differenzi bejn is-sessi u r-rati tal-impjegabilità tal-gradwati;

6.

Jilqa' pożittivament il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' Gruppi ta' Ħidma ET2020, u jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rappreżentanza tal-partijiet interessati differenti f'dawn il-gruppi, partikolarment bl-inklużjoni ta' aktar esperti fl-edukazzjoni, ħaddiema żgħażagħ, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, għalliema u membri tal-fakultajiet li l-esperjenza fil-prattika tagħhom hija essenzjali biex jinkisbu l-għanijiet ta' ET2020; jenfasizza l-bżonn ta' divulgazzjoni aħjar tal-konklużjonijiet tal-gruppi, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u f'dak tal-UE;

7.

Jilqa' t-tisħiħ tar-rwol ta' tmexxija tal-entitajiet informali fi ħdan l-ET2020, kif ukoll il-ħolqien ta' ċirkwiti ta' feedback li jlaqqgħu lill-Grupp ta' Livell Għoli, id-Direttur Ġenerali għar-raggruppamenti u l-Gruppi ta' Ħidma; jirrikonoxxi r-rwol li jiżvolġu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-involviment mal-partijiet interessati lokali, reġjonali u nazzjonali u ċ-ċittadini dwar kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u jitlob li dawn jirċievu appoġġ finanzjarju tagħhom fl-ambitu ta' Erasmus+ (KA3) u tal-Fond Soċjali Ewropew;

8.

Jitlob il-ħolqien ta' korp ta' koordinament informali li għandu jinkludi d-Direttur Ġenerali tad-DĠ Edukazzjoni u Kultura tal-Kummissjoni (DĠ EAC), id-Diretturi responsabbli mill-edukazzjoni f'DĠ oħrajn, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kultura u l-Edukazzjoni, u li jorganizza laqgħat ta' livell għoli biex jiġu żgurati l-koordinament tal-ħidma, il-koerenza tal-politiki u s-segwitu mogħti lir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-korpi formali u informali tal-ET2020; jemmen li tali koordinament huwa neċessarju minħabba t-tħassib għan-nuqqas ta' djalogu veru bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-tqassim tal-kompetenzi ET 2020 fost bosta DĠ tal-Kummissjoni u l-Kummissarji; jitlob li l-konklużjonijiet ta' din il-ħidma jkunu kkomunikati b'mod xieraq, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali;

9.

Itenni li, minkejja li huwa importanti l-ksib tal-ħiliet f'termini ta' impjegabilità, jixraq li jkunu difiżi l-valur, il-kwalità u l-użu prattiku tal-għarfien u r-rigorożità akkademika; jenfasizza li, fid-dawl tas-sitwazzjoni soċjoekonomika differenti u d-drawwiet edukattivi differenti tal-Istati Membri, jeħtieġ li jkunu evitati approċċi preskrittivi uniformi; jissottolinja li l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa li jmiss, hija u tikkonċentra bir-raġun fuq l-isfidi ekonomiċi u tal-impjiegi, għandha wkoll taffronta l-importanza tal-għarfien tas-suġġetti, tar-riżultati akkademiċi, tal-ħsieb kritiku u tal-kreattività; jistieden, fl-istess ħin, lill-Istati Membri jappoġġaw inizjattivi li fihom l-istudenti jkunu jistgħu juru ħiliethom quddiem il-pubbliku u l-impjegaturi potenzjali;

10.

Jirrimarka dwar ir-riskji marbutin mar-radikalizzazzjoni li qed tikber, il-vjolenza, il-bullying u l-problemi tal-mġiba li jkunu diġà bdew fil-livell primarju; jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka fil-livell tal-UE u tippreżenta ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri kollha, u tindika r-reazzjoni tagħhom għal dawn ix-xejriet u jekk Istati Membri inkludewx u kif inkludew l-edukazzjoni etika, personali u soċjali fil-kurrikuli tagħhom bħala strument li s'issa rnexxa f'ħafna skejjel, inkluż l-appoġġ għall-għalliema fir-rigward tal-ħiliet orizzontali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqsmu l-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

11.

Jindika l-valur ta' approċċ ibbażat fuq il-komunità għall-edukazzjoni formali, mhux formali u informali u ta' rabtiet b'saħħithom bejn l-ambjenti ta' tagħlim u l-familji;

12.

Jappella għal parteċipazzjoni akbar tal-atturi rilevanti kollha fil-ħidma tal-ET2020;

13.

Huwa tal-fehma li l-istudenti nfushom għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw b'mod attiv fil-governanza tal-istrutturi tat-tagħlim tagħhom, f'kull età u f'kull tip ta' tagħlim;

14.

Jinkoraġġixxi lill-Istati membri jsaħħu r-rabtiet bejn l-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV), l-istituti ta' riċerka u s-settur ekonomiku, u jiggarantixxu l-involviment tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili; josserva li din is-sħubija se ssaħħaħ l-impatt tal-ET2020 u r-rilevanza tas-sistemi ta' tagħlim biex jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tal-Ewropa;

15.

Jenfasizza li l-istrateġiji ta' komunikazzjoni skola-ġenituri u l-programmi għall-iżvilupp tal-karattru u programmi oħra ta' żvilupp personali, implimentati f'kuntesti ta' tagħlim f'kooperazzjoni mal-familji u ma' sħab soċjali rilevanti oħrajn, jistgħu jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-konverġenza soċjali, tkun promossa ċ-ċittadinanza attiva u l-valuri Ewropej minquxa fit-Trattati kif ukoll tkun evitata r-radikalizzazzjoni; jissottolinja li ambjent domestiku favorevoli huwa kruċjali fit-tiswir tal-profiċjenza fil-ħiliet bażiċi tat-tfal u jindika l-valur tal-korsijiet għall-ġenituri li jistgħu jkunu effikaċi fil-ġlieda kontra l-faqar fl-edukazzjoni;

16.

Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki fi ħdan il-qafas tal-ET2020;

17.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni permezz tal-ET2020 fundamentalment tikkomplementa miżuri nazzjonali, bħalma huma t-tagħlim reċiproku, il-ġbir ta' data, il-gruppi ta' ħidma u l-ikambji tal-aħjar prattiki nazzjonali, li se jissaħħu permezz ta' titjib fit-trasparenza u fil-koordinament tagħhom u fit-tixrid tar-riżultati tagħhom;

18.

Jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni ta' assoċjazzjonijiet esterni u NGOs fi ħdan l-iskejjel biex jagħtu lit-tfal aktar ħiliet u kompetenzi soċjali, bħall-arti jew l-attivitajiet manwali, u b'hekk jgħinu l-integrazzjoni, il-fehim aħjar tal-ambjent, is-solidarjetà fit-tagħlim u fil-ħajja u jiffaċilitaw il-kompetenzi ta' tagħlim tal-klassijiet sħaħ;

19.

Jinsab imħasseb li l-kwalità tat-tagħlim u tat-taħriġ tal-għalliema f'ċerti Stati Membri tal-UE qiegħda taqa' lura f'termini ta' firxa u kumplessità, fir-rigward tal-kompetenzi neċessarji biex dak li jkun jgħallem illum il-ġurnata, eż. meta jkollu x'jaqsam ma diversità dejjem akbar ta' studenti, l-użu ta' pedagoġiji innovattivi u l-għodda tal-ICT;

20.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadattaw il-programmi inizjali tagħhom ta' taħriġ u ta' żvilupp permanenti tal-għalliema f'attività, jisfruttaw bl-aħjar mod l-attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri u jippromwovu l-kooperazzjoni u s-sħubijiet bejn l-istituti ta' taħriġ tal-għalliema u l-iskejjel;

21.

Jilqa' favorevolment il-prijorità l-ġdida tal-ET2020 li tipprevedi t-titjib tas-sostenn għall-għalliema u li jissaħħaħ l-istatus tagħhom, li huwa essenzjali sabiex ikunu jistgħu jiksbu r-rispett meħtieġ, u b'hekk il-professjoni tagħhom issir aktar attraenti; huwa tal-fehma li, biex dan l-objettiv jinkiseb ikunu jinħtieġu preparazzjoni u taħriġ aħjar tal-għalliema u titjib tal-kundizzjonijiet ta' xogħol tagħhom, inkluż iż-żieda fis-salarji f'ċerti Stati Membri, billi l-għalliema ġeneralment jaqalgħu inqas mill-paga medja li jaqalgħu l-gradwati;

22.

Josserva bi tħassib li fi wħud mill-Istati Membri, speċjalment fil-pajjiżi f'diffikultà, il-preparazzjoni tal-għalliema u l-kwalità tal-edukazzjoni marru għall-agħar minħabba n-nuqqas ta' persunal u tat-tqaċċit fl-edukazzjoni;

23.

Jirrimarka li l-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ miftuħin u innovattivi huwa qasam prijoritarju fl-ET2020; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati u promossi l-innovazzjoni u l-flessibilità fil-metodi ta' tagħlim u t-trasferiment tal-għarfien, li fihom l-individwi huma parteċipanti attivi;

24.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal li joffru d-diġitalizzazzjoni, l-ICTs u t-teknoloġiji l-ġodda, inkluż l-użu ta' pjattaformi open data u ta' korsijiet online miftuħin (MOOCs), biex jitjiebu l-kwalità u l-aċċessibilità tat-tagħlim; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-kompetenzi diġitali u tal-ICTs, anke permezz tal-organizzazzjoni ta' taħriġ speċifiku għall-użu ta' dawn l-istrumenti maħsuba għall-għalliema u għall-istudenti fil-livell ta' skejjel u universitajiet; jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni transkonfinali msaħħa f'dan il-qasam;

25.

Ifaħħar l-attenzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lill-importanza tal-ħiliet diġitali; jissottolinja li għat-tħejjija taż-żgħażagħ għas-seklu XXI dawn il-ħiliet huma essenzjali;

26.

Jissottolinja li għandha tingħata attenzjoni akbar lit-titjib tar-riżultati tat-tagħlim relattivament għar-riżorsi disponibbli fi ħdan il-qafas tal-ET2020, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħlim għall-adulti;

27.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu r-regoli eżistenti fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ finanzjati mill-istrumenti finanzjarji Ewropej, b'enfasi aktar b'saħħitha fuq il-valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-kwalità u r-riżultati tagħhom meta mqabbla mal-prijoritajiet ET2020 li jkunu ġew rispettati;

28.

Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw, permezz ta' boroż ta' studju u ta' self, dawk il-perkorsi edukattivi u ta' studju li l-istruttura tagħhom tgħinhom biex jonqos id-distakk bejn l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet prattiċi;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-isforzi jiġu kkonċentrati b'mod aħjar fil-qasam tal-edukazzjoni u taħriġ permezz tat-tagħqid u tas-semplifikazzjoni ta' programmi u inizjattivi eżistenti;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni, meta jkun xieraq, tittratta l-gruppi minoritarji b'mod separat u diskret sabiex tirreaġixxi aħjar għall-problemi rispettivi li jħabbat wiċċu magħhom kull grupp;

31.

Jemmen bis-sħiħ li l-investiment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC), imfassla b'mod xieraq għal-livell ta' sensittività u ta' maturità ta' kull pubbliku destinatarju, iġib riżultati aħjar mill-investiment fi kwalunkwe fażi oħra tal-edukazzjoni; jirrimarka li ntwera bil-provi li l-investiment fis-snin bikrin tal-edukazzjoni jnaqqas l-ispejjeż aktar tard;

32.

Jemmen ukoll li s-suċċess tal-edukazzjoni fil-livelli kollha jiddependi minn għalliema mħarrġa sew, u mit-taħriġ professjonali tagħhom li jkun javvanza kontinwament, u għaldaqstant ikun jeħtieġ investiment suffiċjenti fit-taħriġ tal-għalliema;

Kwalità tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

33.

Jitlob li tingħata attenzjoni akbar lill-kwalità tal-edukazzjoni li tibda mill-kindergarten u tibqa' għaddejja tul il-ħajja;

34.

Jagħmel appell għall-iżvilupp ta' prattiki tajba fil-valutazzjoni tal-progress kwalitattiv u tal-investimenti fl-użu ta' data ta' kwalità mal-partijiet interessati f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali, minkejja l-importanza tal-indikaturi u tal-parametri ta' riferiment użati fil-qafas ET2020;

35.

Jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tal-ħiliet bażiċi ġenerali bħall-ICTs, il-matematika, il-ħsieb kritiku, il-lingwi barranin, il-mobilità, eċċ., li jippermettu liż-żgħażagħ jadattaw faċilment għall-ambjent soċjali u ekonomiku li qed jinbidel;

36.

Josserva n-numru bla preċedent tal-istudenti involuti fl-edukazzjoni formali; jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-livell ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE għadu għoli u r-rata ta' impjieg tal-gradwati naqset;

37.

Jenfasizza li l-miri tal-punti ta' riferiment dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020, inkluż, b'mod partikolari, it-tnaqqis fir-rata ta' tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 10 % u l-kisba ta' ċifra ta' 40 % tal-ġenerazzjoni żagħżugħa b'lawrja terzjarja, m'għandhomx jintlaħqu għad-detriment tal-kwalità fl-edukazzjoni, iżda pjuttost għandhom jiġu sodisfatti billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-ewwel mira ET 2020 ta' “ħiliet u kompetenzi rilevanti u ta' kwalità għolja”; jinnota li mod wieħed kif dan jista' jinkiseb huwa permezz tal-iżvilupp ta' proġetti ta' edukazzjoni doppja;

38.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-testijiet standardizzati u l-approċċi kwantitattivi għall-rendikont edukattiv l-aktar l-aktar ikejlu firxa limitata ta' kompetenzi tradizzjonali, u jista' jkollhom il-konsegwenza li l-iskejjel ikollhom jadattaw is-sillabi tat-tagħlim għall-materjal tat-test, u b'hekk jittraskuraw il-valuri intrinsiċi tal-edukazzjoni; jindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ta' kwalitajiet etiċi u ċivili u sens ta' umanità, filwaqt li x-xogħol tal-għalliema u l-kisbiet tal-istudenti f'dan il-qasam huma injorati mir-riżultati tat-testijiet; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' flessibilità, innovazzjoni u kreattività f'xenarji edukattivi li jistgħu jagħtu spinta lill-kwalità u l-kisbiet edukattivi;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati ħiliet bażiċi biex tinkiseb edukazzjoni ta' kwalità;

40.

Jenfasizza l-importanza li tingħata edukazzjoni bikrija ta' kwalità għolja u tal-modernizzazzjoni f'waqtha tagħha; jenfasizza r-rwol kruċjali ta' approċċ ċentrat fuq l-individwu fis-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ li jkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp tal-kreattività u l-ħsieb kritiku, filwaqt li ssir enfasi fuq l-interessi personali, il-bżonnijiet u l-kapaċitajiet tal-istudenti;

41.

Jistieden lill-Istati Membri jidderieġu l-investimenti fl-edukazzjoni inklużiva, li twieġeb għall-isfidi tas-soċjetà sabiex jiġu żgurati aċċess indaqs u opportunitajiet għal kulħadd; jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità, inklużi l-opportunitajiet u programmi ta' tagħlim tul il-ħajja li jindirizzaw kull forma ta' diskriminazzjoni, inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali u l-kawżi tal-esklużjoni huma essenzjali biex jittejbu l-koeżjoni soċjali u l-ħajja ta' żgħażagħ li jbatu minn żvantaġġi mil-lat soċjali u ekonomiku, kif ukoll il-persuni minn gruppi minoritarji, u jenfasizza l-ħtieġa ta' sforzi kontinwi biex titnaqqas ir-rata tagħhom ta' tluq bikri mill-iskola;

42.

Jitlob inklużjoni akbar fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex tieħu ħsieb il-persuni b'diżabilità jew bi bżonnijiet speċjali, u fl-istess ħin iħeġġeġ li t-taħriġ tal-għalliema jiġi mtejjeb sabiex l-għalliema jingħataw il-ħiliet biex ikunu kapaċi jinkludu, jintegraw u jassistu lill-istudenti b'diżabilitajiet;

43.

Jenfasizza li l-effetti indiretti tal-proċess ta' Bolonja u l-mobilità tal-istudenti għandhom jiġu eżaminati u vvalutati; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu sforz akbar biex jilħqu l-objettivi u jiżguraw l-implimentazzjoni tar-riformi miftiehma fil-qafas tal-proċess ta' Bolonja u l-programmi ta' mobilità, u biex jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu flimkien b'mod aktar effettiv biex jikkoreġu n-nuqqasijiet tagħhom bil-għan li jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tal-istudenti u tal-komunità akkademika kollha kemm hi, u jistimulaw u jappoġġaw titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni ogħla;

44.

Jiffavorixxi involviment usa' tal-komunità universitarja fiċ-ċiklu ta' ħidma tal-ET2020;

45.

Jinnota li l-proċess ta' Bolonja kien il-forza li wasslet għal kisbiet sinifikanti u hu tal-fehma li l-istituti edukattivi għandhom japplikaw il-flessibilità meta jużaw moduli u tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS);

46.

Jilqa' l-isforzi biex tiżdied ir-reġistrazzjoni għal dixxiplini STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika), imma mhux askapitu tal-istudji umanistiċi li huma indispensabbli biex isir użu tajjeb tal-opportunitajiet ippreżentati mid-dixxiplini STEM;

47.

Jenfasizza li l-kisba ta' riżultati finanzjarji ma għandhiex tkun prerekwiżit għall-attivitajiet akkademiċi kollha u f'dan ir-rigward jitlob li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li l-istudji umanistiċi ma jirriskjawx li jiġu kkanċellati mix-xenarju tar-riċerka;

48.

Jiffavorixxi approċċ aktar olistiku li jenfasizza l-importanza ta' varjetà ta' dixxiplini fl-edukazzjoni u r-riċerka;

49.

Jappoġġa bidla lejn approċċ fejn il-programmi ta' mobilità jiġu maħsuba f'termini ta' riżultati kwalitattivi li jirrispondu għall-prijoritajiet u jservu objettivi ta' tagħlim u taħriġ stabbilti; jitlob implimentazzjoni xierqa tal-proposti tal-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobilità u użu aħjar tal-għodod kollha disponibbli biex jippreparaw lill-istudenti għat-tip l-aktar xieraq ta' mobilità li jkollhom bżonn; iħeġġeġ lill-Istati Membri jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ta' internazzjonalizzazzjoni f'pajjiżhom biex l-istudenti li jippreferu li ma jipparteċipawx f'mobilità barra jingħataw dimensjoni internazzjonali matul l-istudji tagħhom;

50.

Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiġi żgurata aċċessibilità ta' opportunitajiet ta' mobilità fit-taħriġ vokazzjonali, għal żgħażagħ żvantaġġati u persuni vittmi ta' forom differenti ta' diskriminazzjoni; jenfasizza r-rwol importanti tal-programmi ta' mobilità bħal Erasmus+ fl-istimolu tal-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi trasversali fost iż-żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li l-Aġenda Ewropea Mġedda għat-tagħlim tal-adulti tissaħħaħ;

51.

Jenfasizza l-importanza ta' qafas globali ta' rikonoxximent ta' kwalifiki u diplomi bħala essenzjali biex tiġi żgurata mobilità edukattiva u mobilità tax-xogħol fuq skala transkonfinali;

52.

