ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 53

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13 ta' Frar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 53/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8695 — PSA/TIL/PPIT) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 53/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2018/C 53/03

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2018(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 53/04

Proċeduri ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Rapid life životná poisťovňa, a.s., indirizz irreġistrat: Garbiarska 2, 040 71 Košice, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 31690904(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 53/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8714 — P7S1/TF1/Mediaset/Channel 4 Group/EBX) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 53/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7

2018/C 53/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8695 — PSA/TIL/PPIT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 53/01)

Fis-6 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8695. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Frar 2018

(2018/C 53/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2263

JPY

Yen Ġappuniż

133,23

DKK

Krona Daniża

7,4458

GBP

Lira Sterlina

0,88600

SEK

Krona Żvediża

9,9195

CHF

Frank Żvizzeru

1,1503

ISK

Krona Iżlandiża

125,40

NOK

Krona Norveġiża

9,7475

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,358

HUF

Forint Ungeriż

311,97

PLN

Zloty Pollakk

4,1748

RON

Leu Rumen

4,6524

TRY

Lira Turka

4,6648

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5645

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5427

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5892

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6918

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6256

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 328,30

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,6721

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7604

HRK

Kuna Kroata

7,4525

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 722,75

MYR

Ringgit Malażjan

4,8368

PHP

Peso Filippin

63,730

RUB

Rouble Russu

71,0851

THB

Baht Tajlandiż

38,874

BRL

Real Brażiljan

4,0415

MXN

Peso Messikan

22,8364

INR

Rupi Indjan

78,8940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/3


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2018

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2018/C 53/03)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 14, 16.1.2018, p. 3.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.3.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,95

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.2.2018

28.2.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,09

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

2,21

-0,42

-0,18

-0,18

0,73

1.1.2018

31.1.2018

-0,18

-0,18

0,65

-0,18

0,75

-0,18

0,02

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

0,54

0,13

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

-0,18

1,85

-0,18

1,89

-0,42

-0,18

-0,18

0,73


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/4


Proċeduri ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ Rapid life životná poisťovňa, a.s., indirizz irreġistrat: Garbiarska 2, 040 71 Košice, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 31 690 904

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2018/C 53/04)

Impriża tal-assigurazzjoni

Rapid life životná poisťovňa, a.s., indirizz irreġistrat:

Garbiarska 2

040 71 Košice

SLOVENSKO/SLOVAKIA

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija: 31 690 904

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

Riżoluzzjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ falliment tat-23 ta’ Jannar 2018

Awtoritajiet kompetenti

Il-Qorti Reġjonali ta’ Košice I, indirizz irreġistrat:

Štúrova 29

041 60 Košice

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Awtorità ta’ superviżjoni

Il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja, il-kwartieri ġenerali, indirizz reġistrat:

Imricha Karvaša 1

813 25 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Amministratur maħtur

Is-Sinjura Dana Husťáková, indirizz tal-uffiċċju:

Žriedlová 3

040 01 Košice

SLOVENSKO/SLOVAKIA

in-numru ta’ referenza ta’ amministratur: S738

Liġi Applikabbli

Ir-Repubblika Slovakka, l-Att Nru 7/2005 dwar il-liġijiet tal-falliment u r-ristrutturar u li jemenda ċerti atti, kif emendat


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8714 — P7S1/TF1/Mediaset/Channel 4 Group/EBX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 53/05)

1.

Fit-2 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ProSiebenSat.1 Media SE (il-Ġermanja),

Television Francaise 1 SA (Franza), li tappartjeni għall-Bouygues Group,

Mediaset SpA (l-Italja), li tappartjeni għall-Fininvest Group,

Channel Four Television Corporation (ir-Renju Unit),

European Broadcast Exchange (EBX) Limited (ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn ProSiebenSat.1 Media SE, Television Francaise 1 SA, Mediaset SpA, u Channel Four Television Corporation.

ProSiebenSat.1 Media SE, Television Francaise 1 SA, Mediaset SpA, u Channel Four Television Corporation, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-European Broadcaster Exchange (EBX) Limited kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   ProSiebenSat.1 Media SE: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni bla ħlas tal-Ġermanja, attiva wkoll fl-oqsma tal-multimedia u l-kummerċjalizzazzjoni,

—   Television Francaise 1 SA: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni ta’ Franza bla ħlas u bil-ħlas, involuta f’diversi attivitajiet ta’ negozju relatati mas-settur awdjoviżiv,

—   Mediaset SpA: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni bla ħlas u bil-ħlas fl-Italja u Spanja, involuta f’diversi attivitajiet ta’ negozju relatati mas-settur awdjoviżiv,

—   Channel Four Television Corporation: kumpanija azzjonarja ta’ wieħed min-networks il-kbar tat-televiżjoni tar-Renju Unit, xandar pubbliku li huwa proprjetà pubblika u ffinanzjat kummerċjalment,

—   European Broadcaster Exchange (EBX) Limited: kumpanija attiva fil-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ internazzjonali ta’ inventarju ta’ reklamar bil-vidjow servut qabel, matul u wara kontenut tal-vidjow disponibbli fuq mezzi diġitali bħal siti web u apps fuq l-ismartphones jew smart-TVs.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8714 — P7S1/TF1/Mediaset/Channel 4 Group/EBX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 53/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“ΑΓΚΙΝΆΡΑ ΙΡΊΩΝ” (AGKINARA IRION)

In-Nru tal-UE: PGI-GR-02293 — 24.2.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem (ismijiet)

“Αγκινάρα Ιρίων” (Agkinara Irion)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Agkinara Irion” hija l-irjus ta’ varjetà lokali tal-qaqoċċ magħruf bħala Prasini tou Argous jew Argitiki, li jappartjeni għall-ispeċi Cynara scolymus L. fil-familja tal-Asteraceae.

