ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 90

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
9 ta' Marzu 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 90/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8768 — Singapore Airlines/CAE/JV) ( 1 )

1

2018/C 90/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8796 — Crown/Signode) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 90/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 90/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)  ( 1 )

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 90/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Impożizzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

13


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 90/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8836 — 3i/Sits) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 90/07

Avviż għall-attenzjoni ta' Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur, Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi u Al-Kawthar Money Exchange, li l-ismijiet tagħghom żdiedu mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u l-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/349

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8768 — Singapore Airlines/CAE/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 90/01)

Fit-2 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8768. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8796 — Crown/Signode)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 90/02)

Fil-5 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8796. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Marzu 2018

(2018/C 90/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2421

JPY

Yen Ġappuniż

131,83

DKK

Krona Daniża

7,4505

GBP

Lira Sterlina

0,89465

SEK

Krona Żvediża

10,2173

CHF

Frank Żvizzeru

1,1731

ISK

Krona Iżlandiża

123,50

NOK

Krona Norveġiża

9,7135

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,427

HUF

Forint Ungeriż

312,02

PLN

Zloty Pollakk

4,2042

RON

Leu Rumen

4,6588

TRY

Lira Turka

4,7326

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5912

CAD

Dollaru Kanadiż

1,6044

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7356

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7102

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6339

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 331,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7670

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8696

HRK

Kuna Kroata

7,4365

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 114,90

MYR

Ringgit Malażjan

4,8523

PHP

Peso Filippin

64,646

RUB

Rouble Russu

70,6686

THB

Baht Tajlandiż

38,921

BRL

Real Brażiljan

4,0261

MXN

Peso Messikan

23,2184

INR

Rupi Indjan

80,8980


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

(Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 90/04)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti fid-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni li ġie sostitwit

Kummenti

(1)

(2)

(3)

(4)

010001-00-0301

Precast concrete composite wall with point connectors

 

 

010003-00-0301

Precast balcony elements magħmulin minn ultra-high performance fibre reinforced concrete (UHPFRC)

 

 

010013-00-0301

Panel ħafif magħmul minn mortar ta' siment u EPS granulat rinforzat minn glass fibre mesh u steel railing intern

 

 

020001-01-0405

Assemblaġġi ċappetta multi-assi moħbija

020001-00-0405

 

020002-00-0404

Sistema ta' ħġieġ għall-galleriji (u terrazzini) mingħajr frames vertikali

 

 

020011-00-0405

Bokkaporti tal-bjut, art, ħitan u soqfa li jipprovdu aċċess jew għall-użu bħala bieb ta' emerġenza/bi jew mingħajr reżistenza għan-nar

 

 

020029-00-1102

Internal pedestrian fire resisting u/jew smoke control single jew double leaf doorsets magħmulin mill-azzar

 

 

030019-00-0402

Liquid applied roof waterproofing fuq il-bażi ta' polysiloxane

 

 

030218-00-0402

Membrane għall-użu bħala roof underlay

 

 

040005-00-1201

Prodotti tal-insulazzjoni termali u/jew akustiċi mmanifatturati fil-fabbrika, magħmulin minn fibri veġetali jew tal-annimali

 

 

040007-00-1201

Prodott ta' insulazzjoni termali għal bini b'komponent riflettiv ta' sħana radjanti

 

 

040010-00-1201

Prodott ta' insulazzjoni magħmul minn expanded perlite (EPB)

 

 

040011-00-1201

Vacuum insulation panels (VIP) b'saffi ta' protezzjoni applikati mill-fabbrika

 

 

040016-00-0404

Glass fibre mesh għar-rinforz ta' renderings fuq bażi ta' siment

 

 

040037-00-1201

Low lambda composite boards magħmulin minn mineral wool fibres u aerogel additives

 

 

040048-00-0502

Tapit tar-rubber fibre biex jintuża għal impact sound insulation

 

 

040065-00-1201

Insulazzjoni termali u/jew boards li jassorbu l-ħsejjes ibbażati fuq expanded polystyrene u siment

 

 

040089-00-0404

External Thermal Insulation Composite Systems b'renderings għall-użu fuq bini b'qafas tal-injam

 

 

040090-00-1201

Factory-made boards u prodotti ffurmati minn moulding ta' expanded polylactic acid (epla) għal insulazzjoni termali u/jew akustika.

