ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 55

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
14 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 55/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8776 — Macquarie/Allianz/Lakeside Network Investments) ( 1 )

1

2018/C 55/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8800 — Goldman Sachs/Riverstone Investment/Lucid Energy Group II) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 55/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 55/04

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

3

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2018/C 55/05

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament dwar l-ECRIS-TCN

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8776 — Macquarie/Allianz/Lakeside Network Investments)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 55/01)

Fis-7 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8776. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8800 — Goldman Sachs/Riverstone Investment/Lucid Energy Group II)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 55/02)

Fis-7 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8800. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Frar 2018

(2018/C 55/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2333

JPY

Yen Ġappuniż

132,82

DKK

Krona Daniża

7,4488

GBP

Lira Sterlina

0,88935

SEK

Krona Żvediża

9,9388

CHF

Frank Żvizzeru

1,1522

ISK

Krona Iżlandiża

125,40

NOK

Krona Norveġiża

9,7418

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,386

HUF

Forint Ungeriż

312,16

PLN

Zloty Pollakk

4,1781

RON

Leu Rumen

4,6586

TRY

Lira Turka

4,6865

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5715

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5544

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6467

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6941

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6314

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 338,24

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7780

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8244

HRK

Kuna Kroata

7,4357

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 822,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,8678

PHP

Peso Filippin

64,285

RUB

Rouble Russu

71,2558

THB

Baht Tajlandiż

38,861

BRL

Real Brażiljan

4,0642

MXN

Peso Messikan

22,9778

INR

Rupi Indjan

79,2730


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/3


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 55/04)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 69, fin-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “1212 99 95 Oħrajn”, il-punt li ġej huwa miżjud fl-aħħar tal-ewwel paragrafu:

“3.

żerriegħa mitħuna tal-gwarana (Paullinia cupana), mhux inkaljata u lanqas ippreparata mod ieħor.”.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

14.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/4


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament dwar l-ECRIS-TCN

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, bl-FR u bid-DE fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2018/C 55/05)

Is-sistema attwali tal-ECRIS, stabbilita bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (1), tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kundanni kriminali fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja. L-ECRIS tista’ tintuża wkoll għal għanijiet oħra minbarra għall-proċedimenti kriminali f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti u dak rikjest. Filwaqt li s-sistema ECRIS attwali tista’ tintuża għal ċittadini ta’ pajjiż terz (“TCN”), dan ma tagħmlux b’mod effiċjenti. U huwa għalhekk li t-titjib huwa ġustifikat.

L-effettività tal-ECRIS għat-TCN ġiet enfasizzata fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u fl-2017 saret prijorità leġiżlattiva. Fl-2016, il-Kummissjoni diġà kienet adottat Proposta għal Direttiva li temenda l-liġi attwali u li tintroduċi titjib għat-TCN permezz ta’ sistema deċentralizzata bl-użu ta’ filtru indiċi bil-marki tas-swaba’ maħżuna f’forma ta’ hashed templates. Din is-soluzzjoni ltaqgħet ma’ problemi tekniċi. Il-Proposta għal Regolament dwar l-ECRIS-TCN, adottata fid-29 ta’ Ġunju 2017, toħloq bażi tad-data ċentrali tal-UE fejn l-informazzjoni tal-identità dwar it-TCN, inklużi l-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ, jinħażnu u jkunu maħsuba għall-użu permezz ta’ tiftixa “hit/no hit” sabiex jiġi identifikat l-Istat Membru li jkollu informazzjoni ta’ kundanna kriminali dwar it-TCN. Barra minn hekk, il-Proposta għal sistema ECRIS-TCN ċentrali hija parzjalment ġustifikata bħala appoġġ għal interoperabbiltà futura ta’ sistemi tal-UE fuq skala kbira fl-ispazju tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja.