Il-karatteristiċi tal-“Agkinara Irion” frisk li jiddistingwuh minn tipi oħra ta’ qaqoċċ huma:

huwa kompatt, bi rjus b’forma ċilindrika b’fetħa karatteristika fil-wiċċ;

it-tul minimu tal-qaqoċċa hu ta’ 10 cm u d-dijametru minimu orizzontali hu ta’ 8 cm;

il-brakti ħodor esterni: ħodor, b’bażi mlaħħma, bi spunt tond, qisu forketta li jkun jew bla xewk jew b’xewk żgħir;

brakti interni b’kulur gradwali minn aħdar ċar għal isfar u vjola fil-qalba li jgħati tnietex isfar ċar;

l-għerq huwa solidu u ċilindriku b’tul ta’ ≤ 40 cm u b’dijametru minn 1 sa 4 cm;

l-irjus huma rotob u l-bażijiet tal-brakti u r-reċipjent b’forma tonda huma mlaħħmin, b’togħma tajba u speċjalment ħelwa u jistgħu jittieklu nejjin.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha tal-produzzjoni tal-“Agkinara Irion” għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika definita fejn jiġi prodott l-“Agkinara Irion” hija trijangolari: naħa waħda għandha l-fruntieri fuq il-baħar u t-tnejn l-oħra huma ddefiniti mit-truf ta’ meded ta’ muntanji. Din iż-żona tinkludi l-komuni lokali ta’ Karnezaiika u Iria u l-abitazzjoni ta’ Kantia, li huma parti mill-amministrazzjoni tal-Muniċipalità ta’ Nafplio.

Hi magħmula minn żewġ pjanuri, il-pjanura ta’ Iria u l-pjanura ta’ Kandia li jkopru żona ta’ 1 000 ettaru u 250 ettaru rispettivament fil-parti tax-Xlokk tal-Unità Reġjonali ta’ Argolida u huma separati b’għolja baxxa tal-ġebla franka (Lycalona). Il-fruntieri naturali taż-żona ġeografika huma l-għoljiet tal-Mutanja Arachnaio lejn il-Majjistral it-Tramuntana, il-Mutanja Didymo għan-Nofsinhar ix-Xlokk u l-Golf Argoliku lejn il-Punent.

Karnezaiiko, jew ix-xmajra ta’ Dipotamos u x-xmajra ta’ Kandia rispettivament, tgħaddi miż-żewġ pjanuri li huma orjentati lejn il-Lbiċ. Ix-xmajriet jgħaddu mil-Lvant għall-Punent u mbagħad joħorġu fil-baħar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Il-materja prima u l-mikroklima speċifika taż-żona ġeografika definita jippermettu li titkabbar għalla bikrija ta’ kwalità għolja.

Il-ħamrija hija fertili minħabba d-depożiti mix-xmajjar li jgħaddu mill-pjanuri. Il-ħamrija kollha li fiha jitkabbar l-“Agkinara Irion” taqa’ fil-kategorija wiesgħa ta’ entisols (ħamrija fformata riċentement li għad trid tiġi differenzjata f’orizzonti distinti). Fil-biċċa l-kbira, din hija ħamrija taflija bir-ramel jew ħamrija taflija.

Din hi fertili ħafna b’fond ta’ bejn 50 cm u 150 cm u hija tajba għas-sistema profonda tal-għeruq tal-qaqoċċ. Hija ħamrija żagħżugħa, b’nisġa medja, bi skular naturali tajjeb ipprovdut minn saff ta’ żrar ramli. Tilqa’ fiha ħafna kalċju u hi rikka bil-manjesju. L-abbundanza tal-manjeżju tgħin tippreserva l-istruttura ta’ din l-ħamrija kostali billi tikkompeti mas-sodju fil-ħamrija u tippermetti li jikber l-“Agkinara Irion”, anke fiż-żoni fejn il-ħamrija għandha kontenut għoli ta’ melħ. L-art hi livell b’xaqliba ta’ 0-3 %.

Il-klima hija Mediterranja, sħuna u xotta, bi xtiewi verament ħfief.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi jisseddqu minħabba li tinsab viċin il-Golf Argoliku peress li dan għandu t-tendenza li jimmodera t-temperaturi estremi. Dan jirriżulta f’temperaturi massimi pjuttost baxxi fis-sajf u temperaturi minimi ogħla fix-xitwa. It-temperatura medja annwali hija ta’ 18,5 °C, b’medja minima ta’ 10,2 °C u medja massima ta’ 28,2 °C. Minħabba l-ġeomorfoloġija tar-reġjun il-ġlata fix-xitwa hija rari. Il-muntanji tal-madwar iħarsu ż-żona li qed tiġi kkultivata mill-irjieħ kesħin tat-tramuntana fix-xitwa, għalkemm normalment l-irjieħ tan-nofsinhar jipprevalu, jiġifieri, iż-żiffa tal-baħar.