Jitlob li jkun hemm aktar sforzi fil-validazzjoni ta' tagħlim formali u informali, inklużi s-servizzi volontarji, u għall-iżvilupp ta' strumenti ta' rikonoxximent tal-għarfien u l-kompetenzi miksuba b'mod diġitali;

53.

Jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu ssimplifikati u rrazzjonalizzati l-istrumenti eżistenti tal-UE dwar il-ħiliet u l-kwalifiki li huma diretti lejn il-pubbliku inġenerali, biex b'hekk dan ikun jista' jintlaħaq iżjed, f'konformità mar-riżultati tal-istħarriġ tal-Kummissjoni li sar fl-2014 bit-titolu “European Area of Skills and Qualification” (“Żona Ewropea ta' Ħiliet u l-Kwalifiki”);

Migrazzjoni u edukazzjoni

54.

Jenfasizza li l-isfidi għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jġibu magħhom il-migrazzjoni intra-Ewropea u extra-Ewropea u l-kriżi attwali tar-rifuġjati u l-kriżi umanitarja għandhom jiġu indirizzati fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali;

55.

Jenfasizza li n-nuqqas li l-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil jingħataw edukazzjoni u taħriġ se jinfluwenza b'mod negattiv l-impjegabilità futura tagħhom, l-iżvilupp tagħhom ta' għarfien tal-valuri kulturali u soċjali tal-pajjiż ospitanti tagħhom, u, finalment, l-integrazzjoni u l-kontribut tagħhom lis-soċjetà;

56.

Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tal-UE u dawk nazzjonali sabiex jinstab l-aħjar approċċ biex ir-rifuġjati u l-migranti jiġu integrati rapidament, bis-sħiħ u b'mod sostenibbli fis-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ;

57.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-integrazzjoni tal-edukazzjoni tal-migranti fix-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma tal-ET2020 u biex jiġu organizzati attivitajiet ta' tagħlim rispettivi bejn il-pari fil-ħajja inizjali tagħhom;

58.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-ministeri tal-edukazzjoni tal-Istati Membri u d-DĠ EAC tal-Kummissjoni jikkooperaw sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni ta' kwalità għolja, b'mod partikolari billi jilħqu l-aktar persuni żvantaġġati u persuni bi sfondi differenti, inklużi l-migranti li jkunu għadhom kif jaslu, u billi jintegrawhom f'ambjent pożittiv għat-tagħlim;

59.

Jitlob miżuri Ewropej biex jiġu integrati tfal migranti, rifuġjati jew li jfittxu asil ġewwa u barra l-Ewropa f'sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ u biex jiġu megħjuna jadattaw għall-kurrikuli u l-istandards tat-tagħlim tal-Istat Membru ospitanti billi jappoġġaw metodi innovattivi ta' tagħlim u jipprovdu lit-tfal b'assistenza fil-lingwa, u jekk meħtieġ, assistenza soċjali, kif ukoll jgħinuhom isiru midħla tal-kultura u l-valuri tal-pajjiż ospitanti filwaqt li jippreżervaw il-wirt kulturali tagħhom stess;

60.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkunsidraw il-possibilitajiet li jintegraw l-għalliema u l-akkademiċi migranti fis-sistemi edukattivi Ewropej u li jużaw il-ħiliet u l-esperjenzi tal-lingwa u t-tagħlim tagħhom bi skop pożittiv;

61.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet edukattivi joffru pariri u appoġġ lit-tfal migranti, rifuġjati u li jfittxu asil li jippruvaw jiksbu aċċess għas-servizzi tal-edukazzjoni permezz tal-għoti ta' informazzjoni ċara u punti ta' kuntatt viżibbli;

62.

Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li nofs il-ħarrieġa tal-għalliema fil-pajjiżi tal-OECD jħossu li s-sistemi ta' taħriġ tal-għalliema ma jħejjuhomx biżżejjed biex jimmaniġġjaw id-diversità tagħhom b'mod effettiv, u jħeġġeġ lill-Istati Membri kkonċernati jiggarantixxu appoġġ professjonali kontinwu għall-għalliema f'dan il-qasam, billi jingħataw il-kompetenzi pedagoġiċi meħtieġa dwar temi ta' migrazzjoni u akkulturazzjoni u jippermettulhom jużaw id-diversità bħala riżorsa għanja għat-tagħlim fil-klassijiet; huwa favur użu aħjar tal-potenzjal ta' attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri;

63.

Jappoġġa l-idea li jinħolqu uffiċċji ta' assistenza u linji gwida għall-għalliema li joffrulhom appoġġ f'waqtu fil-ġestjoni ta' tipi varji ta' diversità b'mod pożittiv u li jippromwovu d-djalogu interkulturali fil-klassi, kif ukoll gwida meta kkonfrontati bi studenti fir-riskju li jiġu radikalizzati;

64.

Jitlob il-ħolqien ta' sinerġiji differenzjati bejn il-Gruppi ta' Ħidma ET2020 u n-netwerks bħall-Grupp ta' Ħidma dwar l-Edukazzjoni tan-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN);

65.

Jitlob it-twaqqif ta' Grupp ta' Esperti rilevanti kif previst fil-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018;

66.

Jenfasizza l-bżonn ta' aktar programmi ta' tagħlim ibbażati fuq il-lingwa;

67.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi sabiex jiżviluppaw malajr u jimplimentaw mekkaniżmi biex itejbu l-fehim u l-identifikazzjoni tal-kwalifiki tal-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil, billi ħafna li jidħlu fl-UE jiġu mingħajr ebda prova tal-kwalifiki formali tagħhom;

68.

Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw kif forom eżistenti ta' rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali jistgħu jiġu żviluppati, inklużi verifiki xierqa tal-isfond edukattiv;

69.

Jemmen li t-tagħlim mhux formali u informali għandu l-potenzjal li jkun għodda effettiva biex tirnexxi l-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-suq tax-xogħol u s-soċjetà;

70.

Jenfasizza r-rwol importanti tat-tagħlim mhux formali u informali, kif ukoll tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet sportivi u ta' volontarjat, fl-istimolazzjoni tal-iżvilupp tal-kompetenzi ċiviċi, soċjali u interkulturali; jenfasizza l-fatt li xi pajjiżi għamlu progress sinifikanti fl-iżvilupp ta' oqfsa ġuridiċi rilevanti, filwaqt li oħrajn għandhom diffikultajiet biex joħolqu strateġiji komprensivi ta' validazzjoni; jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji komprensivi biex il-validazzjoni ssir possibbli;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw miżuri għal migranti, rifuġjati u studenti li qed ifittxu asil li jinkitbu f'istituzzjonijiet ta' livell universitarju, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u l-kompetenzi dwar l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ; jilqa' l-inizjattivi adottati f'dan ir-rigward minn numru ta' universitajiet Ewropej, u jħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prassi f'dan il-qasam;

72.

Jitlob il-ħolqien ta' “kurituri ta' edukazzjoni” li jagħmluha possibbli għall-istudenti li huma rifuġjati jew li ġejjin minn żoni ta' kunflitt jinkitbu f'universitajiet Ewropej, inkluż għat-tagħlim mill-bogħod;

73.

Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni tal-istudenti migranti fil-livelli kollha tal-edukazzjoni;

74.

Iqis li l-programm Science4Refugees għandu jiġi evalwat u, jekk ikun meħtieġ, żviluppat ulterjorment; jiffavorixxi appoġġ fil-livell tal-UE u nazzjonali għal istituzzjonijiet mingħajr skop ta' lukru li jipprovdu assistenza lill-akkademiċi migranti, rifuġjati u li qed ifittxu asil fix-xjenza u f'oqsma professjonali oħra;

75.

Jinnota li l-“eżodu tal-imħuħ” joħloq riskji għal dawk l-Istati Membri, speċjalment fl-Ewropa Ċentrali/tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fejn numru dejjem akbar ta' żgħażagħ gradwati qed ikollhom jemigraw; jesprimi tħassib dwar il-fatt li Gruppi ta' Ħidma tal-ET2020 mhux qed jirnexxilhom jindirizzaw b'mod adegwat il-kunċett ta' mobilità żbilanċjata, u jisħaq fuq il-bżonn li tiġi indirizzata l-problema fil-livell nazzjonali u tal-UE;

76.

Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-oqsma kollha tal-ħajja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi u li jiġu rikonoxxuti l-bżonnijiet partikolari tan-nisa żgħażagħ billi l-perspettiva tas-sessi tiġi inkluża fl-ET2020; jenfasizza li, peress li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mill-valuri li fuqha ġiet ibbażata l-UE, hemm il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet edukattivi kollha japprovaw u jimplimentaw dan il-prinċipju fost l-istudenti tagħhom, bl-għan li jrawmu t-tolleranza, in-nondiskriminazzjoni, iċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni soċjali u djalogu interkulturali;

o

o o

77.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(2)  ĠU C 70, 8.3.2012, p. 9.

(3)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(4)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 31.

(5)  ĠU C 327, 4.12.2010, p. 11.

(6)  ĠU C 64, 5.3.2013, p. 5.

(7)  ĠU C 183, 14.6.2014, p. 22.

(8)  ĠU C 183, 14.6.2014, p. 30.

(9)  ĠU C 17, 20.1.2015, p. 2.

(10)  ĠU C 172, 27.5.2015, p. 17.

(11)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 36.

(12)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(13)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(14)  http://ec.europa.eu/education/news/2015/documents/citizenship-education-declaration_en.pdf

(15)  http://ec.europa.eu/education/policy/vocational-policy/doc/2015-riga-conclusions_en.pdf

(16)  http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/thematic_reports/125en.pdf

(17)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.

(18)  http://ec.europa.eu/education/tools/docs/university-business-forum-brussels_en.pdf

(19)  http://www.cedefop.europa.eu/files/3052_en.pdf

(20)  Testi adottati, P8_TA(2015)0292.

(21)  Testi adottati, P8_TA(2015)0107.

(22)  Testi adottati, P8_TA(2015)0418.

(23)  Testi adottati, P8_TA(2016)0107.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/16


P8_TA(2016)0292

Rapport ta' progress dwar l-enerġija rinnovabbli

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli (2016/2041(INI))

(2018/C 091/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari t-Titolu XX dwar l-ambjent u t-Titolu XXI dwar l-enerġija,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari t-Titolu IX dwar l-impjiegi u t-Titolu XVIII dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta' interess ġenerali u l-Protokoll (Nru 28) dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Rapport dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli” (COM(2015)0293) u l-pjanijiet nazzjonali,

wara li kkunsidra l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP 11) li saret f'Pariġi, Franza, mit-30 sal-11 ta' Diċembru 2015, kif ukoll il-Ftehim ta' Pariġi,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET) Integrat: l-Aċċelerazzjoni tat-Trasformazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija Ewropea” (C(2015)6317),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ” (COM(2016)0051),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” COM(2011)0112),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (3),

wara li kkunsidra l-istudju tal-KESE dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli bit-titolu “Inbiddlu l-futur tal-enerġija: is-soċjetà ċivili bħala attur ewlieni fil-ġenerazzjoni tal-enerġija”,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Aarhus tal-25 ta' Ġunju 1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar qafas għall-politika tal-klima u tal-enerġija fl-2030 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ottubru 2015 dwar “Lejn ftehim internazzjonali ġdid dwar il-klima f'Pariġi” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar il-ksib tal-mira ta' 10 % għall-interkonnessjoni elettrika – Inlestu l-grilja elettrika tal-Ewropa għall-2020 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija” (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0196/2016),

A.

billi l-UE kollha kemm hi qiegħda fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tal-2020 f'dak li għandu x'jaqsam mal-enerġija rinnovabbli iżda xi Stati Membri jeħtieġ jintensifikaw l-azzjoni;

B.

billi l-ispejjeż tal-enerġija rinnovabbli naqsu b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin, u dan, flimkien ma' avvanzi teknoloġiċi fil-produzzjoni u l-ħżin, għamel lill-enerġija rinnovabbli dejjem aktar kompetittiva fil-konfront tal-ġenerazzjoni konvenzjonali, u dan joffri opportunità unika biex tinħoloq politika Ewropea ġenwina dwar l-enerġija li tkabbar il-kompetittività u tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra; billi t-tranżizzjoni lejn sistema ta' enerġija sostenibbli u li tħares lejn il-ġejjieni jeħtieġ tinkludi sforzi fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-aħjar użu mir-riżorsi tal-enerġija tal-Ewropa, l-iżvilupp teknoloġiku u l-infrastruttura intelliġenti; billi, biex jinħolqu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi u jiġi żgurat ir-rwol suprem tal-UE f'dawn l-oqsma, hemm bżonn qafas regolatorju stabbli fit-tul;

C.

billi, skont l-Artikolu 194 tat-TFUE, il-politika Ewropea dwar l-enerġija jeħtieġ tiżgura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, kif ukoll il-promozzjoni tal-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija; billi miri vinkolanti nazzjonali u tal-UE, obbligi ta' ppjanar u rappurtar konkreti u miżuri ta' awtorizzazzjoni kienu l-muturi ewlenin taċ-ċertezza tal-investiment u l-espansjoni tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fl-UE, kif ukoll tal-infrastruttura għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni;

D.

billi, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi tal-COP 21, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli hemm bżonn tiġi adattata biex tkun konformi mal-għan maqbul li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm fil-livell ta' 1.5 oC ogħla mil-livelli preindustrijali; billi ekonomija bbażata 100 % fuq sorsi rinnovabbli nistgħu naslu għaliha biss billi nnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħna, inżidu l-effiċjenza enerġetika u nagħtu spinta lir-riżorsi ta' enerġija rinnovabbli;

E.

billi politiki ambizzjużi għall-enerġija rinnovabbli, flimkien mal-effiċjenza enerġetika, huma mutur ewlieni fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet u n-nefqa globali tal-enerġija esterna tagħha u t-titjib tas-sigurtà tal-enerġija fir-rigward tal-fornituri esterni; billi l-UE timporta aktar minn nofs l-enerġija kollha li tikkonsma, bi spiża ta' aktar minn EUR 1 biljun kuljum, li jammonta għal aktar minn 20 % tal-importazzjonijiet kollha; billi d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet hija partikolarment għolja fil-każ taż-żejt mhux raffinat, il-gass naturali u l-faħam; billi l-ispejjeż iffrankati fuq il-fjuwil importat minħabba ż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli jammontaw għal mill-inqas EUR 30 biljun fis-sena;

F.

billi l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli jista' jgħin biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sovranità tal-enerġija, jiġi eliminat il-faqar enerġetiku u jitrawmu l-iżvilupp ekonomiku u s-supremazija teknoloġika tal-UE, filwaqt li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima; billi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli jikkontribwixxu biex iċ-ċittadini Ewropej jingħataw enerġija stabbli, sostenibbli u bi prezz raġonevoli, b'enfasi speċjali fuq dawk l-aktar vulnerabbli; billi s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandhom jippermettu liċ-ċittadini jibbenefikaw mill-awtoġenerazzjoni u minn provvista ta' enerġija prevedibbli;

G.

billi l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli għandu jikkoinċidi mal-iżvilupp ta' suq intern tal-elettriku li jiffunzjona tajjeb; billi l-Unjoni tal-Enerġija għandha tkun ibbażata fuq tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija sostenibbli u li tħares 'il quddiem, fejn il-pilastri ewlenin ikunu l-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura intelliġenti;

H.

billi l-kumpaniji tal-UE fis-settur tal-enerġija rinnovabbli, li ħafna minnhom huma SMEs, jimpjegaw 1,15 miljun ruħ fl-Ewropa u għandhom sehem ta' 40 % tal-privattivi tad-dinja kollha għat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, u dan ipoġġi lill-UE fuq quddiem fix-xena internazzjonali; billi, skont il-Kummissjoni, bejn issa u l-2020 jistgħu jinħolqu 20 miljun impjieg fl-ekonomija ekoloġika, li hija wkoll opportunità kbira għall-ħolqien tal-impjiegi f'żoni rurali; billi l-proġetti tal-SMEs, tal-kooperattivi u tal-individwi għandhom rwol importanti fl-innovazzjoni u l-iżvilupp tas-settur tal-enerġija rinnovabbli;

I.

billi l-Kummissjoni hija impenjata biex l-Ewropa ssir l-aqwa fid-dinja fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, li huwa kruċjali għall-politika industrijali; billi ċ-Ċina saret l-aktar pajjiż li jinvesti fl-enerġija rinnovabbli fid-dinja, filwaqt li l-investiment fl-Ewropa naqas b'21 %, minn EUR 54,61 biljun (USD 62 biljun) fl-2014 għal EUR 42,99 biljun (USD 48,8 biljun) fl-2015, l-aktar ċifra baxxa f'disa' snin;

J.

billi l-investiment kontinwu fis-sorsi rinnovabbli jeħtieġ kemm tmexxija u impenn pubbliċi u privati ambizzjużi kif ukoll qafas ta' politika affidabbli li jkun konsistenti mal-impenji tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima u li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, li għandu potenzjal kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa;

K.

billi objettivi ambizzjużi u realistiċi – parteċipazzjoni pubblika, monitoraġġ u superviżjoni, regoli politiċi ċari u sempliċi u appoġġ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew u l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi s-sħab soċjali (li jġib flimkien ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-industrija) u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili – huma ta' importanza fundamentali, u jeħtieġ jissaħħu aktar biex l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli jkun suċċess;

L.

billi r-rispett għad-drittijiet ta' sjieda huwa importanti fil-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

M.

billi l-enerġija rinnovabbli toffri opportunità għal demokrazija enerġetika akbar fis-swieq tal-enerġija billi tagħti s-setgħa lill-konsumaturi jipparteċipaw b'mod attiv u fuq bażi ugwali mal-partijiet interessati l-oħra fis-suq tal-enerġija, biex huma nfushom jiġġeneraw, jaħżnu u jbigħu l-enerġija rinnovabbli li jkunu pproduċew huma stess, individwalment jew f'ġestjoni kollettiva, kif ukoll permezz ta' investiment pubbliku u privat, inklużi forom deċentralizzati ta' produzzjoni tal-enerġija mnedija mill-awtoritajiet pubbliċi lokali, reġjonali u tal-bliet; billi l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli għandhom jippermettu kontroll akbar miċ-ċittadini fuq il-konsum tal-enerġija tagħhom u t-tranżizzjoni tal-enerġija u jippromwovu l-parteċipazzjoni diretta tagħhom fis-sistema tal-enerġija, inkluż permezz ta' skemi ta' investiment;

N.

billi r-riħ lil hinn mill-kosta fir-reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana għandu l-potenzjal li, sal-2030, jiġġenera aktar minn 8 % tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa;

O.

billi ċerti Stati Membri huma aktar esposti għal fornitur wieħed ta' fjuwils fossili; billi, minħabba l-enerġiji rinnovabbli, ġew iffrankati EUR 30 biljun fi fjuwils fossili impurtati, u l-konsum ta' gass naturali tnaqqas b'7 %, u b'hekk issaħħew l-indipendenza u s-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa, li għadha l-akbar importatur ta' enerġija fid-dinja;

Progress f'dak li għandu x'jaqsam mas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli

1.