 

 

040138-00-1201

Prodotti ffurmati in-situ tat-tip loose fill thermal u/jew insulazzjoni akustika magħmulin minn fibri tal-ħxejjex

 

 

040287-00-0404

Kits għal external thermal insulation composite system (ETICS) b'panels bħala prodott ta' insulazzjoni termali u discontinuous claddings bħala exterior skin

 

 

040288-00-1201

Insulazzjonijiet termali u akustiċi magħmulin fil-fabbrika, magħmulin minn fibri tal-polyester

 

 

040313-00-1201

In-situ formed loose fill thermal u/jew prodott ta' insulazzjoni akustika magħmul minn granulated expanded cork

 

 

040369-00-1201

Insulazzjoni magħmula minn loose-fill jew compound granulated expanded cork

 

 

040394-00-1201

Cellular glass loose fill magħmul fil-fabbrika

 

 

040456-00-1201

Materjal tal-insulazzjoni in-situ formed loose fill termali u/jew akustiku magħmul minn fibri tal-annimali

 

 

040635-00-1201

Insulazzjoni kontra s-sħana u/jew ħsejjes, ibbażata fuq materjal bound expanded polystyrene bulk

 

 

040643-00-1201

Insulazzjoni Termali tas-Silica Aerogel Rinforzata mill-Fibres

 

 

040650-00-1201

Extruded polystyrene foam boards bħala saff li jiflaħ għat-tagħbijiet u/jew insulazzjoni termali barra l-waterproofing

 

 

040777-00-1201

Cellular glass boards bħala saff li jiflaħ it-tagħbija u insulazzjoni termali fuq barra tal-waterproofing

 

 

050001-00-0301

Load bearing thermal insulation elements li jiffurmaw thermal break bejn il-galleriji u s-sulari interni

 

 

050004-00-0301

Bearing sferika u ċilindrika b'materjal sliding speċjali magħmul minn UHMWPE (ultra high molecular weight polyethylene)

 

 

050009-00-0301

Bearing sferiku u ċilindriku b'materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn fluoropolymer

 

 

050013-00-0301

Bearing sferiku u ċilindriku b'materjal speċjali li jisslajdja magħmul minn PTFE mimli b'lubrikant solidu u fibri ta' rinforz

 

 

060001-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060003-00-0802

Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika u b'ħajt estern speċifiku bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX

 

 

060008-00-0802

Kit għaċ-ċumnija bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni ta' T400 (minimu) N1/P1 W3 Gxx u b'ħitan esterni differenti u bidla possibbli tal-ħajt estern

 

 

070001-01-0504

Gypsum plasterboards għal applikazzjonijiet li jifilħu l-piż

070001-00-0504

 

070002-00-0505

Glass fibre joint tape għal gypsum plasterboards

 

 

080002-00-0102

Ġeogrilja eżagonali li ma ssaħħaħx għall-istabbilizzazzjoni ta' saffi granulużi maħlula billi tingħaqad mal-aggregat

 

 

090001-00-0404

Wool boards minerali kkompressati prefabbrikati b'finish organiku u inorganiku u b'sistema speċifikata ta' rbit

 

 

090017-00-0404

Point supported vertical glazing

 

 

090019-00-0404

Kits għal ventilated external wall claddings ta' lightweight boards fuq subframe b'rendering applikat in situ bi jew mingħajr insulazzjoni termali

 

 

090020-00-0404

Kits għal external wall claddings magħmulin minn ġebel agglomerat

 

 

090034-00-0404

Kit kompost minn subframe u fixings biex jitwaħħlu cladding elements u external wall elements ukoll

 

 

090035-00-0404

Unit tal-ħġieġ insulat b'sealant strutturali punctually anchored

 

 

090058-00-0404

Ventilated external wall cladding kit li jinkludi metallic honeycomb panel u l-fixings assoċjati miegħu

 

 

120001-01-0106

Retro-reflective sheetings mikropriżmatiċi

120001-00-0106

 

120003-00-0106

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b'fastenings moħbijin

 

