ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 61
12ta' Jannar 2018


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 9/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8723 — Aviva Investors/ERAFP/Place des Halles Shopping Centre) ( 1 )

1

2018/C 9/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària) ( 1 )

1

2018/C 9/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8707 — CPPIB/Allianz/GNF/GNDB) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 9/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2018/C 9/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39740 — Google Search (Shopping) — Relatur: Ċipru

4

2018/C 9/06

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39740 — Google Search (Shopping) — Relatur: Ċipru

5

2018/C 9/07

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (Il-Każ AT.39740 — Google Search (Xiri))

6

2018/C 9/08

Sommarju ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT.39740 — Google Search (Xiri)) (notifikat bin-numru tad-dokument C(2017) 4444)

11


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 9/09

Sejħa għall-proposti 2018 — Programmi sempliċi — Għotjiet għal miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

15

2018/C 9/10

Sejħa Għal Proposti Għall-2018 — Programmi Multipli — Għotjiet għal miżuri ta' għoti informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

32

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 9/11

Avviż rigward il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

50

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2018/C 9/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8715 — CVC/TMF) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

51


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8723 — Aviva Investors/ERAFP/Place des Halles Shopping Centre)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 9/01)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8723. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8731 — COMSA/Mirova/PGGM/Cedinsa Concessionària)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 9/02)

Fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8731. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8707 — CPPIB/Allianz/GNF/GNDB)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 9/03)

Fid-19 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8707. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Jannar 2018

(2018/C 9/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2017

JPY

Yen Ġappuniż

134,19

DKK

Krona Daniża

7,4474

GBP

Lira Sterlina

0,89075

SEK

Krona Żvediża

9,8203

CHF

Frank Żvizzeru

1,1736

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6735

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,547

HUF

Forint Ungeriż

309,43

PLN

Zloty Pollakk

4,1785

RON

Leu Rumen

4,6413

TRY

Lira Turka

4,5648

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5281

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5093

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4002

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6653

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6006

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 282,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9744

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8127

HRK

Kuna Kroata

7,4538

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 102,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,7905

PHP

Peso Filippin

60,589

RUB

Rouble Russu

68,4650

THB

Baht Tajlandiż

38,460

BRL

Real Brażiljan

3,8858

MXN

Peso Messikan

23,3050

INR

Rupi Indjan

76,5335


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39740 — Google Search (Shopping)

Relatur: Ċipru

(2018/C 9/05)

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-fini tal-każ preżenti, is-swieq tal-prodott rilevanti huma s-suq tas-servizzi tat-tiftix ġenerali u s-suq tas-servizzi tat-tqabbil tax-xiri.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-fini tal-każ preżenti, is-swieq ġeografiċi rilevanti għas-servizzi tat-tiftix ġenerali u għas-servizzi tat-tqabbil tax-xiri huma kollha nazzjonali fl-ambitu tagħhom.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Google għandha pożizzjoni dominanti f’kull suq nazzjonali għat-tiftix ġenerali fiż-ŻEE sa mill-2008, minbarra fir-Repubblika Ċeka, fejn Google għandha pożizzjoni dominanti sa mill-2011.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-pożizzjonament u l-wiri aktar favorevoli fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali ta’ Google, għas-servizz ta’ tqabbil tax-xiri tagħha meta mqabbel mas-servizzi ta’ tqabbil tax-xiri li jikkompetu miegħu, jikkostitwixxi abbuż minn pożizzjoni dominanti fit-tifsira tal-Artikolu 102 tat-TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ksur beda f’kull wieħed mit-tlettax-il suq nazzjonali tas-servizzi tat-tiftix ġenerali mill-mument li Google nediet il-Product Universal f’dak is-suq nazzjonali jew, jekk il-Product Universal qatt ma ġie mniedi f’dak is-suq nazzjonali, mill-mument li nediet ix-Shopping Unit f’dak is-suq.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv ma għandu l-ebda osservazzjonijiet jew punti oħra li jitlob lill-Kummissjoni biex toħodhom inkunsiderazzjoni.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Ġunju 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39740 — Google Search (Shopping)

Relatur: Ċipru

(2018/C 9/06)

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa ffissat f’dan il-każ.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u lanqas ma hemm ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li f’dan il-każ jinħtieġ li jiġi impost multiplikatur għad-deterrenza fuq iż-żewġ impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni. Il-maġġoranza tal-Istati Mmebri taqbel. Stat Membru wieħed jastjeni.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa. Il-maġġoranza tal-Istati Mmebri taqbel. Stat Membru wieħed jastjeni.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

(Il-Każ AT.39740 — Google Search (Xiri))

(2018/C 9/07)

INTRODUZZJONI

(1)

L-abbozz ta’ deċiżjoni jirrigwarda l-ippożizzjonar u l-wiri aktar favorevoli minn Google Inc., fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tagħha, tas-servizz tat-tqabbil fix-xiri tagħha stess imqabbel ma’ servizzi oħra ta’ tqabbil fix-xiri li jikkompetu miegħu.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2010, wara li rċeviet diversi lmenti (2), il-Kummissjoni bdiet proċedimenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (3) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (4), fir-rigward ta’ Google Inc., f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għadd ta’ prattiki. Skont l-imsemmi Artikolu 11(6), dan kien jeżenta lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri mill-kompetenza tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn il-prattiki. Bħala riżultat, numru ta’ lmenti ġew trasferiti lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ ċerti Stati Membri (5). Wara l-bidu tal-proċedimenti, il-Kummissjoni rċeviet diversi lmenti oħra (6). F’April 2012, il-Kawżi 39768 (Ciao), 39775 (eJustice/1PlusV), 39845 (VFT), 39863 (BDZV&VDZ), 39866 (Elfvoetbal), 39867 (Euro-Cities/HotMaps), 39875 (nntp.it), 39897 (Microsoft) u 39975 (Twenga) ġew magħquda mal-Każ 39740 (Foundem). Id-dokumenti li kienu ġew reġistrati f’dawn il-każijiet sussegwentement ġew imqiegħda f’fajl uniku bin-numru tal-każ 39740 – Google Search. Il-Kummissjoni kompliet il-proċedura bin-numru tal-każ 39740.

(3)

Fit-13 ta’ Marzu 2013, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni indirizzat valutazzjoni preliminari lil Google Inc. (il-“Valutazzjoni Preliminari”), li fiha l-Kummissjoni esprimiet tħassib li Google Inc. jista’ jkun li qiegħda tikser l-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE permezz, fost prattiki ta’ negozju oħrajn, tat-trattament favorevoli, fil-paġni ta’ tiftix ġenerali ta’ Google Inc., ta’ links għas-servizzi ta’ tiftix speċjalizzati ta’ Google Inc. stess meta mqabbla ma’ links għal servizzi ta’ tiftix speċjalizzati li jikkompetu magħhom.

(4)

Google Inc., filwaqt li ċaħdet li kien hemm xi prattiki kummerċjali koperti mill-Valutazzjoni Preliminari li kienu jiksru l-Artikolu 102 tat-TFUE jew l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, ippreżentat impenji biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ dawn il-prattiki. Google Inc. ressqet l-ewwel sett ta’ impenji lill-Kummissjoni fit-3 ta’ April 2013, sett ieħor ta’ impenji fil-21 ta’ Ottubru 2013 u t-tielet sett fil-31 ta’ Jannar 2014.

(5)

Bejn is-27 ta’ Mejju 2014 u l-11 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni bagħtet ittri skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 lill-ilmentaturi li kienu ressqu lment qabel is-27 ta’ Mejju 2014 (iktar ’il quddiem l-“ittri tal-Artikolu 7(1)”) (7). F’dawn l-ittri, il-Kummissjoni ppreżentat il-valutazzjoni proviżorja tagħha li t-tielet sett ta’ impenji jista’ jindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni espress fil-Valutazzjoni Preliminari u li, għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tiċħad l-ilmenti tagħhom. (8)

(6)

Bosta mid-destinatarji tal-Ittri tal-Artikolu 7(1) qiesu li ma kinux irċevew biżżejjed aċċess, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, għad-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-istima provviżorja tagħha. Huma talbu aċċess għal dawn id-dokumenti skont l-Artikolu 7(2)(b) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. B’risposta għal dawn it-talbiet, l-Uffiċjal tas-Smigħ iċċara li d-drittijiet proċedurali tal-ilmentaturi mhumiex estensivi daqs id-drittijiet tad-difiża ta’ impriżi suġġetti għal investigazzjoni mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, id-dritt tal-aċċess tad-destinatarji tal-Ittri tal-Artikolu 7(1) ma għandux l-istess portata bħad-dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni mogħti lil destinatarji ta’ dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet. Madankollu, billi l-Ittri tal-Artikolu 7(1) kienu bbażaw ruħhom speċifikament fuq il-Valutazzjoni Preliminari (9), l-Uffiċjal tas-Seduta kkunsidra li verżjoni redatta tal-Valutazzjoni Preliminari kellha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-destinatarji tal-Ittri tal-Artikolu 7(1). Dan l-aċċess imbagħad kien ipprovdut mid-DĠ Kompetizzjoni fuq talba tal-Uffiċjal tas-Seduta.

(7)

Id-destinatarji tal-Ittri tal-Artikolu 7(1) taw il-fehmiet tagħhom bil-miktub (10). Wara li analizzat l-opinjonijiet ta’ dawn l-ilmentaturi, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kinitx f’pożizzjoni li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tirrendi vinkolanti t-tielet sett ta’ impenji u tikkonkludi li ma kienx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ressqet dan għall-attenzjoni ta’ Google Inc. fl-4 ta’ Settembru 2014.

ID-DIKJARAZZJONI TA’ OĠĠEZZJONIJIET

(8)

Fil-15 ta’ April 2015, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) li stabbilixxiet il-konklużjoni preliminari tagħha li l-ippożizzjonar u l-wiri aktar favorevoli minn Google Inc., fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tagħha, tas-servizz ta’ tqabbil tax-xiri tagħha meta mqabbel mas-servizzi ta’ tqabbil tax-xiri kompetituri jikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti u huwa inkompatibbli mal-Artikolu 102 tat-TFUE u mal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE.

(9)

Aċċess għall-fajl ġie pprovdut lil Google Inc. fis-27 ta’ April 2015 permezz ta’ DVD kriptat. Proċeduri tal-kamra tad-dejta ġew organizzati f’Ġunju u Lulju 2015 (11). Google Inc. għamlet talba skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE għal aċċess għal ċerta dejta ta’ natura simili għad-dejta li l-aċċess għaliha ġie pprovdut permezz tal-proċeduri tal-kamra tad-dejta iżda li ma kienx ġie pprovdut aċċess għaliha b’dan il-mod. Wara l-intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ, intbagħtu ittri mid-DĠ Kompetizzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE lill-fornituri tad-dejta kkonċernati, li infurmawhom bir-raġunijiet għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddivulga d-dejta tagħhom permezz ta’ proċedura tal-kamra tad-dejta. Wara l-assenza ta’ oġġezzjonijiet min-naħa tal-fornituri tad-dejta kkonċernati fil-limitu ta’ żmien stabbilit, il-proċedura tal-kamra tad-dejta sussegwentement ġiet implimentata.

(10)

Google Inc. għamlet ukoll talba lill-Uffiċjal tas-Seduta skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE għal aċċess għal (i) ċerti partijiet tar-rapport tal-kamra tad-dejta mħejji mill-konsulenti esterni tagħha bħala parti mill-proċedura tal-kamra tad-dejta; u (ii) il-verżjoni sħiħa tat-tweġiba għal talba partikolari mill-Kummissjoni għall-informazzjoni (“RFI”). Wara l-intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ, ingħata aċċess għal verżjoni ta’ dawk il-partijiet tar-rapport tal-kamra tad-dejta li kienu redatti sostanzjalment inqas u li kienu sinifikanti biżżejjed għall-finijiet tal-eżerċizzju korrett tad-dritt ta’ Google Inc. sabiex tinstema’. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tweġiba tar-RFI, fuq talba tal-Uffiċjal tas-Seduta, id-DĠ Kompetizzjoni l-ewwel kiseb mingħand ir-rispondent tar-RFI ikkonċernat verżjoni anqas redatta tat-tweġiba tiegħu li setgħet tinqasam ma’ Google Inc., li ġiet maqsuma b’dan il-mod. It-tieni nett, id-DĠ Kompetizzjoni informa lil dan ir-rispondent, skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, bir-raġunijiet għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddivulga l-informazzjoni li għadha redatta f’verżjoni anqas redatta permezz ta’ ċirku tal-kunfidenzjalità magħmul minn ċerti membri tal-konsulenza legali esterna ta’ Google Inc. Wara l-assenza ta’ oġġezzjonijiet min-naħa ta’ dan ir-rispondent tar-RFI, u malli l-Kummissjoni rċeviet impenji ta’ kunfidenzjalità xierqa, dan ġie implimentat.

(11)

Google Inc. wieġbet għad-DO fis-27 ta’ Awwissu 2015. Hija ma talbitx smigħ orali.

ID-DIKJARAZZJONI SUPPLIMENTARI TAL-OĠĠEZZJONIJIET

(12)

Fl-14 ta’ Lulju 2016 (12), b’segwitu għar-riorganizzazzjoni ta’ Google Inc. u għall-ħolqien ta’ Alphabet Inc., bħala kumpanija holding ikkostitwita iktar ’il fuq minn Google Inc., il-Kummissjoni bdiet proċedimenti fir-rigward ta’ Alphabet Inc. Fl-istess data, il-Kummissjoni indirizzat dikjarazzjoni supplimentari ta’ oġġezzjonijiet (“DSO”) lil Google Inc. u lil Alphabet Inc. (iktar’ il quddiem, flimkien “Google”), li magħha kienet annessa DO (13). Id-DO ġiet ukoll indirizzata lil Alphabet Inc.

(13)

Fost affarijiet oħra, id-DSO tesponi r-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni marret lura għall-proċedura skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jindika li dan kien mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni jekk kellhiex dan l-obbligu.

(14)

L-aċċess għall-fajl kien provdut lil Google fis-27 ta’ Lulju 2016 permezz ta’ DVD kriptat. Ġiet organizzata proċedura tal-kamra tad-dejta, li bdiet mill-14 ta’ Settembru 2016.

