ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
13ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI

 

Il-Kunsill

2018/C 12/01

Arranġament bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta' skwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE)

1

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 12/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8522 — Avantor/VWR) ( 1 )

12

2018/C 12/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8640 — CVC/Blackstone/Paysafe) ( 1 )

12

2018/C 12/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8684 — La Poste/Generali/Malakoff Médéric/EAP France) ( 1 )

13


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2018/C 12/05

Aġġornament għall-2018 tal-benefiċċji applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

14

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 12/06

Rata tal-kambju tal-euro

15

2018/C 12/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

16

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2018/C 12/08

Rapport Speċjali Nru 1/2018 — Assistenza Konġunta ta’ Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS) — wasal iż-żmien biex l-assistenza tiġi mmirata aħjar

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2018/C 12/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 12/10

Sejħa għall-proposti għall-ħolqien ta’ Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

19


 

Rettifika

2018/C 12/11

Rettifika tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019 ( ĠU C 446, 29.12.2017 )

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI

Il-Kunsill

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/1


ARRANĠAMENT

bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta' skwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE)

(2018/C 12/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

IL-KUNSILL EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI,

IS-SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA,

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW,

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

U L-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Billi:

(1)

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea biex jittrattaw it-theddid ċibernetiku u d-dgħufijiet u biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrispondu għal attakki ċibernetiċi kontra l-infrastrutturi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) tagħhom, jibqa' prijorità għolja peress li netwerks u sistemi tal-ICT li jiffunzjonaw huma kritiċi għall-kapaċità tagħhom li jwettqu l-missjonijiet tagħhom.

(2)

Wara inizjattiva mill-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Neelie Kroes u Maroš Ševčovič, is-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni ddeċidew f'Mejju 2011 li jistabbilixxu tim ta' prekonfigurazzjoni għal skwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (CERT-UE) sorveljat minn Bord ta' Tmexxija interistituzzjonali.

(3)

F'Lulju 2012, is-Segretarji Ġenerali kkonfermaw l-arranġamenti prattiċi u qablu li jżommu s-CERT-UE bħala entità permanenti biex tkompli tgħin biex ittejjeb il-livell ġenerali tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni bħala eżempju ta' kooperazzjoni interistituzzjonali viżibbli fiċ-ċibersigurtà.

(4)

Ir-rieżamijiet li twettqu fl-2014 u l-2016 urew li s-CERT-UE kompliet timmatura u issa laħqet l-istadju fejn hija għandha tiġi formalizzata bi struttura finanzjarja u ta' governanza aktar sostenibbli u trasparenti.

(5)

Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (id-“Direttiva NIS”) tistabbilixxi netwerk ta' Skwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs), li għandhom ikunu magħmulin minn rappreżentanti tas-CSIRTs tal-Istati Membri u tas-CERT-UE, biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-fiduċja bejn l-Istati Membri u biex jippromwovi kooperazzjoni operazzjonali rapida u effettiva.

(6)

L-istruttura tal-governanza tas-CERT-UE għandha tistabbilixxi r-rwol u l-kompiti tas-CERT-UE, ir-responsabbiltajiet tal-kap tagħha, ir-rwol u l-kompiti tal-Bord ta' Tmexxija tagħha, u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni fl-appoġġ għas-CERT-UE.

(7)

Is-CERT-UE għandu jingħatalha finanzjament u persunal sostenibbli, filwaqt li jkun żgurat il-valur għall-flus u qafas adegwat ta' persunal permanenti u filwaqt li l-ispejjeż amministrattivi tas-CERT-UE jinżammu baxxi kemm jista' jkun.

(8)

Dan l-Arranġament huwa ffirmat mill-istituzzjonijiet u l-korpi parteċipanti tal-Unjoni wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom għal dak il-għan; l-aġenziji tal-Unjoni elenkati fl-Anness I li huma responsabbli għall-infrastruttura tal-ICT tagħhom stess ikkonfermaw formalment bil-miktub lill-President tal-Bord ta' Tmexxija tas-CERT-UE li huma ser japplikawh,

IKKONKLUDEW DAN L-ARRANĠAMENT:

Artikolu 1

L-għan u l-missjoni

1.   L-għan ta' dan l-arranġament huwa li jiġu stabbiliti r-regoli għall-funzjonament u l-organizzazzjoni tal-iskwadra interistituzzjonali ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni (“CERT-UE”).

2.   Il-missjoni tas-CERT-UE għandha tkun li tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-infrastruttura tal-ICT tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni (“il-kostitwenti”) billi tgħin fil-prevenzjoni, il-kxif, il-mitigazzjoni u r-rispons għal attakki ċibernetiċi u billi taġixxi bħala ċ-ċentru għall-koordinazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u r-rispons għal inċidenti għall-kostitwenti.

Artikolu 2

Kompiti tas-CERT-UE

1.   Is-CERT-UE għandha tiġbor, tiġġestixxi, tanalizza u tikkondividi informazzjoni mal-kostitwenti dwar theddidiet, vulnerabbiltajiet u inċidenti fuq infrastruttura tal-ICT mhux klassifikata. Hija għandha tikkoordina r-risponsi għal inċidenti fil-livell interistituzzjonali u fil-livell tal-kostitwenti, inkluż billi tipprovdi jew tikkoordina l-forniment ta' assistenza operattiva speċjalizzata.

2.   Is-CERT-UE għandha toffri servizzi CERT standard lill-kostitwenti kollha. Il-katalgu li jistabbilixxi s-servizzi dettaljati offruti tas-CERT-UE, u kwalunkwe aġġornament, għandu jiġi approvat mill-Bord ta' Tmexxija. Meta jkun qed jirrevedi l-lista ta' servizzi, il-Kap tas-CERT-UE għandu jqis ir-riżorsi allokati lilu jew lilha.