 

120011-00-0107

Flexible plug expansion joints għal road bridges bi flexible filling ibbażat fuq synthetic polymer bħala binder

 

 

130002-00-0304

Slab element ta' njam solidu – element ta' dowel jointed timber boards biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130005-00-0304

Slab element magħmul minn injam solidu biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130010-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes – veneer lumber laminat strutturali magħmul mill-fagu

 

 

130011-00-0304

Prefabricated wood slab element magħmul minn mechanically jointed square-sawn timber members biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130012-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Qastan

 

 

130013-00-0304

Slab element ta' injam solidu – element ta' timber boards magħquda permezz ta' dovetail connections biex jintuża bħala element strutturali fil-bini

 

 

130019-00-0603

Dowel-type fasteners b'kisja tar-resin

 

 

130022-00-0304

Travu monolitiku jew laminat u wall logs tal-injam

 

 

130033-00-0603

Imsiemer u viti biex jintużaw f'nailing plates fi strutturi tal-injam

 

 

130087-00-0204

Sistema ta' kostruzzjoni modulari

 

 

130089-00-0304

Injam solidu inkullat finger jointed strutturat imxarrab u/jew kiesaħ

 

 

130090-00-0303

Wood-concrete composite slab b'dowel-type fasteners

 

 

130118-00-0603

Viti għall-użu f'kostruzzjonijiet tal-injam

 

 

130166-00-0304

Strength graded structural timber – steam-cured solid timber b'rectangular cross section li tista' tkun finger jointed jew le – softwood

 

 

130167-00-0304

Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Injam artab

 

 

130197-00-0304

Injam laminat inkullat magħmul minn steam-cured solid timber bi cross section rettangolari – Injam artab

 

 

140015-00-0304

Ħitan, bjut u soqfa magħmulin minn OSB-panels li jkunu inkullati ma' xulxin fuq il-wiċċ tagħhom

 

 

150001-00-0301

Siment fuq bażi ta' Calcium Sulphoaluminate

 

 

150002-00-0301

Calcium aluminate based refractory cement

 

 

150003-00-0301

Siment ta' saħħa kbira

 

 

150004-00-0301

Siment li jagħqad malajr, reżistenti għas-sulfat, ibbażat fuq sulfate calcium sulphoaluminate

 

 

150007-00-0301

Siment ta' Portland-pozzolana għall-użu f'kundizzjonijiet tropikali

 

 

150008-00-0301

Siment li jagħqad malajr

 

 

150009-00-0301

Blast Furnace Cement CEM III/A b'assessment ta' sulfate resistance (SR) u mhux obbligatorju b'kontenut baxx effettiv tal-alkali (LA) u/jew sħana baxxa tal-idratazzjoni (LH)

 

 

160004-00-0301

Kittijiet tal-post tensioning għall-prestressing tal-istrutturi

ETAG 013

 

160012-00-0301

Vireg tal-azzar headed reinforcement

 

 

160027-00-0301

Special filling products għal post-tensioning kits

ETAG 013

 

180008-00-0704

Floor drain - bil shutter mekkaniku interkambjabbli

 

 

180018-00-0704

Couplings flessibbli għal gravity u pressure sewerage u drainage pipes

 

 

190002-00-0502

Dry floating flooring kit ibbażat fuq prefabricated interlocked units magħmulin minn madum taċ-ċeramika u twapet tal-lastku

 

 

190005-00-0402

Terrace decking kit

 

 

200001-00-0602

Prefabricated steel u stainless steel wire ropes b'end connectors

 

 

200002-00-0602

Sistema ta' tension rods

 

 

200005-00-0103

Piles tal-azzar strutturali b'sezzjonijiet vojta u splices riġidi

 

 

200012-00-0401

Spacer kits għal built-up metal roof u wall cladding

 

 

200014-00-0103

Pile joints u rock shoes għal concrete piles

 

 

200017-00-0302

Prodotti hot rolled u komponenti strutturali magħmulin minn steel grades Q235B, Q235D, Q345B u Q345D

 

 

200019-00-0102

Gabion boxes u mtieraħ magħmulin minn hexagonal woven mesh

 

 