Il-KEPD isegwi l-fajl mill-bidu tan-negozjati għall-istabbiliment tal-ECRIS. Dan diġà ħareġ żewġ Opinjonijiet u rrikonoxxa l-importanza tal-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini tal-UE u t-TCN, bl-istess mod. Din il-pożizzjoni baqgħet ma nbidlitx.

Din l-Opinjoni tindirizza l-kwistjonijiet partikolari li qajmet il-Proposta għal Regolament. Fejn meħtieġ, hija tirreferi għall-Proposta għal Direttiva, minħabba li ż-żewġ proposti huma maħsuba biex ikunu komplementari. Il-KEPD iqajjem erba’ punti ta’ tħassib ewlenin u rakkomandazzjonijiet addizzjonali oħra, li huma deskritti fit-dettall fl-Opinjoni. B’kollox, il-KEPD jirrakkomanda li, minħabba li l-ECRIS hija sistema li ġiet adottata mill-UE qabel it-Trattat ta’ Lisbona, dawn il-Proposti l-ġodda għal Direttiva u Regolament iridu jaġġornaw is-sistema għal-livell tal-istandards mitluba mill-Artikolu 16 tat-TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, inkluż l-issodisfar tar-rekwiżiti għal kull limitazzjoni legali fuq id-drittijiet fundamentali.

Il-ħtieġa ta’ sistema ċentrali tal-UE jenħtieġ li tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt li jenħtieġ li tqis l-impatt tal-konċentrazzjoni tal-immaniġġjar tal-bażijiet tad-data tal-UE fuq skala kbira kollha fl-ispazju tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja f’aġenzija waħda. L-antiċipazzjoni tal-interoperabbiltà f’dan il-kuntest tkun prematura, minħabba li dan il-kunċett jenħtieġ li jitqiegħed l-ewwel fuq bażi legali u l-konformità tiegħu mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data jenħtieġ li tiġi żgurata.

L-għanijiet tal-ipproċessar tad-data, minbarra għall-proċedimenti kriminali, li għalihom huma maħsuba l-ECRIS u l-ECRIS-TCN jenħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar f’konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data tal-limitazzjoni tal-iskop. Dan japplika wkoll għall-aċċess mill-korpi tal-Unjoni li jenħtieġ li jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tad-dritt għat-trattament ekwu taċ-ċittadini tal-UE u t-TCN. Kull aċċess għall-korpi tal-UE jrid jintwera li huwa meħtieġ, proporzjonat, konformi mal-għan tal-ECRIS u stretament limitat għall-kompiti rilevanti fi ħdan il-mandat ta’ dawk il-korpi tal-UE.

L-ipproċessar tad-data personali inkwistjoni, li fin-natura tagħha hija sensittiva ħafna, jenħtieġ li jaderixxi b’mod strett mal-prinċipju tan-neċessità: “hit” jenħtieġ li tiġi xprunata biss meta Stat Membru, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jipprovdi informazzjoni dwar kundanni kriminali għal finijiet minbarra proċedimenti kriminali. L-ipproċessar tal-marki tas-swaba’ jenħtieġ li jkun limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni u jseħħ biss meta l-identità ta’ TCN partikolari ma tkunx tista’ tiġi aċċertata permezz ta’ mezzi oħra. Fir-rigward tal-immaġnijiet tal-wiċċ, il-KEPD jirrakkomanda t-twettiq — jew (jekk diġà tkun twettqet) it-tqegħid għad-dispożizzjoni — ta’ valutazzjoni bbażata fuq l-evidenza tal-ħtieġa li tali data tinġabar u tintuża għal finijiet ta’ verifika jew identifikazzjoni wkoll.