(15)

Fis-26 ta’ Settembru 2016, Google indirizzat talba lili skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, fejn talbet aktar aċċess għal 20 dokument u fejn indikat ir-rieda tagħha li taċċetta divulgazzjoni ristretta, fejn ikun meħtieġ, permezz ta’ proċeduri tal-kamra tad-dejta jew ċrieki tal-kunfidenzjalità. Wara l-intervent tiegħi, ġew divulgati verżjonijiet anqas redatti, f’xi każijiet permezz ta’ proċedura tal-kamra tad-dejta (li bdiet fis-27 ta’ Ottubru 2016) jew proċeduri taċ-ċirku tal-kunfidenzjalità li bihom ingħata aċċess biss lil konsulenti esterni speċifikati maħtura minn Google biex jeżaminaw dawn id-dokumenti f’isimha.

(16)

Fit-3 ta’ Novembru 2016, Google wieġbet għad-DSO. Hija ma talbitx smigħ orali.

L-ITTRA TAL-FATTI

(17)

Fit-28 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni indirizzat Ittra tal-Fatti lil Google. Fl-1 ta’ Marzu 2017, l-aċċess għall-fajl ta’ wara d-DSO ġie pprovdut lil Google permezz ta’ CD kriptat. Proċedura tal-kamra tad-dejta ġiet implimentata mit-13 ta’ Marzu 2017 f’dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni li ġie allegat mill-fornituri tagħha li kienet kunfidenzjali iżda li għaliha huma kienu aċċettaw aċċess ristrett permezz ta’ proċedura tal-kamra tad-dejta.

(18)

Fl-20 ta’ Marzu 2017, Google għamlet talba lili skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE fejn talbet aċċess ulterjuri għal (i) ċerti (partijiet) redatti ta’ dokumenti li ġew ipprovduti lil Google bħala parti mill-aċċess għall-fajl ta’ wara d-DSO jew f’ċirku tal-kunfidenzjalità wara l-intervent tiegħi fl-2016 u (ii) noti ta’ laqgħat ma’ ċerti partijiet terzi, b’mod partikolari ilmentaturi, li kienu aktar mimlija minn dawk diġà pprovduti lil Google. Jien irrifjutajt it-talba ta’ Google f’dak li għandu x’jaqsam ma’ (i) l-kunsiderazzjoni li l-aċċess għall-partijiet redatti tad-dokumenti ma kienx neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju effettiv tad-dritt għal smigħ ta’ Google, u f’dak li għandu x’jaqsam ma’ (ii) li ma kinux jeżistu noti aktar mimlija bħal dawn fil-fajl tal-Kummissjoni (14).

(19)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, Google indirizzat ittra lili li permezz tagħha talbet li l-Kummissjoni tirtira l-Ittra ta’ Fatti tat-28 ta’ Frar 2017 u toħroġ jew dikjarazzjoni supplimentari tal-oġġezzjonijiet jew ittra ta’ fatti ġdida. Fid-dawl tar-rekwiżit skont l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE li kull kwistjoni rigward l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati għandha l-ewwel titqajjem mad-DĠ Kompetizzjoni, jiena rreferejt il-kwistjoni lid-DĠ Kompetizzjoni, li wieġeb lil Google fil-31 ta’ Marzu 2017.

(20)

Fit-2 ta’ April 2017, Google indirizzatat lili email bl-għan li tikseb aċċess għal ċerti partijiet tar-rapport tal-kamra tad-dejta mfassal mill-konsulenti esterni ta’ Google bħala parti mill-proċedura tal-kamra tad-dejta li bdiet fit-13 ta’ Marzu 2017, li tinkludi informazzjoni li ġiet meqjusa kunfidenzjali mid-DĠ Kompetizzjoni iżda li ġiet meqjusa bħala mhux kunfidenzjali mill-konsulenti esterni ta’ Google. Wara l-intervent tiegħi, il-kamra tad-dejta reġgħet infetħet fis-6 ta’ April 2017, primarjament biex il-konsulenti esterni ta’ Google, jekk jagħżlu hekk, ikunu jistgħu jipproduċu rapporti tal-kamra tad-dejta riveduti. Sabiex tiġi rispettata n-natura prima facie kunfidenzjali tal-informazzjoni, dawk l-argumenti li ma setgħux isiru b’mod mhux kunfidenzjali saru f’verżjoni kunfidenzjali tar-rapport tal-kamra tad-dejta għall-fajl tal-Kummissjoni. Fit-18 ta’ April 2017, Google ippreżentat it-tweġiba tagħha għall-Ittra tal-Fatti.

PARTEĊIPAZZJONI TA’ ILMENTATURI U PARTIJIET TERZI INTERESSATI FIL-PROĊEDIMENTI

(21)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, dawk l-ilmentaturi li l-ilmenti tagħhom kienu jikkonċernaw kwistjonijiet li jirrigwardaw id-DO jew id-DSO ġew ipprovduti b’verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dawn.

(22)

Għadd ta’ persuni ġew ammessi mill-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti bħala persuni terzi interessati wara li wrew interess suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 kif ukoll l-Artikolu 5(1), (2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE (15). Huma ġew infurmati dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedimenti skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, u ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub. Applikant minnhom ma pprovdiex aktar sottomissjonijiet bil-miktub bħala tweġiba għal ittra skont l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE li infurmatu bir-raġunijiet għalfejn l-Uffiċjal tas-Seduta qies li huwa ma kienx ipprova interess suffiċjenti sabiex jinstema’.

ESTENSJONIJIET

(23)

L-Uffiċjal tas-Seduta ġie indirizzat b’talbiet għal estensjonijiet tal-limiti taż-żmien stabbiliti mill-Kummissjoni għat-tweġibiet għad-DO, għad-DSO, għall-Ittra ta’ Fatti, għal talba għall-informazzjoni b’deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, għall-Ittri tal-Artikolu 7(1), u għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-DO. L-Uffiċjal tas-Seduta, wara li sema’ lid-direttur responsabbli, evalwa dawn it-talbiet u, fejn xieraq, meta wieħed iżomm f’moħħu d-dispożizzjonijiet applikabbli, estenda l-limiti ta’ żmien.

IL-PUNTI PROĊEDURALI MQAJMA MINN GOOGLE FIT-TWEĠIBIET TAGĦHA

(24)

It-tweġibiet għad-DO u d-DSO fihom numru ta’ argumenti li huma ddikjarati li jiddeskrivu nuqqasijiet proċedurali fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

(25)

Kemm fit-tweġiba għad-DO kif ukoll f’dik għad-DSO, ġie argumentat li l-Kummissjoni kienet obbligata li tispjega r-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni ddevjat mill-proċedura tal-impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u minflok ħarġet dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet. Irrispettivament minn jekk il-Kummissjoni għandhiex dan l-obbligu, kif ġie rrilevat fil-paragrafu (13) hawn fuq, il-Kummissjoni fi kwalunkwe każ ipprovdiet dawn ir-raġunijiet fid-DSO.

(26)

Fit-tweġiba għad-DO, huwa sostnut li d-DO naqset milli tipprovdi raġunijiet u evidenza adegwati għall-konklużjonijiet tagħha rigward it-tul ta’ żmien u l-ambitu ġeografiku tal-ksur allegat, liema allegati nuqqasijiet it-tweġiba ddeskriviet bħala nuqqas proċedurali. Ma jidhirlix, anki jekk id-DO kellha dawn in-nuqqasijiet, li dawn għandhom effett fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ta’ Google. Id-DO fih l-elementi essenzjali użati kontra Google, inklużi l-fatti, il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-fatti u l-provi li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni f’dak l-istadju tal-proċeduri, b’tali mod li Google setgħet tippreżenta l-argumenti tagħha b’mod effettiv fil-proċedimenti amministrattivi mressqa kontriha (16).

(27)

Bl-istess mod, fir-risposta tagħha għad-DSO, Google issostni: (i) id-DSO ma analizzatx kif suppost l-evidenza u għaldaqstant kisret id-dritt ta’ Google għal proċess amministrattiv tajjeb; (ii) id-DSO ma spjegatx sew it-tħassib preliminari jew ir-rimedju propost u ma pprovdietx valutazzjoni ġuridika tal-evidenza elenkata u, għaldaqstant, kisret id-drittijiet tad-difiża ta’ Google; u (iii) id-DSO ma tipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni għar-rekwiżit tar-rimedju tagħha. Eżaminajt dawn l-argumenti u d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan il-kawża, u wasalt għall-konklużjoni li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ta’ Google ġie rispettat. Fil-bażi tagħhom, il-kwistjonijiet imqajma fl-argumenti ta’ Google huma kwistjonijiet ta’ sustanza u ninnota li dawn ġew indirizzati fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

(28)

Google issostni wkoll fit-tweġiba tagħha għad-DSO li l-Kummissjoni naqset li tipprovdi lil Google b’minuti informattivi biżżejjed tal-laqgħat mal-ilmentaturi. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea madankollu ma ddeċidietx speċifikament li l-Kummissjoni hi obbligata tfassal, jew tagħmel aċċessibbli, minuti ta’ laqgħat jew konverżazzjonijiet telefoniċi f’każ li l-Kummissjoni ma tkunx beħsiebha toqgħod fuq l-informazzjoni ddivulgata f’dawk il-laqgħat jew konverżazzjonijiet (17). L-abbozz ta’ deċiżjoni ma jiddependix fuq xi informazzjoni bħal din. Barra minn hekk, Google ma ssuġġerietx u ma indikatx li xi informazzjoni li tiskaġuna ġiet żvelata f’dawn il-laqgħat jew konverżazzjonijiet, jew speċifikat il-provi li jiskaġunaw imfittxija bħala rilevanti għall-finijiet ta’ dan il-każ (18). Il-Kummissjoni xorta waħda ħejjiet noti fil-qosor tal-laqgħat u tal-konverżazzjonijiet bl-ismijiet tal-partijiet u s-suġġetti koperti, u pprovdiet aċċess għalihom, sal-limitu li hu konsistenti mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra. Fil-qafas tal-eżerċizzju tal-aċċess għall-fajl, il-Kummissjoni ddivulgat lil Google wkoll kull dokument li ġie pprovdut minn individwi jew impriżi fil-kuntest ta’ tali laqgħat jew konverżazzjonijiet telefoniċi.

ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

(29)

Il-Kummissjoni, wara li semgħet lil Google bil-miktub, hija tal-fehma fl-abbozz ta’ deċiżjoni li permezz tal-pożizzjonament u l-wiri b’mod aktar favorevoli, fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali ta’ Google Inc. tas-servizz tat-tqabbil tax-xiri tagħha stess meta mqabbel ma’ servizzi ta’ tqabbil rivali, l-impriża li tikkonsisti minn Google Inc. u wkoll, mit-2 ta’ Ottubru 2015, minn Alphabet Inc., kisret l-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE. Hija tordna lil din l-impriża sabiex ittemm il-ksur u biex iżomm lura minn kull prattika li jista’ jkollha għan jew effett identiku jew ekwivalenti. Hija timponi multa.

(30)

Skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt l-abbozz tad-deċiżjoni sabiex nikkunsidra jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jistqarru l-opinjonijiet tagħhom. Il-konklużjoni tiegħi hija li dan huwa l-każ.

(31)

B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat f’dan il-każ.

Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2017.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Skont l-ordni tal-wasla għand il-Kummissjoni, dawn l-ilmenti ġew minn Infederation Ltd (minn hawn ’il quddiem “Foundem”); Ciao GmbH (minn hawn ’il quddiem “Ciao”) (wara allokazzjoni mill-ġdid lill-Kummissjoni mill-Bundeskartellamt (il-Ġermanja) skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fin-Netwerk tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 43); eJustice.fr (“eJustice”) liema lment aktar tard ġie ssupplimentat mill-kumpanija omm ta’ eJustice, 1plusV, li ngħaqdet miegħu; u Verband freier Telefonbuchverleger (“VFT”).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(5)  L-ilmenti ġew riallokati mill-Bundeskartellamt (ilmenti minn Euro-Cities AG (iktar ’il quddiem “Euro-Cities”); Hot Maps Medien GmbH (‘Hot Maps’); ilment konġunt mill-Bundesverband Deutscher Zeitungsverleger (“BDZV”) u l-Verband Deutscher Zeitschriftenverleger (“VDZ”) u l-Autorità della Concorrenza e del Mercato (l-Italja) (ilment mis-Sur Sessolo (“nntp.it”)).

(6)  Skont l-ordni tal-wasla għand il-Kummissjoni, dawn l-ilmenti ġew mingħand Elf B.V. (“Elf”); Microsoft Corporation (“Microsoft”); La Asociación de Editores de Diarios Españoles (“AEDE”); Twenga SA (“Twenga”); Streetmap EU Ltd (“Streetmap”); Expedia Inc. (“Expedia”); Odigeo Group (“Odigeo”); Tripadvisor Inc. (“Tripadvisor”); ilment konġunt mingħand Nextag Inc. (“Nextag”) u Guenstiger.de GmbH (“Guenstiger”); Visual Meta GmbH (“Visual Meta”); u l-Initiative for a Competitive Online Marketplace (“ICOMP”) li aktar tard issupplimentat dan l-ilment.

(7)  Il-Kummissjoni rċeviet ukoll ilmenti mingħand il-Bureau européen des unions de consommateurs AISBL (“BEUC”); l-Open Internet Project (“OIP”) u Deutsche Telekom AG (iktar’ il quddiem “Deutsche Telekom”) qabel dik id-data. Fis-27 ta’ Mejju 2014 jew wara dik id-data, iżda qabel il-15 ta’ April 2015, il-Kummissjoni rċeviet ilmenti mingħand Yelp Inc. (“Yelp”); HolidayCheck AG (“HolidayCheck”); u Trivago GmbH (“Trivago”).

(8)  L-ebda Ittra tal-Artikolu 7(1) ma ntbagħtet lil ilmentatur wieħed li għalih din ma kenitx tapplika.

(9)  Ara l-paragrafu (3) hawn fuq.

(10)  Streetmap u nntp.it. ma pprovdewx osservazzjonijiet bil-miktub għall-Ittri tal-Artikolu 7(1) indirizzati lilhom fit-terminu ta’ żmien stabbilit u, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, l-ilmenti tagħhom huma għalhekk meqjusa li ġew irtirati.