3.   Is-CERT-UE jista' jimmonitorja t-traffiku tan-netwerk tal-kostitwenti bil-kunsens tal-kostitwent rilevanti.

4.   Is-CERT-UE tista' tipprovdi assistenza lil kostitwenti rigward inċidenti fuq netwerks u sistemi tal-IT klassifikati jekk tintalab tagħmel dan mill-kostitwent ikkonċernat.

5.   Is-CERT-UE m'għandhiex tibda attivitajiet jew tintervjeni konxjament fi kwalunkwe kwistjoni li taqa' taħt il-kompetenza tas-servizzi nazzjonali tas-sigurtà u tal-intelligence jew ta' dipartimenti speċjalizzati fi ħdan il-kostitwenti. Kwalunkwe kuntatti mas-CERT-UE mibdija jew imfittxa mis-servizzi tas-sigurtà nazzjonali u tal-intelligence għandhom jiġi kkomunikati lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni u lill-President tal-Bord ta' Tmexxija tas-CERT-UE mingħajr dewmien.

6.   Is-CERT-UE għandha tinforma lill-kostitwenti dwar il-proċeduri u l-proċessi tagħha biex tindirizza l-inċidenti.

7.   Jekk tintalab espressament mid-dipartimenti tal-politika tal-kostitwenti, is-CERT-UE tista' tagħti l-parir tekniku jew il-kontribut tagħha dwar kwistjonijiet ta' politika rilevanti.

Artikolu 3

Kooperazzjoni bejn il-kostitwenti u s-CERT-UE

1.   Is-CERT-UE u l-kostitwenti għandhom jaħdmu skont il-prinċipju “ħtieġa għal kondiviżjoni”, soġġett għall-paragrafu 3. Is-CERT-UE għandha tiżgura li jkunu disponibbli mezzi ta' komunikazzjoni effiċjenti għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni mal-kostitwenti.

2.   Il-kostitwenti għandhom jipprovdu lis-CERT-UE informazzjoni dwar theddid u vulnerabbiltajiet għaċ-ċibersigurtà li jaffettwawhom. Meta s-CERT-UE tkun konxja ta' theddida jew ta' vulnerabbiltà li taffettwa jew li potenzjalment taffettwa lil xi kostitwent, hija għandha twissi lill-kostitwent ikkonċernat billi tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż il-livell tas-serjetà, malajr kemm jista' jkun, sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati miżuri protettivi jew ta' rimedju. Is-CERT-UE tista' tassisti fil-forniment ta' tali miżuri ta' protezzjoni jew ta' rimedju. Il-kostitwenti l-oħra għandhom jiġu infurmati meta t-theddida jew il-vulnerabbiltà jkollha l-potenzjal li taffettwahom.

3.   Il-kostitwenti għandhom jinfurmaw lis-CERT-UE mingħajr dewmien żejjed jekk huma jesperjenzaw inċident ċibernetiku sinifikanti u jipprovdu d-dettalji tekniċi rilevanti kollha sakemm dan ma jipperikolax l-interessi tas-sigurtà ta' kostitwent jew parti terza. Kull inċident għandu jitqies bħala sinifikanti sakemm ma jkunx ripetittiv jew bażiku u li x'aktarx ikun diġà mifhum sew f'termini ta' metodu u teknoloġiji. Informazzjoni mhux teknika tista' tiġi kondiviża mas-CERT-UE fid-diskrezzjoni tal-kostitwent affettwat. Informazzjoni dwar l-inċident ikkomunikata lis-CERT-UE ma għandhiex tiġi kondiviża barra s-CERT-UE, anki f'forma anonima, sakemm il-kostitwent affettwat ma jkunx ta l-kunsens tiegħu. Biex tħejji għal sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi kondiviża rapidament sabiex jiġu protetti n-netwerks u s-sistemi tal-kostitwenti, is-CERT-UE għandha taħdem mal-kostitwenti tagħha minn qabel dwar kif dan għandu jsir.

4.   Is-CERT-UE, waqt li taġixxi fi djalogu mal-kostitwenti, għandha żżomm katalogu ta' kompetenzi esperti disponibbli fosthom li potenzjalment jistgħu jintużaw, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet, f'każ ta' inċident ċibernetiku kbir li jaffettwa wieħed jew aktar minnhom. Fejn xieraq, is-CERT-UE tista' torganizza u tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u appoġġ tekniku direttament bejn il-kostitwenti biex jiġi indirizzat inċident ta' sigurtà ċibernetika.

5.   Fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, is-CERT-UE għandha tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fil-Europol.

6.   Is-CERT-UE għandha tikkondividi l-informazzjoni dwar inċidenti speċifiċi mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi unikament bil-kunsens minn qabel tas-servizzi kompetenti tal-kostitwent jew tal-kostitwenti rilevanti.

7.   Is-CERT-UE għandha żżomm reġistru tal-informazzjoni kollha kondiviża ma' kostitwenti u skambjata ma' partijiet oħra. Il-kostitwenti jistgħu jitolbu lis-CERT-UE biex tipprovdi dettalji tal-informazzjoni tagħhom kondiviża ma' partijiet oħra.

8.   Jekk ikun hemm il-ħtieġa, is-CERT-UE tista' tidħol f'arranġamenti ta' kooperazzjoni jew arranġamenti fil-livell tas-servizz ma' kwalunkwe kostitwent għall-forniment ta' servizzi CERT. Is-CERT-UE tista' wkoll tidħol f'arranġamenti ta' kooperazzjoni jew fil-livell tas-servizz rigward il-forniment ta' servizzi CERT bi ħlas għal operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżi ċivili tal-UE taħt it-Titolu V, Kapitolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'kull każ, tali arranġamenti ta' kooperazzjoni jew fil-livell tas-servizz għandhom ikunu soġġett għall-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 4

Kooperazzjoni tas-CERT-UE mas-CERTs tal-Istati Membri

1.   Is-CERT-UE għandha tikkoopera u tiskambja informazzjoni mas-CERTs u s-CSIRTs nazzjonali jew governattivi tal-Istati Membri dwar theddidiet, vulnerabbiltajiet u inċidenti tas-sigurtà ċibernetika, dwar kontromiżuri possibbli u dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha għat-titjib tal-protezzjoni tal-infrastruttura tal-ICT tal-kostitwenti, inkluż permezz tan-netwerk tas-CSIRT imsemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva NIS.