Ir-reġjun hu orjentat lejn il-Lbiċ, b’radjazzjoni solari annwali ta’ madwar 337,0 CAL/cm2 u medja ta’ aktar minn 2 500 siegħa ta’ xemx kull sena.

L-ammont totali annwali ta’ xita huwa ta’ madwar 400 mm u fis-sajf u l-ħarifa ta’ spiss ma jkunx hemm l-ebda xita.

Dawn il-kundizzjonijiet huma favorevoli ħafna għall-ħsad bikri u jippermettu li l-ħxejjex jikbru u jagħtu r-rendiment massimu matul ix-xhur tax-xitwa.

Fatturi umani

Il-fattur uman huwa ta’ importanza partikolari fil-produzzjoni ta’ għelejjel ta’ ħsad bikri. Il-produtturi pperfezzjonaw il-metodi ta’ kultivazzjoni li jippermettu l-“Agkinara Irion” jinħasad kmieni, bħalma huma l-għażla bir-reqqa tal-pjanti omm li jintużaw biex jiġu stabbiliti uċuħ ġodda tar-raba’, id-distanzi speċifiċi ta’ tħawwil, l-iskedar u l-użu tal-irrigazzjoni u ż-żbir tal-friegħi żejda.

L-ispeċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“Agkinara Irion” tikkonsisti mir-reputazzjoni tiegħu, li ġejja mill-fatt li jinħasad kmieni ħafna u għandu benna ħelwa u distinta.

L-ewwel ħsad f’nofs il-ħarifa jagħtih il-vantaġġ li jkun l-uniku qaqoċċ disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, il-kwantitajiet kbar disponibbli u fornuti lis-suq matul ix-xhur tax-xitwa jagħmlu l-prodott magħruf ħafna.

Il-klima moderata u s-sigħat twal tax-xemx, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u l-orjentament lejn il-Lbiċ tal-pjanuri, tivvaforixxi ħsad bikri. In-nuqqas ta’ xita matul ix-xhur tas-sajf jippermetti l-bidu ta’ perjodu ta’ tkabbir li jrid jiġi kkontrollat permezz tal-irrigazzjoni u għalhekk il-produzzjoni tibda fil-ħarifa. Ix-xtiewi, ħafna minnhom mhux kiefra minħabba li l-pjanuri jinsabu viċin il-baħar, u n-nuqqas tal-ġlata kkawżat minn riħ kiesaħ, peress li l-mutanji jħarsu l-pjanuri, jippermettu li l-“Agkinara Irion” jirnexxi u li l-għelejjel jagħtu l-ogħla rendiment matul ix-xhur tax-xitwa.

L-“Agkinara Irion” huwa distint għat-togħma tiegħu u b’mod partikolari għall-ħlewwa tiegħu. Dawn il-karatteristiċi organolettiċi huma minħabba l-formazzjoni u l-ħażna tal-karboidrati, jiġifieri polisakkaridi fi żmien id-differenzjazzjoni u t-twarrid fil-bidu tal-ħarifa, meta l-intensità tar-radjazzjoni solari hija għolja.

Il-proċess ta’ ħażna tal-karboidrati jitqanqal mill-orjentazzjoni lejn il-Lbiċ tal-pjanuri, li jfisser li l-pjanti huma esposti għal ħafna dawl tax-xemx.

Dawn il-karatteristiċi jissaħħu permezz tal-intervent uman, bħalma hi l-għażla rigoruża tal-ħxejjex kserofiti biex tiġi ppreservata l-varjetà lokali li minnha jiġi prodott l-“Agkinara Irion”.

It-tekniki użati biex jinkiseb il-ħsad bikri huma r-riżultat ta’ snin ta’ osservazzjoni mill-produtturi lokali u l-metikolożità kbira tagħhom, li ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra, biex jitkabbar prodott ta’ kwalità għolja li jidher fis-suq fil-bidu tal-ħarifa u jiddomina s-suq sa tmiem ix-xitwa, filwaqt li kważi jkopri kompletament il-konsum domestiku.

Fil-qosor, il-ġeomorfoloġija tar-reġjun, il-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali u l-preservazzjoni tal-metodu tradizzjonali ta’ kultivazzjoni huma l-fatturi li jgħinu l-ħsad bikri, il-benna ħelwa, it-togħma u l-karatteristiċi l-oħra ta’ kwalità tal-“Agkinara Irion”, biex b’hekk jagħmluh magħruf sew u jagħtuh valur miżjud.

Il-Ħarġa 169 tar-rivista Froutonea ta’ Frar 2013 tirreferi għall-ħsad bikri tal-“Agkinara Irion” u tiddeskrivi l-varjetà tal-Prasini tou Argous jew l-Argitiki:“… Huwa l-aktar varjetà mifruxa fir-reġjun ta’ Argolida, u f’partijiet oħra fil-Peloponeżja u fi Kreta. Hu varjetà bi ħsad bikri u b’rendiment għoli. Hu jipproduċi l-irjus tal-fjuri minn Novembru (f’Iria minn tmiem Ottubru)…”.