Jilqa' l-impenji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli; iqis, b'rabta mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, li t-taħlita attwali ta' miri nazzjonali vinkolanti, Pjanijiet Nazzjonali tal-Enerġija Rinnovabbli u monitoraġġ biennali kienet mutur ewlieni għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli għall-2020 u tressaq qafas leġiżlattiv ambizzjuż għal wara l-2020; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li hemm bżonn qafas regolatorju stabbli fit-tul, inklużi miri tal-enerġija rinnovabbli nazzjonali u tal-UE li jkunu konsistenti mal-aktar perkors effiċjenti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni fit-tul fir-rigward tal-klima (2050);

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha għall-2020, iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd kbir ta' pajjiżi (il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, Spanja u r-Renju Unit) li, skont l-estimi għall-2014-2020 tar-Rapport tal-Kummissjoni tal-2015 dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli, jista' jkollhom isaħħu l-politiki u l-għodod tagħhom biex ikun żgurat li jilħqu l-objettivi tagħhom għall-2020, filwaqt li l-kisba tagħhom mhijiex ċerta lanqas fil-każ tal-Ungerija u l-Polonja; jistieden lill-Istati Membri li għadhom lura biex jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jerġgħu lura fit-triq it-tajba; jilqa' l-fatt li xi Stati Membri diġà laħqu jew dalwaqt jilħqu l-miri tagħhom għall-2020, ferm qabel iż-żmien, bħalma huma l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Awstrija, ir-Rumanija, il-Finlandja u l-Iżvezja;

3.

Jiddispjaċih li r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli ma jressaqx rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi biex jaġġustaw il-politiki u l-għodod tagħhom biex jiġi żgurat li jilħqu l-miri tagħhom għall-2020; jenfasizza li l-aċċess għall-kapital huwa ta' importanza ċentrali, iżda qed jiżdied b'mod sinifikanti d-distakk fil-kost tal-kapital fl-UE-28, li qed jirriżulta f'qasma bejn it-Tramuntana-Punent u l-Lvant-Nofsinhar; jinnota li l-eżistenza ta' varjetà ta' politiki differenti għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tirriskja li twessa' aktar id-distakk fil-kompetittività fost il-pajjiżi tal-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun hemm mekkaniżmu finanzjarju tal-UE bil-għan li jitnaqqas ir-riskju għoli tal-kostijiet tal-kapital ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli;

4.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġu identifikati u skambjati l-aħjar prattiki f'termini ta' politiki nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli u li ssir promozzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tagħhom fil-qafas ta' mudell Ewropew aktar konverġenti, li jiffavorixxi kooperazzjoni u koordinazzjoni akbar fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni żżomm ir-rwol tagħha fil-monitoraġġ tal-progress u tappoġġja attivament l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli; jenfasizza l-importanza li l-enerġiji rinnovabbli jiġu vvalutati fuq il-kompetittività, is-sostenibbiltà, il-kosteffettività u l-kontribut tagħhom għall-objettivi marbuta mat-tibdil fil-klima;

5.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-pjanijiet nazzjonali u l-obbligi ta' rappurtar fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri u jemmen li dawn l-obbligi għandhom jinżammu fil-perjodu ta' wara l-2020; jirrikonoxxi li l-għażla tat-taħlita tal-enerġija tal-Istati Membri tibqa' kompetenza nazzjonali fil-kuntest tal-Artikolu 194 tat-TFUE, u kull Stat Membru jippromwovi l-iżvilupp tal-forom ta' enerġija rinnovabbli tiegħu, u għaldaqstant it-taħlitiet tal-enerġija jibqgħu diversifikati ħafna;

6.

Jenfasizza l-importanza ta' proċeduri amministrattivi sempliċi, aċċessibbli, effiċjenti u għall-but ta' kulħadd;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi evalwazzjoni tal-impatt tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet, speċjalment il-prezzijiet għall-unitajiet domestiċi, fir-rapporti futuri dwar il-progress fl-enerġija rinnovabbli;

8.

Jenfasizza l-importanza ta' proposta leġiżlattiva tal-UE dwar ir-regoli tas-suq tal-enerġija, peress li suq aktar integrat huwa kruċjali għall-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, u biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija għall-familji u l-industrija;

9.

Jenfasizza l-importanza ta' skemi stabbli u kosteffikaċi ta' sostenn għall-enerġija rinnovabbli għall-investiment fit-tul li jibqgħu reattivi u adattabbli fl-immedjat u li jkunu mfassla skont il-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi nazzjonali, u li jippermettu t-tneħħija gradwali tas-sussidji għal teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli maturi; jilqa' l-fatt li għadd ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli malajr qed isiru kost-kompetittivi fil-konfront ta' forom konvenzjonali ta' ġenerazzjoni; jenfasizza li t-tranżizzjoni tal-enerġija tiddependi fuq it-trasparenza, il-konsistenza u l-kontinwità tal-oqfsa ġuridiċi, finanzjarji u regolatorji bil-ħsieb li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri; jiddeplora l-bidliet retroattivi fi skemi ta' appoġġ rinnovabbli li jbiddlu r-redditu fuq l-investimenti li jkunu diġà saru; jistieden lill-Istati Membri jħabbru kwalunkwe aġġustament għall-iskemi ta' appoġġ rinnovabbli u jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati minn ħafna qabel; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika l-kompatibbiltà tal-iskemi ta' sostenn nazzjonali mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien bla bżonn fl-implimentazzjoni tagħhom;

10.

Jenfasizza li l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli; ifakkar fil-mira tal-Parlament ta' 85 % tal-finanzjament għal enerġija li ma tkunx ġejja mill-fjuwils fossili fil-qafas tal-kapitolu dwar l-enerġija ta' Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jkomplu jiffaċilitaw l-użu effikaċi tal-iskemi kollha eżistenti ta' finanzjament u jiżguraw aċċess għall-kapital, b'mod partikolari għall-SMEs, u jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin tagħha u l-iżvilupp ta' prodotti relatati bil-għan li l-industrija tal-enerġija rinnovabbli tal-UE tkun aktar kompetittiva, u b'hekk jingħata lok għal użu akbar ta' sorsi rinnovabbli u jiġi evitat li d-distakk fil-kompetittività fost il-pajjiżi tal-UE jikber aktar;

11.

Jenfasizza li l-ħżin tal-elettriku jista' jikkontribwixxi biex jipprovdi flessibbiltà lis-sistema tal-elettriku tal-UE u jibbilanċja l-fluttwazzjonijiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli; itenni li d-Direttiva dwar l-Elettriku 2009/72/KE attwali ma ssemmix il-ħżin u jenfasizza li r-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar l-Elettriku għandha tqis is-servizzi differenti li l-ħżin tal-enerġija jista' jipprovdi; iqis li jekk tiġi ċċarata l-pożizzjoni tal-ħżin l-operaturi tat-trażmissjoni u tal-grilja jkunu jistgħu jinvestu f'servizzi tal-ħżin tal-enerġija;

12.

Jenfasizza li l-iskemi ta' sostenn fil-livelli kollha għandhom ikunu ffukati fuq it-teknoloġiji li għandhom potenzjal kbir biex inaqqsu l-kostijiet tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u/jew iżidu l-użu tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq;

13.

Iqis li l-istrateġija futura dwar ir-R&Ż għandha tiffoka fuq il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta' grilji intelliġenti u bliet intelliġenti; iqis, barra minn hekk, li l-elettrifikazzjoni tat-trasport, l-iċċarġjar intelliġenti tal-vetturi u t-teknoloġiji tal-elettriku mill-vettura għall-grilja jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija u fl-utilizzazzjoni potenzjali ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

14.

Iqis li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri previsti fid-Direttiva 2009/28/KE u l-Qafas għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, kif ukoll il-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni b'rabta mal-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli filwaqt li jingħata appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; jenfasizza l-importanza tal-konċentrazzjoni tematika fil-politika ta' koeżjoni, peress li din għandha tikkontribwixxi biex l-investimenti jiġu diretti lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, inklużi l-enerġiji rinnovabbli, speċjalment fid-dawl tar-rwol prominenti tal-objettiv tematiku “Appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx tal-karbonju fis-setturi kollha”; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom u jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet ta' finanzjament eżistenti għal dan il-għan filwaqt li jenfasizzaw l-opportunitajiet għall-iżvilupp u l-ħolqien ta' impjiegi għall-intrapriżi lokali; ifakkar id-dispożizzjonijiet komuni tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni li jappoġġjaw l-eliġibbiltà ta' proġetti relatati mal-effiċjenza fl-enerġija u l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fid-djar privati, fil-bini pubbliku u fl-intrapriżi, u jemmen li l-integrazzjoni tas-suq reġjonali tal-enerġija rinnovabbli, li tista' tinkiseb permezz ta' finanzjament bħal dan, tkun tirrappreżenta kontribut importanti tal-politika ta' koeżjoni f'dan ir-rigward;

15.

Jenfasizza l-bżonn ta' aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni fi ħdan u bejn l-Istati Membri u r-reġjuni u ta' approċċ integrat lejn l-investiment pubbliku u l-finanzjament f'titjib ta' natura teknika, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti, l-adattament u l-kapaċità tal-grilja, il-kejl intelliġenti, il-ħżin, il-ġestjoni mil-lat tad-domanda, l-effiċjenza enerġetika u l-produzzjoni innovattiva tal-enerġija rinnovabbli;

16.

Jenfasizza li l-grilji f'ħafna Stati Membri sempliċement ma jistgħux jirċievu l-enerġija ġġenerata minn sorsi rinnovabbli varjabbli; jenfasizza li l-modernizzazzjoni tal-grilji tal-enerġija hija essenzjali biex dawn jakkomodaw bidliet fil-produzzjoni u t-trażmissjoni;

17.

Jitlob b'urġenza sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika, bl-involviment tal-partijiet kollha interessati fi stadju bikri fl-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli; jiddeplora n-nuqqas ta' informazzjoni li hemm bħalissa dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u jenfasizza l-ħtieġa ta' rapporti biennali aktar dettaljati min-naħa tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-monitoraġġ u l-appoġġ tal-progress fl-enerġiji rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza dwar l-użu tas-setgħa ta' infurzar tagħha;

18.

Jenfasizza l-importanza tal-involviment min-naħa tal-livelli kollha tal-amministrazzjoni, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet, fl-implimentazzjoni ta' sistema Ewropea tal-enerġija bbażata kompletament fuq mudell ta' produzzjoni, konsum u awtokonsum ta' enerġija; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-Patt tas-Sindki, il-Bliet u l-Komunitajiet Intelliġenti u l-Komunitajiet 100 % RES, li jippermetti l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattika;

19.

Jinnota li kooperazzjoni reġjonali akbar dwar l-enerġija rinnovabbli hija kruċjali biex jiġi żgurat l-iżvilupp ulterjuri tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

20.

Jilqa' l-fatt li fl-2013 l-użu ta' enerġiji rinnovabbli ppermetta li tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta' madwar 388 miljun tunnellata gross ta' CO2 u wassal għal tnaqqis ta' 116 Mtoe fid-domanda tal-UE għall-fjuwils fossili;

21.

Jenfasizza l-potenzjal enormi tas-setturi tal-enerġija rinnovabbli għall-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-istandards tax-xogħol ma jitbaxxewx b'riżultat tat-tranżizzjoni tal-enerġija, li għandha tkun ibbażata fuq il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità;

Sorsi ta' enerġija rinnovabbli għall-futur

22.

Jenfasizza li l-miri tar-RES għandhom jiġu ffissati skont il-miri tal-klima maqbula minn 195 pajjiż f'Pariġi, f'Diċembru 2015; jinnota l-proposta tal-Kunsill Ewropew għal mira ta' mill-inqas 27 % ta' enerġija rinnovabbli għall-2030; ifakkar fl-appell tal-Parlament biex jiġu implimentati miri vinkolanti ta' mill-inqas 30 % tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli permezz ta' miri nazzjonali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza meħtieġa mil-lat legali u mil-lat tal-investituri; jemmen li, fid-dawl tal-Ftehim riċenti tal-COP21, tkun rakkomandabbli ambizzjoni ferm ogħla; jinsisti li objettivi ċari u ambizzjużi f'dan ir-rigward jikkostitwixxu għodda li ttejjeb iċ-ċertezza u tiżgura pożizzjoni superjuri għall-UE fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta approċċ aktar ambizzjuż dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 li jżid il-mira tal-UE għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli għal mill-inqas 30 %, li għandha tiġi implimentata permezz ta' miri nazzjonali individwali;

23.

Jenfasizza r-rilevanza tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-enerġija rinnovabbli u d-disinn tas-suq biex jinħoloq qafas ġdid li jkun adatt għall-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, abbażi ta' skemi affidabbli ta' sostenn u parteċipazzjoni sħiħa tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fis-suq;

24.

Jagħraf li t-tnaqqis fit-taxxa huwa inċentiv b'saħħtu biex issir il-bidla mill-enerġija minn fjuwils fossili għall-enerġija rinnovabbli, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirriforma d-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li mhux qed iħallu li dawn l-inċentivi jiġu sfruttati bis-sħiħ;

25.

Jenfasizza li l-miri diġà maqbula għall-2020 jeħtieġ jittieħdu bħala l-linja bażi minima fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, sabiex wara l-2020 l-Istati Membri ma jkunux jistgħux jinżlu taħt il-mira nazzjonali tagħhom għall-2020; jenfasizza li l-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-UE għall-2030 tirrikjedi impenn kollettiv; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom fil-ħin u li l-Kummissjoni teħtieġ kapaċitajiet ta' sorveljanza msaħħa, inkluż lil hinn mill-2020, mogħnija b'għodda xierqa għal monitoraġġ effikaċi u f'waqtu u l-possibbiltà li tintervjeni f'każ ta' miżuri kontroproduċenti; jemmen li monitoraġġ bħal dan ikun possibbli biss jekk il-Kummissjoni tiddetermina parametri referenzjarji nazzjonali għall-Istati Membri li magħhom ikun jista' jitkejjel il-progress tagħhom fl-użu tal-enerġija rinnovabbli;

26.

Jenfasizza l-potenzjal tal-Ewropa fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u jissottolinja l-importanza ta' kundizzjonijiet favorevoli u għal perjodu twil għall-atturi kollha tas-suq;

27.

Jenfasizza l-kontribut importanti tal-enerġija rinnovabbli fit-tnaqqis globali tal-emissjonijiet tal-karbonju; jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tas-sorsi rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftiehma fil-COP 21;

28.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom iżidu l-użu ġustifikat ta' dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti tal-istatistika u l-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni biex jilħqu l-miri tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, li tkun ta' benefiċċju għall-ottimizzazzjoni tas-sistemi kif ukoll għal forniment effiċjenti u ffrankar akbar ta' spejjeż fl-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri aktar inċentivi, informazzjoni, analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u gwida f'dan ir-rigward;

29.

Jenfasizza l-bżonn li tiġi definita sistema ta' governanza b'saħħitha, robusta u trasparenti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2030 filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali biex tiġi ddeterminata t-taħlita tal-enerġija, u filwaqt li jingħata lok għal kontroll u skrutinju demokratiku sħaħ tal-politiki tal-enerġija; jappella għal replikazzjoni intensiva tas-sistema attwali ta' suċċess tal-miri nazzjonali vinkolanti, tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli u tar-rapporti biennali; jemmen li dawn għandhom jiġu integrati fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, li għandha tiżgura monitoraġġ responsabbli, effettiv u trasparenti tal-impenji tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti, sabiex jinbena l-pedament għal Unjoni tal-Enerġija Ewropea li tiffunzjona tajjeb;

30.

Jirrimarka l-importanza ta' mudelli vinkolanti uniċi għall-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, it-trasparenza u l-prevedibbiltà għall-investituri; jemmen li t-trajettorji u l-ippjanar tal-politika għal kull Stat Membru jridu jkomplu jiġu mqassma skont is-settur, it-teknoloġija u s-sors;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tikkodifika f'leġiżlazzjoni prinċipju ta' anterjorità għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli sabiex tipprevjeni bidliet retroattivi għall-mekkaniżmi ta' sostenn għall-enerġija rinnovabbli u tiggarantixxi l-vijabbiltà ekonomika tal-assi eżistenti;

32.

jappella għat-tneħħija ta' ostakli burokratiċi bla bżonn u għal investiment li jippermetti li tintlaħaq il-mira ta' 10 % fl-interkonnessjoni elettrika sal-2020; jenfasizza li ż-żieda fil-kooperazzjoni reġjonali tista' tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż għall-integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli kif ukoll tnaqqas l-ispejjeż għall-konsumaturi; ifakkar l-importanza ta' konsultazzjoni u parteċipazzjoni wiesgħa mill-pubbliku, minn stadju bikri, fl-ippjanar ta' proġetti ġodda ta' infrastruttura enerġetika, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali; ifakkar l-importanza ta' konsulenza teknika u valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali għal proġetti ta' ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

33.

Jinnota d-diskrepanza bejn il-ħiliet disponibbli u l-bidliet fid-domandi tas-suq tax-xogħol li jirriżultaw mill-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-istrateġiji attivi ta' edukazzjoni/taħriġ u ħiliet huma kruċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jisħaq fuq l-importanza tas-sħab soċjali, kif ukoll tal-awtoritajiet pubbliċi, fl-iżvilupp ta' skemi ta' ħiliet u programmi ta' taħriġ;

34.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament adegwat fil-livell tal-UE, li għandu jinkiseb fost l-oħrajn billi b'mod komprensiv jitneħħa r-riskju fuq l-investimenti sabiex jiġi inċentivizzat użu wiesa' tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

Enerġija taċ-Ċittadini u tal-Komunità

35.

Jemmen li l-awtoritajiet lokali, il-komunitajiet, il-familji u l-individwi għandhom jiffurmaw is-sinsla tat-tranżizzjoni tal-enerġija u għandhom jingħataw appoġġ attiv sabiex jiġu megħjuna jsiru produtturi u fornituri tal-enerġija fuq livell ugwali ma' atturi oħrajn fis-suq tal-enerġija; f'dan il-kuntest jappella għal definizzjoni komprensiva komuni tal-kunċett ta' “prosumatur” fil-livell tal-UE;

36.

Iqis li huwa ta' importanza kbira li jiġi stabbilit dritt bażiku għall-awtoġenerazzjoni u l-awtokonsum kif ukoll id-dritt li wieħed jaħżen u jbigħ l-elettriku żejjed bi prezz ġust;

37.

Ifakkar li l-Istati Membri għandhom, abbażi tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku, jiżviluppaw strateġija tal-Enerġija taċ-Ċittadini u tal-Komunità u jiddeskrivu fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom kif se jippromwovu proġetti tal-enerġija rinnovabbli u kooperattivi tal-enerġija żgħar u ta' daqs medju u kif se jiffatturizzawhom fil-qafas leġiżlattiv, il-politiki ta' sostenn u l-aċċessibbiltà tas-suq tagħhom;

38.

Jappella għall-introduzzjoni ta' kapitolu ġdid għall-Enerġija taċ-Ċittadini u tal-Komunità fil-qafas tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli riveduta biex jiġu indirizzati l-ostakli prinċipali tas-suq u dawk amministrattivi u jinħoloq ambjent ta' investiment li jista' jwassal aktar għall-awtoġenerazzjoni u l-awtokonsum ta' enerġija rinnovabbli;

39.