(11)  Proċedura tal-kamra tad-dejta hija forma ristretta ta’ aċċess li permezz tagħha l-informazzjoni tkun żvelata lil numru limitat ta’ konsulenti speċifikati għal perjodu ta’ żmien limitat f’kamra mgħammra b’miżuri tas-sigurtà fil-bini tal-Kummissjoni, u soġġett għal għadd ta’ restrizzjonijiet u salvagwardji biex jiġi evitat li informazzjoni kunfidenzjali tiġi divulgata lil hinn mill-kamra tad-dejta. Id-DĠ għall-Kompetizzjoni ħareġ l-Aħjar Prattiki dwar l-iżvelar tal-informazzjoni fil-kmamar tad-dejta u ppubblika wkoll fuq is-sit web tiegħu Regoli Standard għall-Kmamar tad-Dejta u Ftehimiet Standard ta’ Non-Divulgazzjoni għall-proċeduri tal-kmamar tad-dejta.

(12)  Fid-data tad-DO jew wara, ġew riċevuti lmenti mingħand News Corporation (“News Corp”); Tradecomet.com Ltd u Tradecomet LLC (flimkien, “Tradecomet”); VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheberund Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH (“VG Media”); ilment ieħor mingħand News Corp; Getty Images, Inc. (“Getty”); u Promt GmbH (“Promt”). Żewġ ilmenti, mingħand Microsoft u Ciao, ġew irtirati.

(13)  Fid-19 ta’ Lulju 2016, wara riorganizzazzjoni tax-xogħol bejn l-Uffiċjali tas-Seduta, sirt l-Uffiċjal tas-Seduta responsabbli għall-każ, minflok is-Sur Wouter Wils.

(14)  Jeżistu noti aktar mimlija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ laqgħat ma’ parti anonima. L-informazzjoni redatta tista’ tiżvela l-identità ta’ din il-parti, u jien ikkunsidrajt li aktar aċċess għal din l-informazzjoni ma kienx meħtieġ għall-eżerċizzju effettiv tad-dritt għal smigħ ta’ Google.

(15)  L-uffiċjal tas-Seduta ammetta bħala persuni terzi interessati lil dawn li ġejjin: Twenga*; MoneySupermarket.com Group PLC (“MoneySupermarket”); BEUC*; Organización de Consumidores y Usuarios (“OCU”) (OCU aktar tard infurmat lill-Kummissjoni li ma kenitx għadha tixtieq titqies bħala persuna terza interessata u Google ġiet infurmata b’dan); Company AC; FairSearch Europe (“FairSearch”); SARL Acheter moins cher (“Acheter moins cher”); S.A. LeGuide.com (“LeGuide”); Kelkoo SAS (“Kelkoo”); Getty*; Myriad International Holdings B.V. (“MIH”); u l-European Technology & Travel Services Association (“ETTSA”). Dawk il-persuni mmarkati b’* sussegwentement ippreżentaw ilmenti u minn hemm’ il quddiem ġew trattati bħala ilmentatur.

(16)  Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza f’Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-299/08, EU:T:2011:217, il-paragrafi 134-136 u l-ġurisprudenza ċċitata).

(17)  Ara, pereżempju, is-sentenza f’Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni (T-191/98 u T-212/98, T-214/98, EU:T:2003:245, il-paragrafi 351–352).

(18)  Ara s-sentenza f’Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni (il-paragrafu 358).


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/11


Sommarju ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Ġunju 2017

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ AT.39740 — Google Search (Xiri))

(notifikat bin-numru tad-dokument C(2017) 4444)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2018/C 9/08)

Fis-27 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li l-pożizzjoni u d-dehra iktar favorevoli minn Google Inc. (“Google”), fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tagħha, lis-servizz tagħha stess ta' tqabbil tax-xiri meta mqabbla ma' rivali tas-servizzi ta' tqabbil tax-xiri, jiksru l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Id-Deċiżjoni tordna lill-Google u l-kumpanija prinċipali tagħha, Alphabet Inc. (“Alphabet”) biex itemmu immedjatament il-ksur imsemmi, u timponi multa fuq Alphabet Inc. u Google Inc. għall-aġir abużiv fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum.

(2)

Fl-20 ta' Ġunju 2017 u s-26 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjonijiet favorevoli dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u dwar il-multa imposta fuq Alphabet u Google.

2.   DEFINIZZJONI TAS-SUQ U TAL-POŻIZZJONI DOMINANTI

(3)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-swieq tal-prodott rilevanti għall-fini ta' dan il-każ huma s-suq għal servizzi ta' tiftix ġenerali u s-suq tas-servizzi ta' tqabbil tax-xiri.

(4)

Il-forniment ta' servizzi ta' tiftix ġenerali jikkostitwixxu suq tal-prodott distint, għaliex (i) jikkostitwixxi attività ekonomika, (ii) hemm sostitwibbiltà limitata mil-lat tad-domanda u sostitwibbiltà limitata mil-lat tal-provvista bejn servizzi ta' tiftix ġenerali u servizzi oħra online, u (iii) din il-konklużjoni ma tinbidilx jekk servizzi ta' tiftix ġenerali fuq apparati statiċi kontra apparat mobbli huma kkunsidrati.

(5)

Il-forniment ta' servizzi ta' tqabbil tax-xiri jikkostitwixxi s-suq tal-prodott rilevanti. Dan għaliex tas-servizzi ta' tqabbil tax-xiri ma humiex interkambjabbli ma' servizzi offruti minn: (i) servizzi ta' tiftix speċjalizzati f'suġġetti differenti (bħal, pereżempju, titjiriet, lukandi, ristoranti, jew aħbarijiet); (ii) pjattaformi ta' reklamar fit-tiftix online; (iii) il-bejjiegħa bl-imnut fuq l-Internet; (iv) pjattaformi merkantili; u (v) għodod ta' tqabbil għax-xiri offline.

(6)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-swieq ġeografiċi rilevanti għal tiftix ġenerali u tas-servizzi ta' tqabbil huma nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

Il-pożizzjoni dominanti ta' Google fit-tiftix ġenerali

(7)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li mill-2007, Google għandha pożizzjoni dominanti f'kull suq nazzjonali għal tiftix ġenerali fiż-ŻEE, minbarra fir-Repubblika Ċeka, fejn Google għandha pożizzjoni dominanti sa mill-2011.

(8)

Din il-konklużjoni hija bbażata fuq l-ishma mis-suq ta' Google, l-eżistenza ta' ostakli għall-espansjoni u għad-dħul, il-frekwenza baxxa ta' hosting multiplu tal-utenti u l-eżistenza tal-effetti tal-marka u n-nuqqas ta' poter ta' kontrobilanċ min-naħa tax-xerrej. Il-konklużjoni tgħodd minkejja li tiftix ġenerali huwa offrut b'xejn u irrispettivament minn jekk tiftixa ġenerali fuq apparati statiċi tikkostitwixxix suq distint minn tiftix ġenerali fuq apparati mobbli.

3.   ABBUŻ MINN POŻIZZJONI DOMINANTI

(9)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Google kkommettiet abbuż fis-swieq rilevanti għal tiftix ġenerali fiż-ŻEE permezz tal-pożizzjonament u permezz ta' wiri b'mod aktar favorevoli, fil-paġni tar-riżultati ta' tiftix ġenerali tagħha, bis-servizz tagħha ta' tqabbil tax-xiri mqabbel ma' servizzi oħra ta' tqabbil tax-xiri kompetituri tagħha.

(10)

L-imġiba ta' Google hija abbużiva għaliex: (i) tiddevja t-traffiku mis-servizzi ta' tqabbil tax-xiri kompetituri tagħha lejn is-servizz ta' tqabbil tax-xiri tal-Google stess, fis-sens li jonqos it-traffiku mill-paġni tar-riżultati ġenerali tal-Google lejn servizzi ta' tqabbil tax-xiri kompetituri u jiżdied it-traffiku mill-paġni tar-riżultati tal-Google lejn is-servizz ta' tqabbil tax-xiri tal-Google stess; u (ii) hija kapaċi li jkollha, jew li aktarx ikollha effetti kontra l-kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali għas-servizzi tat-tqabbil tax-xiri u s-servizzi tat-tiftix ġenerali.

L-imġiba tal-Google: aktar pożizzjonament u wiri favorevoli fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tagħha tas-servizz tat-tqabbil tax-xiri tagħha stess

(11)

Id-Deċiżjoni tispjega l-mod kif il-pożizzjonijiet u l-wirjiet tal-Google kienu iktar favorevoli fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tagħha, meta jitqabbel is-servizz ta' tqabbil tax-xiri tagħha mas-servizzi kompetituri tat-tqabbil tax-xiri.

(12)

L-ewwel nett, huwa spjegat kif is-servizzi kompetituti tat-tqabbil tax-xiri huma ppożizzjonati u murija fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tal-Google. F'dak li jirrigwarda l-pożizzjoni tagħhom, id-Deċiżjoni tispjega kif ċerti algoritmi dedikati jirrendu s-servizzi kompetituri tat-tqabbil tax-xiri suxxettibbli li jkollhom il-klassifikazzjoni tagħhom imnaqqsa fil-paġni tar-riżultati tat-tqabbil tax-xiri tal-Google u kif dan affettwa l-viżibbiltà tagħhom fil-paġni tar-riżultati ta' tiftix ġenerali tal-Google. Fir-rigward tal-wiri tagħhom, id-Deċiżjoni tispjega l-format li bih is-servizzi kompetituri ta' tqabbil tax-xiri jistgħu jintwerew fir-riżultati ta' tiftix ġenerali tal-Google.

(13)

It-tieni nett, huwa spjegat kif is-servizz ta' tqabbil tax-xiri tal-Google stess huwa mqiegħed u muri fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix ġenerali tal-Google. Fir-rigward tal-ippożizzjonar tiegħu, id-Deċiżjoni tispjega li s-servizz tal-Google huwa ppożizzjonat b'mod prominenti u mhux soġġett għal algoritmi speċifiċi li jagħmlu s-servizzi kompetituri ta' tqabbil tax-xiri suxxettibbli biex titnaqqas il-klassifikazzjoni tagħhom fil-paġni tat-tiftix ġenerali tal-Google. Fir-rigward tal-wiri tiegħu, id-Deċiżjoni tispjega li s-servizz tal-Google stess ta' tqabbil tax-xiri huwa muri b'aktar enfasi fuq jew qrib in-naħa ta' fuq tal-ewwel paġna tat-tiftix ġenerali, filwaqt li dawn il-karatteristiċi huma inaċċessibbli għar-rivali tagħha.

L-ippożizzjonar u l-wiri aktar favorevoli tal-Google tas-servizz tagħha stess ta' tqabbil tax-xiri jbiegħed it-traffiku mis-servizzi kompetituri tat-tqabbil tax-xiri.

(14)

Id-Deċiżjoni l-ewwel tanalizza l-influwenza fuq l-imġiba tal-utent tal-pożizzjoni u l-wiri tar-riżultati tat-tiftix ġeneriku. Hija turi li l-utenti għandhom it-tendenza li jagħfsu aktar fuq il-links li jkunu aktar viżibbli fuq il-paġna tar-riżultati tat-tiftix ġenerali.

(15)

Id-Deċiżjoni mbagħad tanalizza l-evoluzzjoni reali tat-traffiku lejn is-servizzi kompetituri tat-tqabbil tax-xiri, li tikkonferma s-sejbiet tagħha dwar l-imġiba tal-utent.

(16)

L-ewwel nett, hemm evidenza li turi li l-influwenza immedjata tal-klassifikazzjoni tar-riżultati tat-tiftix ġeneriku fil-Google Search fuq ir-rata tal-click-through fuq dawn ir-riżultati tat-tiftix.

(17)

It-tieni nett, il-Kummissjoni qabblet l-evoluzzjoni tal-viżibbiltà tas-servizzi kompetituri importanti tat-tqabbil tax-xiri kif ikkalkulata mill-kumpanija indipendenti Sistrix u l-evoluzzjoni tat-traffiku tat-tiftix ġeneriku mill-Google lejn dawn is-servizzi.

(18)

It-tielet nett, il-provi inklużi fil-fajl tal-Kummissjoni jindikaw li l-ippożizzjonar u l-wiri aktar favorevoli tas-servizz tal-Google ta' tqabbil tax-xiri fil-paġni tar-riżultati ta' tiftix ġenerali wasslu għal żieda fit-traffiku għal dan is-servizz.

(19)

Ir-raba' nett, il-provi li jinsabu fil-fajl dwar l-evoluzzjoni reali tat-traffiku għas-servizz tal-Google ta' tqabbil tax-xiri jikkonfermaw li aktar ma l-pożizzjoni u l-wiri jkunu prominenti fil-paġni tal-Google tar-riżultati ta' tiftix ġenerali, iktar jiggwadanja traffiku.

It-traffiku ta' tiftix ġeneriku mill-paġni ta' riżultati ta' tiftix ġenerali tal-Google jirrappreżenta proporzjon kbir tat-traffiku tas-servizzi kompetituri tat-tqabbil tax-xiri u ma jistax jiġi sostitwit faċilment

(20)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li t-traffiku tat-tiftix ġenerali mill-paġni tar-riżultati ta' tiftix ġenerali tal-Google, jiġifieri s-sors tat-traffiku li ttieħed mis-servizzi kompetituri tat-tqabbil tax-xiri, jammonta għal proporzjon kbir ta' traffiku lejn dawn is-servizzi.

(21)

Hija tikkonkludi wkoll li l-ebda wieħed mis-sorsi alternattivi eżistenti tat-traffiku attwalment disponibbli għas-servizzi kompetituri ta' tqabbil tax-xiri, inklużi t-traffiku minn AdWords, l-applikazzjonijiet tat-telefown ċellulari, jista' effettivament jieħu post it-traffiku tat-tiftix ġeneriku mill-paġni tar-riżultati ta' tiftix ġenerali tal-Google.

L-imġiba ta' Google għandha effetti potenzjalment kontra l-kompetizzjoni

(22)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-imġiba ta' Google għandha għadd ta' effetti kontra l-kompetizzjoni potenzjali.

(23)

L-ewwel nett, l-imġiba ta' Google għandha l-potenzjal li teskludi s-servizzi kompetituri ta' tqabbil tax-xiri, li jistgħu jwasslu għal tariffi ogħla għan-negozjanti, prezzijiet ogħla għall-konsumaturi, u inqas innovazzjoni.