Il-kwalitajiet tal-“Agkinara Irion” spiss jissemmew f’artikli tal-midja.

Speċifikament, fl-20 ta’ Mejju 2002, il-gazzetta Ta Nea tis Argolidas irrappurtat li “… Christos Olympios mill-Università Agrikola ta’ Ateni rrefera għall-proprjetajiet terapewtiċi u mediċinali tagħhom, u indika li l-parti li tittiekel ta’ ras il-fjura tal-‘Agkinara Irion’ hija rikka fil-proteini, fil-karboidrati, fil-vitamina C, fl-imluħa u fiċ-ċelluloża…”.

Referenza oħra nsibuha fil-gazzetta Politistika [Kultura] ta’ Argolida, fis-17 ta’ Marzu 2010, “… Waqt avveniment professjonali, chefs mit-Turkija, Ċipru, li qed jirrappreżentaw korpi li huma membri tan-netwerk ‘Le Conservatoire international des cuisines méditerranéennes’, u naturalment chefs mill-Greċja, se juru bil-ħiliet u l-esperjenza tagħhom is-sabiħ gastronomiku ta’ prodott eċċellenti u bnin bħall-‘Agkinara Irion’ …”.

Ir-reputazzjoni tal-prodott hija marbuta mill-qrib mal-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali taż-żona ta’ Iria.

Din ir-reputazzjoni hija evidenzjata mill-festivals annwali, il-workshops u bosta avvenimenti u laqgħat, kompetizzjonijiet gastronomiċi, stabbiliti sew, flimkien mar-referenzi fl-istampa, stampata u online, fuq ir-radju u t-televiżjoni, kotba, perjodiċi u programmi tat-tisjir, f’rivisti speċjalizzati tal-biedja u menùs ta’ ristoranti lokali.

L-ewwel seminar tal-Greċja dwar it-tkabbir tal-“Agkinara Irion” u l-prospetti tiegħu saret f’Iria f’Mejju 2002 u ħadu sehem xjenzjati eminenti Taljani u Griegi.

F’Novembru 2007, delegazzjoni minn “La Città del Carciofo”, assoċjazzjoni internazzjonali mwaqqfa biex tippromwovi n-negozju tal-qaqoċċ, żaret Iria minn Ladispoli fl-Italja. L-għan taż-żjara kien li tiġi stabbilita pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-prodott u biex jinħolqu rabtiet ta’ ħbiberija bejn il-pajjiżi li jipproduċu l-qaqoċċ filwaqt li jiġi promoss it-turiżmu.

F’Mejju 2010 Iria ospitat l-ewwel Festival Kulinari tal-Qaqoċċ, fejn xi chefs mill-Mediterran tal-Lvant (membri tan-netwerk tal-Conservatoire international des cuisines méditerranéennes) ippreparaw ikliet bl-użu tal-“Agkinara Irion” filwaqt li użaw il-ħila u l-esperjenza tagħhom biex tintwera l-ispeċifiċità u l-benna tal-prodott lokali.

Ir-reputazzjoni tal-prodott hija enfasizzata permezz tal-istampa u l-istampa online, u ta’ spiss jidher f’rivisti b’ċirkolazzojni kbira u fi programmi tat-tisjir fuq stazzjonijiet televiżivi ewlenin. Ix-chef magħruf Ilias Mamalakis kiteb riċetta għall-istampa online “… ‘Agkinara Irion’, il-qaqoċċ minn Iria hu tabilħaqq magħruf. Fittxu fis-suq lokali tiegħek. Dan hu delizzjuż tassew”. Hemm rapporti regolari fir-rivisti tal-biedja u kummerċjali dwar is-sehem tiegħu fis-suq, il-movimenti fil-prezzijiet u prospetti ġodda.

L-“Agkinara Irion” jintuża ħafna fil-platti lokali, tradizzjonali, kif jixhdu l-ħafna riċetti tradizzjonali li jinsabu fil-ktieb Niki Tsekoura Agkinara, o Thisavros tis gis ton Irion (ippubblikat fl-2013). Ħafna mill-platti tal-qaqoċċ jiġu offruti lill-viżitaturi f’ristoranti lokali, li jikkontribwixxi għall-karattru distintiv tal-prodott turistiku lokali.

L-importanza tal-“Agkinara Irion” għaż-żona huwa rifless fl-emblema tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Kandia — Iria li hi qaqoċċa, filwaqt li t-timbru uffiċjali tal-Kooperattiva Agrikola ta’ Iria juri ras ta’ qaqoċċa stilizzata li tixbah ħafna l-qaqoċċ li jkabbru.

L-għerf popolari jfaħħar it-togħma u l-ħlewwa ta’ dan il-prodott lokali bil-qawl “Agkinara apo to Iri pou travaei to potiri” [Il-qaqoċċ minn Iria jaf jissieħeb b’xi xarba], u b’pittura tal-2000 mill-artista magħrufa sew, Diana Antonakatou, li turi n-nies lokali beżlin qed jaħdmu ħafna u tindika li “… dawn abbandunaw it-tadam għall-qaqoċċ l-aktar delizjuż fil-Prefettura kollha…”.