Jinnota li għad m'hemmx fis-seħħ proċeduri amministrattivi u ta' liċenzjar xierqa għat-teknoloġiji kollha fil-pajjiżi kollha; jitlob lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli amministrattivi u tas-suq għal kapaċità ġdida ta' awtoġenerazzjoni, jissostitwixxu l-proċeduri twal ta' awtorizzazzjoni b'rekwiżit ta' notifika sempliċi u jistabbilixxu punti uniċi ta' servizz effiċjenti għall-permessi ta' proġetti, aċċess għall-grilja u appoġġ b'kompetenza finanzjarja u teknika, kif ukoll jiggarantixxu l-aċċess tal-prosumaturi għal mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni u kontinwità sħaħ – lil hinn mill-2020 – tal-Artikolu 13 (proċeduri amministrattivi) u 16 (aċċess għall-grilji u t-tħaddim tagħhom) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli attwali;

40.

Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati d-differenzi bejn il-produtturi mikro, żgħar u kbar; jinnota l-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet u għodod adatti għall-“prosumaturi” (konsumaturi tal-enerġija attivi, bħall-unitajiet domestiċi, kemm is-sidien kif ukoll il-kerrejja, istituzzjonijiet u negozji żgħar involuti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew waħedhom jew kollettivament permezz ta' kooperattivi, intrapriżi soċjali oħra jew aggregazzjonijiet) biex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni enerġetika u jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tal-enerġija; jirrakkomanda li jitnaqqsu għal minimu assolut l-ostakli amministrattivi għal kapaċità ġdida ta' awtoġenerazzjoni, b'mod partikolari billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-swieq u għall-grilji; jissuġġerixxi t-tqassir u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni billi jibda jintalab sempliċi rekwiżit ta' notifika; jissuġġerixxi li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tista' tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi biex jitneħħew l-ostakli u jiġu promossi skemi ta' enerġija tal-komunitajiet/kooperattivi permezz ta' “one-stop shops” li jiittrattaw il-permessi tal-proġetti u jipprovdu l-għarfien espert finanzjarju u tekniku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-eżenzjonijiet de minimis previsti mil-Linji Gwida Ewropej dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Enerġija u l-Ambjent, sabiex il-proġetti żgħar u ta' daqs medju jkomplu jibbenefikaw minn tariffi feed-in dinamiċi, filwaqt li jiġu eżentati minn proċessi ta' rkantar kumplessi;

41.

Jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku minn stadju bikri biex tingħata spinta lil proġetti ta' enerġija rinnovabbli li jirrispettaw l-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali;

42.

Jenfasizza l-ħtieġa li, permezz ta' regolamentazzjoni adegwata tas-suq, jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp ta' produzzjoni tal-enerġija ċentralizzata u deċentralizzata sabiex jiġi żgurat li ma ssirx diskriminazzjoni fil-konfront tal-konsumaturi li m'għandhomx il-possibbiltà jsiru “prosumaturi”; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti faċilitajiet tekniċi u amministrattivi għall-ġestjoni kollettiva tal-produzzjoni tal-enerġija; jenfasizza li l-awtoġenerazzjoni u s-sorsi rinnovabbli mhumiex il-kawża ewlenija tal-ispejjeż tal-enerġija Ewropej ogħla;

43.

Jenfasizza li żieda fl-enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-effiċjenza enerġetika fis-setturi kollha tassisti lill-UE biex tagħti spinta lill-kompetittività tagħha u tiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi u kosteffikaċi għall-iffrankar tal-enerġija;

44.

Jenfasizza l-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali ta' approċċ integrat għall-enerġija u l-bżonn li jiġu promossi s-sinerġiji fis-setturi tal-elettriku, tat-tisħin u t-tkessiħ u dawk tat-trasport, kif ukoll bejniethom; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tivvaluta kif sorsi flessibbli tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jikkomplementaw sorsi tal-enerġija varjabbli u kif dan għandu jkun ikkunsidrat fl-ippjanar tal-enerġija kif ukoll fit-tfassil ta' skemi ta' sostenn;

Elettriku

45.

Jenfasizza li l-produzzjoni tal-elettriku mill-enerġija rinnovabbli għandha tiġi integrata fis-sistemi ta' distribuzzjoni tal-elettriku fil-livelli kollha, kif ukoll fis-sistemi ta' trażmissjoni tal-elettriku, meta wieħed iqis il-bidliet favur mudell aktar flessibbli u deċentralizzat għal produzzjoni tal-enerġija li tieħu inkunsiderazzjoni s-suq;

46.

Jinnota li forom mhux varjabbli ta' produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, pereżempju l-enerġija idroelettrika, li jistgħu jiġu mobilizzati malajr u li huma ambjentalment responsabbli, joffru mezz kif jappoġġjaw l-integrazzjoni ta' sorsi varjabbli fis-suq;

47.

Jappella għal approċċ integrat għall-politika tal-enerġija li jinkludi l-iżvilupp u r-regolamentazzjoni tal-grilji, il-ġestjoni tad-domanda u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kif ukoll iż-żieda fis-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi evitat lock-in f'teknoloġiji li mhumiex kompatibbli mad-dekarbonizzazzjoni;

48.

Jinnota li l-integrazzjoni fis-suq tal-ġenerazzjoni ta' elettriku rinnovabbli teħtieġ swieq flessibbli, kemm fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll fuq in-naħa tad-domanda, u li dan se jeħtieġ il-bini, il-modernizzazzjoni u l-adattament tal-grilji u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ta' ħżin;

49.

Jenfasizza li l-elettrifikazzjoni tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ, kif ukoll tat-trasport u ta' setturi oħra, hija kruċjali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm tranżizzjoni rapida u effiċjenti għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

50.

Jenfasizza li sakemm is-sistema tal-elettriku tibqa' inflessibbli, l-aċċess u r-rilaxx prijoritarji għall-enerġiji rinnovabbli huma meħtieġa għall-promozzjoni tat-titjib tal-grilja u sabiex jitrawwem l-użu tal-ħżin u tar-rispons għad-domanda; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti għat-tisħiħ u l-kjarifika tar-regoli dwar l-aċċess u r-rilaxx prijoritarji għall-enerġija rinnovabbli għall-perjodu ta' wara l-2020; jenfasizza li l-possibbiltà ta' tneħħija gradwali tal-aċċess u r-rilaxx prijoritarji għandha tiġi evalwata fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tad-Direttiva RES futura, li mistennija ssir sal-2024;

51.

Jenfasizza li l-aċċess ta' prijorità għall-grilja u r-rilaxx prijoritarju għall-enerġija rinnovabbli fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli attwali għandhom jinżammu u jissaħħew; jappella għal qafas regolatorju għal wara l-2020 li jiżgura kumpens xieraq għat-tnaqqis tal-elettriku rinnovabbli;

52.

Jinnota l-istrateġija tal-Kummissjoni biex jiżdiedu l-mekkaniżmi ta' rispons għad-domanda; jenfasizza li dan m'għandux joħloq piż addizzjonali jew iżid l-ispejjeż tal-enerġija għall-konsumaturi; jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' rispons għad-domanda jistgħu jipprovdu opportunità għal tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija, filwaqt li jenfasizza li l-parteċipazzjoni f'mekkaniżmi ta' rispons għad-domanda jew ta' pprezzar dinamiku għandhom dejjem jibqgħu strettament fuq bażi ta' inklużjoni fakultattiva biss;

53.

Jemmen li l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet għall-ħżin tal-elettriku se jkun element indispensabbli għall-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' livelli għolja ta' enerġija rinnovabbli, li jgħin fl-ibbilanċjar tal-grilja u jipprovdi mezz għall-ħżin tal-eċċess tal-enerġija rinnovabbli ġġenerata; jappella għal reviżjoni tal-qafas regolatorju eżistenti sabiex jitrawwem l-użu ta' sistemi tal-ħżin tal-enerġija u jitneħħew l-ostakli eżistenti;

54.

Jenfasizza li l-kwistjoni tal-konġestjonijiet tal-elettriku qed tkompli xxekkel il-fluss ħieles tal-enerġija rinnovabbli milli jaqsam il-fruntieri tal-Istati Membri u qed tkarkar il-progress fir-rigward tal-ħolqien ta' Suq tal-Enerġija Intern reali fl-Unjoni Ewropea;

55.

Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom jingħataw is-setgħa u l-inċentivi xierqa biex jipparteċipaw fis-swieq tal-enerġija; jinnota li għandhom jitfasslu prezzijiet dinamiċi u orjentati lejn is-suq, biex jiġġeneraw rispons xieraq għad-domanda mill-konsumaturi u jattivaw il-produzzjoni neċessarja, kif ukoll jiffaċilitaw il-konsum intelliġenti u effiċjenti; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tanalizza aktar l-impatt tagħhom fuq id-diversi gruppi ta' konsumaturi;

56.

Jenfasizza li ċerti konsumaturi għandhom xejriet riġidi ta' konsum u jistgħu jintlaqtu b'mod negattiv minn mekkaniżmi ta' effiċjenza msaħħa bbażati fuq il-prezzijiet; jenfasizza l-importanza, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri jkollhom politiki ta' effiċjenza enerġetika li jkunu ffukati fuq il-konsumaturi f'sitwazzjoni ta' vulnerabbiltà;

57.

Iqis li għandu jkun hemm qafas regolatorju tal-UE ċar għall-awtokonsum ta' enerġija rinnovabbli u għal komunitajiet/kooperattivi tal-enerġija rinnovabbli li jqis il-benefiċċji kollha meta jkunu qed jitfasslu l-mekkaniżmi tal-ħlas għall-bejgħ tal-produzzjoni żejda, l-aċċess u l-użu tal-grilja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-awtoproduzzjoni tal-enerġija u l-implimentazzjoni u l-interkonnessjoni tal-grilji lokali tal-enerġija rinnovabbli, biex dawn jikkumplimentaw il-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija; jenfasizza l-fatt li l-“prosumaturi” għandhom jingħataw aċċess għall-grilja tal-enerġija u għas-suq bi prezz ġust u m'għandhomx jiġu penalizzati b'taxxi jew ħlasijiet addizzjonali; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-inizjattivi li ħadu xi Stati Membri biex joħolqu ostakli għall-eżerċizzju tad-drittijiet għall-awtokonsum u l-awtoproduzzjoni;

58.

Jinnota li l-konsumaturi attwalment ftit li xejn jikkontribwixxu għall-bini maħsub ta' kapaċitajiet ġodda għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli meta jagħżlu t-tariffi tal-elettriku li huma kkummerċjalizzati b'taħlita ta' fjuwil li turi użu 100 % ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jappella għal mekkaniżmu ta' traċċar preċiż, affidabbli u trasparenti sabiex dikjarazzjonijiet “ħodor” ikunu marbuta ma' kriterji li jistgħu jitkejlu rigward benefiċċji ambjentali addizzjonali;

59.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mit-tisħin u t-tkessiħ ta' oriġini ġeotermika;

Tisħin u tkessiħ

60.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija għat-tisħin u t-tkessiħ ta' Frar 2016, iżda jenfasizza n-nuqqas ta' progress u l-miri baxxi stabbiliti għall-użu ta' sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ, b'mod partikolari fil-bini; jenfasizza l-potenzjal kbir għal progress kontinwu fl-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ; jinnota li s-settur tat-tisħin u t-tkessiħ jirrappreżenta nofs il-konsum tal-enerġija finali tal-UE u għalhekk għandu rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi tal-UE dwar il-klima u r-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli; jirrikonoxxi l-benefiċċji taż-żieda fl-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ; jenfasizza ż-żieda fil-flessibbiltà tal-infrastruttura u l-ħżin termali biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli varjabbli billi l-enerġija tinħażen fil-forma ta' sħana, li joffri prospetti eċċellenti dwar l-investiment u jipprovdi opportunitajiet għat-titjib tal-kwalità tal-impjiegi lokali; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-lakuni regolatorji fil-pakkett leġiżlattiv dwar l-enerġija rinnovabbli għal wara l-2020; itenni li l-isforzi fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ għandhom potenzjal kbir għal żieda fis-sigurtà tal-enerġija (peress li 61 % tal-gass importat fl-Unjoni Ewropea jintuża fil-bini, l-aktar għal skopijiet ta' tisħin), pereżempju permezz tal-iżvilupp ta' netwerks distrettwali ta' tisħin/tkessiħ, li jikkostitwixxu mezz effiċjenti għall-integrazzjoni tas-sħana sostenibbli fil-bliet fuq skala kbira, għaliex jistgħu simultanjament jagħtu s-sħana miksuba minn firxa ta' sorsi u ma jiddependux intrinsikament fuq xi sors wieħed;

61.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tat-tisħin u t-tkessiħ, li tenfasizza l-ħtieġa tat-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili, li għadhom jirrappreżentaw 75 % tal-fjuwil użat fis-settur, u li dawn jiġu sostitwiti kompletament b'miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija, li huwa l-akbar ċans tagħna li nnaqqsu l-użu ta' fjuwils fossili, u b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

62.

Jitlob li jkun hemm aktar miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal sinifikanti li fadal tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi tat-tisħin u t-tkessiħ sabiex jinkisbu bis-sħiħ l-għanijiet tal-2020; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-lakuni regolatorji f'dawk is-setturi fil-pakkett leġiżlattiv dwar l-enerġija rinnovabbli għal wara l-2020;

63.

Jinnota li l-bijomassa hija l-aktar enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin llum, u tirrappreżenta madwar 90 % tat-tisħin b'enerġija rinnovabbli; din għandha rwol importanti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, b'mod partikolari fit-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija b'mod sostenibbli;

64.

Jenfasizza l-bżonn li tiġi ffaċilitata tranżizzjoni lejn apparat għat-tisħin li jaħdem b'mod effiċjenti b'enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiġi żgurat appoġġ adegwat u informazzjoni u assistenza aħjar għaċ-ċittadini li qegħdin f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku;

65.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' definizzjoni komprensiva u effikaċi ta' tkessiħ b'enerġija rinnovabbli;

66.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġġedded u tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, billi n-netwerks tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali jistgħu jużaw u jaħżnu l-elettriku mill-enerġija minn sorsi rinnovabbli u mbagħad jgħadduh lill-binjiet u lis-siti industrijali, li jsaħħaħ il-livell tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli;

67.

Jenfasizza l-potenzjal tal-gruppi ta' prosumaturi, inklużi unitajiet domestiċi, negozji mikro u żgħar, kooperattivi u awtoritajiet lokali, sabiex jiġu stabbiliti sistemi kollettivi ta' enerġija – pereżempju tisħin distrettwali – li jipprovdu tisħin u tkessiħ b'enerġija rinnovabbli kosteffiċjenti kif ukoll il-ħafna sinerġiji bejn l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli;

68.

Iqis li s-sinerġiji bejn id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija għandhom jissaħħew sabiex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ;

69.

Jinnota li l-proġetti ta' effiċjenza enerġetika relatati kemm mat-tisħin kif ukoll mat-tkessiħ huma għodod importanti sabiex jiġu żgurati xejriet ta' konsum tal-enerġija stabbli u prevedibbli u jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku;

Trasport

70.

Jinnota li l-mira ta' 10 % ta' sorsi rinnovabbli sal-2020 fis-settur tat-trasport għadha lura b'mod sinifikanti, parzjalment minħabba l-isfidi għal strateġija tal-enerġija rinnovabbli għat-trasport ibbażata fuq il-bijofjuwils; ifakkar li t-trasport huwa l-uniku settur fl-UE fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żdiedu mill-1990 'l hawn; jirrimarka li l-enerġiji rinnovabbli huma kruċjali għal mobbiltà sostenibbli; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jużaw miżuri sostenibbli għas-settur tat-trasport bħat-tnaqqis fid-domanda, bidla modali lejn modi aktar sostenibbli, effiċjenza aħjar u l-elettrifikazzjoni tas-settur tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas għall-promozzjoni tal-użu ta' vetturi tal-elettriku fornuti minn enerġija rinnovabbli u ttejjeb il-qafas leġiżlattiv sabiex toffri prospetti għal bijokarburanti b'effiċjenza għolja fil-gassijiet serra, filwaqt li tqis it-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC) għall-perjodu ta' wara l-2020;

71.

Jappella sabiex l-użu parzjali tal-PAK jinżamm u jitkabbar sabiex jiġi appoġġjat l-investiment fil-produzzjoni u l-użu ta' enerġija rinnovabbli fis-settur agrikolu;

72.

Jistma li t-trasport jirrappreżenta aktar minn 30 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-Ewropa u li 94 % tat-trasport jiddependi fuq il-prodotti taż-żejt; iqis, għalhekk, li sforz lejn użu akbar tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport jeħtieġ ikun ambizzjuż, b'rabta ċara mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport;

73.

Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ambizzjużi biex taċċelera d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, inkluż permezz ta' fjuwils rinnovabbli, aktar elettrifikazzjoni kif ukoll effiċjenza msaħħa, u żżid l-isforzi biex tippromwovi l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni f'dawn l-oqsma;

74.

Jinnota l-importanza tal-elettrifikazzjoni tas-settur tat-trasport għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas għall-promozzjoni tal-użu tal-vetturi elettriċi fornuti b'elettriku rinnovabbli, bħala punt importanti biex jintlaħqu l-miri tal-2030;

75.

Jistenna l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea f'Ġunju 2016 għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u jenfasizza, f'dan il-kuntest, li għandu jiġi promoss użu akbar tal-enerġiji rinnovabbli sabiex jiġi żgurat li t-trasport jikkontribwixxi b'mod attiv biex jintlaħqu l-miri tal-2020;

76.

Jilqa' l-progress magħmul fl-iżvilupp ta' bijofjuwils u magni ġodda mill-proġetti kkompletati fil-qafas tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” tal-UE;

77.

Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati l-bijofjuwils tal-ġenerazzjoni li jmiss, bl-użu ta' bijomassa jew skart;

78.

Jirrimarka l-ħtieġa ta' titjib fl-ambjent regolatorju u l-kundizzjonijiet fit-tul sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-avjazzjoni u f'dak marittimu;

79.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' bidla modali fis-settur tat-trasport biex takkomoda r-regolamentazzjoni u l-politika tal-mobbiltà sostenibbli, inklużi l-intermodalità, sistemi ta' loġistika sostenibbli, politiki ta' ġestjoni tal-mobbiltà u politiki urbani sostenibbli li jibdlu l-konsum tal-enerġija fit-trasport għal sorsi rinnovabbli u/jew inaqqsu kemm jista' jkun il-konsum globali tal-enerġija, l-inkoraġġiment ta' mudelli ta' vvjaġġar aktar attivi, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' Bliet Intelliġenti, u l-appoġġ għal ekomobbiltà urbana u ppjanar urban xieraq; jistieden lill-Istati Membri u lill-UE jippromwovu bidla modali tal-passiġġieri u l-merkanzija mit-trasport fuq it-toroq u bl-ajru għat-trasport bil-ferroviji u bil-baħar; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tivvaluta l-potenzjal tat-teknoloġiji tat-trolley-truck;

80.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex, bħala mod li bih juru l-impenn qawwi tagħhom lejn l-enerġiji rinnovabbli, jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-enerġija rinnovabbli tagħhom stess biex ikopru d-domanda tal-enerġija tal-binjiet tagħhom; jenfasizza li sa meta jiġu żviluppati dawn il-kapaċitajiet, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jixtru enerġija ekoloġika sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom;

81.

Jenfasizza li sehem modali akbar tal-mixi, l-użu tar-rota, il-car sharing u l-car pooling, flimkien ma' sistemi tat-trasport pubbliku, huwa kruċjali għat-tnaqqis u l-evitar tad-dipendenza tal-UE fuq iż-żejt u b'hekk jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

82.