(24)

It-tieni nett, l-imġiba ta' Google x'aktarx li jnaqqas il-ħila tal-konsumaturi li jaċċessaw l-aktar servizzi relevanti ta' tqabbil tax-xiri.

(25)

It-tielet nett, l-imġiba ta' Google jista' wkoll ikollha effetti potenzjalment kontra l-kompetizzjoni anki jekk is-servizzi ta' tqabbil tax-xiri ma kienx jikkostitwixxux suq ta' prodott rilevanti distint, iżda pjuttost bħala settur usa' possibbli tas-suq tal-prodott rilevanti li tinkludi kemm is-servizzi ta' tqabbil tax-xiri u pjattaformi merkantili.

Ġustifikazzjonijiet oġġettivi u effiċjenzi

(26)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Google ma pprovdietx evidenza verifikabbli biex turi li l-imġiba tagħha hija indispensabbli għat-twettiq ta' effiċjenzi u li ma jkun hemm l-ebda alternattivi inqas kontra l-kompetizzjoni għall-imġiba li huma kapaċi li jiġġeneraw l-istess effiċjenzi. Barra minn hekk, hija lanqas ma tipprovdi argumenti jew evidenza biex turi li l-effiċjenzi probabbli kkawżati mill-imġiba jegħlbu xi effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-benessri tal-konsumatur fis-swieq affettwati.

Effett fuq il-kummerċ

(27)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-imġiba ta' Google għandha effett apprezzabbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Tul ta' żmien

(28)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-ksur seħħ f'kull wieħed mis-swieq nazzjonali rilevanti fiż-ŻEE minn Google bdiet tiffavorixxi s-servizz ta' tqabbil għax-xiri tagħha f'dan is-suq, li huwa:

minn Jannar 2008 'l hawn fil-Ġermanja u fir-Renju Unit;

minn Ottubru 2010 'l hawn fi Franza;

minn Mejju 2011 'l hawn, fl-Italja, in-Netherlands u Spanja;

minn Frar 2013 'l hawn fir-Repubblika Ċeka; kif ukoll

minn Novembru 2013 'l hawn fl-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, in-Norveġja, il-Polonja u l-Isvezja.

Rimedji

(29)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Google trid ittemm l-abbuż u toqgħod lura minn kull att jew aġir li jkollu l-għan jew l-effett identiku jew simili.

(30)

Google għandha 90 jum mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni biex timplimenta rimedju li effettivament iġibu l-abbuż fit-tmiem.

4.   MULTA

(31)

Il-multa imposta fuq Alphabet Inc. u Google Inc. għall-aġir abbużiv hija kkalkulata fuq il-bażi tal-prinċipji stipulati fil-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta' ffissar ta' multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-ammont finali tal-multa imposta fuq Alphabet Inc. u Google Inc. huwa ta' EUR 2 424 495 000.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/15


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI 2018

PROGRAMMI SEMPLIĊI

Għotjiet għal miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2018/C 9/09)

1.   L-isfond u l-għan ta' din is-sejħa

1.1.   Miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli

Fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (1). Dan ir-Regolament huwa supplimentat mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2), u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3).

L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huwa li jżidu l-kompetittività tas-settur agrikolu tal-Unjoni.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huma li:

(a)

iżidu s-sensibilizzazzjoni lejn dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u dwar l-istandards għolja applikabbli għall-metodi ta' produzzjoni fl-Unjoni;

(b)

iżidu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta' ċerti prodotti tal-ikel u jgħollu l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni;

(c)

iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni;

(d)

iżidu s-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta' ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffukaw b'mod speċifiku fuq dawk is-swieq f'pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta' tkabbir;

(e)

jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet normali tas-suq f'każ ta' disturb serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumatur jew problemi speċifiċi oħra.

1.2.   Il-Programm ta' Ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2018

Il-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2018, adottat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (4) fil-15 ta' Novembru 2017, jispeċifika d-dettalji għall-għoti ta' kofinanzjament u l-prijoritajietgħal programmi sempliċi u multipli fis-suq intern u f'pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/annual-work-programmes/2018/index_en.htm

1.3.   L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn 'il quddiem “Chafea”) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta' ċerti partijiet tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi, inkluża t-tnedija ta' sejħiet għall-proposti u l-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet għal programmi sempliċi.

1.4.   Din is-sejħa għall-proposti

Din is-sejħa għall-proposti tirrigwarda l-implimentazzjoni ta' programmi sempliċi, fil-qafas tat-taqsima 1.2.1.1 u (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: programmi sempliċi fis-suq intern) u 1.2.1.2 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: programmi sempliċi f'pajjiżi terzi) tal-anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2018.

2.   Objettivi — Temi — Prijoritajiet

It-taqsima 1.2.1.1 u 1.2.1.2 tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2018 tispeċifika l-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet li għandhom jiġu kofinanzjati permezz ta' din is-sejħa (ara wkoll it-taqsima 6.2 dwar l-Attivitajiet eliġibbli aktar 'l isfel). L-applikazzjonijiet sottomessi bħala tweġiba għal din is-sejħa jridu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' xi wieħed mis-6 suġġetti mogħtija f'dawn it-taqsimiet tal-programm ta' Ħidma Annwali, inkella mhux ser ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett ta' prijorità. L-applikanti jistgħu jissottomettu wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt prijoritajiet tematiċi jew suġġetti differenti.

3.   Skeda ta' żmien

Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni hija t-12 ta' April 2018, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

 

Stadji/Dati ta' skadenza

Data u ħin jew perjodu indikattiv

(a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti

12.1.2018

(b)

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

29.3.2018 17:00 CET

(c)

Data ta' skadenza biex tingħata tweġiba għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

5.4.2018 17:00 CET

(d)

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

12.4.2018 17:00 CET

(e)

Perjodu ta' evalwazzjoni

April- Awwissu 2018

(f)

Deċiżjoni mill-Kummissjoni

Ottubru 2018

(g)

Informazzjoni lill-applikanti mill-Istati Membri

Ottubru 2018

(h)

Fażi tal-adattament tal-għotja

Ottubru 2018-Jannar 2019

(i)

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja bejn l-Istati Membri u l-benefiċjarji

< Jannar 2019

(j)

Data tal-bidu tal-azzjoni

> 1.1.2019

4.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa stmat li jilħaq EUR 95 000 000, L-ammonti indikattivi disponibbli għal kull suġġett huma indikati fit-tabella “Attivitajiet eliġibbli” taħt il-punt 6.2 aktar 'l isfel.

Dan l-ammont huwa soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet prevista fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2019 wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja tal-UE jew previsti fid-dodiċeżmi proviżorji. Dan l-ammont huwa soġġett ukoll għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet għat-tliet snin li jmiss b'kont meħud tan-natura mhux differenzjata tal-approprjazzjonijiet.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Rekwiżiti ta' ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi onlajn mill-koordinatur permezz tal-portal għall-parteċipanti (is-sistema ta' sottomissjoni elettronika hija disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, meta jkunu qegħdin jippreparaw il-proposti tagħhom, l-applikanti jenħtieġ li jqisu li l-ftehimiet tal-għotja se jiġu mmaniġġati mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-applikanti huma mħeġġa biex jissottomettu l-proposta tagħhom bil-lingwa/lingwi tal-Istat Membru tal-oriġini tal-organizzazzjonijiet proponenti sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx indika l-qbil tiegħu li l-ftehim ta' għotja jiġi ffirmat bl-Ingliż (5). Sabiex jiġi faċilitat ir-rieżami l-valutazzjoni tal-proposti minn esperti indipendenti li jipprovdu input tekniku għall-evalwazzjoni, traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika tal-proposta (il-parti B) għandha preferibbilment takkumpanja l-proposta jekk din tkun miktuba b'lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

6.   Kriterji ta' eliġibbiltà

6.1.   Applikanti eliġibbli

Il-Proposti għal programmi sempliċi jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni ġuridiċi jew entitajiet oħra li ma jkollhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jossidisfaw obbligi legali f'isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi kif imsemmija fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament (Euratom, UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”).

B'mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

(i)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew setturi kkonċernat(i) f'dak l-Istat Membru, u b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-gruppi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), diment li jkunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b'dak il-programm

(ii)

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew

(iii)

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b'missjoni ta' servizz pubbliku f'dan il-qasam iddefinit b'mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew tal-prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829, jiġifieri:

(i)

organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fi Stat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta' produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur minimu tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat, fl-Istat Membru kkonċernat; jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 (9);

(ii)

grupp kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandu jitqies li huwa rappreżentattiv ta' isem protett skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) jkun(ikunu) protett(i);

(iii)

organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi kif imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandha titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikoli 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(iv)

korp fis-settur agroalimentari kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) ikkonċernat(i) mill-programm permezz ta' rappreżentanti ta' dak/dawk il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

B'deroga mill-punti (i) u (ii) ta' hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi, jekk l-organizzazzjoni proponenti turi fil-proposta mressqa li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi minn organizzazzjoni proponenti waħda jew aktar, li kollha għandhom ikunu mill-istess Stat Membru tal-UE.

Huma eliġibbli biss applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.

Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġobkom kunu afu li jenħtieġ li jkun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà għall-perjodu kollu tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b'mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, intom ser tieqfu tirċievu finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkomplu tipparteċipaw) jew ser tkunu meħtieġa titilqu mill-proġett abbażi tal-Artikolu 34.3 tal-ftehim tal-għotja.

Entitajiet mhux eliġibbli: applikanti li diġà jirċievu finanzjament mill-Unjoni għall-istess miżuri dwar l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jkunu jagħmlu parti mill-proposta/i tagħhom m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, huma mitluba d-dokumenti ta' sostenn li ġejjin:

entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-artikoli ta' assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru tan-negozju jew ta' assoċjazzjoni;

entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika;

entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentanti tagħhom għandhom il-kapaċità li jissodisfaw l-obbligi legali f'isimhom.

Barra minn hekk, l-applikanti kollha huma meħtieġa li jissottomettu d-dokumentazzjoni rilevanti li tagħti prova li l-applikant jissodisfa l-kriterji tar-rappreżentattività stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829.

6.2.   Azzjonjiet u attivitajiet eliġibbli

Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà elenkati fl-Anness II tal-Programm ta' Ħidma Annwali, jiġifieri:

(a)

il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014;

(b)

il-proposti għandhom jassiguraw li l-miżuri jiġu implimentati permezz ta' korpi ta' implimentazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. L-organizzazzjonijiet proponenti jridu jagħżlu l-korpi responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi billi jassiguraw l-aħjar valur għall-flus u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess (ara l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829). L-organizzazzjoni proponenti għandha tintrabat li l-korp responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm għandu jintgħażel qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831);

(c)

jekk organizzazzjoni proponenti tipproponi li timplimenta ċerti partijiet tal-proposta hija stess, din għandha tassigura li l-kost tal-miżura li hija tippjana li twettaq hija nnifisha ma jaqbiżx ir-rati normali tas-suq;

(d)

il-proposti għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni li tirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, għandha tkun ta' skala sinifikanti, għandu jkollha dimensjoni tal-Unjoni u tikkonforma mad-dispożizzonijiet l-oħrajn kollha deskritti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829;

(e)

jekk messaġġ imwassal ikun jirrigwarda informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, il-proposti għandhom jikkonformaw mar-regoli kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829;

(f)

jekk il-proposta tipproponi li ssemmi l-oriġini jew xi ditti, hija għandha tikkonforma mar-regoli msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1831.

Għall-applikanti li jissottomettu proposti mmirati lejn ir-Renju Unit: jekk jogħġobkom innotaw li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE jista' jwassal għal bidliet fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

proposti li jkopru skemi ta' kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli pubblikament li juru li l-iskema ta' kwalità hi rikonoxxuta mill-Istat Membru;

proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni fl-appoġġ tal-pretensjoni.

Barra minn hekk, proposta għandha tikkonforma wkoll ma' waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta' ħidma annwali għall-2018 għall-programmi sempliċi. Dawn ta' hawn taħt huma estratti mill-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2018 li jagħtu dettalji tas-6 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet. It-test jiddeskrivi s-suġġetti, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.

Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 1: Programmi sempliċi fis-suq intern

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett 1 — Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati sabiex iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014,

11 000 000 EUR

L-objettiv huwa li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni:

(a)

skemi ta' kwalità: Denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), speċjalità tradizzjonali garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità;

(b)

metodu ta' produzzjoni organika;

(c)

il-logo għal prodotti agrikoli ta' kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

 

 

Il-programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jimmiraw lejn l-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu prijorità ewlenija fis-suq intern billi tali skemi jipprovdu lill-konsumaturi b'assigurazzjonijiet dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott jew il-proċess ta' produzzjoni li jintuża, jiksbu valur miżjud għall-prodotti kkonċernati u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom fis-suq.

 

 

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta' rikonoxximent tal-logo assoċjat mal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej fid-dawl tal-fatt li, skont Eurobarometer speċjali (Nru 440), 20 % tal-konsumaturi Ewropej biss jagħrfu l-logos tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP), 17 % għal indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u 15 % għal Speċjalità Tradizzjonali Garantita, li dawn huma l-iskemi ta' kwalità prinċipali tal-Unjoni. Barra minn hekk, 23 % tal-konsumaturi Ewropej biss jagħrfu l-logo tal-UE tal-biedja organika. L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni rreġistrati taħt skema ta' kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

Suġġett 2 — Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati sabiex jissottolinjaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel Ewropej, u skemi ta' kwalità definiti fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

7 000 000 EUR

L-objettiv huwa li tiġi sottolinjata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta' produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b'mod partikolari f'termini tas-sigurtà tal-ikel, it-traċċabilità, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), il-benesseri tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b'mod partikolari f'termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

 

 

L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom mis-suq u l-ikel agroalimentari

Suġġett 3 — Għoti ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni li għandhom l-għan li jenfasizzaw l-aspett sostenibbli tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż (*1)

2 000 000 EUR

Is-settur tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż huwa settur fraġli ħafna: il-konsum tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż qiegħed jonqos, u jinsab f'kompetizzjoni qawwija minn importazzjonijiet orħos.