Fatturi storiċi

Sa mit-tieni nofs tas-seklu 19, diġà naraw referenzi għar-reputazzjoni u l-valur kummerċjali għoli tal-prodott: jissemma’ bħala prodott tal-esportazzjoni li kien jitkabbar fir-reġjun ta’ Argolida u jiġi esportat lejn Kostantinopli, l-Eġittu u Smyrna filwaqt li ġie kklassfikat bħala wieħed mir-riżorsi profittabbli u ppremjati (Taxidia ana tin Ellada, [Travels around Greece] G. P. Paraskevopoulos, 1869).

It-tkabbir sistematiku tal-qaqoċċ fiż-żoni ta’ Iria u ta’ Kandia beda wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1946-1947.

Il-komun ta’ Iria għandu xhieda uffiċjali li fl-1969 il-qaqoċċ kien qed jitkabbar fuq 800 ettaru, jiġifieri żewġ terzi taż-żewġ pjanuri.

Fis-snin li segwew, il-bdiewa pperfezzjonaw l-għarfien speċjalizzat tagħhom tat-tkabbir tal-qaqoċċ, filwaqt li l-ekonomija lokali u l-komunità żviluppaw madwar il-produzzjoni tal-qaqoċċ.

Ir-rabta mill-qrib bejn Iria u l-qaqoċċ ġiet ikkonsolidata fl-għoxrin sena ta’ bejn l-1980 u l-2000, meta ż-żona ta’ Iria ġarrbet perjodu twil ta’ nixfa u l-ħamrija u r-riżorsi tal-ilma tagħha ġew affettwati ħażin ħafna. Il-qaqoċċ kien reżistenti għall-melħ u seta’ jadatta tajjeb ħafna għall-kundizzjonijiet prevalenti speċifiċi filwaqt li pprovda dħul tajjeb lin-nies tal-lokal, meta kien kważi impossibbli li jkabbru ebda tip ieħor ta’ frott jew ħaxix.

Illum, l-“Agkinara Irion” jissodisfa l-biċċa l-kbira tad-domanda tas-suq domestiku, u b’hekk qiegħda tissaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/prod-agkinara-irion-pge.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


13.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2018/C 53/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“KIEŁBASA KRAKOWSKA SUCHA STAROPOLSKA”

Nru tal-UE: TSG-PL-02145 — 14.6.2016

1.   Ismijiet li se jiġu rreġistrati

“Kiełbasa krakowska sucha staropolska”

2.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Jekk il-prodott

jirriżulta minn metodu tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tal-kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel

huwa magħmul minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment.

Il-“Kiełbasa krakowska sucha staropolska” huwa prodott tradizzjonali li ġej minn mod tal-produzzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali. Il-metodu ta’ produzzjoni tiegħu ġej mit-tradizzjoni ta’ Krakovja tal-produzzjoni taz-zalzett maqtugħ oħxon, li sa mill-1926 inkiteb dwaru f’din il-pubblikazzjoni: “Krakowskie wyroby wędliniarskie — praktyczne wskazówki o wyrobie wędlin” [Prodotti taz-zalzett ta’ Krakovja — Parir prattiku dwar kif jitħejjew il-prodotti taz-zalzett] mill-awtur Pollakk Andrzej Różycki. Fid-dawl tal-kwalità fina u l-karattru tiegħu, il-metodu ta’ produzzjoni għal dan it-tip ta’ zalzett infirex fir-reġjuni l-oħra. Il-metodu ta’ produzzjoni ssejjes fuq proċessi tradizzjonali: il-maturazzjoni, il-mistrieħ, l-affumikar u t-tnixxif. Matul il-produzzjoni, il-proċess ta’ mistrieħ, li jdum bejn sagħtejn u tliet sigħat, għandu sehem speċjali: iseħħu proċessi fiżjokimiċi kumplessi fil-prodott li jagħtuh togħma u riħa speċifika.

3.2.   Jekk l-isem

intużax tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott

L-isem “Kiełbasa krakowska sucha staropolska” jintuża biex jirreferi għal prodott speċifiku li jiġi mmanifatturat skont il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali, zalzett tal-kapuljat oħxon ta’ Krakovja. Il-“Kiełbasa krakowska” sar isem ġeneriku. Madankollu, fuq il-prodotti reġistrati, it-terminu “staropolska” għandu x’jaqsam mal-metodu ta’ produzzjoni u mhux maż-żona ġeografika. Skont id-dizzjunarju etimoloġiku, il-kelma “staropolski” tfisser dak li huwa marbut ma’ perjodu fl-imgħoddi tal-istorja Pollakka.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-“Kiełbasa krakowska sucha staropolska” huwa zalzett imnixxef magħmul minn kapuljat oħxon. L-għamla tiegħu hi ta’ zalzett tipikament f’forma ċilindrika b’tul ta’ madwar 300 mm, jew f’porzjonijiet minnu, f’budellata naturali jew tal-proteina b’dijametru ta’ bejn 50 u 70 mm, imkemmex b’mod uniformi u fuq barra għandu lewn kannella skur, kulur tipiku tal-prodotti affumikati. Il-wiċċ taz-zalzett ileqq, daqsxejn imkemmex u jinħass niexef. It-truf tal-biċċiet jintrabtu jew jiġu stejpiljati flimkien.