Jenfasizza l-potenzjal tas-sistemi u l-infrastrutturi għar-roti biex titjieb is-sostenibbiltà tat-trasport fiż-żoni urbani;

83.

Jenfasizza l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għal kontribut għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju biż-żieda fl-elettrifikazzjoni tas-sistemi ta' trasport;

Kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti u l-bijolikwidi

84.

Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-ħtieġa ta' sinerġija u konsistenza akbar fil-politiki Ewropej, tiffissa kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijoenerġija, filwaqt li tqis valutazzjoni bir-reqqa tal-funzjonament tal-politiki tal-UE diġà eżistenti dwar is-sostenibbiltà u dawk dwar l-ekonomija ċirkolari; ifakkar li t-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE għandu jintlaħaq permezz tal-użu sostenibbli tar-riżorsi proprji, skont l-objettiv li tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi;

85.

Iħeġġeġ kawtela fir-rigward tax-xejra li qed tiżdied tal-użu tal-bijomassa forestali bħala sors ewleni ta' enerġija rinnovabbli tal-UE peress li potenzjalment dan jista' jkollu effetti negattivi fuq il-klima u l-ambjent jekk il-bijomassa ma tinkisibx b'mod sostenibbli u ma titqiesx kif xieraq; jinnota li l-impatti klimatiċi tal-bijoenerġija jeħtieġ jiġu kkunsidrati fuq perjodu ta' żmien fit-tul, minħabba l-perjodi twal meħtieġa sabiex il-foresti maħsuda jirkupraw mill-ġdid;

86.

Jinnota li l-bijoenerġija diġà tammonta għal 60 % tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa u l-użu tagħha mistenni jkompli jikber; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ċċarati b'urġenza l-impatti b'effett ta' serra tal-użi differenti tal-bijomassa forestali għall-enerġija, u li jiġu identifikati l-użi li jistgħu jiksbu l-akbar benefiċċji ta' mitigazzjoni fil-qafas ta' kalendarji rilevanti għall-politika;

87.

Jenfasizza li l-produzzjoni tal-bijofjuwils ma għandhiex tinterferixxi mal-produzzjoni tal-ikel jew tikkomprometti s-sigurtà tal-ikel; jemmen, madankollu, li politiki bbilanċjati li jippromwovu ż-żieda fil-produzzjoni Ewropea tal-materja prima f'uċuħ tar-raba' bħall-qamħ, il-qamħirrum, il-pitrava zokkrija u l-ġirasol jistgħu jinkludu dispożizzjoni għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, filwaqt li jitqies l-ILUC, b'mod li jistgħu jipprovdu lill-bdiewa Ewropej bi fluss ta' dħul sigur, jattiraw l-investiment u l-impjiegi f'żoni rurali u jgħinu biex jiġi indirizzat in-nuqqas kroniku ta' għalf tal-annimali b'ħafna proteini (u mingħajr OĠM), jirrendu lill-Ewropa inqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili; jemmen li fil-każijiet ta' provvista eċċessiva fis-suq tal-prodotti agrikoli msemmija, il-produzzjoni ta' bijofjuwils u bijoetanol tirrappreżenta punt ta' ħruġ temporanju li jżomm il-prezzijiet tax-xiri sostenibbli, iħares id-dħul tal-bdiewa waqt kriżijiet, u jservi bħala mekkaniżmu ta' stabbiltà tas-suq; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm inċentiv biex ir-raba' mhux ikkultivat li ma jkunx qed jintuża għall-produzzjoni tal-ikel jiġi integrat fil-produzzjoni tal-bijoenerġija, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-enerġija rinnovabbli nazzjonali u Ewropej;

88.

Jemmen li d-demel tal-annimali jista' jkun sors prezzjuż ta' bijogass bl-użu ta' metodi tekniċi ta' pproċessar tad-demel bħall-fermentazzjoni, filwaqt li jenfasizza wkoll l-importanza li dan isir alternattiva ekonomikament vijabbli għall-bdiewa;

89.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-importanza tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u għalhekk ir-rwol ewlieni tal-bijomassa forestali bħala materja prima rinnovabbli tal-UE li hi essenzjali sabiex jintlaħqu l-miri tal-enerġija tagħha; jiġbed l-attenzjoni għad-domanda li qed tiżdied għall-bijomassa forestali, li jfisser li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, f'konformità mal-istrateġija tal-UE dwar il-foresti, għandha tkun imsaħħa u promossa saħansitra aktar, peress li dan huwa kruċjali għall-bijodiversità u l-funzjoni ta' ekosistema tal-foresti, inkluż l-assorbiment tas-CO2 mill-atmosfera; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li jkun hemm sfruttament bilanċjat tar-riżorsi mkabbra fl-UE kif ukoll dawk importati minn pajjiżi terzi, b'kont meħud taż-żmien twil meħtieġ għar-riġenerazzjoni tal-injam;

o

o o

90.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81.

(3)  ĠU L 239, 15.9.2015, p. 1.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2014)0094.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2015)0359.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0445.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0444.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/28


P8_TA(2016)0293

Rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE) (2015/2232(INI))

(2018/C 091/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 194 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 bit-titolu “Pakkett dwar l-Unjoni tal-Enerġija – Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem” (COM(2015)0080),

wara li kkunsidra d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (2010/31/UE) (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 dwar il-qafas għall-politika dwar il-klima u l-enerġija sal-2030,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015 li sar fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC),

wara li kkunsidra t-tielet pakkett dwar l-enerġija,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija” (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Valutazzjoni tal-progress magħmul mill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali għall-2020 u biex jimplimentaw id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 2012/27/UE kif rikjest mill-Artikolu 24(3) tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 2012/27/UE” (COM(2015)0574),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011)0112),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050” (COM(2011)0885),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2014 dwar qafas għall-politika tal-klima u tal-enerġija fl-2030 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2016 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ”(COM(2016)0051),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0199/2016),

A.

billi ż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija huma fatturi ewlenin għall-ħarsien ambjentali u klimatiku, it-tisħiħ tal-kompettività ekonomika, il-ħolqien tal-impjiegi, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u l-indirizzar tal-faqar enerġetiku, u għandhom dimensjonijiet ġeopolitiċi u demokratiċi għall-UE; billi d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (EED) tipprovdi bażi importanti f'dan ir-rigward; billi l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif tal-Unjoni tal-Enerġija tqis l-effiċjenza fl-enerġija bħala sors ta' enerġija fih innifsu;

B.

billi l-UE qed tagħmel progress ġenerali tajjeb lejn il-miri klimatiċi u enerġetiċi tagħha għall-2020, skont il-previżjonijiet li jassumu implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha sal-2020, (tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2, żieda fis-sehem tal-użu ta' sorsi tal-enerġija rinovabbli, żieda fl-effiċjenza fl-enerġija) u b'hekk għandha żżomm rwol mexxej fil-livell dinji;

C.

billi l-biċċa l-kbira tal-iffrankar hija mistennija minn politiki 'trasversali' multisettorjali (44 %), segwiti mill-bini (42 %), l-industrija (8 %) u t-trasport (6 %);

D.

billi hemm inċertezzi konsiderevoli dwar l-affidabilità tal-istimi tal-iffrankar tal-enerġija provduti mill-Istati Membri;

E.

billi l-binjiet jammontaw għal 40 % tal-użu finali tal-enerġija u 36 % tal-emissjonijiet tas-CO2; billi, barra minn hekk, 50 % tal-konsum tal-enerġija finali huwa kontabilizzat mit-tisħin u t-tkessiħ, u 80 % jintuża f'binjiet b'ħafna ħela; billi għandu jiġi żviluppat indikatur tad-domanda għall-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ għall-binjiet fil-livell nazzojnali; billi 50 % tat-tnaqqis fl-emissjonijiet meħtieġ biex tiġi limitata ż-żieda globali fit-temperatura għal inqas minn 2 oC irid jiġi mill-effiċjenza fl-enerġija; billi t-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija tal-binjiet huwa wkoll l-aktar rotta kosteffikaċi biex tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 filwaqt li jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE dwar ir-reindustrijalizzazzjoni;

F.

billi l-effiċjenza fl-enerġija jeħtieġ li titqies bħala sors tal-enerġija fih innifsu li jirrappreżenta l-ammont f'Nw (negawatts) tal-enerġija ffrankata, kif muri indubbjament mill-istorja riċenti tad-dinja u Ewropea;

G.

billi 61 % tal-gass importat huwa destinat għall-binjiet (filwaqt li 75 % minnu għall-binjiet residenzjali); billi r-riċerka wriet li b'politika ambizzjuża fl-UE kollha dwar ir-rinnovament tal-binjiet l-ammont ta' importazzjonijiet (użat fis-settur tal-bini) jista' jitnaqqas b'mod kosteffikaċi b'60 % għat-terminu qasir ta' żmien (jiġifieri 15-il sena), u eliminat kompletament għat-terminu fit-tul (fl-2040, il-korp tal-binjiet Ewropej ikun se jikkonsma l-ekwivalenti tal-produzzjoni interna tal-gass tal-UE fl-2011);

H.

billi huwa fundamentali li l-UE u l-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza tal-inklużjoni ta' inizjattivi bbażati fuq iċ-ċittadini bħal kooperattivi jew proġetti komunitarji ta' effiċjenza fl-enerġija; billi huwa meħtieġ li jitneħħew l-ostakli ekonomiċi, regolatorji u amministrattivi sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-sistema tal-enerġija;

I.

billi d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija hija direttiva ewlenija li tirrikonoxxi l-importanza tal-iffrankar tal-enerġija biex iġib bidla radikali sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet ta' wara l-COP 21 filwaqt li jinkisbu l-aktar benefiċċji multipli; billi l-ħolqien tax-xogħol huwa motivat minn investimenti fir-rinnovament tal-bini u miżuri oħra tal-effiċjenza fl-enerġija, il-progress fl-istandards tal-għajxien permezz tat-tnaqqis fil-faqar enerġetiku, l-opportunitajiet ta' xogħol fis-settur tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, valuri ogħla tal-proprjetà, iżjed produttività, titjib fis-saħħa u s-sikurezza, titjib fil-kwalità tal-arja, titjib fil-bażi tat-taxxa u PDG ogħla;

J.

billi ż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija, b'mod speċjali fis-settur tal-bini, iġġib benefiċċji addizzjonali permezz tal-flessibilità fuq in-naħa tal-offerta u tat-tnaqqis tal-karga bażika globali u tal-punt massimu tas-sistema;

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija: implimentata b'mod inadegwat iżda tipprovdi qafas għar-rendiment tal-iffrankar tal-enerġija

1.

Jenfasizza li l-effiċjenza fl-enerġija hija kruċjali biex jintlaħqu l-miri tagħna dwar il-klima, skont l-objettivi mħaddna fil-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-COP 21; jenfasizza li l-effiċjenza fl-enerġija hija ta' importanza kbira biex titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni tal-enerġija, jinħolqu l-impjiegi, jitnaqqas il-faqar enerġetiku, jiżdiedu l-kumdità u saħħa, u tingħata spinta lill-ekonomija tagħna; jenfasizza li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija wasslet għal ħafna żviluppi pożittivi fl-Istati Membri, iżda li n-nuqqas ta' implimentazzjoni qed ifixkel il-potenzjal sħiħ tagħha;

2.

Jenfasizza li dan huwa essenzjali biex tinbeda t-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija aktar sostenibbli bbażata fuq is-sorsi rinnovabbli u lil hinn mill-fjuwils fossili kemm jista' jkun malajr; jinsab imħasseb li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-fjuwils fossili jista' jkun ta' ostaklu għall-politika ta' dekarbonizzazzjoni u ta' effiċjenza fl-enerġija;

3.

Jitlob li jitfasslu pjanijiet bil-ħsieb li s-sussidji għall-fjuwils fossili jiġu eliminati gradwalment u li jiġu allokati riżorsi finanzjarji għal proġetti effiċjenti fl-enerġija li jservu biex jintlaħaq l-għan tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija sal-2050;

4.

Jiddikjara li sa issa d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-2012 u id-Direttiva dwar il-Binjiet tal-2010 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri; jinnota li d-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija kienet il-5 ta' Ġunju 2014; iqis li t-tnaqqis tal-ispejjeż u t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija huma fl-interess taċ-ċittadini u n-negozji stess; jenfasizza l-importanza ta' qafas regolatorju b'saħħtu li jkun jikkonsisti f'miri u miżuri li jinċentivaw u jippermettu l-investiment f'effiċjenza fl-enerġija u f'konsum u spejjeż baxxi tal-enerġija, filwaqt li jappoġġja l-kompetittività u s-sostenibilità; iżid li wħud mill-Istati Membri mhumiex qed jagħmlu użu xieraq mill-appoġġ tal-UE disponibbli biex tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija tal-binjiet residenzjali; jinnota l-potenzjal sinifikanti għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità li toffri l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, b'kont meħud tal-fatt li madwar 900 000 impjieg huma marbuta mal-provvista ta' prodotti u servizzi b'effiċjenza fl-enerġija (skont id-data tal-2010);

5.

Itenni li l-effiċjenza fl-enerġija trid tiġi mifhuma bħala l-element l-aktar sostenibbli tal-obbligu tagħna li nnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħna, u mhux bħala pretest biex inżidu l-konsum;

6.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-prezzijiet iżjed baxxi tal-fjuwil u l-prospett ta' tkabbir ekonomiku jistgħu jipperikolaw aktar l-ilħiq tal-mira ta' 20 %; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-monitoraġġ, il-verifika, il-kontroll u r-reġim ta' konformità sabiex jiżguraw il-livell xieraq ta' ambizzjoni;

7.

Jirrikonoxxi li l-Istati Membri huma mistennija jilħqu 17,6 % biss ta' ffrankar tal-enerġija primarja sal-2020, u li l-mira ta' 20 % hija f'riskju sakemm il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE ma tiġix implimentata b'mod sħiħ, ma jitħaffux l-isforzi u ma jitneħħewx l-ostakli għall-investiment; Jinnota li kwalunkwe valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'dan l-istadju tista' toffri biss perspettiva parzjali minħabba d-dħul fis-seħħ relattivament reċenti tagħha u l-iskadenza għat-traspożizzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ u malajr id-Direttiva; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fil-pront meta tagħmel talbiet, meta jkun meħtieġ, biex il-pjanijiet nazzjonali jkunu allinjati mal-objettivi ta' din id-Direttiva, u biex tuża l-mezzi legali kollha biex tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni aġġornata u eżatta;

8.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tal-5 ta' Frar 2014 u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Novembru 2014 (6) u tal-14 ta' Ottubru 2015 (7), li jitolbu, fost affarijiet oħra, mira tal-effiċjenza fl-enerġija ta' 40 % għall-2030; iqis li mira ġenerali vinkolanti flimkien ma' miri nazzjonali individwali għall-2030 se jżidu l-indipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet tal-enerġija, iħeġġu l-innovazzjoni, u jgħinu biex tiġi żgurata r-rwol ta' tmexxija teknoloġika tagħha fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija; iqis ukoll li rekwiżiti vinkolanti huma vitali sabiex jintlaħaq livell ogħla ta' ambizzjoni u sforzi min-naħa tal-Istati Membri, u sabiex titħalla biżżejjed flessibilità biex it-taħlita ta' għodda u strumenti titfassal fil-livell nazzjonali;

9.

Jinnota li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol kruċjali biex jippermettu l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, billi jinvolvu ruħhom f'miżuri ambizzjużi ta' ffrankar tal-enerġija permezz ta' pjanijiet ta' azzjoni lokali, pereżempju fil-qafas tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija; iqis li d-data mill-pjanijiet ta' azzjoni lokali, bħall-politiki u l-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija deskritti f'aktar minn 5 000 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Enerġija Sostenibbli fil-qafas tal-Patt tas-Sindki, jistgħu jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-tfassil konġunt u ż-żieda fl-ambizzjoni tal-miri nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

10.

Huwa tal-fehma li l-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija lokali għandu jiġi sfruttat ferm iżjed, għaliex l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma ċentrali biex imexxu 'l quddiem l-effiċjenza fl-enerġija u b'mod globali t-tranżizzjoni tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-netwerks tal-bliet, bħall-Patt tas-Sindki, il-Bliet u l-Komunitajiet Intelliġenti jew il-komunitajiet 100 % b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli, li jagħmlu possibbli l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattika bejn il-bliet, l-awtoritajiet lokali, ir-reġjuni u l-Istati Membri fl-oqsma tal-ippjanar minn isfel 'l fuq tat-tranżizzjoni tal-enerġija, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u l-awtoġenerazzjoni, u l-aċċess għal appoġġ finanzjarju;

11.

Jiddispjaċih dwar il-mira ta' natura mhux ambizzjuża (mill-inqas 27 % ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija sal-2030) adottata mill-Kunsill Ewropew fl-2014, li hija prinċipalment iġġustifikata minn rata ta' skont estremament mhux realistika f'valutazzjoni tal-impatt preċedenti; ifakkar li dan l-iskont (17.5 %) huwa eċċessivament għoli; jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi għal analiżi komprensiva tal-ispiża-benefiċċju filwaqt li tqis il-benefiċċji multipli tal-effiċjenza fl-enerġija, u għal rata ta' skont soċjali, f'konformità mal-linji gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar tagħha stess; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu l-mira tal-effiċjenza fl-enerġija ta' 27 % għall-2030 fid-dawl tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, bil-ħsieb li jinkiseb l-għan li t-tisħin tad-dinja jiġi limitat sew għal taħt it-2 oC, u biex ikomplu bl-isforzi biex jillimitaw dik iż-żieda għal 1,5o C skont il-mira tal-effiċjenza fl-enerġija adottata mill-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi mira vinkolanti ta' effiċjenza fl-enerġija ta' 40 % għall-2030, li se tirrifletti l-livell tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija mil-lat ta' kosteffettività;

12.

Jenfasizza li fl-UE għandha tiġi promossa iżjed strateġija għat-tul għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija;

13.

Jenfasizza li f'xi każi l-flessibilità tad-Direttiva ppermettiet li bosta Stati Membri jidħlu għal miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, u jemmen li din il-flessibilità f'miżuri alternattivi hija kruċjali biex l-Istati Membri jimplimentaw programmi u proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija fil-futur; jitlob li jitneħħew il-lakuni fid-Direttiva eżistenti li huma responsabbli għan-nuqqas ta' progress tad-Direttiva, speċjalment fl-Artikolu 7, filwaqt li tinżamm il-flessibilità adegwata biex l-Istati Membri jagħżlu minn fost il-miżuri; jinnota li l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 (8), li huwa bbażat fuq ċifri kkomunikati mill-Istati Membri, wasal għall-konklużjoni li l-miżuri li jippermettu li l-Istati Membri jdaħħlu gradwalment il-mira, iqisu azzjonijiet bikrija jew jeżentaw lit-trasport u lis-settur tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet mill-kalkolu tal-mira tagħhom kważi fil-każijiet kollha wasslu għal mira annwali globali ta' ffrankar tal-enerġija ta' nofs biss (0,75 %); jinnota li l-awturi ddikjaraw li l-analiżi tista' biss tkun tajba daqs id-data pprovduta; jinsisti li l-miżuri alternattivi skont l-Artikolu 7(9) għandhom jiġu definiti aħjar u għandhom ikunu faċilment kwantifikabbli;

14.