200020-00-0102

Weldmesh gabion boxes u mattresses

 

 

200022-00-0302

Termo-mekkanikament imrembel azzar prodotti twal magħmula ta 'qamħ multa azzar strutturali jistgħu jiġu ssaldjati ta' gradi tal-azzar speċjali

 

 

200026-00-0102

Sistemi xibka tal-wajer azzar għall timla rinfurzat

 

 

200032-00-0602

Prefabricated tension rod systems b'end connectors speċjali

 

 

200033-00-0602

Nailed Shear Connector

 

 

200035-00-0302

Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b'fastenings moħbijin

 

 

200036-00-0103

Kit għal micropiles – Kit b'hollow bars għal self-drilling micropiles – Hollow bars għal seamless steel tubes

 

 

200039-00-0102

Hexagonal woven mesh gabion boxes u mtieraħ b'kisja taż-żingu

 

 

200043-01-0103

Pile pipes magħmulin minn ductile iron

200043-00-0103

 

200050-01-0102

Gabion boxes, imtieraħ u sack gabions magħmulin minn hexagonal regular twisted mesh bi pre-coated zinc u/jew zinc+organic coating

200050-00-0102

 

200086-00-0602

Prodotti wire ring connection

 

 

210004-00-0805

Element modulari għal servizzi tal-bini

 

 

210024-00-0504

Cement-bonded board

 

 

220006-00-0402

Roofing slates magħmulin minn polypropylene, franka u fillers

 

 

220007-00-0402

Fully supported copper alloy sheet and strip għas-soqfa, external cladding u internal lining

 

 

220008-00-0402

Eaves profiles għal terrazzini u galleriji

 

 

220010-00-0402

Folji ċatti tal-plastic għal fully supported discontinuous roofing u cladding estern

 

 

220013-01-0401

Self-supporting ridgelight

220013-00-0401

 

220018-00-0401

Decentralized energy efficient low-pressure ventilations unit b'alternating flow u heat recovery

 

 

220021-00-0402

Tubular daylighting devices (TDD)

 

 

220022-00-0401

Polycarbonate snow stopper għall-bejt

 

 

220025-00-0401

Glazing orizzontali Strutturali Cantilevered (kanopew strutturali tal-ħġieġ/saqaf)

 

 

220069-00-0402

Roofing sheets tal-plastik, ċatti u profiled (b'disinn) magħmulin minn materjal riċiklat għal fully supported discontinuous roofing

 

 

230004-00-0106

Wire ring mesh panels

 

 

230005-00-0106

Wire rope net panels

 

 

230008-00-0106

Double twisted steel wire mesh irrinfurzat jew le bil-ħbula

 

 

230011-00-0106

Prodotti għall-immarkar tat-toroq

 

 

230012-00-0105

Additivi għall-produzzjoni tal-asfalt – granuli tal-bitumen magħmulin minn bituminous roofing felt riċiklat

 

 

230025-00-0106

Sistemi flessibbli ta' facing għall-istabbilizzazzjoni ta' art inklinata u protezzjoni tal-blat

 

 

260001-00-0303

Sezzjonijiet strutturali magħmulin minn fibre reinforced polymers (FRP/Glassfiber Composites)

 

 

260002-00-0301

Fibri tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali li fihom zirconium dioxide għall-użu fil-concrete

 

 

260006-00-0301

Polymeric concrete addition

 

 

260007-00-0301

Tip I addition għal materjali tal-konkos, mortar u screed – Soluzzjoni akwea

 

 

280001-00-0704

Preassembled line unit għad-drenaġġ jew infiltrazzjoni

 

 

290001-00-0701

SISTEMA TA' PAJPIJIET GĦAD-DISTRIBUZZJONI TA' ILMA KIESAĦ JEW SĦUN FIL-BINI

 

 

320002-02-0605

Coated metal water stop sheet għal kostruzzjoni u crack joints ikkontrollati ġo waterproof concrete

320002-00-0605

320002-01-0605

 

320008-00-0605

Swellable joint sealing tape fuq il-bażi ta' bentonit għal construction joints f'watertight concrete

 

 

330001-00-0602

Expanding Bolting Assemblies Strutturali għal Blind Fastening

 