 

 

L-għan huwa li jiġi enfasizzat l-aspett sostenibbli tas-settur tan-nagħaġ/tal-mogħoż li jgħodd bħala l-aktar sistema estensiva ta' produzzjoni tal-bhejjem u għandu rwol importanti fil-protezzjoni tan-natura u fiż-żamma tal-bijodiversità. Merħliet ta' ruminanti żgħar jirgħu madwar 80 % taż-żoni li qegħdin jaffaċċjaw żvantaġġ naturali fl-UE u għandhom rwol attiv fiż-żamma tal-popolazzjoni rurali, tal-bwar u tal-mergħat. L-azzjonijiet ser jenfasizzaw is-sostenibbiltà finanzjarja tal-produzzjoni, fejn jissottolinjaw ir-rwol ta' benefiċċju tagħha għall azzjoni klimatika u għall-ambjent.

 

 

L-azzjonijiet jistgħu, pereżempju, jindirizzaw kif il-prodott(i) promoss(i) u l-metodu(i) ta' produzzjoni tiegħu/tagħhom jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra) u/jew l-adattament; il-bijodiversità, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli (eż. il-pajsaġġ, riżorsi ġenetiċi); il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma (eż. l-effiċjenza fl-użu tal-ilma, it-tnaqqis ta' tagħbijiet ta' nutrijenti jew pestiċidi); il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija (eż. il-kontroll tal-erożjoni; il-bilanċ tan-nutrijenti; il-prevenzjoni tal-aċidifikazzjoni, is-salinizzazzjoni). Dawn jistgħu jenfasizzaw ukoll ir-rwol attiv tat-tnissil estensiv tan-nagħaġ/tal-mogħoż għal-laħam fiż-żamma tal-popolazzjoni rurali u tal-bwar u/jew tal-mergħat ta' transumanza.

 

 

L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-meriti tal-prodotti agrokulturali tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li jissaħħu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari kkonċernati tal-UE, jiżdied il-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq.

Azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 2: Programmi sempliċi f'pajjiżi terzi

L-applikanti jistgħu jirreferu għat-taqsima 1.2.1.2 tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma għal aktar informazzjoni ta' sfond

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett 4 — Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makao), il-Ġappun, il-Korea ta' Isfel, it-Tajwan, ir-reġjun Asjatiku tax-Xlokk jew l-Asja tan-Nofsinhar (*2)

26 250 000 EUR

Il-programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż wieħed jew aktar identifikati fis-suġġett korrispondenti.

L-objettivi ta' dawn il-programmi jenħtieġ li jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom tas-suq f'dawn il-pajjiżi mmirati.

Suġġett 5 — Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn wieħed jew aktar mill-pajjiżi li ġejjin: Il-Kanada, l-Istati Uniti, il-Messiku jew il-Kolombja

22 500 000 EUR

Suġġett 6 — Provvediment ta' informazzjoni u programmi ta' promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra

26 250 000 EUR

Jekk organizzazzjoni proponenti tkun tixtieq timmira diversi mir-reġjuni prijoritizzati f'pajjiżi terzi, hija jenħtieġ li jew tissottometti diversi applikazzjonijiet (applikazzjoni għal kull suġġett) jew tapplika taħt is-suġġett “programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mmirati lejn żoni ġeografiċi oħra”. Dan is-suġġett jirrigwarda ż-żoni ġeografiċi li ma kinux elenkati fis-suġġett 4 sas-suġġett 5, iżda jista' jirrigwarda wkoll taħlita ta' diversi reġjuni prijoritizzati elenkati fis-suġġett 4 u fis-suġġett 5.

Tipi ta' attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet ta' provvediment ta' promozzjoni u ta' informazzjoni jistgħu jikkonsistu b'mod partikolari mill-attivitajiet li ġejjin, eliġibbli taħt din is-sejħa:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta' PR (relazzjonijiet pubbliċi)

Avvenimenti għall-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (stabbiliment tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta' tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Stampa

TV

Radju

Onlajn

Fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta' komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

Filmati promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri kummerċjali

Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta' taħriġ għas-snajja'/koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta' studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (POS — point-of-sale)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar fil-POS

Id-dewqan u d-distribuzzjoni tal-kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar ix-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet jiġu aċċettati jekk ikunu anċillari għal u jappoġġjaw l-għoti ta' miżuri ta' informazzjoni dwar l-iskemi ta' kwalità u l-metodu tal-produzzjoni organika.

Perjodu ta' implimentazzjoni

L-azzjoni kofinanzjata (programmi ta' informazzjoni/ta' promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta' mill-anqas sena iżda ta' mhux aktar minn tliet snin.

Il-proposti jenħtieġ li jispeċifikaw it-tul tal-azzjoni.

7.   Kriterji ta' esklużjoni  (10)

7.1.   Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f'din il-proċedura ta' sejħa għall-proposti jekk ikunu jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni:

(a)

l-operatur ekonomiku jkun falla, ikun soġġett għal proċeduri ta' insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, fejn ikun jinsab f'arranġament ma' kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu sospiżi, jew fejn ikun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun qed jikser l-obbligi tiegħu marbuta mal-ħlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi tal-pajjiż fejn ikun stabbilit, ma' dawk tal-pajjiż li fih tkun tinsab l-awtorità kontraenti jew ma' dawk tal-pajjiż tat-twettiq tal-kuntratt;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta' mġiba professjonali ħażina serja billi jkun kiser il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li jappartjeni għaliha l-operatur ekonomiku, jew billi jkun involut fi kwalunkwe aġir ħażin li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tiegħu fejn dan it-tip ta' aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b'mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

rappreżentazzjoni ħażina b'mod frodulenti jew b'negliġenza ta' informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt;

(ii)

id-dħul fi ftehim ma' operaturi ekonomiċi oħrajn bil-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti matul il-proċedura ta' akkwist;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista' tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta' akkwist;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (11);

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 (12), u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI (13), kif ukoll korruzzjoni kif definita fil-liġi tal-pajjiż fejn tkun tinsab l-awtorità kontraenti, il-pajjiż fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku jew il-pajjiż tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(iii)

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (14);

(iv)

ħasil ta' flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(v)

reati marbuta mat-terroriżmu jew reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (16) rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta' reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni;

(vi)

it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(e)

l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità tiegħu mal-obbligi ewlenin fit-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-baġit, li jkun wassal għat-terminazzjoni bikrija tiegħu jew għall-applikazzjoni ta' danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn jew li jkun ġie skopert wara kontrolli, verifiki jew investigazzjonijiet minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun wettaq irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (18).

7.2.   Esklużjoni mill-għoti

L-applikanti se jiġu esklużi mill-għoti ta' kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta' finanzjament, huma jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti taħt l-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

ikunu f'sitwazzjoni ta' esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

ikunu rrappreżentaw b'mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-għotja;

Biex juri l-konformità mal-kriterji ta' esklużjoni, il-koordinatur irid jimmarka l-kaxxa rilevanti waqt li jkun qiegħed jissottometti l-applikazzjoni onlajn tiegħu. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha (f'każ ta' għotja b'diversi benefiċjarji) iridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tiċċertifika li ma jkunux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106(1), 106(2), 107 u 108 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-portal għall-parteċipanti.

8.   Kriterji tal-għażla

8.1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta' finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha se tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju. Din il-valutazzjoni ma titwettaqx jekk:

il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant tkun ta' ≤ EUR 60 000;

l-applikant ikun korp pubbliku

Id-dokumenti ta' sostenn li jridu jiġu annessi mal-applikazzjoni onlajn biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:

il-kontijiet annwali (inklużi l-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu) għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet (għall-entitajiet maħluqin ġodda, għandu jiġi ppreżentat il-pjan tan-negozju biex jieħu post il-kontijiet);

Formola tal-Vijabilità Finanzjarja mimlija minn qabel li tiġbor fil-qosor id-data neċessarja mill-kontijiet annwali li tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikant.

Barra minn hekk, għal koordinatur jew benefiċjarju ieħor li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta' ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull benefiċjarju):

rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi.

8.2.   Kapaċità operattiva

L-applikanti jrid ikollhom il-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex itemmu l-programm.

L-applikanti għandhom juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta' impjieg mal-applikant, jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta' att ta' ħatra ekwivalenti, ssekondata kontra l-pagament jew abbażi ta' tipi oħrajn ta' kuntratti diretti (eż. li jkopru l-għoti ta' servizzi) ser tinħatar bħala mexxej tal-proġetti. Il-mexxej tal-proġetti għandu jkollu mill-inqas tliet snin ta' esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “Informazzjoni addizzjonali”:

Curriculum Vitae (kwalifiki u esperjenzi professjonali) tal-persunal tal-applikant prinċipalment responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta, bl-użu tal-mudell tal-Europass (19)

Dikjarazzjoni mill-mexxej tal-proġetti propost li hu/hi ser ikun/tkun disponibbli għall-perjodu kollu tal-azzjoni proposta.

F'każijiet fejn l-organizzazzjonijiet proponenti jipproponu li jimplimentaw ċerti partijiet tal-proposta, għandha tingħata evidenza li jkollhom mill-anqas tliet snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni u ta' promozzjoni. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “Informazzjoni addizzjonali”:

Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b'rabta mal-attivitajiet li jkunu eliġibbli għal kofinanzjament kif deskritt taħt il-punt 6 (aktar 'il fuq).

9.   Kriterji tal-għoti

Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex il-proposta tiġi evalwata kontra l-kriterji tal-għoti.

L-applikazzjonijiet iridu jipproponu struttura effiċjenti tal-ġestjoni u jipprovdu strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tal-istrateġija u tar-riżultati mistennija.

Il-kontenut ta' kull proposta se jiġi vvalutat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti massimi

Limitu

1.

Dimensjoni tal-Unjoni

20

14

2.

Kwalità tal-proposta teknika

40

24

3.

Kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

10

6

4.

Baġit u kosteffettività

30

18

TOTAL

100

62

Il-proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew il-limiti individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rifjutati.

Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta' kull wieħed mill-kriterji prinċipali tal-għoti:

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni:

(a)

Rilevanza tal-miżuri proposti ta' informazzjoni u promozzjoni għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, l-objettivi u r-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti

(b)

Il-messaġġ tal-Unjoni tal-kampanja

(c)

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-Unjoni

2.

Il-kwalità tal-proposta teknika

(a)

Il-kwalità u r-rilevanza tal-analiżi tas-suq

(b)

Il-koerenza tal-istrateġija tal-programm, tal-objettivi, u tal-messaġġi ewlenin;

(c)

Għażla xierqa ta' attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u l-istrateġija tal-programm, taħlita ta' komunikazzjoni adegwata, sinerġija bejn l-attivitajiet;

(d)

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet u tar-riżultati;

(e)

Il-kwalità tal-metodi u l-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni.

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

(a)

L-organizzazzjoni tal-proġett u l-istruttura tal-ġestjoni;

(b)

Il-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju.

4.

Il-baġit u l-kosteffettività

(a)

Ġustifikazzjoni tal-livell ġenerali tal-investiment

(b)

Allokazzjoni xierqa tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet;

(c)

Deskrizzjoni ċara tal-ispejjeż stmati u tal-preċiżjoni tal-baġit

(d)

Il-konsistenza bejn l-ispejjeż u r-riżultati stmati;

(e)

Stima realistika tal-ispejjeż tal-koordinazzjoni tal-proġetti u tal-attivitajiet implimentati mill-organizzazzjoni proponenti, inklużi n-numru u r-rata tal-persuni/jiem.

Wara l-evalwazzjoni, il-proposti kollha eliġibbli jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jingħataw lill-proposti bl-ogħla klassifikazzjoni skont il-baġit disponibbli.

Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis- suġġetti ta' prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 tas-sejħa preżenti.

Jekk ikun hemm żewġ proposti (jew aktar) bl-istess numru ta' punti fuq l-istess lista bi klassifikazzjoni, f'dak il-każ il-proposta/i li tagħti/jagħtu lok għal diversifikazzjoni f'termini ta' prodotti jew swieq immirati għandha/hom tingħata/jingħataw prijorità. Dan ifisser li bejn żewġ proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f'termini tal-prodotti, it-tieni f'termini tas-suq immirat) ikun għadu mhux rappreżentat fil-lista kklassifikata. Jekk dan il-kriterju ma jkunx jista' jiġi applikat, f'dak il-każ il-Kummissjoni għandha l-ewwel tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji tal-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità tal-proposta finanzjarja”, u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.

Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista' jiġi allokat mill-ġdid lil suġġetti oħra skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

it-total tal-ammont previst li jifdal għat-tliet suġġetti dwar is-suq intern għandu jiġi allokat għall-proġetti mmirati lejn is-suq intern bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li għalih applikaw.

(b)

għandu jittieħed l-istess approċċ għall-proposti mmirati lejn il-pajjiżi terzi (Suġġetti 4-6);

(c)

jekk l-ammont previst jibqa' ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi għandhom jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li għalih ikunu applikaw.

L-ordni tal-listi kklassifikati ser jiġi segwit b'mod strett.

10.   Impenji legali

Wara l-evalwazzjoni, iċ-Chafea tistabbilixxi lista ta' proposti rakkomandati għal finanzjament, ikklassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija.

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, li jiddetermina l-programmi sempliċi magħżula, kwalunkwe tibdil li għandu jsir fihom, u l-baġits korrispondenti (deċiżjoni ta' għoti).

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni se telenka l-programmi magħżula aċċettati għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014. Din id-Deċiżjoni se tiġi indirizzata lill-Istati Membri kompetenti. L-Istati Membri kkonċernati se jkunu responsabblimill-implimentazzjoni xierqa tal-programmi sempliċi magħżula u mill-pagamenti rilevanti.

Malli l-Kummissjoni tadotta dan l-att ta' implimentazzjoni, hija għandha tibgħat il-kopji tal-programmi magħżula lill-Istati Membri kkonċernati. Mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet proponenti kkonċernati jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ikunux ġew aċċettati jew le.

L-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet ta' għotja għall-implimentazzjoni ta' programmi mal-organizzazzjonijiet proponenti magħżula skont ir-rekwiżiti msemmija taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831. Il-ftehimiet ta' għotja se jiddettalja b'mod partikolari l-kundizzjonijiet u l-livell ta' finanzjament, kif ukoll l-obbligi tal-partijiet.