Jinnota li l-introduzzjoni gradwali u l-azzjonijiet bikrija skont l-Artikolu 7(2) m'għadhomx validi; ifakkar li l-Artikolu 7 huwa mistenni jissodisfa iżjed min-nofs il-mira ta' 20 % stabbilita mid-Direttiva;

15.

Jirrimarka li d-dgħufija prinċipali tad-Direttiva eżistenti hija li l-biċċa l-kbira tal-miżuri se jiskadu fl-2020 sakemm ma tiġix emendata kif xieraq, li jfisser, fost l-oħrajn, li d-dispożizzjonijiet ewlenin tagħha, b'mod partikolari l-Artikolu 7, għandhom jiġu estiżi mhux biss sal-2030 iżda anke lil hinn, u li huwa f'dan il-kuntest li d-Direttiva kurrenti għandha tiġi vvalutata, b'objettivi li għandhom jiġu stabbiliti skont l-iżviluppi (ir-riżultati miksuba, l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq, eċċ.); jistenna li dan jiffavorixxi miżuri fit-tul; barra minn hekk, jinnota l-ħtieġa li jiddaħħal rieżami ta' nofs it-terminu sabiex ikun garantit li l-miri jintlaħqu fl-2030;

16.

Jenfasizza li armonizzazzjoni aħjar tal-metodi ta' kalkolu tal-addizzjonalità (il-kapaċità li jiġu promossi teknoloġiji li għandhom prestazzjoni ogħla mill-medja tas-suq) u l-materjalità (il-promozzjoni ta' azzjoni li ma kinitx neċessarjament se tittieħed) u għall-kejl u l-verifika tal-iffrankar tal-enerġija jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni aktar effettiva tal-Artikolu 7;

17.

Jipproponi li t-titolu tal-Artikolu 7 jinbidel għal “Skemi ta' appoġġ għall-iffrankar tal-enerġija” sabiex tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-Istati Membri jgħinu lill-konsumaturi, inklużi l-impriżi ta' daqs żgħir u medju, biex jiffrankaw l-enerġija u jnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija tagħhom u jdaħħlu fis-seħħ miżuri li jippermettu li tali tfaddil jinkiseb;

18.

Jipproponi li l-Artikolu 7, u b'mod partikolari l-Iskema ta' Obbligu ta' Effiċjenza fl-Enerġija (EEOS), għandhom jipprijoritizzaw l-azzjoni fis-settur tal-binjiet, b'mod partikolari billi titrawwem l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali fit-tul inklużi fl-Artikolu 4, li għandhom jitfasslu biex iħollu l-potenzjal sħiħ għall-investiment fir-rinnovament tal-enerġija tal-bini;

19.

Jenfasizza li, fost l-isfidi li jinqalgħu u l-ostakli ewlenin għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7, in-nuqqas ta' għarfien u ta' kapaċità min-naħa ta' dawk involuti għandu rwol importanti, kif għandu rwol ukoll il-livell baxx ta' sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi aħħarin rigward l-iskemi ta' effiċjenza obbligatorji jew miżuri alternattivi u l-perjodu ta' żmien limitat (2014-2020) biex dawn jitwettqu; jistieden, għalhekk, lill-UE tinvesti aktar fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' informazzjoni u ta' appoġġ fl-Istati Membri individwali;

20.

Jenfasizza li n-nuqqas ta' indikaturi tal-effiċjenza fl-enerġija, bħall-konsum tal-enerġija għal kull unità ta' PDG, ma jippermettix li wħud mill-Istati Membri jinċentivaw liċ-ċittadini u n-negozji biex jiksbu l-objettiv politiku tal-klima u l-effiċjenza fl-enerġija;

21.

Jenfasizza li d-dispożizzjoni fl-Artikolu 7 li biha l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li proporzjon tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi implimentat bħala prijorità fil-familji affettwati mill-faqar fl-enerġija jew fl-akkomodazzjoni soċjali, sa issa ntużat biss minn żewġ Stati Membri; jitlob li din id-dispożizzjoni tissaħħaħ;

22.

Hu tal-fehma li l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-familji vulnerabbli u b'użu baxx tal-enerġija għandhom jingħataw prijorità, sabiex ikun żgurat b'mod partikolari li l-ispejjeż tal-enerġija għal dawn il-familji jistgħu jitnaqqsu b'mod sostenibbli;

23.

Jissuġġerixxi li l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija, kif meħtieġ fl-Artikolu 24 tad-Direttiva attwali, ikunu jistgħu jitolbu lill-Istati Membri jistabbilixxu objettivi li jagħmlu użu mill-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija biex jitnaqqas ir-riskju tal-faqar enerġetiku u jirrappurtaw dwar kif qed jissodisfaw dawn l-objettivi;

24.

Jemmen li l-miżuri għar-rinnovament effiċjenti fl-enerġija tal-binjiet eżistenti jeħtieġ li jiġu prijoritizzati fost dawk bl-aktar faqar enerġetiku; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mira biex ittejjeb l-effiċjenza tal-korp ta' binjiet residenzjali, flimkien ma' standards minimi futuri ta' effiċjenza għad-djar mikrija fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija;

25.

Jinnota li 16-il Stat Membru għażlu li jistabbilixxu skema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija (l-Artikolu 7(1)), u li 24 Stat Membru għamlu użu sa ċertu punt mill-possibilità ta' miżuri alternattivi u 18-il Stat Membru preferew miżuri alternattivi għall-kwota ta' rinnovament (l-Artikolu 5); jikkritika l-fatt li seba' Stati Membri ma stabbilixxewx awditjar tal-enerġija (l-Artikolu 8);

26.

Jenfasizza li xi elementi ewlenin tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (eż. arloġġi intelliġenti, pjanijiet ta' koġenerazzjoni u rinnovament) għandhom bżonn aktar żmien, u li qafas stabbli ta' effiċjenza fl-enerġija għal wara l-2020 huwa essenzjali sabiex jagħti l-fiduċja u l-istabilità regolatorja meħtieġa lill-investituri, l-awtoritajiet pubbliċi u l-impriżi biex ivaraw proġetti u innovazzjonijiet, peress li dawn għandhom potenzjal kbir biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u b'hekk ibaxxu l-prezzijiet għall-konsumatur; jinnota li d-domanda pubblika u s-suq huma katalizzaturi essenzjali għal dawn il-proġetti;

27.

Jirrikonoxxi li sinjali tal-prezzijiet insuffiċjenti huma raġuni ewlenija biex tiddgħajjef ir-reazzjoni għad-domanda; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw dan l-ostaklu u jippromwovu l-użu ta' arloġġi intelliġenti tad-dawl u kontijiet trasparenti bħala mezz biex titrawwem imġiba aktar reattiva tal-konsumatur fir-rigward tal-konsum tal-enerġija u l-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija;

28.

Jilqa' soluzzjonijiet innovattivi u intelliġenti ġodda biex il-provvista u d-domanda tal-elettriku jiġu bbilanċjati, u biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija meta jkun fl-aqwa tiegħu; jitlob li r-riċerka u l-iżvilupp jiġu ffinanzjati għal dawn is-soluzzjonijiet ġodda, speċjalment għas-settur tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju;

29.

Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-konsumaturi, taċ-ċittadini u tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (DSO) fil-panorama enerġetiku dejjem iżjed deċentralizzat u l-importanza tal-involviment tagħhom biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija; jenfasizza, għalhekk, li jeħtieġ li tittieħed aktar azzjoni biex jissaħħaħ ir-rwol tagħhom permezz ta', fost l-oħrajn, l-iffaċilitar tar-reazzjoni għad-domanda, il-ħżin fuq skala żgħira, ir-rinnovament ta' binjiet u sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi kooperattiva;

30.

Jirrimarka li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija mhux biss tappoġġja l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija iżda wkoll fiha elementi a' ffrankar tal-enerġija permezz tal-obbligu vinkolanti ta' ffrankar tal-enerġija fis-sena fl-Artikolu 7; jenfasizza l-importanza ta' mira tal-effiċjenza fl-enerġija għall-2030 skont il-miri klimatiċi maqbula fil-COP 21 biex jintlaħqu l-għanijiet tagħna relatati mal-klima u titnaqqas id-dipendenza tagħna minn pajjiżi terzi; jinnota li l-binjiet jirrappreżentaw 40 % tal-użu tal-enerġija fl-UE u li 50 % tal-enerġija tintuża għal finijiet ta' tisħin u tkessiħ; jenfasizza li t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet, għalhekk, huwa ta' importanza kbira f'termini ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, it-titjib tas-sigurtà tal-enerġija, it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u sabiex tingħata spinta lill-ekonomija tagħna; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu bidu għal investimenti maġġuri sabiex itejbu l-effiċjenza fl-enerġija bl-użu tal-fondi tal-UE, peress li dan mhux biss iwassal għal kontijiet orħos tal-enerġija, iżda joħloq ukoll numru kbir ta' impjiegi u jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tar-reindustrijalizzazzjoni;

31.

Jenfasizza li 85 % tal-konsum tal-enerġija ġo binja huwa meħtieġ għat-tisħin tal-kmamar u l-misħun fid-djar u li, għalhekk, jeħtieġ li titħaffef il-modernizzazzjoni ta' sistemi tat-tisħin qodma u ineffiċjenti fl-Ewropa sabiex ikun hemm iffrankar fl-effiċjenza fl-enerġija ta' mill-anqas 20 % b'teknoloġiji disponibbli, inklużi sistemi tat-tisħin rinnovabbli;

Dispożizzjonijiet ġuridiċi li jikkompetu ma' xulxin u jwaqqfu l-kisbiet ambjentali, joħolqu l-burokrazija u jżidu l-ispejjeż tal-enerġija

32.

Jinnota li l-obbligi ta' rappurtar fis-settur tal-enerġija bħala parti minn qafas huma essenzjali biex jiġi evalwat il-progress dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE; jiddispjaċih, madankollu, dwar l-obbligi eċċessivi ta' rappurtar ta' enerġija imposti, ukoll permezz ta' regolamentazzjoni żejda mill-Istati Membri, fuq l-impriżi, il-produtturi tal-enerġija, il-konsumaturi u l-awtoritajiet pubbliċi, ħaġa li tillimita l-potenzjal għat-tkabbir u l-innovazzjoni; jenfasizza li l-obbligi ta' rapportar għandhom, meta jkun possibbli, jiġu ssemplifikati sabiex jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi; jikkritika l-fatt li d-data miksuba waqt ir-rappurtar ta' spiss ma jkunux komparabbli fl-UE minħabba analiżijiet, metodoloġiji u standards differenti; jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas, inkluż permezz ta' soluzzjonijiet diġitali, il-piż amministrattiv relatat mal-obbligi ta' rappurtar u tistabbilixxi iktar linji gwida dwar it-tqabbil tad-data għal evalwazzjoni aħjar tad-data; jitlob li l-previżjonijiet tad-domanda tal-enerġija jiġu allinjati skont il-potenzjal ta' ffrankar kosteffikaċi fis-setturi ewlenin, u jemmen li t-tnaqqis tal-burokrazija se jħaffef l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija; jinnota li l-applikazzjoni tal-prinċipju 'l-ewwel l-effiċjenza fl-enerġija' teħtieġ reviżjoni tal-ippjanar u r-rappurtar dwar l-enerġija u titjib fil-koerenza tal-politika sabiex ikun żgurat it-tisħiħ reċiproku tagħhom, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-iffrankar tal-enerġija huwa l-ewwel sors ta' enerġija tal-Ewropa u l-aktar wieħed sikur; jinnota li l-effiċjenza fl-enerġija tista' tkun l-aqwa investiment f''sors' tal-enerġija li jagħmel l-enerġija ekonomikament aktar aċċessibbli, inaqqas il-ħtieġa għal infrastruttura addizzjonali u għalja fuq in-naħa tal-provvista u jgħin biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

33.

Jenfasizza li r-regoli tal-kalkolu għall-iffrankar tal-enerġija u l-interpretazzjonijiet għal miżuri eleġibbli, kif stabbiliti fl-annessi għad-Direttiva, huma kkumplikati wisq, u għalhekk huwa impossibbli li jiġu segwiti b'mod preċiż; Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija se tipprovdi metodu radikalment aktar sempliċi għall-kalkolu tal-effiċjenza fl-enerġija, u tikkunsidra li tipproponi atti delegati ġodda li se jissemplifikaw il-metodi tal-kalkolu tad-Direttiva attwali;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-fattur ta' konverżjoni għall-elettriku fl-Anness IV għad-Direttiva, biex jirrifletti aħjar it-tranżizzjoni kontinwa tal-ġenerazzjoni tal-elettriku;

35.

Jirrimarka li mhux ir-riskji kollha marbutin mal-investimenti għall-iffrankar tal-enerġija jistgħu jiġu trattati permezz tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, billi din tkopri biss 45 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE; jirrimarka li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija hija interkonnessa ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE relatata mal-enerġija u għandha ċertu impatt fuq il-marka tal-karbonju u l-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (il-prezzijiet taċ-ċertifikati); jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-interrelazzjoni u tiżgura l-komplementarjetà; jinnota li l-prezzijiet baxxi li jirriżultaw tal-kwoti tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jikkostitwixxu wieħed minn għadd ta' fatturi li jnaqqsu l-inċentivi għall-investiment industrijali fl-iffrankar tal-enerġija;

36.

Jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni xierqa tar-riżerva tal-istabilità tas-suq li tista' tgħin biex ittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija billi ssaħħaħ il-koerenza bejn l-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-EU u l-politiki ta' enerġija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju;

37.

Jistenna bil-ħerqa l-Fond ta' Modernizzazzjoni futur, li se jkun immirat lejn il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri tal-UE b'introjtu baxx, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta struttura ta' governanza xierqa, li tinkludi dettalji rigward ir-rwoli tal-Istati Membri benefiċjarji, il-BEI u istituzzjonijiet oħra;

38.

Jenfasizza li n-nuqqas ta' koordinament bejn l-elementi differenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jista' jostakola s-soluzzjonijiet effettivi ta' effiċjenza fl-enerġija li jipprovdu l-aħjar riżultati possibbli f'termini ta' kosteffettività, u jikkanċella l-vantaġġi tal-prezz miksuba permezz tal-iffrankar tal-enerġija; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jfasslu miżuri ta' koordinament għat-twettiq sħiħ tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija, li jwassal għal aktar koerenza bejn l-Istati Membri mingħajr ma jillimita l-kapaċità tagħhom li jfasslu politika skont is-suq u l-prezzijiet tal-enerġija lokali tagħhom, it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet disponibbli u t-taħlita tal-enerġija nazzjonali; jitlob biex l-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tqis aħjar il-miżuri nazzjonali li jaffettwaw in-numru ta' kwoti u l-prezz tagħhom;

39.

Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija tas-settur pubbliku, u jappella għal integrazzjoni aħjar tal-inizjattivi ta' ffrankar tal-enerġija fl-akkwist pubbliku;

40.

Jinnota li r-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija fl-akkwist pubbliku mhumiex mifhuma għalkollox mill-aġenti kollha tal-akkwist; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida aktar ċari biex tiffaċilita l-konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva, kif ukoll integrazzjoni aħjar fir-regoli usa' tal-UE dwar l-akkwist pubbliku;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-istituzzjonijiet lokali u reġjonali sabiex tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija fil-livell reġjonali u lokali u fil-komunitajiet ta' bażi;

42.

Jinnota li għalkemm il-prezzijiet għall-konsumaturi Ewropej tal-elettriku u għall-klijenti azjendali u industrijali żgħar u ta' daqs medju u għall-konsumaturi privati huma relattivament għolja f'ħafna Stati Membri, l-investiment fl-effiċjenza fl-enerġija jista' jagħti spinta lill-kompetittività tan-negozji Ewropej u jnaqqas l-ispejjeż tal-enerġija għall-konsumaturi privati; jenfasizza, madankollu, li l-kont tal-elettriku fl-UE huwa magħmul bħala medja minn terz taxxi u imposti indiretti indotti mill-Istat għad-djar privati, li meta jiġu applikati bħala element fiss fuq il-kontijiet, jistgħu jagħmluha diffiċli għall-konsumaturi li jħossu l-benefiċċji tal-iffrankar tal-enerġija, u jikkontribwixxi għall-faqar enerġetiku; jinnota li l-imposti għall-finanzjament ta' politiki Ewropej dwar il-klima u l-enerġija huma l-iżgħar parti tal-kont; jenfasizza li l-prezzijiet għolja tal-enerġija fl-UE jirriżultaw f'differenza fil-prezzijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri tal-UE u l-kompetituri prinċipali tagħna f'bosta partijiet tad-dinja, li jxekklu l-kompetittività tal-industriji Ewropej li jużaw ħafna enerġija; jinnota li l-innovazzjoni tiżdied ukoll ma' investiment akbar fl-effiċjenza fl-enerġija, biex l-industrija tal-UE tkun f'pożizzjoni dinjija dominanti;

43.

Jinnota li l-effiċjenza fl-enerġija tista' tkun l-aqwa investiment f''sors' tal-enerġija li jagħmel l-enerġija ekonomikament aktar aċċessibbli, inaqqas il-ħtieġa għal infrastruttura addizzjonali u għalja u jgħin biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

44.

Jinnota li l-prinċipju ta' 'l-ewwel l-effiċjenza fl-enerġija' jippermetti li jkun hemm espansjoni kosteffettiva tas-sehem tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita; jenfasizza li l-obbligi ta' ffrankar għandhom ikunu kompatibbli mal-iżvilupp ta' sorsi sostenibbli ta' enerġija rinnovabbli u li s-sinerġiji għandhom jissaħħu biex ikun hemm tranżizzjoni effiċjenti lejn sistema intelliġenti, dekarbonizzata u reżiljenti tal-enerġija; hu tal-fehma li distribuzzjoni transreġjonali mtejba, sistemi ta' ħżin u ġestjoni tan-naħa tad-domanda jippreżentaw opportunitajiet tajbin għall-iżvilupp ulterjuri ta' siti ottimali għall-enerġija mir-riħ, mill-ilma u mix-xemx b'funzjonijiet ta' provvista għall-Ewropa kollha; huwa konvint li dan se jkollu effetti ta' taffija fuq il-prezz tal-enerġija;

45.

Jissottolinja li l-effiċjenza fl-enerġija hija l-iżjed miżura kosteffikaċi biex jiġu sodisfatti l-impenji tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2;

Bżonn ta' aktar koerenza fil-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija

46.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju ta' 'regolamentazzjoni aħjar', tqis mezzi aħjar ta' koordinament tar-regoli tal-UE dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima sabiex ittejjeb l-effiċjenza u l-effettività leġiżlattivi, u tipproponi miżuri li jtejbu r-regolament attwali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-metodoloġiji għall-valutazzjoni komprensiva fit-tul tal-inizjattivi tal-effiċjenza fl-enerġija, inklużi l-esternalitajiet prinċipali kollha; jitlob perspettiva ċċentrata fuq is-soċjetà fit-tiswir ta' mudelli u fil-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji globali tal-livelli differenti ta' ambizzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi trattata bħala sors ta' enerġija fiha nnifisha;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni tittratta l-effiċjenza fl-enerġija bħala prijorità infrastrutturali, tirrikonoxxi li din tissodisfa d-definizzjoni ta' infrastruttura użata mill-Fond Monetarju Internazzjonali u istituzzjonijiet ekonomiċi oħra (9), u tagħmilha element kruċjali u konsiderazzjoni prijoritarja fid-deċiżjonijiet futuri dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa;

48.