Il-Proposta għal Regolament tikkwalifika b’mod mhux preċiż l-eu-LISA bħala proċessur. Il-KEPD jirrakkomanda li l-eu-LISA u l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri jiġu deżinjati bħala kontrolluri konġunti. Barra minn hekk, huwa jirrakkomanda li f’dispożizzjoni sostantiva jiġi ddikjarat b’mod ċar li l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għal kull ksur ta’ din il-Proposta għal Regolament u għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Proposta għal Regolament li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri li għandhom informazzjoni ta’ konvinzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (TCN) biex jissupplimentaw u jappoġġaw is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (minn issa ’l quddiem “il-Proposta għal Regolament”) (3). Il-Proposta hija akkumpanjata minn Dokument ta’ Sostenn Analitiku (4). Fl-istess jum, il-Kummissjoni Ewropea adottat l-ewwel Rapport statistiku li jikkonċerna l-iskambju permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (5).

2.

Il-Proposta għal Regolament għandha l-għan li ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni taċ-ċittadini TCN u tal-UE li għandhom ċittadinanza ta’ pajjiż terz ukoll. Il-prinċipju sottostanti tal-ECRIS eżistenti huwa li l-informazzjoni dwar il-kundanni kriminali fir-rigward taċ-ċittadini tal-UE jistgħu jinkisbu mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza ta’ dik il-persuna, li jaħżen il-kundanni kriminali kollha irrispettivament minn fejn ikunu ngħataw. Fir-rigward tat-TCN, kull Stat Membru jaħżen il-kundanni li jkun ta u minħabba f’hekk talba għal informazzjoni trid tintbagħat lill-Istati Membri kollha. Skont il-Kummissjoni, it-tweġiba għal “talbiet ġenerali” twassal għal piż amministrattiv u spejjeż għolja li kieku l-ECRIS kellha tintuża b’mod sistematiku għall-estrazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-TCN. L-Istati Membri jsibuha bi tqila biex jużaw is-sistema — skont ir-Rapport statistiku 10 % tat-talbiet jikkonċernaw it-TCN (6) — u għalhekk l-istorja kriminali tat-TCN mhijiex disponibbli kif previst (7). It-titjib fl-effettività tal-ECRIS fir-rigward tat-TCN jiġi mħaffef bl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (8) u huwa wieħed mill-prijoritajiet leġiżlattivi għall-2017 (9).

3.

Il-Proposta għal Regolament tikkomplementa l-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tad-19 ta’ Jannar 2016 fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI eżistenti u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (minn issa ’l quddiem “il-Proposta għal Direttiva”).

4.

Iż-żewġ proposti għandhom komuni l-istabbiliment ta’ sistema għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri li għandhom informazzjoni dwar il-kundanni kriminali taċ-ċittadini TCN u tal-UE li għandhom ċittadinanza ta’ pajjiż terz ukoll. Il-Proposta għal Direttiva pprevediet sistema deċentralizzata, fejn ma jkunx hemm bażi tad-data tal-UE unika, iżda kull Stat Membru jkollu fajl ta’ “filtru indiċi”. Dan il-fajl kien meqjus li jimtela b’informazzjoni dwar it-TCN f’format kodifikat mir-rekords kriminali tal-Istati Membri u jitqassam fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri mbagħad iqabblu d-data tagħhom mal-fajl u fuq bażi ta’ “hit/no hit” isibu liema Stati Membri għandhom informazzjoni dwar kundanna kriminali ta’ TCN. Il-Proposta għal Direttiva diġà pprevediet l-ipproċessar ta’ marki tas-swaba’, minkejja li l-użu tal-marki tas-swaba’ kien meqjus bħala waħda mill-alternattivi possibbli tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2016 b’kuntrast mal-Proposta għal Regolament li tagħmel l-użu tagħhom obbligatorju. Il-Kummissjoni tispjega li l-attakki terroristiċi ħaffew l-appoġġ għall-użu sistematiku tal-marki tas-swaba’ għal finijiet ta’ identifikazzjoni (10). Wara li l-Proposta għal Direttiva ġiet adottata, studju ta’ fattibbiltà żvela li bħalissa ma teżisti l-ebda teknoloġija matura għat-tqabbil “one-to-many” tal-marki tas-swaba’ bl-użu ta’ “hashed templates”.

5.