11.   Dispożizzjonijiet finanzjarji

11.1.   Prinċipji ġenerali li japplikaw għall-għotjiet

(a)

Għoti mhux kumulattiv

Azzjoni tista' tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE.

L-istess spejjeż ma għandhom fl-ebda ċirkustanza jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni.

L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta' finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew li ssir applikazzjoni għalihom għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħhom (għotjiet operazzjonali), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni.

(b)

Nonretroattività

Ma tista' tingħata l-ebda għotja b'mod retrospettiv għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew.

(c)

Il-prinċipju tal-kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux kompletament ipprovduti mill-għotja tal-UE.

In-nefqa li jifdal għandha tinġarr esklussivament mill-organizzazzjoni proponenti.

Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala rċevuti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-benefiċjarji mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni.

11.2.   Baġit ibbilanċjat

Il-baġit stmat tal-azzjoni jrid jiġi ppreżentat fil-parti A tal-formola tal-applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.

Il-baġit irid ikun imfassal fil-munita euro.

L-applikanti li jipprevedu li l-ispejjeż ma jkunux se jiġu mġarrba fil-munita euro huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm

11.3.   Kuntratti/sottokuntratti ta' implimentazzjoni

Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta' kuntratti ta' akkwist (kuntratti ta' implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif ikun xieraq), biex b'hekk jiġu evitati kunflitti ta' interess (20).

Il-benefiċarju hu mistenni li jiddokumenta b'mod ċar il-proċedura tal-offerti u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f'każ li jkun hemm bżonn ta' awditjar.

Fejn l-organizzazzjoni proponenti tkun korp regolat mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), hija trid tagħżel is-sottokuntratturi skont il-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.

Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta' kompiti jew attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-azzjoni kif deskritt fil-proposta, irid jissodisfa il-kundizzjonijiet applikabbli għal kwalunkwe kuntratt ta' implimentazzjoni (kif speċifikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:

irid ikun iġġustifikat billi jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha;

il-kompiti ċentrali tal-azzjonijiet (jiġifieri l-koordinazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjoni u l-ġestjoni tal-istrateġija) la jistgħu jiġu sottokuntrattati u lanqas delegati;

l-ispejjeż stmati tas-sottokuntrattar iridu jissemmew b'mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta;

kwalunkwe rikors għas-sottokuntrattar, jekk ma jiġix ipprovdut fid-deskrizzjoni tal-azzjoni, jiġi kkomunikat mill-benefiċjarju u approvat mill-Istat Membru. L-Istat Membru jista' jagħti approvazzjoni:

(i)

qabel kwalunkwe rikors għal sottokuntrattar, jekk il-benefiċjarji jitolbu emenda

(ii)

wara rikors għal sottokuntrattar jekk is-sottokuntrattar:

ikun speċifikament iġġustifikat fir-rapport tekniku interim jew finali u

ma jinkludix bidliet għall-ftehim tal-għotja li jqajmu dubju dwar id-deċiżjoni li tagħti l-għotja jew ikunu ma jkunux favur it-trattament ugwali tal-applikanti;

il-benefiċjarji jiżguraw li ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-benefiċjarji, enumerati fil-ftehim tal-għotja (eż. il-viżibbiltà, il-kunfidenzjalità, eċċ.) jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratturi.

Sottokuntrattar lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju

Jistgħu jingħataw sottokuntratti wkoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda biss jekk il-prezz ikun limitat għall-ispejjeż reali mġarrba mill-entità (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta' profitt).

Il-kompiti li għandhom jiġu implimentati minn tali entitajiet iridu jkunu msemmija b'mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.

11.4.   Forom ta' finanzjament, spejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli

Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta' rimborż ta' proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt jiġġarrbu; huwa se jinkludi wkoll ratta fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti (daqs 4 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-persunal) li jkunu marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (22).

Ammont massimu mitlub

L-għotja tal-UE hija limitata għar-rata massima ta' kofinanzjament li ġejja ta':

għal programmi sempliċi fis-suq intern: 70 % tal-ispejjeż eliġibbli

għal programmi sempliċi f'pajjiżi terzi: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli

għal programmi sempliċi fis-suq intern ta' benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE (23): 75 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm

għal programmi sempliċi f'pajjiżi terzi ta' benefiċjarju stabbilit fi Stati Membri li fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE: 85 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm

Dawn l-aħħar żewġ perċentwali għandhom japplikaw għal dawk il-programmi li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwarhom qabel id-data minn meta l-Istat Membru kkonċernat ma jibqax jirċievi dik l-għajnuna finanzjarja.

Konsegwentement, parti mit-total tal-ispejjeż eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit għandha tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-għotja mill-UE (prinċipju ta' kofinanzjament).

Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli jkunu attwalment imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikolu 6.1 u 6.2 tal-mudell tal-ftehim ta' għotja u fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829.

Spejjeż mhux eliġibbli

L-ispejjeż li mhumiex eliġibbli huma spejjeż li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829. Dawn huma mniżżla taħt l-Artikolu 6.4 tal-mudell tal-ftehim ta' għotja.

Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja

L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat wara t-tlestija tal-programm, fuq approvazzjoni tat-talba għall-pagament.

L-“ammont finali tal-għotja” jiddependi minn kemm fil-fatt il-programm ikun qed jiġi implimentat skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

Dan l-ammont jiġi kkalkulat mill-Istat Membru — meta jsir il-pagament tal-bilanċ — skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

11.5.   Arranġamenti għall-pagamenti

L-organizzazzjoni proponenti tista' tissottometti applikazzjoni għal pagament bil-quddiem lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għal pagament interim tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

L-applikazzjonijiet għall-pagament tal-bilanċ għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni proponenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

11.6.   Garanzija bil-quddiem

Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831, il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni proponenti tkun iddepożitat garanzija daqs l-ammont ta' dak il-ħlas bil-quddiem favur l-Istat Membru skont il-Kapitolu IV tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (24).

12.   Pubbliċità

Il-benefiċjarji għandhom jirrikonoxxu b'mod ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.

F'dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa fi ħdan il-proġett kofinanzjat.

Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (25).

Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu prodott fil-qafas ta' programm ta' promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea jrid ikollu l-firma “Enjoy it's from Europe” (“Gawdi, dan mill-Ewropa”). Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web ta' promozzjoni fuq Europa (26).

Fl-aħħar nett, il-materjal miktub kollu, jiġifieri l-brochures, posters, fuljetti, banners, kartelluni, reklami stampati, Artikoli fil-gazzetti, paġni elettroniċi (bl-eċċezzjoni ta' gadgets żgħar), għandu jinkludi dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà skont it-termini speċifikati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li dan jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni li jkun fih.

13.   Protezzjoni tad-data

It-tweġiba għal kwalunkwe sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ta' data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CVs tal-persuni li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali li jkunu meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti, se jiġu pproċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni jew partijiet terzi li jaġixxu f'isem u taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu infurzati billi jirreferu għall-avviż ta' privatezza ppubblikat fil-portal għall-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/support/legal_notices.html

u s-sit elettroniku tal-Aġenzija:

http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni ta' privatezza rilevanti f'intervalli regolari sabiex ikunu infurmati sewwa dwar aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sad-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu legali li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet rilevanti ta' pproċessar li jitwettqu mill-Aġenzija; sabiex jagħmlu dan, huma jridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet ta' privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fil-portal għall-parteċipanti qabel ma jittrasmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; id-data personali tista' tiġi rreġistrata fis-Sistema ta' Individwazzjoni u ta' Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 105a u 108 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

14.   Proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti

Il-proposti jridu jiġu sottomessi sad-data ta' skadenza stipulata taħt it-taqsima 3 permezz tas-Sistema ta' Sottomissjoni Elettronika: http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

Qabel ma tissottometti proposta:

1.

Sib sejħa:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

2.

Oħloq kont sabiex tissottometti proposta:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

3.

Irreġistra lill-imsieħba kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

L-applikanti għandhom jirrispettaw il-limitu tal-paġni u r-rekwiżiti tal-ifformattjar għall-proposta teknika (parti B) indikata fis-sistema tas-sottomissjoni.

Meta jissottometti proposta, l-applikant ikun qiegħed jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritti f'din is-sejħa u fid-dokumenti li jirreferu għaliha.

Ma hija permessa l-ebda modifika fl-applikazzjoni ladarba tgħaddi d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li jiġu rranġati xi żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista' tikkuntattja lill-applikant għal dan il-għan matul il-proċess tal-evalwazzjoni (28).

Kuntatti

Għal mistoqsijiet dwar l-għodod ta' sottomissjoni onlajn, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-helpdesk tal-IT stabbilit għal dan il-għan permezz tas-sit web tal-portal għall-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/index.cfm?pg=enquiries

Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fiċ-Chafea permezz ta': CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu. Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-mistoqsijiet hija d-29.3.2018 17.00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). It-tweġibiet għall-mistoqsijiet rilevanti sejrin jiġu ppubblikati fuq http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html sal-5.4.2018 17.00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

Il-mistoqsijiet frekwenti huma ppubblikati fis-sit web taċ-Chafea: http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html

Fil-korrispondenza kollha relatata ma' din is-sejħa (eż. meta tintalab informazzjoni, jew meta tiġi sottomessa applikazzjoni), trid issir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta' skambju elettroniku talloka ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru fil-korrispondenza sussegwenti kollha.

Wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni, mhumiex possibbli modifiki fl-applikazzjoni.

Dokumenti relatati:

Gwida għall-applikanti bl-annessi rilevanti

Formola tal-applikazzjoni

Mudell tal-ftehim ta' għotja (verżjoni ta' monobenefiċjarju u multi benefiċjarju)


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma għall-2018 dwar miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi, C(2017) 7475/2.

(5)  Din l-informazzjoni hija disponibbli hawnhekk https://ec.europa.eu/chafea/agri/funding-opportunities/simple-and-multi-programmes

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(*1)  il-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż huwa eliġibbli wkoll taħt is-Suġġett 1 u s-Suġġett 2. Għall-programmi tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż proposti taħt is-Suġġett 2, sabiex jiġi evitat it-trikkib, il-messaġġ għandu jkun differenti mill-aspett sostenibbli tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż (ħlief jekk il-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż ikun assoċjat ma' prodott(i) ieħor(oħra).

(*2)  Il-kompożizzjoni tar-reġjuni ssegwi l-klassifikazzjoni tal-pajjiżi u r-reġjuni tan-Nazzjonijiet Uniti. Għal aktar dettalji dwar il-lista ta' pajjiżi li jiffurmaw iż-żoni ġeografiċi, ara: http://unstats.un.org/unsd/methods/m49/m49regin.htm

(10)  L-Artikoli 106(1), 106(2), 107 u 108 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni korrispondenti tiegħu adottati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 286, 30.10.2015, p. 1) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 (ĠU L 342, 29.12.2015, p. 7) rispettivament.

(11)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(12)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(13)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(14)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(15)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(16)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(17)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(19)  Il-mudell hu disponibbli fl-indirizz li ġej: http://europass.cedefop.europa.eu/

(20)  Għal gwida dwar il-proċedura kompetittiva, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-web li ġejja:

https://ec.europa.eu/chafea/agri/sites/chafea/files/agri-2016-61788-00-00_en.pdf

(21)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(22)  L-applikanti għandhom ikunu jafu li f'każ li jirċievu għotja operattiva, l-ispejjeż indiretti ma jkunux eliġibbli.

(23)  Fid-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa: Il-Greċja.

(24)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(25)  http://publications.europa.eu/code/en/en-5000100.htm

(26)  http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/index_en.htm

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(28)  L-Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/32


SEJĦA GĦAL PROPOSTI GĦALL-2018

PROGRAMMI MULTIPLI

Għotjiet għal miżuri ta' għoti informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2018/C 9/10)

1.   L-isfond u l-għan ta' din is-sejħa

1.1.   Miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli

Fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (1). Ir-Regolament huwa supplimentat bir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 (2) u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 (3).

L-objettiv ġenerali tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huwa li jżidu l-kompetittivià tas-settur agrikolu tal-Unjoni.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni huma li:

(a)

iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-merti dwar il-prodotti agrikoli tal-Unjoni u dwar l-istandards għoljin applikabbli għall-metodi ta' produzzjoni fl-Unjoni.

(b)

iżidu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti tal-ikel tal-Unjoni u li jgħollu l-profil tagħhom kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni;

(c)

iżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni;

(d)

iżidu s-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni u ta' ċerti prodotti tal-ikel, billi jiffukaw b'mod speċifiku fuq dawk is-swieq f'pajjiżi terzi li għandhom l-akbar potenzjal ta' tkabbir;

(e)

jerġgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet normali tas-suq fil-każ ta' disturb serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumaturi jew problemi speċifiċi oħra,

1.2.   Il-Programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2018

Il-Programm ta' Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2018, adottat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (4) fil-15 ta' Novembru 2017, jispeċifika d-dettalji għall-għoti ta' kofinanzjament u l-prijoritajiet għal programmi sempliċi u multipli fis-suq intern u f'pajjiżi terzi. Dan huwa disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/agriculture/promotion/annual-work-programmes/2018/index_en.htm

1.3.   Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn 'il quddiem “Chafea”) hija fdata mill-Kummissjoni Ewropea bil-ġestjoni ta' ċerti partijiet tal-miżuri dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi, inkluża t-tnedija ta' sejħiet għall-proposti, ir-riċeviment u l-evalwazzjoni tal-proposti, it-tħejjija u l-iffirmar ta' ftehimiet ta' għotja għal programmi multipli u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

1.4.   Din is-sejħa għall-proposti

Din is-sejħa għall-proposti tirrigwarda l-implimentazzjoni ta' programmi multipli, fil-qafas tat-Taqsimiet 1.2.1.3 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 3: programmi multipli fis-suq intern) u 1.2.1.4 (azzjonijiet taħt il-prijorità tematika 4: programmi multipli f'pajjiżi terzi) tal-anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali għall-2018 taħt il-prijorità tematika 3: programmi multipli fis-suq intern u l-prijorità 4: programmi multipli f'pajjiżi terzi.