Jinnota li l-effiċjenza fl-enerġija tista' tgħin biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija u b'hekk tgħin it-tranżizzjoni lejn sitwazzjoni sostenibbli u sikura;

49.

Jenfasizza li suq intern funzjonali tal-enerġija, inkluż għal servizzi ta' effiċjenza fl-enerġija, se jottimizza l-ispejjeż tas-sistemi tal-enerġija, biex b'hekk jibbenefika lill-konsumaturi kollha u jtejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza fl-enerġija u l-kompetittività fl-Ewropa kollha; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ it-tielet pakkett dwar l-enerġija sabiex jiżguraw swieq tal-enerġija li jaħdmu b'mod sħiħ, u li jkunu kompetittivi u interkonnessi;

50.

Josserva li l-industriji li jużaw ħafna enerġija jridu jikkontribwixxu wkoll, u li kundizzjonijiet ekwi fl-UE huma importanti ħafna f'dan il-kuntest;

51.

Jenfasizza li l-effiċjenza fl-enerġija tifforma parti mill-miri ewlenin tal-UE u li l-pajjiżi Ewropej għandhom għalhekk jitħeġġu jevitaw ir-rimi kkawżat mill-konsum fl-industrija, it-trasport u l-kostruzzjoni, peress li dawn huma s-setturi ewlenin li jirriżultaw l-akbar sehem tal-konsum;

52.

Jilqa' l-impatt pożittiv li qed ikollhom l-iskemi ta' ċertifikazzjoni jew l-obbligi ta' ffrankar (l-Artikolu 7) f'ħafna Stati Membri; iqis li l-għażla ta' miżuri alternattivi ta' ambizzjoni ekwivalenti hija fattur ewlieni fil-garanzija tal-aċċettazzjoni tagħhom; jinnota l-importanza li jkun żgurat li l-iffrankar iċċertifikat jikkorrispondi għall-iffrankar reali tal-enerġija u ma jkunx biss iffrankar fuq il-karta; jenfasizza r-rwol tal-utilitajiet tal-enerġija fl-iżviluppar attiv ta' miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija; jitlob li l-kalkolu ta' skemi ta' ċertifikazzjoni u miżuri ta' ffrankar tal-enerġija ma jiġux imxekkla; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk hux possibbli li l-iffrankar tal-enerġija primarja jitqies permezz ta' impjanti inkorporati ta' koġenerazzjoni (sħana u enerġija kombinati);

53.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rapport imħejji għall-Parlament mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew li jasal għall-konklużjoni li ħafna mill-Iskemi ta' Obbligu ta' Effiċjenza fl-Enerġija stabbiliti wrew li kienu importanti biex iwasslu titjib nazzjonali fl-effiċjenza fl-enerġija u pprovdew iffrankar kosteffikaċi għal numri kbar ta' familji u organizzazzjonijiet; jenfasizza wkoll il-konklużjoni li saret li l-Iskemi ta' Obbligu ta' Effiċjenza fl-Enerġija huma ferm kosteffikaċi u li teżisti evidenza li l-iskemi ddisinjati tajjeb u implimentati jistgħu jipprovdu sa 100 % tal-iffrankar tal-pajjiż skont l-Artikolu 7; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha tiġbor lista ta' prattiki tajba u ħżiena u tiżviluppa sett ta' kriterji biex tiżgura Skema ta' Obbligu ta' Effiċjenza fl-Enerġija ddisinjata tajjeb u effikaċi;

54.

Jappella sabiex jiġu pprovduti kalkoli plawsibbli dwar l-iffrankar u l-effiċjenza, mingħajr burokrazija mhux meħtieġa; hu tal-fehma li d-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tista' sservi wkoll bħala leġiżlazzjoni qafas f'dan ir-rigward; iqis li jistgħu jiġu integrati miżuri u kriterji dwar l-effiċjenza konkreti fid-direttivi eżistenti (eż. id-Direttiva dwar il-Binjiet) jew f'obbligu ta' tikkettar konsolidat (tikkettar tal-effiċjenza fl-enerġija, ekodisinn, ekonomija ċirkolari, marka CE);

55.

Hu tal-fehma li l-miri tal-UE għall-ħarsien tal-klima u l-effiċjenza jridu jkunu ta' tisħiħ reċiproku, u li r-rekwiżiti vinkolanti għall-effiċjenza fl-enerġija huma vitali biex jinkiseb livell massimu ta' ambizzjoni u sforz fl-Istati Membri, filwaqt li huwa wkoll meħtieġ li titħalla flessibilità suffiċjenti biex it-taħlita tal-għodda u l-istrumenti tiġi personalizzata fil-livell nazzjonali;

56.

Jitlob li d-Direttiva riveduta dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tkun skont il-miri tal-UE għall-protezzjoni tal-klima u l-għan tal-Ftehim tal-COP 21; jenfasizza li l-kontinwazzjoni u t-titjib ta' miżuri eżistenti u l-qerda tal-kontradizzjonijiet u l-lakuni jridu jkunu parti mir-reviżjoni tad-Direttiva sabiex jiġu żgurati l-prevedibilità regolatorja u l-fiduċja tal-investituri fit-tul;

Aktar effiċjenza fl-enerġija – aktar impjiegi u tkabbir

57.

Jiddispjaċih dwar il-proġetti xejn effettivi tal-effiċjenza fl-enerġija appoġġjati mill-Fondi Strutturali tal-UE (mill-2007 sal-2013) kif jikkritikahom ir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta minnufih it-titjib korrispondenti b'enfasi speċjali fuq il-ġustifikazzjoni, il-monitoraġġ, u t-tqassir tal-perjodu ta' rkupru għall-proġetti ffinanzjati; jitlob li jkun hemm linji gwida mtejba u monitoraġġ aktar b'saħħtu min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta' użu aħjar tal-fondi strutturali u tal-FEIS flimkien ma' investimenti privati għall-proġetti vijabbli fl-effiċjenza fl-enerġija, b'mod partikolari fil-binjiet; iqis li l-finanzjament ta' proġetti għall-effiċjenza fl-enerġija mill-Fondi Strutturali u l-FEIS għandu jimmira lejn dawk il-konsumaturi aktar sensittivi għall-prezz tal-enerġija, bħalma huma l-industrija f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-impriżi ta' daqs żgħir u medju u l-familji fir-riskju tal-faqar enerġetiku; iqis li hija prijorità assoluta li jiġu żviluppati strumenti ta' finanzjament, għodda, u mudelli innovattivi li jimmobilizzaw il-fondi pubbliċi u jisfruttaw il-finanzjament privat fil-livell lokali, nazzjonali, reġjonali u dak Ewropew biex jiġu appoġġjati l-investimenti fis-setturi ewlenin tal-effiċjenza fl-enerġija bħar-rinnovament tal-binjiet, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u wkoll l-attenzjoni dovuta lill-ispeċifiċitajiet tal-investimenti fit-tul;

58.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-investiment fis-settur tal-kostruzzjoni, fost l-oħrajn b'aktar sforzi biex jingħataw inċentivi għal rinnovament fil-fond tal-korp ta' binjiet b'iżolament ħażin fl-UE;

59.

Jenfasizza li jekk l-Istati Membri jistabbilixxu skema tal-effiċjenza fl-enerġija ffinanzjata mill-imposti, livell limitu minimu għandu jiġi mmirat lejn il-familji affettwati mill-faqar enerġetiku; jenfasizza wkoll li l-Istati Membri għandhom juru kif tali skema tal-effiċjenza fl-enerġija ffinanzjata mill-imposti tikkontribwixxi għat-titjib tal-agħar korp eżistenti ta' akkomodazzjoni domestika;

60.

Jenfasizza l-importanza tal-istrumenti finanzjarji Ewropej fil-forma ta' self, garanziji u ekwità biex jattiraw il-finanzjament privat għal proġetti ta' effiċjenza fl-enerġija; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li l-finanzjament jiġi provdut fil-forma ta' għotjiet għal proġetti fil-qasam soċjali;

61.

Jenfasizza li l-UE għandha tistabbilixxi mira ambizzjuża tal-iffrankar tal-enerġija u tħeġġeġ l-innovazzjoni fir-rigward tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, peress li tali investimenti huma ta' profitt u jistgħu jiġu rkuprati b'mod ġust u malajr;

62.

Jistieden lill-Istati Membri jinkludu dispożizzjoni għal perċentwali minimu sinifikanti ta' miżuri fi skemi ta' obbligu għall-effiċjenza fl-enerġija sabiex jiġi mmirati l-konsumaturi b'introjtu baxx;

63.

Jinnota li l-proġetti għall-effiċjenza fl-enerġija spiss ikunu fuq skala żgħira u jirrikjedu li jiġu amalgamati f'portafolli akbar; jistieden lill-Kummissjoni, lill-BEI u lill-Istati Membri, għal dan il-għan, ivaraw iktar għajnuna teknika u għajnuna għall-iżvilupp ta' proġetti sabiex jiffaċilitaw l-investimenti;

64.

Iqis li strateġija fit-tul ta' effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet u iżjed stimolu għal rinnovament effiċjenti fl-enerġija tal-binjiet huma meħtieġa sabiex immorru lil hinn minn miżuri sempliċi u bi prezz baxx fis-settur tal-bini;

65.

Jitlob li jkun hemm koordinament u skambju ta' ideat u l-aħjar prattiki mtejba fost l-Istati Membri dwar l-obbligi ta' ffrankar u l-pjanijiet ta' bini u rinnovament (l-Artikoli 4, 5, 6 u 7). bil-għan li jiġu applikati aktar malajr strumenti eżistenti u ġodda (inċentivi fiskali, programmi ta' appoġġ, kuntratti mudell u investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali); jemmen li l-Artikolu 5 għandu jiġi estiż biex ikopri l-korpi pubbliċi kollha meta jkun possibbli; jitlob lill-Kummissjoni linji gwida għall-pjanijiet nazzjonali futuri, biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-komparabilità; jilqa' l-appoġġ tekniku tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija; jitlob li jkun hemm mudelli obbligatorji għall-pjanijiet nazzjonali sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-komparabilità; jistieden lill-Istati Membri jqisu skemi ta' appoġġ innovattivi bbażati fuq is-suq;

66.

Jinnota li l-inqas li sar progress kien fis-settur residenzjali, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri jużaw il-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija u l-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija, jimplimentaw skemi tat-taxxa u programmi ta' self sabiex iżidu r-rati baxxi ta' rinnovament għall-korp ta' binjiet eżistenti fl-Ewropa, u biex jippremjaw miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija bħall-użu ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti fl-enerġija;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw u jtejbu s-soluzzjonijiet ta' monitoraġġ, kejl u ġestjoni tal-effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet sabiex ikun hemm żidiet konsiderevoli fl-effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet tal-UE;

68.

Jitlob li l-pjanijiet direzzjonali dwar ir-rinnovament tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 jiddeskrivu kif huma se jiksbu, fl-iterazzjoni li jmiss tal-pjanijiet direzzjonali (mistennija f'April 2017), ir-rinnovament tal-enerġija tal-korp tagħhom tal-binjiet; u bħala riżultat iwasslu l-viżjoni għall-UE kollha ta' korp ta' binjiet b'użu negliġibbli tal-enerġija (nZEB) sal-2050;

69.

Jemmen li l-estensjoni tar-rwol eżemplari tal-binjiet pubbliċi fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika, u mhux tal-gvern ċentrali, se tgħin biex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal kosteffettiv tal-binjiet, peress li dan wera li huwa s-settur bl-ogħla potenzjal mhux biss għall-iffrankar tal-enerġija, iżda wkoll għall-ksib ta' benefiċċji usa' oħra, inklużi aktar kumdità u benessri; iqis, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jistabbilixxu mekkaniżmu intern għall-kondiviżjoni tal-ilħiq tal-mira għar-rinnovament ta' 3 % bejn id-diversi livelli tal-amministrazzjoni pubblika, u li l-flessibilità li jagħżlu miżuri oħra għandha tinżamm filwaqt li jiġu kwantifikati l-impatti tagħhom, bħala approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 u 2;

70.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu iktar biex jirrinovaw il-binjiet mhux residenzjali fid-dawl tal-potenzjal kbir tagħhom ta' qligħ fi żmien qasir;

71.

Jipproponi li l-Artikolu 4 tad-Direttiva jingħata t-titolu ta' “strateġiji fit-tul għar-rinnovament profond tal-korp nazzjonali ta' binjiet, fosthom għall-mobilizzazzjoni tal-investiment”;

72.

Jitlob li r-riżorsi meħtieġa għat-taħriġ ta' dawk responsabbli għall-installazzjoni tat-tagħmir jiġu allokati sabiex ikun żgurat livell għoli ta' kwalità fir-rinnovamenti;

73.

Jitlob approċċ strateġiku mill-Kummissjoni sabiex iżżid is-sensibilizzazzjoni tal-iżviluppi tekniċi ġodda (fost oħrajn fil-mezzi ta' tkessiħ, id-dawl, l-iżolament, it-termostati, il-kejl bl-arloġġi, il-ħġieġ, eċċ.);

74.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprijoritizzaw l-Artikolu 4 tad-Direttiva fir-rigward tat-tħejjija tat-tieni verżjoni tal-istrateġiji, li għandha tiġi ppreżentata fl-2017 u li għandha titfassal fuq l-involviment xieraq mal-partijiet ikkoncernati, skont mudelli obbligatorji u li tinkludi miri fuq ħames snin intermedji u pjanijiet ta' implimentazzjoni, sabiex sal-2050 tintlaħaq il-mira ta' stokk ta' binjiet b'użu negliġibbli tal-enerġija (nZEB) fil-livell tal-UE, peress ukoll li dan se jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-COP 21;

75.

Iqis li l-awditjar tal-enerġija għan-negozji huwa mezz ippruvat biex tingħata spinta lill-effiċjenza fl-enerġija, u jenfasizza l-benefiċċji tiegħu għall-kompetittività; jitlob definizzjoni u infurzar uniformi tal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (għad-definizzjoni ta' SMEs; għal awditjar; l-ebda ċertifikazzjoni doppja għal strutturi ta' negozji transkonfinali) u li jinħoloq approċċ uniformi lejn il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 8(4); jitlob li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-Artikolu jiġi estiż biex ikopri l-kumpaniji kollha li għandhom konsum għoli tal-enerġija; jitlob li ssir evalwazzjoni bil-ħsieb li titjieb l-effettività tas-sistemi ta' awditjar tal-enerġija; jitlob li l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet ta' awditjar tal-enerġija kosteffikaċi jkunu meħtieġa flimkien ma' manutenzjoni ppjanata skont l-objettivi tal-kumpaniji;

76.

Jipproponi rieżami tad-definizzjoni ta' 'SME' applikata fid-Direttiva (Artikolu 2(26)) sabiex tirreferi biss għall-għadd ta' persuni impjegati u għall-fatturat annwali, sabiex il-kumpaniji li 25 % jew aktar minnhom huma kkontrollati minn korp pubbliku xorta waħda jistgħu jitqiesu bħala impriżi ta' daqs żgħir u medju;

77.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed taħdem fuq linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 9 sa 11 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija sabiex tgħin lill-konsumaturi jikkontrollaw aħjar il-konsum tal-enerġija tagħhom; iqis li l-fattibilità teknika u l-varar ta' arloġġi intelliġenti, b'kunsiderazzjoni tal-kosteffettività u tat-trasparenza tal-prezzijiet, huma elementi importanti għall-iffrankar tal-enerġija; hu tal-fehma li għall-finijiet ta' konsistenza d-dispożizzjonijiet eżistenti kollha dwar il-kejl bl-arloġġi u l-kontijiet għandhom jiġu raggrupati mill-ġdid f'post wieħed;

78.

Jindika li l-kontijiet tal-enerġija tal-konsumaturi għadhom mhumiex ċari u preċiżi; jirrakkomanda titjib fit-trasparenza u ċ-ċarezza tal-kontijiet billi jiġu stabbiliti prinċipji ta' livell għoli għall-kontijiet fil-livell tal-UE sabiex l-informazzjoni ewlenija tkun disponibbli għall-konsumaturi f'format komparabbli sabiex jiġu aġġustati l-andamenti tal-konsum; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom firxa wiesgħa ta' preferenzi u ta' għodod aċċessibbli, u li għalhekk l-approċċ għall-informazzjoni għandu jkun iffurmat mir-riċerka dwar il-konsumaturi fil-livell nazzjonali;

79.

Jemmen li l-aċċess għal informazzjoni u pariri indipendenti u affidabbli dwar miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u skemi finanzjarji xierqa huwa essenzjali, b'mod partikolari għall-familji imma wkoll għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati u konxji tal-enerġija u jimmaniġġjaw aħjar il-konsum tal-enerġija tagħhom, inkluż permezz ta' arloġġi intelliġenti u kejl individwali tal-konsum tat-tisħin u t-tkessiħ;

80.

Jitlob li jiddaħħlu standards rigorużi tal-garanzija tal-kwalità, programmi nazzjonali ta' taħriġ u sistemi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni uniċi u simplifikati għall-fornituri tal-effiċjenza fl-enerġija, appoġġjati minn oqfsa ta' konsulenza u rimedju konġunti u aċċessibbli faċilment; jenfasizza li dan qed jiġi propost sabiex jitneħħew xi wħud mill-ostakli mhux finanzjarji għall-adozzjoni mill-konsumaturi ta' prodotti u servizzi effiċjenti fl-enerġija, pereżempju billi jagħmilha possibbli li jiġu identifikati l-kummerċjanti ta' fiduċja;

81.

Jistenna aktar investimenti fl-iffrankar li jirriżultaw mill-osservanza tar-regoli ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont l-Artikolu 14;

82.

Jenfasizza li jekk l-Istati Membri jistabbilixxu skema tal-effiċjenza fl-enerġija ffinanzjata mill-imposti (l-Artikolu 20), din għandha tipprijoritizza lill-familji affettwati mill-faqar enerġetiku; jinsisti li d-Direttiva riveduta dwar l-enerġija għandha tipprovdi lill-Istati Membri ambjent ta' politika stabbli fit-tul biex tiżgura żieda sostenibbli f'investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, b'mod partikolari fil-livell lokali; jitlob li l-UE u l-BEI jipperfezzjonaw il-konsolidament tal-kapaċitajiet tagħhom u l-isforzi għal għajnuna teknika biex jiżviluppaw proġetti vijabbli ta' effiċjenza fl-enerġija li jattiraw l-investiment privat mis-suq; jitlob li l-programmi ta' finanzjament tal-UE (eż. il-Fondi Strutturali, il-Pjan Juncker, ELENA-BEI) iżidu l-proporzjon ta' fondi allokati għall-bini ta' kapaċità ta' effiċjenza fl-enerġija u għajnuna teknika;

83.

Jiddeplora l-livell baxx ta' investimenti pubbliċi u privati fin-netwerks ta' distribuzzjoni intelliġenti tal-elettriku; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ssaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta' dawn in-netwerks;

84.