Is-sezzjoni trasversali taz-zalzett turi biċ-ċar biċċiet kbar tal-laħam, u biċċiet żgħar tax-xaħam ta’ lewn iktar ċar iċċirkondati bil-mili. Is-sezzjoni trasversali taz-zalzett turi b’mod ċar biċċiet kbar tal-laħam dgħif tal-majjal ta’ kulur roża li jagħti għal roża skur, ċċirkondati b’biċċiet tal-laħam aktar ċari ta’ klassijiet oħra. L-ingredjenti tal-laħam kollha jintgħaġnu sew flimkien biex b’hekk it-tqattigħ ikun faċli.

Fid-dawl, il-flieli rqaq ikunu jidhru kemxejn trasparenti u b’hekk tinħoloq apparenza distinta qisha ta’ ħġieġ ikkulurit.

Meta jintmess, jinħass lixx, niexef u mkemmex kollu b’mod uniformi.

Il-“Kiełbasa krakowska sucha staropolska” huwa kkaratterizzat minn togħma ta’ laħam immaturat, affumikat u msajjar, b’laqtiet distinti tal-bżar u b’togħma delikata tat-tewm u tan-noċemuskata.

Għandu r-riħa tipika ta’ zalzett affumikat b’mod qawwi ferm b’aroma delikata tat-tewm. Il-“Kiełbasa krakowska sucha staropolska” hu zalzett ta’ ħajja twila, affumikat, imsajjar u mnixxef, prodott skont riċetti tradizzjonali u minn laħam tal-ogħla kwalità biss. Huwa prinċipalment magħmul mil-laħam dgħif tal-majjal. Il-biċċiet il-kbar tal-laħam tal-majjal huma ssupplimentati b’mili li tiżdidlu taħlita ta’ ħwawar naturali biss. Il-ħwawar kollha, il-kwalità tal-laħam magħżul, il-proċess tal-mistrieħ u tal-affumikar u t-tnixxif finali jirriżultaw fi prodott b’benna eċċellenti u unika.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, li fejn rilevanti tinkludi n-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti li jintużaw, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Ingredjenti

Laħam nej (f’kg għal kull 100 kg tal-piż totali ta’ laħam):

Majjal tal-Klassi I — 70 kg

Majjal tal-Klassi IIA — 10 kg

Majjal tal-Klassi III — 10 kg

Jistgħu jintużaw sa 10 kg ta’ xaħam — xaħam iebes.

10 kg majjal tal-Klassi I jistgħu jinbidlu b’massimu ta’ 10 kg ċanga tal-Klassi II.

Il-klassifikazzjoni tal-majjal

Il-Klassi I — laħam dgħif, mingħajr għeruq,

Il-Klassi IIA — laħam kemxejn imxaħħam, mingħajr għeruq,

Il-Klassi III — laħam dgħif jew laħam kemxejn dgħif, bl-għeruq,

Xaħam

(a)

Xaħam estern

Il-Klassi I — mingħajr xaħam,

Il-Klassi IIA — saff ta’ ħxuna ta’ mhux aktar 8 mm,

Il-Klassi III — ammont limitat, 9-11 mm

(b)

intermuskulari:

Il-Klassi I — saff ta’ ħxuna ta’ mhux aktar 2 mm,

Il-Klassi IIA — saff ta’ ħxuna ta’ mhux aktar 10 mm,

Il-Klassi III — ammont limitat ta’ mhux aktar 15 mm

(c)

intertessut:

permess fil-kategoriji kollha

Il-kontenut analitiku tax-xaħam

Il-Klassi I — sa 15 %

Il-Klassi IIA — sa 30 %

Il-Klassi III — sa 25 %

Il-kulur tax-xaħam fil-klassijiet kollha: abjad, bi sfumaturi roża jew kulur il-krema

Għeruq

Il-Klassi I — l-ebda għeruq,

Il-Klassi IIA — kwantità limitata ta’ għeruq, sa 10 %

Il-Klassi III — kwantità mingħajr limitu

Fil-klassijiet kollha ma jistax jintuża laħam li għandu l-iperimija

Fil-klassijiet kollha ma jistax jintuża laħam li għandu għoqod limfatiċi

Il-klassifikazzjoni tal-laħam taċ-ċanga

Il-Klassi II — laħam bl-għeruq, b’xaħam estern minimu sa 2 mm u b’saff ta’ xaħam intermuskulari sa 2 mm

Xaħam

(a)

estern — saff ta’ mhux aktar minn 2 mm,

(b)

intermuskulari — saff ta’ ħxuna ta’ mhux aktar 2 mm,

(c)

intertessut — mhux aktar minn 2 mm hu permess

Il-kontenut analitiku tax-xaħam: 16 %

Il-kulur tax-xaħam: Kulur il-krema ċar għal isfar qawwi

Għeruq: L-ebda għerq oħxon

Ma jistax jintuża laħam li għandu l-iperimija u għoqod limfatiċi

Il-kulur tal-laħam imkessaħ: aħmar ċar għal aħmar skur

Il-materja prima ewlenija hija l-laħam dgħif tal-majjal u/jew taċ-ċanga ta’ kwalità tajba.