Il-Proposta għal Regolament, bħala tweġiba għall-problemi tekniċi eżistenti, tipprevedi minflok sistema ċentralizzata li tinkludi data alfanumerika, marki tas-swaba’ u immaġnijiet tal-wiċċ tat-TCN. Id-data alfanumerika u l-marki tas-swaba’ jistgħu jintużaw għall-identifikazzjoni tat-TCN u l-immaġnijiet tal-wiċċ inizjalment għal finijiet ta’ verifika, u meta t-teknoloġija timmatura, anke għall-identifikazzjoni. L-“awtorità ċentrali” tal-Istat Membru tal-kundanna ddaħħal id-data fis-sistema ECRIS TCN lokali, li tittrażmetti din id-data lil sistema ċentrali tal-UE. Fuq bażi ta’ “hit/no hit”, l-Istat Membru rikjedenti jista’ jidentifika l-Istat(i) Membru/i li għandhom informazzjoni dwar kundanni kriminali tat-TCN u mbagħad jitlob din l-informazzjoni bl-użu tal-ECRIS eżistenti, kif imtejba mill-Proposta għal Direttiva. Meta l-marki tas-swaba’ jintużaw għall-identifikazzjoni, kwalunkwe data alfanumerika korrispondenti tista’ tiġi pprovduta wkoll. Il-bażi tad-data tal-UE hija fdata lill-eu-LISA u għal dan il-għan il-Proposta għal Regolament temenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 dwar l-eu-LISA.

6.

Barra minn hekk, is-soluzzjoni għal sistema ċentralizzata titqiegħed fil-kuntest tal-interoperabbiltà prevista tas-sistema tal-informazzjoni kollha għall-immaniġġjar tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni. Fil-fatt, minn fost ir-raġunijiet għall-għażla ta’ sistema ċentralizzata, ġiet enfasizzata l-interoperabbiltà, minflok il-problemi tekniċi li jitfaċċaw (11). L-ECRIS hija inkluża wkoll fil-pjan direzzjonali tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u l-immaniġġjar u tfittex l-interoperabbiltà (12). L-interoperabbiltà mal-ECRIS hija prevista wkoll fil-Proposta dwar l-ETIAS (13).

7.

Ladarba jkunu allinjati ma’ xulxin, iż-żewġ proposti huma maħsuba li jkunu komplementari. Filwaqt li l-Proposta għal Regolament jenħtieġ li tkopri l-kwistjonijiet li jikkonċernaw sistema ċentralizzata, il-Proposta għal Direttiva jenħtieġ li tirregola kwistjonijiet ta’ natura ġenerali li huma relatati mal-funzjonament tal-ECRIS kemm għaċ-ċittadini tat-TCN kif ukoll għal dawk tal-UE (14). Fl-2016, il-Kumitat tal-Parlament Ewropew LIBE adotta r-Rapport dwar il-Proposta għal Direttiva (15), filwaqt li fir-rigward tal-Proposta għal Regolament l-Abbozz ta’ Rapport ġie adottat fit-30 ta’ Ottubru 2017 (16). Il-Kunsill l-ewwel issospenda n-negozjati dwar il-Proposta għal Direttiva wara t-talba mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fil-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2016 biex tippreżenta proposta għall-istabbiliment ta’ sistema ċentrali (17) u bħalissa qed jeżamina ż-żewġ proposti flimkien (18).

8.

L-ECRIS-TCN hija inizjattiva importanti li tindirizza s-sistemi tal-informazzjoni fl-ispazju tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Il-KEPD isegwi l-fajl mill-bidu tan-negozjati għall-istabbiliment tal-ECRIS. L-ewwel Opinjoni dwar l-ECRIS ġiet ippubblikata fl-2006 (19), kif stabbilit dak iż-żmien mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, u fl-2016 il-KEPD fl-Opinjoni 3/2016 indirizza l-Proposta għal Direttiva (20).

9.