Jitlob obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet nazzjonali tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' programmi tal-effiċjenza fl-enerġija varati permezz tal-awtoritajiet lokali – jew magħhom – u li dan l-approċċ jiġi segwit meta jwassal għal effiċjenzi u ffrankar tal-ispejjeż għall-konsumaturi;

85.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fit-tniġġis ikkawżat minn ċerti installazzjonijiet tat-tisħin domestiku li jiffunzjonaw permezz tal-bijomassa solida, li jipproduċu kwantitajiet kbar ta' għabra fina, ossidi tan-nitroġenu, monossidu tal-karbonju u diossini li jnaqqsu bil-kbir il-kwalità tal-arja u għalhekk huma ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Istati Membri jimplimentaw soluzzjonijiet alternattivi li jkunu effiċjenti u li jibżgħu għall-ambjent;

86.

Jissottolinja l-bżonn immedjat li jintuża approċċ aktar komprensiv biex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija tas-sistema kollha tat-trasport, bla ma jkun hemm dipendenza biss fuq l-iżvilupp teknoloġiku tal-vetturi jew tas-sistemi ta' propulsjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi ambizzjużi biex idaħħlu miżuri ġodda li jsaħħu l-bidla modali għall-mezzi l-aktar effiċjenti fl-enerġija, u jużaw bis-sħiħ is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) sabiex jittejbu aktar l-effiċjenza u r-rata ta' użu tal-kapaċità disponibbli, kemm tal-vetturi u tal-infrastruttura, kif ukoll fil-loġistika, l-avjazzjoni u t-trasport marittimu;

87.

Ifakkar li l-effiċjenza fl-enerġija tista' tinkiseb billi jiġu stabbiliti standards tas-CO2 u tingħata informazzjoni lill-utenti dwar il-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex tinforma lill-utenti dwar il-konsum tal-fjuwil tat-trakkijiet, il-karozzi tal-linja u x-xarabankijiet il-ġodda, u tistabbilixxi limiti fuq l-emissjonijiet ta' CO2 tagħhom;

88.

Jiddispjaċih dwar il-kontribut baxx tas-settur tat-trasport għall-iffrankar tal-enerġija, b'perċentwal ta' 3 % biss fl-ambitu tal-qsim settorjali ġenerali tal-iffrankar, minkejja l-istabbilizzazzjoni tat-traffiku tal-passiġġieri u t-tnaqqis fit-traffiku tal-merkanzija bejn l-2005 u l-2013 minħabba l-kriżi ekonomika; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' miżuri mmirati lejn is-settur tat-trasport;

o

o o

89.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

(2)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0444.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2014)0094.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2015)0266.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2014)0063.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0359.

(8)  Ara Tina Fawcett u Jan Rosenow: 'The Member States' plans and achievements towards the implementation of Article 7 of the Energy Efficiency Directive' (Il-pjanijiet u l-kisbiet tal-Istati Membri lejn l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija), studju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew.

(9)  'Energy efficiency as infrastructure: leaping the investment gap' (L-effiċjenza fl-enerġija bħala infrastruttura: Naqbżu d-distakk fl-investiment) – rapport mill-Grupp ta' Konsulenza E3G tat-3 ta' Marzu 2016.


It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/40


P8_TA(2016)0294

Ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar id-deċiżjoni ta' ħruġ mill-UE bħala konsegwenza tar-referendum fir-Renju Unit (2016/2800(RSP))

(2018/C 091/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jieħu nota tax-xewqa taċ-ċittadini tar-Renju Unit li joħorġu mill-UE; jirrimarka li r-rieda espressa mill-poplu trid tiġi rrispettata kompletament u bis-sħiħ, l-ewwel nett bl-attivazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) mill-aktar fis possibbli;

2.

Jenfasizza li dan huwa mument kruċjali għall-UE: jeħtieġ li l-interessi u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni jinġiebu lura fiċ-ċentru tad-dibattitu; jeħtieġ li l-proġett Ewropew jerġa' jiġi varat issa;

3.

Jenfasizza li r-rieda ta’ maġġoranza taċ-ċittadini tar-Renju Unit għandha tiġi rrispettata permezz ta' implimentazzjoni rapida u koerenti tal-proċedura ta' ħruġ;

4.

Jirrimarka li n-negozjati skont l-Artikolu 50 tat-TUE dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jridu jibdew malli tiġi kkomunikata notifika formali;

5.

Iwissi li, għall-prevenzjoni ta' inċertezza li tagħmel ħsara lil kulħadd u għall-protezzjoni tal-integrità tal-Unjoni, in-notifika stipulata fl-Artikolu 50 tat-TUE trid issir mill-aktar fis possibbli; jistenna li l-Prim Ministru tar-Renju Unit jinnotifika l-eżitu tar-referendum lill-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2016; din in-notifika tagħti bidu għall-proċedura ta' ħruġ;

6.

Ifakkar li l-ftehim milħuq mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern fi Frar 2016 kien jistipula li kellu jidħol fis-seħħ biss fil-każ li r-Renju Unit jiddeċiedi li jibqa' fl-UE; għaldaqstant huwa null u invalidu;

7.

Ifakkar li kwalunkwe relazzjoni ġdida bejn ir-Renju Unit u l-UE ma tistax tiġi miftiehma qabel ma jkun ġie konkluż il-ftehim dwar il-ħruġ;

8.

Ifakkar li l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew hija meħtieġa skont it-Trattati, u li l-Parlament irid ikun involut bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċeduri varji li jikkonċernaw il-ftehim dwar il-ħruġ u kwalunkwe relazzjoni futura;

9.

Jistieden lill-Kunsill jaħtar il-Kummissjoni bħala negozjatur dwar l-Artikolu 50 tat-TUE;

10.

Jenfasizza li l-isfidi attwali jirrikjedu riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-UE: hemm il-ħtieġa ta' riforma tal-Unjoni u li din tittejjeb u ssir aktar demokratika; jieħu nota li, filwaqt li xi Stati Membri jistgħu jagħżlu li jintegraw aktar bil-mod jew sa grad anqas, il-qalba tal-UE trid tiġi msaħħa, u li jeħtieġ li jiġu evitati soluzzjonijiet à la carte; iqis li l-ħtieġa li nippromwovu l-valuri komuni tagħna, nipprovdu stabbiltà, ġustizzja soċjali, sostenibbiltà, tkabbir u impjiegi, negħlbu l-inċertezza ekonomika u soċjali persistenti, nipproteġu liċ-ċittadini u nindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni tirrikjedi li niżviluppaw u niddemokratizzaw, b'mod partikolari, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif ukoll li nsaħħu l-politika estera u ta' sigurtà komuni; għalhekk iqis li r-riformi jridu jirriżultaw f'Unjoni li tipproduċi dak li ċ-ċittadini jistennew minnha;

11.

Jitlob pjan direzzjonali għal Unjoni mtejba abbażi ta' sfruttament sħiħ tat-Trattat ta' Lisbona, li għandu jiġu kkompletat b'reviżjoni tat-Trattati;

12.

Sejjer jadotta bidliet fl-organizzazzjoni interna tiegħu biex jirrifletti r-rieda ta’ maġġoranza taċ-ċittadini tar-Renju Unit li joħorġu mill-Unjoni Ewropea;

13.

Jieħu nota tar-riżenja tal-Kummissarju tar-Renju Unit u tar-riallokazzjoni tal-portafoll tiegħu;

14.

Jitlob li l-Kunsill jibdel l-ordni tal-Presidenzi tiegħu sabiex ma jħallix li l-proċess ta' ħruġ jipperikola l-amministrazzjoni tal-ħidma ta' kuljum tal-Unjoni;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Gvernijiet tar-Renju Unit.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/42


P8_TA(2016)0281

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u l-Libanu (Ftehim Qafas) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fil-programmi tal-Unjoni (16136/2014 – C8-0044/2015 – 2014/0110(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 091/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16136/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Libaniża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Libaniża fil-programmi tal-Unjoni (16135/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0044/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0193/2016),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Libaniża.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/43


P8_TA(2016)0282

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u l-Libanu (tkabbir tal-2004) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea (13349/2014 – C8-0095/2015 – 2007/0078(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 091/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13349/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea (11300/2007),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0095/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0194/2016),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Libaniża.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/44


P8_TA(2016)0283

Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-UE u l-Libanu (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (13395/2014 – C8-0170/2015 – 2008/0027(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 091/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13395/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (13376/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(8), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0170/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0195/2016),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Libaniża.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/45


P8_TA(2016)0284

Ftehim bejn l-UE u Monaco dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (COM(2016)0201 – C8-0157/2016 – 2016/0109(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 091/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2016)0201),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu (8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0157/2016),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59, 108(7) u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0206/2016),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta' Monaco.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/46


P8_TA(2016)0285

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: l-applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2015/012 BE/Hainaut Machinery

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentat mill-Belġju – EGF/2015/012 BE/Hainaut Machinery (COM(2016)0242 – C8-0170/2016 – 2016/2074(BUD))

(2018/C 091/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0242 – C8-0170/2016),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0207/2016),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tagħti appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-FEG”);

C.

billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2015/012 BE/Hainaut Machinery għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għal sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 28 (Manifattura ta' makkinarju u tagħmir n.e.c.) fir-reġjun tal-livell NUTS 2 ta' Hainaut (BE32), u billi mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri 488 ħaddiem li ngħataw is-sensja, kif ukoll 300 żagħżugħ(a) taħt l-età ta' 25 sena mir-reġjun ta' Hainaut, li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs); billi s-sensji saru minn Carwall SA, Caterpillar Belgium SA u Doosan SA;

D.

billi, minkejja l-fatt li l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji ta' eleġibilità stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, din tressqet skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(2), li jippermetti deroga fir-rigward tal-għadd ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kriterji ta' intervent stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti, u li għalhekk il-Belġju għandu dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 824 041 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta' EUR 3 040 069;

2.

Jinnota li l-Kummissjoni osservat l-iskadenza ta' 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta mill-awtoritajiet Belġjani, fil-11 ta' Frar 2016, sa ma ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja fl-4 ta' Mejju 2016 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess ġurnata.

3.

Josserva li wara t-taqlib serju fil-kummerċ fil-makkinjarju tal-kostruzzjoni ta' dawn l-aħħar snin fis-suq Ewropew, id-domanda għall-prodotti tat-tliet impriżi kkonċernati minn din l-applikazzjoni naqset konsegwentement;

4.

Jinnota li, wara li Caterpillar Belgium SA, fit-23 ta' Frar 2013 ħabbret proċedura kollettiva ta' sensji fl-impjant tagħha f'Gosselies, il-maġġoranza tal-1 399 ħaddiem tagħha spiċċat fl-ambitu tal-applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar, u jippreċiża li l-applikazzjoni attwali tikkostitiwixxi segwitu għal dik l-applikazzjoni, minħabba li hija parti mill-istess proċedura ta' sensji; jissottolinja li r-reġjun ta' Hainaut qed iħabbat wiċċu ma' sitwazzjoni diffiċli tas-suq tax-xogħol b'rata ta' qgħad ta' 14,5 % (5,9 % ogħla mill-medja nazzjonali), b'telf ta' 1 236 impjieg fl-2013 u ta' 1 878 impjieg fl-2014 fis-settur tal-manifattura, tnaqqis sinifikanti fl-offerti tax-xogħol ta' 13 % mill-2012 u proporzjon għoli ta' ħaddiema mhux ikkwalifikati biżżejjed billi kważi nofs il-persuni li qegħdin ifittxu impjieg ma għandhomx il-kwalifiki tal-edukazzjoni sekondarja għolja, kif ukoll livelli għoljin ta' qgħad fit-tul, li jilħaq id- 39,0 % tal-qgħad kumplessiv fir-reġjun ta' Hainault;

5.

Jilqa' pożittivament il-fatt li l-awtoritajiet Belġjani bdew joffru s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta' Jannar 2015, ferm qabel l-applikazzjoni għall-appoġġ mill-FEG;

6.

Jinnota li l-Belġju qed jippjana dawn it-tipi ta' miżuri li ġejjin għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: appoġġ/gwida/integrazzjoni; iffaċilitar tat-tfittix ta' impjieg; taħriġ integrat; appoġġ għall-ħolqien ta' impriża; appoġġ għal proġetti kollettivi, benefiċċji għat-tfittix ta' impjieg u għat-taħriġ;

7.

Jilqa' il-fatt li l-benefiċċji u l-inċentivi, li, kif ikkonferma l-Belġju, huma kundizzjonali fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira f'attivitajiet ta' tfittix ta' impjieg jew ta' taħriġ, (azzjonijiet skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar il-FEG), huma limitati għal inqas minn 5 % tal-ispejjeż totali, perċentwal ferm inqas mil-limitu ta' 35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett ta' miżuri personalizzati permessi mir-Regolament;

8.

Jinnota li l-ħaddiema li għandhom età bejn 55 u 64 sena jirrappreżentaw 35,9 % tal-benefiċjarji fil-mira; iqis li l-ħaddiema f'dan il-grupp jinsabu f'riskju ogħla ta' qgħad fit-tul u ta' esklużjoni soċjali u għandhom esiġenzi speċifiċi meta jingħataw approċċ personalizzat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tforni informazzjoni dwar ir-riżultati tal-appoġġ li qiegħed jingħata lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Caterpillar, peress li parti mill-applikazzjoni preżenti hija segwitu għall-applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar;

10.

Jilqa'il-fatt li minbarra l-488 ħaddiem li ngħataw is-sensja, 300 żagħżugħ(a) li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) taħt l-età ta' 25 sena mill-istess reġjun mistennija li jipparteċipaw fil-miżuri u jirċievu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG, li għandhom jinkludu: mobilizzazzjoni u gwida, biex imorru direttament għal aktar edukazzjoni/taħriġ jew inkella jsegwu sessjonijiet ta' orjentament imfassla biex jesploraw l-interessi; korsijiet ta' taħriġ speċifiċi; titjib tal-ħiliet personalizzat; benefiċċji għat-tfittix ta' impjieg, għat-taħriġ u għall-mobilità;

11.

Jilqa' l-estensjoni tal-aċċess għall-FEG għan-NEETs; jinnota madankollu li r-Regolament dwar il-FEG bħalissa jipprovdi li dan l-aċċess jista' biss jkompli sal-31 ta' Diċembru 2017; jitlob li ssir reviżjoni tar-Regolament dwar il-FEG, fil-qafas tar-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, sabiex in-NEETs ikunu jistgħu jkomplu jingħataw l-aċċess wara l-2017;

12.

Jilqa' il-fatt li l-awtoritajiet Belġjani qed jipproponu miżuri speċjali maħsuba għan-NEETs, u, b'dan il-mod, jimmiraw għall-ħtiġijiet tagħhom iżjed speċifikament;

13.

Josserva l-importanza li titnieda kampanja ta' informazzjoni biex tilħaq lin NEETs li jistgħu jkunu eleġibbli fl-ambitu ta' dawn il-miżuri; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar il-ħtieġa li n-NEETs jingħataw għajnuna b'mod permanenti u sostenibbli;

14.

Jilqa' l-fatt li l-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati ġie stabbilit b'segwitu għal konsultazzjonijiet ulterjuri mal-partijiet interessati kollha, fosthom is-sħab soċjali, l-impriżi u s-servizzi tal-impjieg pubbliċi, li se jsegwu wkoll l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti permezz ta' Kumitat għall-Monitoraġġ;

15.

Jilqa', partikolarment, l-approċċ tal-awtoritajiet Belġjani u l-kooperazzjoni mas-sħab soċjali fl-għoti ta' appoġġ għall-proġetti kollettivi favur il-ħaddiema li jqisu li jikkostitwixxu impriża soċjali flimkien bħala grupp, bħala miżura b'potenzjal b'valur miżjud għoli;

16.

Josserva li l-azzjonijiet proposti jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eleġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG u jfakkar li, konformement ma' dan l-Artikolu, is-servizzi personalizzati mogħtija mistennija jantiċipaw il-perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet rikjesti u jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli u jqisu l-esperjenza miksuba s'issa fl-appoġġ favur il-ħaddiema li ngħataw is-sensja fl-ambitu tal-applikazzjoni EGF/2014/011 BE/Caterpillar; josserva, kontemporanjament, li dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali;

17.

Jistieden lill-Istati Membri jħejju, flimkien mas-sħab soċjali, strateġiji biex jantiċipaw il-bidliet previsti fis-suq tax-xogħol u jipproteġu lill-impjiegi u lill-ħiliet tal-Unjoni, speċjalment huma u jinnegozjaw ftehimiet kummerċjali bil-għan li jiżguraw regoli ġusti fil-qasam tal-kompetizzjoni u miżuri komuni kontra d-dumping ekonomiku, soċjali u ambjentali; ifakkar fl-appell tiegħu għal reviżjoni xierqa tal-istrumenti ta' difiża kummerċjali tal-Unjoni;

18.

Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat se jilħaq kemm il-bżonnijiet tal-ħaddiema u l-ambjent kummerċjali fir-reġjun kif ukoll fir-reġjuni tal-madwar;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod li jippermettu interventi statali intiżi biex isaħħu proġetti ta' benefiċċju soċjali u ambjentali, biex jgħinu lil SMEs u industriji li jkunu f'diffikultà permezz ta' kontribut għar-rikostruzzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom, li ntlaqtu b'mod qawwi mill-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

20.

Itenni l-appell tiegħu indirizzat lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar dettalji fil-proposti futuri dwar is-setturi li għandhom prospetti ta' tkabbir, u għalhekk ta' reklutaġġ, kif ukoll tiġbor data sostanzjata dwar l-impatt tal-finanzjament mill-FEG, inkluż dwar il-kwalità tal-impjiegi u r-rata ta' reintegrazzjoni miksuba permezz tal-FEG;

21.

Jinnota l-fatt li l-awtoritajiet Belġjani kkonfermaw li l-azzjonijiet eleġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx jista' jkun hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

22.

Jinnota li sal-lum, is-settur tal-manifattura ta' makkinarju u ta' tagħmir n.e.c. kien is-suġġett ta' 14-il applikazzjoni għall-FEG, u li tmienja minnhom kienu bbażati fuq globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u sitta fuq il-kriżi ekonomika u finanzjarja globali;

23.

Itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

24.

Japprezza t-titjib implimentat fil-proċedura min-naħa tal-Kummissjoni, b'segwitu wara għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni mil-lat ta' ħin li jġib miegħu l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-każijiet;

25.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti kollha relatati ma' każijiet tal-FEG;

26.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

(l-applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2015/012 BE/Hainaut Machinery)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2016/1145.)


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/51


P8_TA(2016)0286

Pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (COM(2015)0180 – C8-0118/2015 – 2015/0096(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 091/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0180),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0118/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-1 ta' Lulju 2015 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' April 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0367/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 383, 17.11.2015, p. 100.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fid-19 ta' Jannar 2016 (Testi adottati P8_TA(2016)0003).


P8_TC1-COD(2015)0096

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1627.)


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/52


P8_TA(2016)0287

Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (COM(2014)0614 – C8-0174/2014 – 2014/0285(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 091/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0614),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0174/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' April 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8–0128/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 230, 14.7.2015, p. 120.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-28 ta' April 2015 (Testi adottati P8_TA(2015)0104).


P8_TC1-COD(2014)0285

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Ġunju 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1139.)


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/53


P8_TA(2016)0288

Il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta' reġimi tal-proprjetà matrimonjali (COM(2016)0106 – C8-0127/2016 – 2016/0059(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 091/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0106),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0127/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0209/2016),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemendat-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/54


P8_TA(2016)0289

Il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati (COM(2016)0107 – C8-0128/2016 – 2016/0060(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 091/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0107),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0128/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0208/2016),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.