2.   Objettiv(i) – Tema(i) – Prijoritajiet

It-Taqsimiet 1.2.1.3 u 1.2.1.4 tal-anness I tal-programm ta' Ħidma Annwali għall-2018 jispeċifikaw il-prijoritajiet tematiċi għall-azzjonijiet kofinanzjati permezz ta' din is-sejħa (ara wkoll it-taqsima 6.2 dwar Attivitajiet eliġibbli aktar 'l isfel). L-applikazzjonijiet sottomessi bħala tweġiba għal din is-sejħa jridu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' xi wieħed mill-4 suġġetti li jingħataw f'dawn it-taqsimiet tal-programm ta' Ħidma Annwali, inkella mhux se jiġu kkunsidrati għal finanzjament. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt l-istess suġġett prijoritarju. L-applikanti jistgħu jissottomettu wkoll diversi applikazzjonijiet għal proġetti differenti taħt prijoritajiet tematiċi jew suġġetti differenti.

3.   Skeda ta' żmien

L-iskadenza għas-sottomissjoni hija t-12 ta' April 2018, 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

 

Stadji/Dati ta' Skadenza

Data u ħin jew perjodu indikattiv

a)

Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti

12.1.2018

b)

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

29.3.2018 17:00 CET

c)

Data ta' skadenza biex tingħata tweġiba għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT

5.4.2018 17:00 CET

d)

Data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

12.4.2018 17:00 CET

e)

Perjodu ta' evalwazzjoni

April-Awwissu 2018

f)

Informazzjoni lill-applikanti

Ottubru 2018

g)

Fażi tal-adattament tal-għotja

Ottubru 2018-Jannar 2019

h)

Iffirmar tal-ftehim tal-għotja

< Jannar 2019

i)

Data tal-bidu tal-azzjoni

> 1.1.2019

4.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa stmat li jilħaq EUR 74 100 000. L-ammonti indikattivi disponibbli għal kull suġġett huma indikati fit-tabella “Attivitajiet eliġibbli” taħt il-punt 6.2 aktar 'l isfel.

L-ammont hu soġġett għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet prevista fil-baġit ġenerali tal-UE għall-2018, wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità baġitarja jew previsti fil-partijiet minn kull tnax proviżorja.

Iċ-Chafea tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

5.   Rekwiżiti ta' ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mid-data ta' skadenza għas-sottomissjoni msemmija fit-taqsima 3.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi online mill-koordinatur permezz tal-portal għall-parteċipanti (is-sistema ta' sottomissjoni elettronika disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti t'hawn fuq iwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.

Minkejja li l-proposti jistgħu jiġu sottomessi fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-applikanti huma mħeġġin ħafna jissottomettu l-proposta tagħhom bl-Ingliż sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tal-applikazzjoni, inkluża r-reviżjoni tagħha, minn esperti indipendenti li jipprovdu input tekniku lill-evalwazzjoni. Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu konxji li ċ-CHAFEA, fil-prinċipju, se tuża l-Ingliż biex tikkomunika mal-benefiċjarji rigward is-segwitu u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet kofinanzjati (fażi tal-ġestjoni tal-għotja).

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rieżami tal-proposti minn esperti indipendenti, li jipprovdu input tekniku għall-evalwazzjoni, traduzzjoni bl-Ingliż tal-parti teknika tal-proposta (parti B) għandha preferibbilment takkumpanja l-proposta jekk din tkun miktuba b'lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

6.   Kriterji ta' eliġibbiltà

6.1.   Applikanti eliġibbli

Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi biss minn persuni ġuridiċi jew minn entitajiet oħrajn li ma jkollhomx personalità ġuridika taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, diment li r-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jissodisfaw obbligi legali f'isem l-entità u joffru garanziji għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni ġuridiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (minn hawn 'il quddiem “Regolament Finanzjarju”).

B'mod aktar speċifiku, l-applikazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin huma eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

(i)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali stabbiliti fi Stat Membru u rappreżentanti tas-settur jew setturi kkonċernat(i) f'dak l-Istat Membru, u b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-gruppi kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), diment li jkunu rappreżentattivi għall-isem protett skont ir-Regolament tal-aħħar u li huwa kopert b'dak il-programm

(ii)

organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni rappreżentattivi tas-settur jew setturi kkonċernat(i) fil-livell tal-Unjoni;

(iii)

organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 152 u 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ġew rikonoxxuti minn Stat Membru; jew

(iv)

korpi tas-settur agroalimentari li l-objettiv u l-attività tagħhom huma li jipprovdu informazzjoni dwar, u li jippromwovu prodotti agrikoli u li jkunu ġew inkarigati, mill-Istat Membru kkonċernat, b'missjoni ta' servizz pubbliku f'dan il-qasam iddefinit b'mod ċar; dawk il-korpi għandhom ikunu ġew stabbiliti legalment fl-Istat Membru inkwistjoni tal-inqas sentejn qabel id-data tas-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(2).

L-organizzazzjonijiet proponenti msemmija hawn fuq jistgħu jissottomettu proposta diment li jkunu rappreżentattivi tas-settur jew prodott ikkonċernat mill-proposta, li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 1(1) jew 1(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/1829, prinċipalment:

(i)

organizzazzjoni professjonali jew interprofessjonali, stabbilita fil-livell ta' Stat Membru jew tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 rispettivament, għandha titqies li tkun rappreżentattiva tas-settur ikkonċernat mill-programm:

meta tkun tammonta għal mill-inqas 50 % bħala proporzjon tal-għadd ta' produtturi, jew 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) jew is-settur ikkonċernat(i), fl-Istat Membru kkonċernat jew fil-livell tal-Unjoni; jew

meta tkun organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(ii)

grupp, kif iddefinit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u msemmi fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tal-isem protett taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u kopert mill-programm, meta dan jammonta għal mill-inqas 50 % tal-volum jew tal-valur tal-produzzjoni li tista' titqiegħed fis-suq tal-prodott(i) li ismu(isimhom) jkun(jkunu) protett(i);

(iii)

organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandha titqies li tkun rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i) mill-programm, fejn hija rikonoxxuta mill-Istat Membru skont l-Artikolu 154 jew 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(iv)

korp fis-settur agroalimentari, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 għandu jitqies li huwa rappreżentattiv tas-settur(i) kkonċernat(i) mill-programm permezz ta' rappreżentanti ta' dak(dawk) il-prodott(i) jew settur fost is-sħubiji tiegħu.

B'deroga mill-punti (i) u (ii) ta' hawn fuq, jistgħu jiġu aċċettati limiti aktar baxxi jekk l-organizzazzjoni proponenti fil-proposta mressqa turi li jeżistu ċirkostanzi speċifiċi, inkluża l-evidenza dwar l-istruttura tas-suq, li jiġġustifikaw it-trattament tal-organizzazzjoni proponenti bħala rappreżentattiva tal-prodott(i) jew tas-settur ikkonċernat(i).

Il-proposti għandhom jiġu sottomessi minn:

(a)

Tal-inqas żewġ organizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) jew (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, li għandhom ikunu minn tal-inqas żewġ Stati Membri; jew

(b)

Organizzazzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Huma eliġibbli biss l-applikazzjonijiet minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE.

Għal applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġobkom kunu afu li jenħtieġ li jkun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà għall-perjodu kollu tal-għotja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jikkonkludi ftehim mal-UE li b'mod partikolari jiżgura li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, inti tieqaf tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tkomplu tipparteċipaw) jew se tkun meħtieġ titlaq mill-proġett abbażi tal-Artikolu 34.3 tal-ftehim tal-għotja.

Entitajiet mhux eliġibbli: applikanti li diġà jirċievu finanzjament tal-Unjoni għall-istess miżuri dwar l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li jkunu jagħmlu parti mill-proposta(i) tagħhom m'għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni għal dawk il-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, huma mitluba d-dokumenti ta' sostenn li ġejjin:

entità privata: estratt mill-ġurnal uffiċjali, kopja tal-artikoli ta' assoċjazzjoni, jew estratt mir-reġistru tan-negozju jew tal-assoċjazzjoni

entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni jew tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kumpanija pubblika, jew dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi l-entità taħt il-liġi pubblika;

entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokument li jipprovdu evidenza li r-rappreżentant(i) tagħhom għandu(hom) il-kapaċità li jissodisfa(a) l-obbligi legali f'isimhom.

barra minn hekk, l-applikanti kollha huma meħtieġa li jissottomettu d-dokumentazzjoni rilevanti li tagħti prova li l-applikant jissodisfa l-kriterji tar-rappreżentattività stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829.

6.2.   Azzjonijiet u attivitajiet eliġibbli

Il-proposti għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà elenkati fl-Anness III tal-programm ta' Ħidma Annwali, jiġifieri:

(a)

il-proposti jistgħu jkopru biss prodotti u skemi elenkati fl-Atikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014;

(b)

il-proposti għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-prodotti kkonċernati u l-kummerċjabbiltà tagħhom u għandu jkollhom dimensjoni tal-Unjoni;

(c)

il-proposti fis-suq intern li jkopru skema waħda jew aktar kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, għandhom jiffokaw fuq din(dawn) l-iskema(i) fil-messaġġ ewlieni tagħhom tal-Unjoni. Meta f'dan il-programm, prodott wieħed jew diversi prodotti juri(u) din(dawn) l-iskema(i), dan/dawn għandu(hom) jidher(jidhru) bħala messaġġ sekondarju fir-rigward tal-messaġġ ewlnieni tal-Unjoni;

(d)

jekk messaġġ li jintbagħat minn programm multiplu jikkonċerna informazzjoni dwar l-impatt fuq is-saħħa, il-proposti għandhom:

fis-suq intern, jikkonformaw mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jew jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet;

f'pajjiżi terzi, jiġu aċċettati mill-awtorità nazzjonali responsabbli għas-saħħa pubblika fil-pajjiż fejn jitwettqu l-operazzjonijiet.

(e)

jekk il-proposta tipproponi li ssemmi l-oriġini jew xi marki kummerċjali, hija għandha tikkonforma mar-regoli kif imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1831.

Għall-applikanti li jissottomettu proposti mmirati lejn ir-Renju Unit: jekk jogħġobkom innotaw li l-irtirar tar-Renju Unit mill-UE jista' jwassal għal bidliet fl-implimentazzjoni tal-programmi.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-attivitajiet ippjanati, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

proposti li jkopru skemi ta' kwalità nazzjonali għandhom jipprovdu dokumentazzjoni jew referenza għas-sorsi disponibbli għall-pubbliku li juru li l-iskema ta' kwalità hija rikonoxxuta mill-Istat Membru;

proposti li għandhom fil-mira tagħhom is-suq intern u li jgħaddu messaġġ dwar il-prattiki tad-dieta xierqa jew dwar il-konsum responsabbli tal-alkoħol għandhom jiddeskrivu kif il-programm propost u l-messaġġ(i) tiegħu huma konformi mar-regoli nazzjonali rilevanti fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi referenzi jew dokumentazzjoni fl-appoġġ tal-pretensjoni.

Barra minn hekk, proposta għandha tikkonforma wkoll ma' waħda mill-prijoritajiet tematiċi elenkati fil-Programm ta' ħidma Annwali għall-2018 għall-programmi multipli. Dawn ta' hawn taħt huma estratti mill-programm ta' Ħidma Annwali għall-2018 li jagħtu dettalji tal-4 suġġetti li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet It-test jiddeksrivi s-suġġett, l-ammont relatat previst, l-objettivi u r-riżultati mistennija.

Azzjoni taħt il-prijorità tematika 3: Programmi multipli fis-suq intern

Suġġett

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett A- Programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni li għandhom l-għan li jenfasizzaw l-aspett sostenibbli tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż (*1)

EUR 4 000 000

L-objettiv huwa li jiġi enfasizzat l-aspett sostenibbli tas-settur tan-nagħaġ/tal-mogħoż li jgħodd bħala l-aktar sistema estensiva ta' produzzjoni tal-bhejjem u għandu rwol importanti fil-protezzjoni tan-natura u fiż-żamma tal-bijodiversità. Merħliet ta' ruminanti żgħar jirgħu madwar 80 % taż-żoni li qegħdin jaffaċċjaw żvantaġġ naturali fl-UE u għandhom rwol attiv fiż-żamma tal-popolazzjoni rurali, tal-bwar u tal-mergħat, L-azzjonijiet sejrin jenfasizzaw is-sostenibbiltà finanzjarja tal-produzzjoni, fejn jissottolinjaw ir-rwol ta' benefiċċju tagħha għall azzjoni klimatika u għall-ambjent.

 

 

L-azzjonijiet, pereżempju, sejrin jindirizzaw kif il-prodott(i) promoss(i) u l-metodu(i) ta' produzzjoni tiegħu/tagħhom jikkontribwixxu għal: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (eż. tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra) u/jew l-adattament; il-bijodiversità, il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli (eż. il-pajsaġġ, riżorsi ġenetiċi); il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija (eż. il-kontroll tal-erożjoni; il-bilanċ tan-nutrijenti; il-prevenzjoni tal-aċidifikazzjoni, is-salinizzazzjoni). Dawn jistgħu jenfasizzaw ukoll ir-rwol attiv tat-tnissil estensiv tan-nagħaġ/tal-mogħoż għal-laħam fiż-żamma tal-popolazzjoni rurali u tal-bwar u/jew tal-mergħat ta' transumanza.

 

 

L-impatt finali mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-meriti tal-prodotti agrikulturali tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari kkonċernati tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq.

Suġġett B- Programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni bl-għan li jiżdied il-konsum tal-frott u tal-ħaxix fis-suq intern fil-kuntest ta' prattiki tal-ikel bilanċjati u xierqa (*2)

EUR 8 000 000

Il-Kummissjoni għandha l-impenn li tippromwovi prattiki tal-ikel xierqa, f'konformità mal-white paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar strateġija dwar kwistjonijiet ta' saħħa li jirrigwardaw in-nutrizzjoni, il-piż żejjed u l-obeżità (10). L-azzjonijiet għandhom jenfasizzaw il-benefiċċji tal-konsum tal-frott u tal-ħaxix f'dieta bilanċjata. Il-messaġġ jista' jiffoka primarjament fuq: l-għan li jkun hemm mill-inqas 5 porzjonijiet ta' varjetà ta' frott u ħaxix kuljum; il-post tal-frott u tal-ħaxix fil-piramida tal-ikel, l-impatt ta' benefiċċju fuq is-saħħa, eċċ.