2.   Is-CERT-UE għandha tikkoopera ma' CERTs tal-Istati Membri sabiex tinġabar informazzjoni dwar theddid ġenerali u speċifiku għall-kostitwenti u dwar għodod u metodi, inkluż tekniki, tattiki u proċeduri, l-aħjar prassi u vulnerabbiltajiet ġenerali għat-tixrid lill-kostitwenti tagħha. Is-CERT-UE tista' tiskambja informazzjoni dwar l-għodod jew il-metodi, inkluż tekniki, tattiki u proċeduri, l-aħjar prassi u theddid u vulnerabbiltajiet ġenerali ma' tali CERTs.

3.   Is-CERT-UE tista' tiskambja informazzjoni speċifika għall-inċidenti ma' tali CERTs bil-kunsens tal-kostitwent affettwat.

Artikolu 5

Kooperazzjoni ma' CERTs ta' partijiet terzi u sħab oħra

1.   Is-CERT-UE tista' tikkoopera ma' CERTs speċifiċi għas-settur tal-industrija u ma' CERTs mhux tal-UE dwar għodod u metodi, bħal tekniki, tattiki u proċeduri, l-aħjar prassi u dwar theddid u vulnerabbiltajiet ġenerali. Għal kull kooperazzjoni ma' tali CERTs, inkluż fl-oqfsa fejn CERTs mhux tal-UE jikkooperaw ma' CERTs tal-Istati Membri, is-CERT-UE għandha titlob l-approvazzjoni minn qabel mill-Bord ta' Tmexxija.

2.   Is-CERT-UE tista' tikkoopera ma' sħab oħrajn, bħalma huma entitajiet kummerċjali jew esperti individwali, sabiex tiġbor informazzjoni dwar theddidiet ġenerali u speċifiċi, vulnerabbiltajiet u kontromiżuri possibbli. Għal kooperazzjoni usa' ma' dawn is-sħab, is-CERT-UE għandha titlob l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta' Tmexxija.

3.   Sakemm ma jkunx fis-seħħ arranġament jew kuntratt ta' nondivulgazzjoni mas-sieħeb rilevanti, is-CERT-UE tista', bil-kunsens tal-kostitwent affettwat, tipprovdi informazzjoni relatata ma' inċident speċifiku f'kostitwent lil tali sħab fejn dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-analiżi tiegħu. Tali ftehimiet jew kuntratti ta' nondivulgazzjoni għandhom ikunu verifikati legalment skont il-proċeduri interni rilevanti tal-Kummissjoni. Ftehimiet jew kuntratti ta' nondivulgazzjoni m'għandhomx ikunu jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta' Tmexxija iżda l-president tiegħu għandu jiġi infurmat.

4.   Is-CERT-UE tista' tidħol b'mod eċċezzjonali f'arranġamenti fil-livell tas-servizz ma' entitajiet oħra li mhumiex il-kostitwenti mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 6

Kompiti tal-Kap tas-CERT-UE

1.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jkun responsabbli għat-tmexxija bla xkiel tas-CERT-UE, huwa u jaġixxi taħt il-mandat tiegħu taħt id-direzzjoni tal-Bord ta' Tmexxija. Huwa jew hija għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-direzzjoni strateġika, il-gwida, l-objettivi u l-prijoritajiet stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija, u għall-ġestjoni tajba tas-CERT-UE, inkluż tar-riżorsi finanzjarji u umani tagħha. Huwa jew hija għandha tirrapporta regolarment lill-President tal-Bord ta' Tmexxija.

2.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jkun marbut bir-regoli applikabbli għall-Kummissjoni u għandu jaġixxi bħala uffiċjal ta' awtorizzazzjoni. permezz ta' sottodelega, meta jimplimenta l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mar-regoli interni rilevanti tal-Kummissjoni dwar id-delega tas-setgħat u l-limiti f'tali każijiet. Huwa għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta' regoli u proċeduri amministrattivi u finanzjarji biss.

3.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jippreżenta rapporti kull tliet xhur lill-Bord ta' Tmexxija dwar il-prestazzjoni tas-CERT-UE, l-implimentazzjoni tal-baġit, kuntratti jew arranġamenti oħra konklużi u missjonijiet imwettqa mill-persunal. Hu jew hi għandu/għandha j/tissottometti rapport annwali lill-Bord ta' Tmexxija skont l-Artikolu 8(1)(e).

4.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jassisti lill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, permezz ta' delega, fl-abbozzar tar-rapport annwali tal-attività li jkun fih informazzjoni finanzjarja u ta' ġestjoni, inkluż ir-riżultati tal-kontrolli, imfassal f'konformità mal-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju, u għandu jirrapporta regolament lilu dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li fir-rigward tagħhom ġew sottodelegati s-setgħat lilu.

5.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jħejji kull sena pjan finanzjarju tad-dħul u l-infiq amministrattiv għall-attivitajiet tagħha biex jiġi approvat mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-Artikolu 8(1)(c).

Artikolu 7

Il-Bord ta' Tmexxija

1.   Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi direzzjoni u gwida strateġika lis-CERT-UE u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi ġenerali tagħha. Il-membri tiegħu għandhom ikunu rappreżentanti tal-maniġment superjuri maħturin minn kull wieħed mill-firmatarji ta' dan l-Arranġament, u mill-ENISA li għandha tirrappreżenta l-interessi tal-aġenziji elenkati fl-Anness I li jmexxu l-infrastruttura tal-ICT tagħhom stess. Il-membri jistgħu jkunu megħjuna minn membru supplenti. Rappreżentanti oħra tal-kostitwenti jistgħu jiġu mistiedna mill-president biex jattendu l-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija.