Il-laħam tal-majjal għandu jkun konformi mal-parametri ta’ kwalità li ġejjin:

il-kapaċità taż-żamma tal-ilma: 2-5 %

il-valur tal-pH (5,5-5,9 — imkejjel wara 24 siegħa ta’ tkessiħ);

ma jistax jintuża laħam tal-majjal nej minn ħnieżer li juru sinjali ċari ta’ mijopatija (PSE, DFD, evidenza ta’ proċessi fiżjoloġiċi jew korrimenti, eċċ.);

ma jistax jintuża laħam minn majjali nisa u ċingjali;

ma jistax jintuża laħam minn annimali li juru l-karatteristiċi illegali, b’mod partikolari s-sindrome tal-istress tal-qżieqeż (PSS), li jista’ jiġi identifikat b’mod oġġettiv fl-awtopsja fl-annimali u fil-prodotti;

il-laħam ma għandux ikun soġġett għal kwalunkwe proċess ta’ preservazzjoni minbarra t-tkessiħ u ma jistax jiġi ffriżat;

it-tkessiħ ifisser li waqt il-ħżin u l-ġarr, il-laħam frisk jinżamm f’temperatura ambjentali ta’ bejn -10 C° u + 7 C°;

il-laħam użat għall-produzzjoni ma jistax jiġi minn ħnieżer maqtula fi żmien inqas minn 48 siegħa jew iktar minn 144 siegħa.

Addittivi f’kg għal kull 100 kg tal-piż totali tal-produzzjoni

Bżar iswed naturali — 0,05-0,10

Bżar abjad naturali — 0,15-0,20

Noċemuskata — 0,05-0,10

Tewm frisk — 0,30-0,40

Zokkor– 0,15-0,20

It-taħlita tal-maturazzjoni hi magħmula minn: minimament 98,5 % ta’ melħ u bejn 0,5 u -1,5 % ta’ nitrat (III) — madwar 1,5 kg.

Preparazzjoni tal-materja prima u l-proċess ta’ produzzjoni:

it-tqattigħ preliminari tal-ingredjenti tal-laħam kollha b’mod li jiżgura li l-biċċiet tal-laħam ikollhom daqs uniformi (b’dijametru ta’ mhux aktar minn 5 cm);

il-maturazzjoni bit-tnixxif tal-laħam għal 24-72 siegħa u t-tmelliħ tax-xaħam għal 24-72 siegħa;

l-ipproċessar mekkaniku: Il-laħam tal-Klassi IIA jiġi kkalpuljat f’daqs ta’ madwar 8-10 mm b’magna tal-ikkapuljat, il-laħam tal-Klassi III jiġi kkalpuljat f’daqs ta’ madwar 3-4 mm b’magna tal-ikkapuljat u/jew jiġi kkapuljat flimkien ma’ 2 kg ta’ silġ jew ma’ mhux aktar minn 5 % ta’ ilma;

ix-xaħam tal-majjal semiffriżat jintaħan għal madwar 8 mm fid-daqs b’magna tal-ikkapuljat (jew jitqatta’ bl-idejn f’biċċiet żgħar ta’ madwar 5-8 mm);

l-ingredjenti kollha tal-laħam u l-ħwawar jitħalltu sewwa;

it-taħlita tiddaħħal f’budellati (budellati naturali jew budellati tal-proteina);

il-prodott jitħalla jistrieħ f’temperatura li ma taqbiżx it-30 °C għal bejn sagħtejn u tliet sigħat;

il-wiċċ jitnixxef u wara jiġi affumikat bl-injam tal-alnu, bl-injam tal-fagu, bl-injam tal-frott jew b’kombinazzjoni tagħhom, jinstamat u jinħema sakemm il-ġewwieni taz-zalzett jilħaq temperatura ta’ mhux aktar minn 72 °C. L-użu tat-taħwir bl-affumikazzjoni huwa pprojbit;

jitnixxef sakemm jinkiseb ir-riżultat mixtieq (mhux aktar minn 70 %). Iż-żmien tat-tnixxif jiddependi mill-volum tal-prodott u mill-kundizzjonijiet esterni prevalenti,

jista’ jintuża ż-żejt tal-lift jew iż-żejt tal-ġirasol biex jiġi evitat milli tifforma kisja bajda matul il-ħażna. Dan huwa stadju fakultattiv fil-proċess tal-produzzjoni. Il-produtturi jistgħu jagħżlu li jidilku ż-żejt imsemmi hawn fuq wiċċ iz-zalzett biex tiġi evitata koagulazzjoni tal-proteini li toħloq kisja bajda. Il-kisi jiġi ffurmat b’mod naturali meta sseħħ koagulazzjoni tal-proteini fuq il-wiċċ matul il-ħżin u hija riżultat tal-kontenut għoli ta’ proteini fil-prodott (il-kondensazzjoni). Jiddellek iż-żejt biex il-prodott jidher isbaħ. Dan ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott jew il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Fil-Polonja, it-tradizzjoni tal-ipproċessar tal-laħam tmur lura għall-ewwel żminijiet tal-Medju evu. Il-klima kiesħa u umda tal-Polonja wasslu għall-użu ta’ diversi metodi ta’ preservazzjoni, jiġifieri t-tmelliħ, il-maturazzjoni, is-salmura, l-affumikar, it-tismit u t-tnixxif, li lkoll intużaw f’taħlitiet speċifiċi fil-produzzjoni ta’ tipi differenti ta’ prodotti. Sew fil-proprjetajiet tan-nobbli u sew fl-irziezet tal-bdiewa, il-qatla tal-annimali kienet attività tal-familja u kien ikun żmien it-tħejjija ta’ ħażniet tal-ikel għall-perjodu tax-xitwa u għax-xogħol intensiv fir-raba’ kif ukoll għal ġrajjiet politiċi u tal-familja bħal gwerer, ivvjaġġar, riunifikazzjonijiet tal-familja u spedizzjonijiet. Maż-żmien, ammont żejjed ta’ laħam ġab miegħu l-ħtieġa li jiġu pproċessati l-ingredjenti kollha tal-laħam miksuba matul il-qatla: dan il-proċess l-ewwel li beda kien fid-djar, imbagħad kompla fil-ħwienet tax-xogħol u llum qed isir prinċipalment fil-fabbriki. Ir-riċetta u t-togħma unika tal-“kiełbasa krakowska sucha staropolska” ġejjin mit-tradizzjoni tal-ipproċessar tal-ingredjenti tal-laħam magħżul u t-taħlita tal-ħwawar.