 

330008-02-0601

Anchor channels

330008-00-0601

330008-01-0601

 

330011-00-0601

Viti aġġustabbli tal-concrete

 

 

330012-00-0601

Cast-in anchor bi threaded socket interna

 

 

330014-00-0601

Fastener ta' espansjoni mekkanika għall-użu f'autoclaved aerated concrete

 

 

330046-01-0602

Viti għall-Irbit għal Komponenti u Sheeting tal-Metall

330046-00-0602

 

330047-01-0602

Viti għall-Irbit għal Sandwich Panels

330047-00-0602

 

330075-00-0601

Elevator lifting device

 

 

330076-00-0604

Metal Injection anchors għall-użu fil-bini

ETAG 29

 

330079-00-0602

Floor Fixing Assemblies għall-użu f'Checker Plate jew Open Bar Grating

 

 

330080-00-0602

High Slip Resistance Clamp (HSR) Assembly

 

 

330083-01-0601

Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali

330083-00-0601

 

330084-00-0601

Steel-plate b'cast-in anchors

 

 

330153-00-0602

Cartridge fired pin għall-konnessjonijiet ta' thin gauge steel members u sheeting

 

 

330155-00-0602

Self-adjustable clamp assembly

 

 

330196-01-0604

Plastic anchors magħmulin minn materjal verġni jew mhux verġni għat-twaħħil ta' sistemi komposti ta' insulazzjoni termali esterni bir-rendering

330196-00-0604

ETAG 014

 

330232-00-0601

Fasteners mekkaniċi għall-użu fil-konkos

ETAG 001-1

ETAG 001-2

ETAG 001-3

ETAG 001-4

 

330389-00-0601

Point connector magħmul minn glass fibre reinforced polymer għal sandwich walls

 

 

330499-00-0601

Bonded fasteners għall-użu fil-konkos

ETAG 001-5

 

330667-00-0602

Hot-rolled mounting channel

 

 

330924-00-0601

Cast-in anchor bolts ta' ribbed reinforcing steel

 

 

330965-00-0601

Powder-actuated fastener għat-twaħħil ta' ETICS fil-konkos

 

 

340002-00-0204

Panels ta' wires tal-azzar b'insulazzjoni termali inkorporata għal struttura sħiħa

 

 

340006-00-0506

Kits tat'turġien prefabbrikati

ETAG 008

 

340020-00-0106

Kits flessibbli biex iżommu debris flows u shallow landslides/open hill debris flows

 

 

340025-00-0403

Substructure kit għal bini msaħħan

 

 

340037-00-0204

Light weight steel/wood load bearing roof elements

 

 

350003-00-1109

Kit għal service ducts reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn pre-fabricated connection pieces (magħmulin minn mechanically pre-coated steel sheet) u aċċessorji

 

 

350005-00-1104

Prodotti intumixxenti għal skopijiet ta' fire sealing u fire stopping

 

 

350022-01-1107

Kit għal closure system għal sistemi ta' conveyor

350022-00-1107

 

350134-00-1104

Fire proof water trap b'siġill intumixxenti kontra n-nar (kombinata ma' stainless steel floor gully penetration)

 

 

350140-00-1106

Renderings u rendering kits għal fire resisting applications

ETAG 018-1

ETAG 018-3

 

350141-00-1106

Siġilli għal ġonot lineari u spazji

ETAG 026-1

ETAG 026-3

 

350142-00-1106

Prodotti ta' boards, slabs u mats u kits protettivi kontra n-nar

ETAG 018-1

ETAG 018-4

 

350402-00-1106

Kisjiet reattivi għal protezzjoni kontra n-nar ta' elementi tal-azzar

ETAG 018-1

ETAG 018-2

 

350454-00-1104

Siġilli kontra l- penetrazzjoni

ETAG 026-1

ETAG 026-2

 

360001-00-0803

Sistema ta' ventilazzjoni magħmula minn suf minerali miksija b'film fuq barra u fuq ġewwa

 

 

360005-00-0604

Cavity Tray

 

 

Nota:

Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EAD) huma adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) bl-Ingliż. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-korrettezza tat-titli li ġew ipprovduti mill-EOTA għall-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li d-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (http://www.eota.eu) għandha żżomm disponibbli d-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni b'mezzi elettroniċi b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha ta' qabel ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/13


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 90/05)

Stat Membru

Spanja

Rotot ikkonċernati

Badajoz — Madrid

Badajoz — Barċellona

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-għada tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull tagħrif jew dokumentazzjoni oħra b’rabta mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

Ministerio de Fomento

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

MADRID

ESPAÑA

Tel. +34 915977505

Fax +34 915978643

Posta elettronika: osp.dgac@fomento.es

F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, b’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8836 — 3i/Sits)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 90/06)

1.