2.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar president minn fost il-membri tiegħu għal perijodu ta' sentejn. Il-membru supplenti tiegħu jew tagħha għandu jsir membru sħiħ tal-Bord għall-istess tul ta' żmien.

3.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-president tiegħu jew fuq it-talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu. Huwa għandu jadotta regoli ta' proċedura interni.

4.   Kull firmatarju għal dan l-Arranġament u l-ENISA għandu jkollhom vot wieħed, eżerċitat mill-membru jew il-membri korrispondenti. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' Tmexxija għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi, ħlief fejn ikun previst mod ieħor. Il-president ma għandux jivvota għajr fil-każ ta' voti ndaqs fejn huwa jew hija tista' teżerċita l-vot deċiżiv.

5.   Jekk ikun hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet urġenti għal raġunijiet operazzjonali, il-Bord ta' Tmexxija jista', b'mod eċċezzjonali, jaġixxi bil-qbil tal-president u tal-membri li jirrappreżentaw il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-kostitwent jew kostitwenti affettwat(i).

6.   Il-Bord ta' Tmexxija jista' jaġixxi permezz ta' proċedura bil-miktub simplifikata mibdija mill-president li skontha d-deċiżjoni rilevanti għandha titqies approvata fil-perijodu ta' żmien stipulat mill-president, ħlief meta membru joġġezzjona.

7.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija ħlief jekk jiġi deċiż mod ieħor mill-Bord.

8.   Is-segretarjat tal-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi pprovdut mill-istituzzjoni li r-rappreżentant tal-maniġment superjuri tiegħu jkun il-president.

9.   Is-segretarjat għandu jinforma lill-aġenziji tal-UE elenkati fl-Anness I dwar deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija. Kwalunkwe aġenzija tal-UE għandha tkun intitolata li tqajjem kull kwistjoni li hija tqis li għandha titressaq għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija mal-president tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 8

Kompiti tal-Bord ta' Tmexxija

1.   Fl-għoti ta' direzzjoni strateġika u gwida lis-CERT-UE, il-Bord ta' Tmexxija għandu b'mod partikolari:

(a)

japprova, abbażi ta' proposta mill-Kap tas-CERT-UE, il-programm ta' ħidma annwali għas-CERT-UE u jimmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu;

(b)

japprova, abbażi ta' proposta mill-Kap tas-CERT-UE, il-katalgu tas-servizzi tas-CERT-UE;

(c)

japprova, abbażi ta' proposta ppreżentata mill-Kap tas-CERT-UE, l-ippjanar finanzjarju tad-dħul u l-infiq, inkluż il-persunal, għall-attivitajiet tas-CERT-UE;

(d)

japprova kull sena, abbażi ta' proposta mill-Kap tas-CERT-UE, l-ammont ta' approprjazzjonijiet finanzjarji annwali li għandhom jiġu pprovduti għal servizzi li jingħataw lil kostitwenti u partijiet terzi b'arranġamenti fil-livell tas-servizz mas-CERT-UE;

(e)

jeżamina u japprova r-rapport annwali mfassal mill-Kap tas-CERT-UE li jkopru l-attivitajiet tas-CERT-UE u l-ġestjoni tagħha ta' fondi;

(f)

japprova u jimmonitorja indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin għas-CERT-UE definiti fuq proposta mill-Kap tas-CERT-UE;

(g)

japprova d-dokumenti tas-CERT-UE li jistabbilixxu politiki ġenerali u linji gwida li jirrakkomandaw prassi tajba tas-sigurtà tal-ICT li għandha tiġi segwita mill-kostitwenti;

(h)

japprova l-arranġamenti ta' kooperazzjoni, arranġamenti fil-livell tas-servizz jew kuntratti bejn is-CERT-UE u entitajiet oħra skont l-Artikoli 3(8) u 5(4);

(i)

jistabbilixxi kif meħtieġ gruppi tekniċi ta' konsultazzjoni biex jassistu l-ħidma tal-Bord ta' Tmexxija, japprova t-termini ta' referenza tagħhom u jaħtar il-president tagħhom; u

(j)

jemenda l-lista ta' aġenziji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' dan l-Arranġament li jinsab fl-Anness I.

2.   Il-president jista' jirrappreżenta jew jaġixxi f'isem il-Bord ta' Tmexxija skont l-arranġamenti maqbula mill-Bord.

Artikolu 9

Persunal u kwistjonijiet finanzjarji

1.   Għalkemm stabbilita bħala fornitur awtonomu ta' servizz interistituzzjonali għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, is-CERT-UE għandha tiġi integrata fl-istruttura amministrattiva ta' direttorat ġenerali tal-Kummissjoni sabiex tibbenefika mill-istrutturi ta' appoġġ amministrattivi, tal-ġestjoni finanzjarja u tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord ta' Tmexxija dwar il-post amministrattiv tas-CERT-UE u kwalunkwe tibdil fih.

2.   Wara li tkun kisbet l-approvazzjoni unanima tal-Bord ta' Tmexxija, il-Kummissjoni għandha taħtar il-Kap tas-CERT-UE. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi kkonsultat fl-istadji kollha tal-proċedura ta' qabel il-ħatra tal-Kap tas-CERT-UE, b'mod partikolari fl-abbozzar ta' avviżi ta' postijiet battala, l-eżami ta' applikazzjonijiet u l-ħatra ta' bordijiet tal-għażla fir-rigward ta' dan il-post.

3.   L-uffiċjali tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni għandhom jiġu infurmati dwar kull avviż ta' post battal għal postijiet fis-CERT-UE.