Il-“kiełbasa krakowska sucha staropolska” jaf il-karattru tiegħu lill-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni skont riċetta tradizzjonali, b’mod partikolari għall-użu ta’ laħam ta’ kwalità għolja, il-proċess ta’ maturazzjoni u l-proċess twil ta’ mistrieħ. L-uniċità tal-prodott hija influwenzata wkoll mill-proċess tal-affumikar.

Il-karattru tradizzjonali tal-“kiełbasa krakowska sucha staropolska” jinkixef permezz tal-ingredjenti tipiċi u l-proporzjonijiet bbilanċjati tiegħu. Fil-produzzjoni taz-zalzet jintuża laħam tal-majjal ta’ kwalità għolja (il-laħam tal-Klassi I jirrappreżenta mhux inqas minn madwar 70 % tal-ingredjenti). Il-biċċiet tal-kapuljat kbar juru biċ-ċar il-kwalità superjuri tal-materja prima. Dan huwa rifless fit-togħma u fid-dehra tal-prodott. Fir-riċetta, it-tewm ma jservix biss biex itejjeb it-togħma, iżda wkoll biex jestendi l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.

L-ingredjenti u r-riċetti għall-ipproċessar ta’ dan it-tip ta’ zalzett (“kiełbasa krakowska suszona oraz wędzona” [“kiełbasa krakowska mnixxef u affumikat”]) ġew inklużi wkoll fost l-oħrajn, f’pubblikazzjonijiet tal-1985 u tal-1987 bit-titlu ta’ Domowe wyroby mięsne [Prodotti tal-laħam magħmulin id-dar] (Tadeusz Kłossowski) u Domowe przetwory z mięsa [Preparazzjonijiet Prodotti tal-laħam magħmulin id-dar] (Władysław Poszepczyński). Il-proċess ta’ maturazzojni bit-tnixxif iżomm il-kulur tal-prodott, jagħti lil-laħam it-togħma u r-riħa karatteristika tiegħu, u jestendi l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott.

Il-mistrieħ twil jiżgura li l-kulur u r-riħa jkunu preżenti b’mod ugwali fiz-zalzett kollu qabel ma jiġi affumikat. Dawn jiġu riflessi b’mod distint fit-togħma u d-dehra finali tal-prodott.

Il-proċess tal-affumikar tal-“kiełbasa krakowska sucha staropolska” huwa partikolarment importanti għat-togħma tal-prodott. Iz-zalzett, li jiddendel ma’ grampuni, jiġi affumukat bi sħana dejjem iżżid u b’duħħan iġġenerat mill-ħruq tal-injam (nar u duħħan).

Fid-dawl tal-progress teknoloġiku, jistgħu jintużaw ukoll ġeneraturi tad-duħħan għall-affumikar taz-zalzetti. L-istess tipi ta’ injam jintużaw biex jikiseb id-duħħan sħun f’dan il-proċess. Madankollu, forom oħra tal-injam jistgħu jintużaw ukoll, eż. laqx tal-injam.

Irrispettivament mill-metodu tal-affumikar, l-għażla ta’ tipi xierqa ta’ injam tiżgura li l-“kiełbasa krakowska sucha staropolska” jkollu togħma u riħa karatteristiċi tal-laħam affumikat imsajjar, ma jkunx morr, u jkollu lewn kannella skur.

Dawn il-proċessi kollha ġew deskritti fil-qosor f’pubblikazzjoni li tmur lura għall-1926: Krakowskie wyroby wędliniarskie — praktyczne wskazówki o wyrobie wędlin” [Prodotti taz-zalzett ta’ Krakovja — Parir prattiku dwar kif jitħejja z-zalzett] mill-awtur Pollakk Andrzej Różycki.

Il-metodu u r-riċetta għall-produzzjoni tal-“kiełbasa krakowska sucha staropolska” ġew ikkonfermati wkoll mill-istandards Pollakki ppubblikati fl-1959 u r-regoli interni ppubblikati mill-Organizzazzjoni Ċentrali tal-Industrija tal-Laħam fl-1964, li kienu tfasslu abbażi ta’ regoli u riċetti diġà użati qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.