Fiż-żewġ opinjonijiet il-KEPD irrikonoxxa l-importanza tal-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali ta’ persuni kundannati, kif ukoll il-ħtieġa ta’ sistema li tista’ taħdem b’mod effettiv għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-adozzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (21). Din il-pożizzjoni baqgħet ma nbidlitx.

10.

Din l-Opinjoni tibni fuq l-Opinjoni 3/2016 u tindirizza l-kwistjonijiet partikolari mqajma mill-Proposta għal Regolament. Fejn meħtieġ, l-Opinjoni tirreferi wkoll għall-Proposta għal Direttiva. Fit-Taqsima 2, il-KEPD jispjega t-tħassib ewlieni tiegħu u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif dawn jistgħu jiġu indirizzati. It-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet addizzjonali għal titjib ulterjuri huma deskritti fit-Taqsima 3.

3.   KONKLUŻJONI

66.

Wara li analizza bir-reqqa l-Proposta tal-ECRIS-TCN, il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

67.

Il-KEPD jirrakkomanda li meta tiġi stabbilita bażi tad-data ċentrali tal-UE ġdida u tiġi emendata l-liġi eżistenti dwar l-ECRIS, jitqiesu r-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE għal limitazzjoni legali dwar id-drittijiet fundamentali u jiġi pprovdut livell suffiċjenti ta’ protezzjoni ta’ data personali fil-kuntest tal-Proposta għal Regolament.

68.

Il-KEPD, b’mod partikolari jfakkar il-ħtieġa li tiġi pprovduta evidenza oġġettiva tal-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ċentralizzata fil-livell tal-UE. F’dan il-kuntest, l-interoperabbiltà jenħtieġ li l-ewwel tiġi vvalutata fuq l-impatt tagħha fuq id-drittijiet fundamentali u l-finijiet definiti b’mod ċar tagħha flimkien mal-finijiet tal-ECRIS. Valutazzjoni tal-impatt xierqa għad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data jenħtieġ li takkumpanja l-Proposta għal Regolament fir-rigward ta’ dan l-aspett, kif ukoll għall-konċentrazzjoni tas-sistemi kollha f’aġenzija unika waħda.

69.

L-istabbiliment ta’ bażi tad-data ċentrali tal-UE ġdida u l-emenda tal-liġi eżistenti dwar l-ECRIS jenħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti għal-limitazzjoni legali dwar id-drittijiet fundamentali f’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita. Għal dan il-għan, il-finijiet tal-ipproċessar tad-data, minbarra għal proċedimenti kriminali li għalihom huma previsti l-ECRIS u l-ECRIS-TCN, jenħtieġ li jiġu vvalutati mill-perspettiva tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tagħhom u jkunu definiti b’mod ċar, f’konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data tal-limitazzjoni tal-iskop. Barra minn hekk, l-aċċess għall-ECRIS-TCN mill-korpi tal-Unjoni, bħall-Europol, jenħtieġ li jkun konformi mal-għan tal-ECRIS attwali u d-dritt għat-trattament ekwu taċ-ċittadini tal-UE u t-TCN u limitat għall-kompiti fil-mandat tagħhom li għalihom l-aċċess huma strettament meħtieġ. Kull twessigħ intiż tal-finijiet attwali jenħtieġ li jiġi implimentat minn dispożizzjoni sostantiva (premessa mhix biżżejjed).

70.

Minħabba li l-ECRIS-TCN timplika l-ipproċessar ta’ data li fin-natura tagħha hija sensittiva ħafna, il-KEPD jirrakkomanda li jiddaħħlu l-kundizzjonijiet xierqa għall-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-prinċipju ta’ neċessità: “hit” jenħtieġ li tiġi xkattata biss meta l-Membru mitlub jitħalla, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jipprovdi informazzjoni dwar kundanni kriminali għal finijiet li mhumiex proċedimenti kriminali. L-ipproċessar tal-marki tas-swaba’ jenħtieġ li jkun limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni u biss meta l-identifikazzjoni ta’ TCN partikolari ma tkunx tista’ tiġi asserita b’mezzi oħra. Fir-rigward tal-immaġni tal-wiċċ, il-KEPD jirrakkomanda t-twettiq jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ valutazzjoni bbażata fuq l-evidenza tal-ħtieġa li tali data tiddaħħal u tintuża għal finijiet ta’ verifika u/jew identifikazzjoni.