4.   Bla ħsara għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li jipparteċipaw f'dan l-Arranġament, bl-eċċezzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment, jimpenjaw ruħhom li jittrasferixxu jew jassenjaw lis-CERT-UE n-numru ta' postijiet imniżżla fl-Anness II sas-sena baġitarja tal-2019 jew kif previst mod ieħor fl-Anness II. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li jassenjaw jew jittrasferixxu n-numri definiti ta' postijiet għandhom jirċievu s-servizzi kollha mis-CERT-UE. Il-numru ta' postijiet stipulat fl-Anness II għandu jiġi rieżaminat kull ħames snin.

5.   Is-CERT-UE tista' tiftiehem mal-istituzzjonijiet u l-korpi parteċipanti tal-Unjoni dwar l-allokazzjoni temporanja ta' persunal addizzjonali għas-CERT-UE.

6.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom jidħlu f'arranġamenti fil-livell tas-servizz fir-rigward tas-servizzi offruti mis-CERT-UE skont il-katalgu tas-servizzi tagħha u l-kumpens finanzjarju annwali tagħhom li għandu jsir minn kull wieħed minnhom skont l-Anness II fil-bidu ta' kull sena finanzjarja bħala remunerazzjoni għal servizzi pprovduti mis-CERT-UE matul is-sena finanzjarja preċedenti.

7.   Il-kumpens finanzjarju li għandu jiġi pprovdut minn kull aġenzija tal-Unjoni biex jiġu koperti l-ispejjeż għall-offerta tas-servizzi tas-CERT-UE għandhom jiġu maqbula mal-aġenziji rispettivi tal-Unjoni u inklużi fil-qafas amministrattiv ġenerali li jirregola l-forniment ta' servizzi tal-Kummissjoni lill-aġenziji tal-Unjoni.

8.   Kull sena l-Kap tas-CERT-UE għandu jirrapporta dwar l-ammont ta' kumpens finanzjarju annwali li għandu jingħata minn dawk il-kostitwenti b'arranġamenti fil-livell ta' servizz mas-CERT-UE skont il-paragrafu 6 u l-aġenziji tal-Unjoni skont il-paragrafu 7. Kull sena l-Bord ta' Tmexxija għandu jirrieżamina l-ammont ta' kumpens finanzjarju annwali.

9.   Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-attivitajiet tas-CERT-UE inkluż id-dħul assenjat minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni għandha titwettaq mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli u r-regolamenti rilevanti. Kwalunkwe approprjazzjoni jew dħul tal-baġit ipprovdut mis-CERT-UE permezz ta' arranġamenti fil-livell tas-servizz ser ikunu identifikati b'mod speċifiku fl-ippjanar finanzjarju tagħha.

Artikolu 10

Kunfidenzjalità professjonali

Is-CERT-UE u l-kostitwenti għandhom jittrattaw kull informazzjoni rċevuta minn kostitwent ieħor jew minn parti terza bħala soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew oqfsa applikabbli ekwivalenti. Huma ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni bħal din lil partijiet terzi sakemm ma jkunux speċifikament awtorizzati li jagħmlu dan mill-kostitwent jew mill-parti kkonċernata.

Artikolu 11

Protezzjoni ta' data personali

L-ipproċessar ta' data personali mwettaq skont dan l-Arranġament għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Artikolu 12

Awditu, mistoqsijiet u aċċess pubbliku għad-dokumenti

1.   Il-funzjoni tal-awditur intern għandha titwettaq mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10. Il-Bord ta' Tmexxija jista' jissuġġerixxi lis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni li jsiru awditi.

2.   Il-Kap tas-CERT-UE għandu jkun responsabbli li jwieġeb għal mistoqsijiet tal-Ombudsman Ewropew u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont il-proċeduri interni tal-Kummissjoni.

3.   Il-proċeduri tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandhom japplikaw fir-rigward ta' talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti miżmuma mis-CERT-UE b'kont meħud tal-obbligu skont dak ir-Regolament li tikkonsulta kostitwenti oħra kull meta ssir talba rigward id-dokumenti tagħhom.

Artikolu 13

Rieżami

Fid-dawl tax-xenarju dejjem jevolvi tat-theddid ċibernetiku u r-rispons tal-Unjoni għalih, inkluż il-prijoritajiet ta' politika tagħha stabbiliti fl-istrateġija ta' ċibersigurtà tal-Unjoni, il-Bord ta' Tmexxija għandu jirrieżamina l-organizzazzjoni u l-operat tas-CERT-UE. Huwa jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġi eżaminat jew emendat dan l-Arranġament, jew kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra għat-tħaddim effettiv tas-CERT-UE, lill-istituzzjonijiet u l-korpi parteċipanti.

Artikolu 14

Kamp ta' applikazzjoni u data tal-applikazzjoni

1.   Dan l-Arranġament għandu japplika għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li huma firmatarji għal dan l-Arranġament, u għall-aġenziji tal-Unjoni li jmexxu l-infrastruttura tal-ICT tagħhom li huma elenkati fl-Anness I.

2.   Dan l-Arranġament għandu japplika mid-data tal-iffirmar tiegħu. Għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan l-Arranġament huwa mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakk, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża, f'oriġinal uniku li għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li għandu jibgħat kopja awtentika ċċertifikata lill-firmatarji kollha.