Fl-1 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

3i Group Plc (ir-Renju Unit),

Crown Bidco BV, ikkontrollata minn 3i Group Plc,

Sits Holding BV (in-Netherlands)

3i Group Plc (“3i”) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, u permezz ta’ Crown Bidco BV, il-kontroll Sits Holding BV (Sits) kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   3i: il-ġestjoni tal-investiment iffokat fuq ekwità privata ta’ impriża midmarket u l-infrastruttura investments. 3i tinvesti fi tliet setturi ewlenin: is-servizzi kummerċjali u teknoloġiċi, is-settur tal-konsumatur u dak industrijali.

—   Crown Bidco BV: kumpanija veikola maħluqa għall-finijiet ta’ din it-tranżazzjoni.

—   Sits: manifattura, bl-isem ta’ Royal Sanders, ta’ prodotti tal-kura personali, bħal: prodotti tal-banju u tad-doċċa, prodotti għall-kura tal-ġilda, deodoranti u fwejjaħ. Hija timmanifattura primarjament għall-bejjiegħa bl-imnut u s-sidien tad-ditta. Hija wkoll proprjetarja ta’ portafoll ta’ prodotti tal-kura tad-ditta li jinkludi Van Gils, Sanicur u Odorex.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi partiti interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8836 — 3i/Sits

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/16


Avviż għall-attenzjoni ta' Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur, Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi u Al-Kawthar Money Exchange, li l-ismijiet tagħghom żdiedu mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u l-organizzazzjonijiet tal-Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/349

(2018/C 90/07)

1.

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) issejjaħ lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-ISIL (Da'esh) u l-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi jew entitajiet oħra assoċjati magħhom, kif imsemmi fil-lista mfassla skont il-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tkun aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU mwaqqaf skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

ISIL (Da'esh) u Al Qaida;

persuni, entitajiet, korpi u gruppi fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u l-Al Qaida; u

persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi li jappartjenu għal kwalunkwe minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi jew gruppi assoċjati, ikkontrollati minnhom jew inkella jappoġġawhom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati mal-” ISIL (Da’esh) u l-Al Qaida, jinkludu:

(a)

parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt l-isem ta’, f’isem, jew b’appoġġ għall-ISIL (Da’esh) u l-Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp li ħareġ minnhom jew derivattiv tagħhom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ma’ xi ħadd minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi ħadd minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ xi ħadd minnhom.

2.

il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-6 ta’ Marzu 2018 approva ż-żieda tal-entrati ta’ Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur, Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi u Al-Kawthar Money Exchange kontra l-ISIL (Da’esh) u l-Al-Qaida, mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur, Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi u Al-Kawthar Money Exchange jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, sabiex id-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq terġa’ tiġi kkunsidrata. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel +1 2129632671

Fax: +1 2129631300/3778

E-mail: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting.

3.

B’segwitu għad-Deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/349 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula f’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid l-ismijiet ta’ Salim Mustafa Muhammad Al-Mansur, Umar Mahmud Irhayyim Al-Kubaysi u Al-Kawthar Money Exchange mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew huma proprjetà ta’ jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) li jagħmlu disponibbli finanzjament u riżorsi ekonomiċi lil kwalunkwe mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni fuq l-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-elenkar huma ppreżentati minn dawk li ġew elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/349 jistgħu jagħmlu talba għar-raġunijiet tal-elenkar tagħhom lill-Kummissjoni. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibdel l-attenzjoni wkoll tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li joġġezzjonaw għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/349 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Għal ordni valida, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 67, 9.3.2018, p. 28.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.