71.

Barra minn hekk, l-eu-LISA u l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu ddeżinjati bħala kontrolluri konġunti, minħabba li jikkondividu responsabbiltà għall-istabbiliment tal-finijiet u l-mezzi tal-attivitajiet tal-ipproċessar previsti. L-istabbiliment tal-eu-LISA bħala proċessur ma jkunx jirrifletti b’mod xieraq l-istatus quo u ma jkunx ta’ benefiċċju biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, jew għall-interessi leġittimi tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Proposta ECRIS-TCN jenħtieġ li tispjega b’mod ċar ir-responsabbiltà tal-eu-LISA għal kwalunkwe ksur ta’ din il-Proposta għal Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

72.

Minbarra mit-tħassib ewlieni identifikat hawn fuq, ir-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD f’din l-Opinjoni jikkonċernaw it-titjib tad-dispożizzjonijiet issuġġeriti fir-rigward ta’:

referenzi għall-applikabbiltà tad-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001,

drittijiet tas-suġġetti tad-data,

statistika, repożitorju ċentrali u monitoraġġ,

sigurtà tad-data,

ir-rwol tal-KEPD,

awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

73.

Il-KEPD jibqa’ disponibbli biex jipprovdi aktar pariri dwar il-Proposta għal Regolament u għal Direttiva, anke fir-rigward ta’ kull att delegat jew ta’ implimentazzjoni li jista’ jiġi adottat skont l-istrumenti proposti, u fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2017.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  COM(2017) 344 final.

(4)  SWD(2017) 248 final.

(5)  COM(2017) 341 final. Dan ir-Rapport huwa akkumpanjat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2017) 242 final.

(6)  COM(2017) 341 final, p. 15.

(7)  Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta, COM(2017) 344 final, p. 2.

(8)  COM (2015) 185 final.

(9)  Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017, https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint-declaration-legislative-priorities-2017-jan2017_mt.pdf

(10)  Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, COM(2017) 344 final, p. 3, id-Dokument ta’ Sostenn Analitiku ta’ Akkumpanjament, SWD(2017) 248 final, p. 3.

(11)  Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, COM(2017) 344 final, p. 3.

(12)  Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni inklużi soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 9368/1/16, http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9368-2016-REV-1/mt/pdf; l-ewwel rapport tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2016, http://statewatch.org/news/2016/dec/eu-council-info-exhang-interop-sop-13554-REV-1-16.pdf; it-tieni rapport tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2017, http://www.statewatch.org/news/2017/may/eu-council-information-management-strategy-second-implementation-report-8433-17.pdf

(13)  COM(2016) 731 final.

(14)  Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, COM(2017) 344 final, p. 4.

(15)  A8-0219/2016.

(16)  PE 612.310v01-00.

(17)  L-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill (ĠAI), 9979/16, http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9979-2016-INIT/en/pdf

(18)  Ara l-Aġenda tal-Coreper tad-29 ta’ Novembru 2017, http://data.consilium.europa.eu/doc/document/CM-5236-2017-INIT/en/pdf

(19)  L-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bejn l-Istati Membri (COM (2005) 690 final) (ĠU C 313, 20.12.2006, p. 26) https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/06-05-29_criminal_records_en.pdf

(20)  L-Opinjoni tal-KEPD 3/2016 dwar l-ECRIS, https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/16-04-13_ecris_en.pdf

(21)  L-Opinjoni tal-KEPD 3/2016 dwar l-ECRIS, p. 12 b’referenza ulterjuri 38 għall-Opinjoni tal-KEPD tal-2006.