Magħmul fi Frankfurt, fil-Lussemburgu u fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Is-Segretarju Ġenerali

K. WELLE

Għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Is-Segretarju Ġenerali

J. TRANHOLM-MIKKELSEN

Għall-Kummissjoni Ewropea

Segretarju Ġenerali

A. ITALIANER

Għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Is-Ewropea

Direttur Ġenerali DĠ Infrastruttura

F. SCHAFF

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

Direttur Ġenerali Sistemi ta' Informazzjoni

K. DE GEEST

Uffiċjal Kap għas-Servizzi

M. DIEMER

Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Is-Segretarju Ġenerali

E. RUIZ GARCÍA

Għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Ġenerali għall-Baġit u l-Amministrazzjoni

G. DI VITA

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Direttur Ewropew

Is-Segretarju Ġenerali

L. PLANAS PUCHADES

Għall-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Is-Segretarju Ġenerali

J. BURIÁNEK

Għall-Bank Ewropew tal-Investiment

Direttur Ġenerali u Kontrollur Finanzjarju

P. KLAEDTKE


(1)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


ANNESS I

Lista ta' Aġenziji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 14(1)

ACER

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Uffiċċju BEREC

Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

CPVO

Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

EU-OSHA

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

FRONTEX

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

eu-LISA

Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

EASO

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil

EASA

Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

EBA

Awtorità Bankarja Ewropea

ECDC

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Cedefop

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

ECHA

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

ŻEE

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

EFCA

Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

EFSA

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Eurofound

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

GSA

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

EIGE

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

EIOPA

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

EMSA

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

EMA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

EMCDDA

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

ENISA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

CEPOL

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi

Europol

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi

ERA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

ESMA

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

ETF

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

FRA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

EUIPO

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Eurojust

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali

CdT

Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

EDA

Aġenzija Ewropea għad-Difiża

EIT

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

EUISS

Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji fuq is-Sigurtà

SATCEN

Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

SRB

Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni


ANNESS II

Karigi ekwivalenti ta' ingaġġ full time jew kontribuzzjonijiet tal-baġit impenjati lis-CERT-UE mill-parteċipanti

KARIGI TAL-PJAN TA' STABBILIMENT

Istituzzjoni/Korp time

Sehem relattiv ta' Persunal tal-UE

Postijiet ekwivalenti għall-full li ser jiġu trasferiti/assenjati għas-CERT-UE

Il-Parlament Ewropew

19,5 %

3 (1)

Il-Kunsill Ewropew/Kunsill

9 %

2

Il-Kummissjoni (2)

55 %

8

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6 %

1 (3)

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

4,5 %

1 (4)

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew/Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

3,5 %

1 (5)

Qorti Ewropea tal-Awdituri

2,5 %

0 (6)

 

L-AMMONT TOTALI:

16

Impenji finanzjarji annwali lis-CERT-UE

Il-Bank Ċentrali Ewropew (7)

EUR 120 000  (8)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (9)

EUR 120 000  (10)


(1)  Il-Parlament Ewropew ser ilesti t-trasferiment taż-żewġ pożizzjonijiet pendenti l-aktar tard bħala parti mill-baġit tal-2021. Sadanittant f'dan il-perijodu huwa jimpenja ruħu li jżomm l-impenn attwali tiegħu: nofs FTE li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-CERT-UE u kontribuzzjoni finanzjarja annwali (EUR 120 0008) stabbilita f'arranġament fil-livell tas-servizz.

(2)  Fil-każ tal-Kummissjoni, il-postijiet ser jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, internament, tas-CERT-UE. Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll kontribuzzjoni in natura lis-CERT-UE fil-forma ta' uffiċċji, loġistika u infrastruttura tal-IT. Is-sehem relattiv tal-persunal tal-pjan ta' stabbiliment assenjat mill-Kummissjoni ma jiħux kont ta' karigi f'uffiċċji tal-Unjoni jew f'diversi aġenziji eżekuttivi tal-Unjoni li għalihom il-Kummissjoni tipprovdi l-infrastruttura tal-IT.

(3)  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma tistax timpenja ruħha li tittrasferixxi post fi żmien il-perijodu previst fl-Artikolu 9(4). Sakemm ikun f'pożizzjoni li jagħmel dan, huwa jimpenja ruħu li jżomm l-impenn attwali tiegħu ta' kontribuzzjoni finanzjarja annwali stabbilita f'arranġament fil-livell tas-servizz.

(4)  Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ma jistax jimpenja ruħu li jittrasferixxi post fi żmien il-perijodu previst fl-Artikolu 9(4). Sakemm ikun f'pożizzjoni li jagħmel dan, huwa jimpenja ruħu li jżomm l-impenn attwali tiegħu ta' kontribuzzjoni finanzjarja annwali stabbilita f'arranġament fil-livell tas-servizz.

(5)  Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma jistgħux jimpenjaw ruħhom għat-trasferiment ta' post fi żmien il-perijodu previst fl-Artikolu 9(4). Sakemm ikunu f'pożizzjoni li jagħmlu dan, huma jimpenjaw ruħhom li jżommu l-impenn attwali tagħhom li jagħmlu disponibbli żewġ esperti half time.

(6)  Minħabba d-daqs relattiv tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, aktar milli tittrasferixxi post, hija ser tagħmel impenn finanzjarju għas-CERT-UE skont l-Artikolu 9(6).

(7)  Billi l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment ma joperawx taħt ir-regolamenti tal-persunal tal-UE u għalhekk ma jistgħux jagħmlu trasferimenti ta' postijiet, iż-żewġ entitajiet ser ikomplu jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja annwali lis-CERT-UE taħt arranġament fil-livell tas-servizz skont l-Artikolu 9(6).

(8)  Dawn l-ammonti jistgħu jiġu aġġustati kif previst fl-Artikolu 9(8).

(9)  Billi l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment ma joperawx taħt ir-regolamenti tal-persunal tal-UE u għalhekk ma jistgħux jagħmlu trasferimenti ta' postijiet, iż-żewġ entitajiet ser ikomplu jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja annwali lis-CERT-UE taħt arranġament fil-livell tas-servizz skont l-Artikolu 9(6).

(10)  Dawn l-ammonti jistgħu jiġu aġġustati kif previst fl-Artikolu 9(8).


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8522 — Avantor/VWR)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 12/02)

Fis-17 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8522. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8640 — CVC/Blackstone/Paysafe)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 12/03)

Fil-21 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8640. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/13


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8684 — La Poste/Generali/Malakoff Médéric/EAP France)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 12/04)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8684. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/14


Aġġornament għall-2018 tal-benefiċċji applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 12/05)

F’konformità mal-Artikolu 19(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1027 tat-23 ta’ Ġunju 2015 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti sekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/829/KE (1):

1.

Mill-1 ta’ Jannar 2018, l-ammont ta’ benefiċċju ta’ kuljum għandu jkun EUR 138,15.

2.

Mill-1 ta’ Jannar 2018, l-iskala użata għall-kalkolu ta’ rimborżi dovuti abbażi tad-distanza bejn il-post ta’ oriġini u l-post ta’ sekondar (km) hija li ġejja:

Distanza bejn il-post ta’ oriġini u l-post ta’ sekondar (km)

Ammont (EUR)

0 - 150

0,00

> 150

88,80

> 300

157,86

> 500

256,55

> 800

414,42

> 1 300

651,23

> 2 000

779,52


(1)  ĠU L 163, 30.6.2015, p. 40.


Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Jannar 2018

(2018/C 12/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2137

JPY

Yen Ġappuniż

134,88

DKK

Krona Daniża

7,4487

GBP

Lira Sterlina

0,88983

SEK

Krona Żvediża

9,8350

CHF

Frank Żvizzeru

1,1787

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6590

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,521

HUF

Forint Ungeriż

308,74

PLN

Zloty Pollakk

4,1722

RON

Leu Rumen

4,6363

TRY

Lira Turka

4,5587

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5417

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5194

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4962

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6726

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6103

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 289,54

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0481

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8417

HRK

Kuna Kroata

7,4454

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 179,71

MYR

Ringgit Malażjan

4,8255

PHP

Peso Filippin

61,144

RUB

Rouble Russu

68,7074

THB

Baht Tajlandiż

38,802

BRL

Real Brażiljan

3,8959

MXN

Peso Messikan

23,1956

INR

Rupi Indjan

77,1915


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/16


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 12/07)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : Spanja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-50 anniversarju tar-Re FELIPE VI

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jirriproduċi l-istemma araldika tar-Re Felipe VI. Fuq in-naħa tax-xellug, f’nofs ċirku, hemm il-kelma “ESPAÑA” u taħtha s-sena tal-ħruġ 2018. Fin-naħa ta’ isfel fuq il-lemin, f’nofs tond, hemm l-iskrizzjoni “50 ANIVERSARIO DE S.M. FELIPE VI”. Il-marka taz-zekka hija rappreżentata fin-naħa ta’ fuq fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : l-1 ta’ Frar 2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Qorti tal-Awdituri

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/17


Rapport Speċjali Nru 1/2018

“Assistenza Konġunta ta’ Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS) — wasal iż-żmien biex l-assistenza tiġi mmirata aħjar”

(2018/C 12/08)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 1/2018 “Assistenza Konġunta ta’ Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS) – wasal iż-żmien biex l-assistenza tiġi mmirata aħjar” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2018/C 12/09)

Bi qbil mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), saret deċiżjoni li s-sajd jingħalaq skont kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.10.2017

Tul ta’ żmien

10.10.2017–31.12.2017

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

WHG/08.

Speċi

Merlangu (Merlangius merlangus)

Żona

VIII

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

28/TQ127


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/19


Sejħa għall-proposti għall-ħolqien ta’ Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

(2018/C 12/10)

B’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), qiegħed jingħata avviż hawnhekk tat-tnedija ta’ sejħa għall-proposti għall-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs).

Qed issir stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja. Id-data ta’ skadenza tas-sejħa u l-informazzjoni rilevanti kollha qegħdin fit-test tas-sejħa, li hija ppubblikata fis-sit web tal-EIT.

Identifikatur tas-Sejħa: EIT-KICS-2018.

Oqsma ta’ prijorità indirizzati fis-sejħa: EIT Mobiltà Urbana (trasport smart, aħdar u integrat), u l-EIT Manifattura (manifattura b’valur miżjud).

Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-kriterji ta’ valutazzjoni u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti hija disponibbli permezz tal-paġna KICs Call fuq is-sit web tal-EIT: http://eit.europa.eu/collaborate/2018-call-for-kics


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 174.


Rettifika

13.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/20


Rettifika tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 446 tad-29 ta’ Diċembru 2017 )

(2018/C 12/11)

Id-Dikjarazzjoni Konġunta ppubblikata f’paġna 1 għandha taqra kif ġej:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018-2019

Il-ġejjieni tal-Ewropa jinsab f’idejna. Konvinti li l-Unjoni Ewropea hija l-aqwa strument biex niksbu l-objettivi tagħna, ser inkomplu naħdmu flimkien biex l-Unjoni tagħna nagħmluha aktar b’saħħitha, aktar magħquda u aktar demokratika fis-snin li ġejjin.

L-Ewropa qed tirkupra saħħitha u rridu nieħdu vantaġġ minn dan ir-ritmu mġedded. Issa li fadal xi 18-il xahar sal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss, mument demokratiku ċentrali biex il-votanti jivvalutaw kemm hi effettiva l-Unjoni, dan hu ż-żmien li għandna nuru li l-Ewropa tista’ tipprovdi riżultati konkreti liċ-ċittadini tagħha fil-ħin u fejn hu importanti.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017, l-ewwel waħda minn meta dan l-istrument inħoloq permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, uriet il-valur tagħha bħala mezz biex tinżamm l-attenzjoni politika fuq il-proposti ewlenin fejn huma l-aktar meħtieġa riżultati, u għandha tiġġedded għall-perijodu li jkopri sal-elezzjonijiet Ewropej.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li jwettqu aġenda pożittiva għal UE aktar inklużiva u aktar magħquda u qafas finanzjarju ġdid li jħares ’il quddiem għas-snin wara l-2020, b’appoġġ għall-objettivi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat il-bilanċ xieraq bejn il-politiki tal-UE fl-interess taċ-ċittadini. F’konformità ma’ dan is-sens qawwi ta’ twettiq, ser nittrattaw bħala prijorità fil-proċess leġiżlattiv l-inizjattivi msemmijin hawn taħt biex niżguraw progress sostanzjali fihom u, jekk jista’ jkun, inwettquhom qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019:

1.

Nipproteġu aħjar is-sigurtà taċ-ċittadini tagħna, billi niżguraw li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jafu min qed jaqsam il-fruntieri esterni komuni tagħna, sistemi interoperabbli ta’ informazzjoni tal-UE għas-sigurtà, ir-rekords kriminali, il-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, billi nsaħħu l-istrumenti tagħna għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra l-ħasil tal-flus, u billi nsaħħu l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni permezz ta’ Fond Ewropew għad-Difiża;

2.

Nirriformaw u niżviluppaw il-politika tagħna dwar il-migrazzjoni fi spirtu ta’ responsabbiltà u solidarjetà, inkluż r-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż il-mekkaniżmu ta’ Dublin, u l-pakkett dwar il-migrazzjoni legali;

3.

Nagħtu spinta ġdida lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, billi nimmodernizzaw l-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ tal-UE u nagħmlu progress fl-iskrinjar tal-investiment dirett barrani fl-UE, billi ntejbu l-ġestjoni tal-iskart f’ekonomija ċirkolari, billi nkomplu bl-isforzi tagħna għal Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda, u billi nlestu l-Unjoni Bankarja tagħna b’mod li jibbilanċja l-kondiviżjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju;

4.

Nindirizzaw id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea, billi naħdmu fuq it-titjib tal-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, billi nipproteġu l-ħaddiema minn riskji għal saħħithom fuq il-post tax-xogħol, billi niżguraw trattament ġust għal kulħadd fis-swieq tax-xogħol tagħna permezz ta’ regoli modernizzati dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema, u billi ntejbu l-infurzar transkonfinali;

5.

Inwettqu l-impenn tagħna li nimplimentaw Suq Uniku Diġitali kollegat, billi nlestu l-immodernizzar tar-regoli għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, billi nissettjaw standards ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur għall-bejgħ bl-Internet u mill-bogħod ta’ oġġetti kemm diġitali kif ukoll fiżiċi, u billi nsaħħu ċ-ċibersigurtà;

6.

Inwettqu l-objettiv tagħna ta’ Unjoni tal-Enerġija ambizzjuża u politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares ’il quddiem, b’mod partikolari billi nimplimentaw il-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030, billi nkomplu nsegwu l-Ftehim ta’ Pariġi, inkluż b’leġiżlazzjoni dwar enerġija nadifa għall-Ewropej kollha u dwar mobbiltà nadifa;

7.

Inkomplu niżviluppaw il-leġittimità demokratika fil-livell tal-UE, billi ntejbu l-funzjonament tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u billi nżidu t-trasparenza fil-finanzjament tal-partiti politiċi.

Barra minn hekk, naqblu li hemm bżonn isir progress ukoll fil-kwistjonijiet importanti li ġejjin:

Inkomplu bl-impenn tagħna favur il-valuri komuni Ewropej, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, it-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-UE kif ukoll l-impenn konġunt tagħna li nieqfu kontra d-diskriminazzjoni u l-ksenofobija;

Naħdmu lejn politika kummerċjali robusta, miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, bil-konvinzjoni li l-kummerċ jikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ġid u l-impjiegi;

Nindirizzaw il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, kif ukoll niżguraw sistema tat-taxxa li tkun b’saħħitha u ġusta;

Niżguraw li l-protezzjoni soċjali u d-drittijiet soċjali jkunu ġusti u ta’ livell adegwat, kif stabbilit fl-20 prinċipju bażiku tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali;

Insaħħu r-rwol tal-UE fil-protezzjoni u l-ħarsien tal-interessi tagħna lil hinn mill-fruntiera tagħha u fil-kontribut għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-paċi;

Niżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, drittijiet diġitali u standards etiċi filwaqt li naħsdu l-benefiċċji u nevitaw ir-riskji tal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali u r-robotika.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu wkoll li jkomplu jaħdmu fuq il-proposti kollha pendenti.

Filwaqt li nkiseb progress sostanzjali fit-twettiq tal-proposti prijoritarji identifikati fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2017, ninsabu determinati li nlestu x-xogħol li ntrabatna li nagħmlu. Ser inkomplu naħdmu fuq il-proposti ppreżentati sa minn Diċembru 2016. Ser nittrattaw ukoll il-proposti leġiżlattivi li jinsabu fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2018.

Nibqgħu impenjati favur il-promozzjoni tal-implimentazzjoni korretta u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Aħna, bħala l-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea, ser nagħmlu monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni fil-ħin u effiċjenti ta’ din id-Dikjarazzjoni Konġunta.

Antonio TAJANI

President tal-Parlament Ewropew

Jüri RATAS

President tal-Kunsill

Jean-Claude JUNCKER

President tal-Kummissjoni Ewropea

Dikjarazzjoni tal-Kunsill

Fir-rigward tar-referenza fid-dikjarazzjoni konġunta għat-tlestija tal-Unjoni Bankarja, jitfakkru l-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tas-17 ta’ Ġunju 2016 dwar pjan direzzjonali biex titlesta l-Unjoni Bankarja. Il-Kunsill jibqa’ impenjat għal dan il-pjan direzzjonali u jissottolinja l-ħtieġa li titlesta l-Unjoni Bankarja f’termini tat-tnaqqis u l-kondiviżjoni tar-riskji fis-settur finanzjarju, fis-sekwenza adatta, kif jinsab f’dawn il-konklużjonijiet.

Dikjarazzjoni mill-President tal-Parlament Ewropew dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni

Bla preġudizzju għall-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa impenjat favur ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji. F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew jissottolinja l-ħtieġa li jsiru proposti leġiżlattivi komprensivi dwar ir-riżorsi proprji tal-Unjoni flimkien mal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Id-dħul u l-infiq tal-Unjoni għandhom jiġu ttrattati b'mod parallel.