 

 

L-objettiv huwa li jiżdied il-konsum tal-frott u tal-ħaxix tal-UE billi l-konsumaturi jiġu infurmati dwar prattiki tad-dieta bilanċjati u xierqa u

 

 

L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari kkonċernati tal-UE, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom tas-suq.

Suġġett C- Programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni bl-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

EUR 30 000 000

Għal programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni bl-għan li jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(4)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

L-għan hu li jżidu s-sensibilizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni:

(a)

skemi ta' kwalità Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta (DOP), Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP), Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG) u termini fakultattivi tal-kwalità;

(b)

metodu ta' produzzjoni organika;

(c)

il-logo għal prodotti agrikoli ta' kwalità speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Wieħed mir-riżultati mistennija huwa li jiżdiedu l-livelli ta' rikonoxximent tal-logo assoċjat mal-iskemi ta' kwalità tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej fid-dawl tal-fatt li, skont Ewrobarometru speċjali (Nru 440), 20 % tal-konsumaturi Ewropej biss jagħrfu l-logos tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP), 17 % għal indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u 15 % għas-Speċjalità Tradizzjonali Garantita, li dawn huma l-iskemi ta' kwalità prinċipali tal-Unjoni. Barra minn hekk, 23 % tal-konsumaturi Ewropej biss jagħrfu l-logo tal-UE tal-biedja organika.

L-impatt finali mistenni huwa li jiżdiedu l-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni rreġistrati taħt skema ta' kwalità tal-Unjoni, jogħla l-profil tagħhom u jiżdied is-sehem tagħhom mis-suq.

Jew:

Programmi ta' għoti ta' informazzjoni jew ta' promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agroalimentari u l-iskemi ta' kwalità tal-UE msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014

 

Għal programmi ta' informazzjoni jew ta' promozzjoni li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċjali tal-metodi agrikoli fl-Unjoni u l-karatteristiċi tal-prodotti agroalimentari u l-iskemi ta' kwalità tal-UE msemmija fl-Artikolu 5(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014:

L-objettiv huwa li tiġi sottolinjata mill-inqas waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi ta' produzzjoni agrikola fl-Unjoni, b'mod partikolari f'termini tas-sigurtà tal-ikel, it-traċċabilità, l-awtentiċità, it-tikkettar, l-aspetti nutrizzjonali u tas-saħħa (inklużi prattiki tad-dieta xierqa u konsum responsabbli tax-xarbiet alkoħoliċi eliġibbli), il-benesseri tal-annimali, ir-rispett għall-ambjent u s-sostenibbiltà, u l-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u dawk tal-ikel, b'mod partikolari f'termini tal-kwalità, it-togħma, id-diversità jew it-tradizzjonijiet tagħhom.

L-impatt mistenni huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-Unjoni mill-konsumaturi Ewropej u li titjieb il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom mis-suq u l-ikel agroalimentari.

Azzjoni taħt il-prijorità tematika 4: Programmi multipli f'pajjiżi terzi

Suġġetti

Ammont totali previst

Prijoritajiet tas-sena, objettivi segwiti u riżultati mistennija

Suġġett D- Programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni mmirati lejn kwalunkwe pajjiż terz

EUR 32 100 000

Il-programmi ta' informazzjoni u ta' promozzjoni għandhom jimmiraw pajjiż terz wieħed jew diversi pajjiżi terzi.

L-objettivi ta' dawn il-programmi jenħtieġ li jikkonformaw mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014.

L-impatt finali mistenni għandu jżid il-kompetittività u l-konsum tal-prodotti agroalimentari tal-Unjoni, jgħolli l-profil tagħhom u jżid is-sehem tagħhom tas-suq f'dawn il-pajjiżi mmirati.

Tipi ta' attivitajiet eliġibbli

L-azzjonijiet ta' promozzjoni u ta' għoti ta' informazzjoni jistgħu jikkonsistu b'mod partikolari mill-attivitajiet li ġejjin, eliġibbli taħt din is-sejħa:

1.

Ġestjoni tal-proġett

2.

Relazzjonijiet pubbliċi

Attivitajiet ta' PR

Avvenimenti tal-istampa

3.

Sit web, midja soċjali

Stabbiliment, aġġornament u manutenzjoni tas-sit web

Midja soċjali (stabbiliment tal-kontijiet u ppowstjar regolari)

Oħrajn (apps tal-mowbajl, pjattaformi ta' tagħlim elettroniku, webinars, eċċ.)

4.

Reklamar

Stampa

TV

Radju

Online

Fuq barra

Ċinema

5.

Għodod ta' komunikazzjoni

Pubblikazzjonijiet, settijiet tal-midja, merkanzija promozzjonali

Filmati promozzjonali

6.

Avvenimenti

Stands fil-fieri kummerċjali

Seminars, workshops, laqgħat B2B, sessjonijiet ta' taħriġ għas-snajja'/koki, attivitajiet fl-iskejjel

Ġimgħat tar-ristoranti

Sponsorizzar tal-avvenimenti

Vjaġġi ta' studju fl-Ewropa

7.

Promozzjoni fil-punti tal-bejgħ (POS)

Jiem tad-dewqan

Oħrajn: promozzjoni fil-pubblikazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, reklamar fil-POS

Id-dewqan u d-distribuzzjoni tal-kampjuni mhumiex permessi fil-kuntest tal-kampanji dwar ix-xorb responsabbli implimentati fis-suq intern; madankollu, dawn l-attivitajiet jiġu aċċettati jekk ikunu anċillari għal u jappoġġjaw l-għoti ta' miżuri ta' informazzjoni dwar l-iskemi ta' kwalità u l-metodu tal-produzzjoni organika.

Perjodu ta' implimentazzjoni

L-azzjoni kofinanzjata (programmi ta' informazzjoni/ta' promozzjoni) għandha tiġi implimentata fuq perjodu ta' mill-anqas sena iżda ta' mhux aktar minn tliet snin.

Il-proposti jenħtieġ li jispeċifikaw it-tul tal-azzjoni.

7.   Kriterji ta' Esklużjoni  (11)

7.1.   Esklużjoni mill-parteċipazzjoni

L-applikanti jiġu esklużi milli jipparteċipaw f'din il-proċedura ta' sejħa għall-proposti jekk ikunu jinsabu f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni:

(a)

l-operatur ekonomiku jkun falla, ikun soġġett għal proċeduri ta' insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, fejn ikun jinsab f'arranġament ma' kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu sospiżi, jew fejn ikun qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista fil-liġijiet jew fir-regolamenti nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun qed jikser l-obbligi tiegħu marbuta mal-ħlas ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi tal-pajjiż fejn ikun stabbilit, ma' dawk tal-pajjiż li fih tkun tinsab l-awtorità kontraenti jew ma' dawk tal-pajjiż tat-twettiq tal-kuntratt;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta' mġiba professjonali ħażina serja billi jkun kiser il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li jappartjeni għaliha l-operatur ekonomiku, jew billi jkun involut fi kwalunkwe aġir ħażin li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tiegħu fejn dan it-tip ta' aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b'mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

rappreżentazzjoni ħażina b'mod frawdulenti jew b'negliġenza ta' informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt;

(ii)

id-dħul fi ftehim ma' operaturi ekonomiċi oħrajn bl-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti matul il-proċedura ta' akkwist;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista' tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta' akkwist;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali li l-operatur ekonomiku jkun ħati ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995 (12);

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 (13), u fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA (14), kif ukoll korruzzjoni kif definita fil-liġi tal-pajjiż fejn tkun tinsab l-awtorità kontraenti, il-pajjiż fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku jew il-pajjiż tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

(iii)

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (15);

(iv)

ħasil ta' flus jew finanzjament tat-terroriżmu, kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(v)

reati marbuta mat-terroriżmu jew reati marbuta ma' attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (17) rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta' reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni;

(vi)

it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(e)

l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità tiegħu mal-obbligi ewlenin fit-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-baġit, li jkun wassal għat-terminazzjoni bikrija tiegħu jew għall-applikazzjoni ta' danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn jew li jkun ġie skopert wara kontrolli, verifiki jew investigazzjonijiet minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, l-OLAF jew il-Qorti tal-Awdituri;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta' sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-operatur ekonomiku jkun wettaq irregolarità skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (19).

7.2.   Esklużjoni mill-għoti

L-applikanti se jiġu esklużi mill-għoti ta' kofinanzjament jekk, matul il-proċedura tal-għoti ta' finanzjament, huma jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti taħt l-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju:

(a)

ikunu f'sitwazzjoni ta' esklużjoni stabbilita skont l-Artikolu 106 tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

ikunu rrappreżentaw b'mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kondizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqsu milli jipprovdu dik l-informazzjoni fil-proċedura tal-għoti tal-għotja;

Biex juri l-konformità mal-kriterji ta' esklużjoni, il-koordinatur irid jimmarka l-kaxxa rilevanti waqt li jkun qiegħed jissottometti l-applikazzjoni online tiegħu. Jekk jintgħażlu għall-kofinanzjament, il-benefiċjarji kollha (f'każ ta' għotja b'diversi benefiċjarji) iridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur li tiċċertifika li ma jkunux f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 106(1), 106(2), 107 u 108 tar-Regolament Finanzjarju. L-applikanti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-portal għall-parteċipanti.

8.   Kriterji tal-għażla

8.1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta' finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tal-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha.

Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti kollha se tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju. Din il-valutazzjoni ma titwettaqx jekk:

L-applikant ikun korp pubbliku;

Il-kontribuzzjoni tal-UE mitluba mill-applikant hija ≤ EUR 60 000;

Id-dokumenti ta; sostenn li jridu jiġu annessi mal-applikazzjoni online biex tkun tista' ssir il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja jinkludu:

ir-rapport tal-introjtu u l-karta bilanċjali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ngħalqu l-kontijiet;

għall-entitajiet maħluqin ġodda, il-pjan tan-negozju jista' jieħu post id-dokumenti t'hawn fuq.

Barra minn hekk, għal koordinatur jew benefiċjarju ieħor li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta' ≥ EUR 750 000 (limitu applikabbli għal kull benefiċjarju):

rapport tal-awditu mħejji minn awditur estern approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikanti ser titwettaq permezz tal-portal għall-parteċipanti.

8.2.   Kapaċità operattiva

L-applikanti jrid ikollhom il-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex itemmu l-programm.

L-applikanti għandhom juru li mill-inqas persuna fiżika waħda li taħdem taħt kuntratt ta' impjieg mal-applikant, jew assenjata għall-azzjoni abbażi ta' att ta' ħatra ekwivalenti, sekondata kontra l-pagament jew abbażi ta' tipi oħrajn ta' kuntratti diretti (eż. li jkopru l-għoti ta' servizzi) se tinħatar bħala mexxej tal-proġetti. Il-mexxej tal-proġetti għandu jkollu mill-inqas tliet snin ta' esperjenza fil-ġestjoni tal-proġetti. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “Informazzjoni addizzjonali”:

Curriculum Vitae (kwalifiki u esperjenzi professjonali) tal-persunal tal-applikant prinċipalment responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjoni proposta, bl-użu tal-mudell tal-Europass (20)

Dikjarazzjoni mill-mexxej tal-proġetti propost li hu/hi ser ikun/tkun disponibbli għall-perjodu kollu tal-azzjoni proposta.

F'każijiet fejn l-organizzazzjonijiet proponenti jipproponu li jimplimentaw ċerti partijiet tal-proposta, għandha tingħata evidenza li jkollhom mill-anqas tliet snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' informazzjoni u ta' promozzjoni. Bħala evidenza, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi pprovduta fl-Anness “Informazzjoni addizzjonali”:

Ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet proponenti jew deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqa b'rabta mal-attivitajiet li jkunu eliġibbli għal kofinanzjament kif deskritt taħt il-punt 6 (aktar 'il fuq).

9.   Kriterji tal-għoti

Il-Parti B tal-applikazzjoni sservi biex il-proposta tiġi evalwata kontra l-kriterji tal-għoti.

L-applikazzjonijiet iridu jipproponu struttura effiċjenti tal-ġestjoni u jipprovdu strateġija ċara u deskrizzjoni preċiża tal-istrateġija u tar-riżultati mistennija.

Il-kontenut ta' kull proposta se jiġi vvalutat skont il-kriterji u s-sottokriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti Massimi

Limitu

1.

Dimensjoni tal-Unjoni

20

14

2.

Kwalità tal-proposta teknika

40

24

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

10

6

4.

Baġit u kosteffettività

30

18

TOTAL

100

62

Il-proposti li jaqgħu taħt il-limiti globali u/jew il-limiti individwali mħabbra hawn fuq għandhom jiġu rifjutati.

Is-sottokriterji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta' kull wieħed mill-kriterji prinċipali tal-għoti:

1.

Id-dimensjoni tal-Unjoni

(a)

Rilevanza tal-miżuri proposti ta' informazzjoni u promozzjoni għall-objettivi ġenerali u speċifiċi elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014, l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, kif ukoll għall-prijoritajiet, l-objettivi u r-riżultati mistennija mħabbra taħt il-prijorità tematika rilevanti;

(b)

Il-messaġġ tal-Unjoni tal-kampanja;

(c)

L-impatt tal-proġett fil-livell tal-Unjoni.

2.

Il-kwalità tal-proposta teknika

(a)

Il-kwalità u rilevanza tal-analiżi tas-suq;

(b)

Il-koerenza tal-istrateġija tal-programm, tal-objettivi, u tal-messaġġi ewlenin;

(c)

Għażla xierqa ta' attivitajiet fir-rigward tal-objettivi u l-istrateġija tal-programm, taħlita ta' komunikazzjoni adegwata, sinerġija bejn l-attivitajiet;

(d)

Deskrizzjoni konċiża tal-attivitajiet u tar-riżultati

(e)

Il-kwalità tal-metodi u l-indikaturi proposti għall-evalwazzjoni

3.

Il-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett

(a)

L-organizzazzjoni tal-proġett u l-istruttura tal-ġestjoni;

(b)

Il-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju.

4.

Baġit u kosteffettività

(a)

Ġustifikazzjoni tal-livell ġenerali tal-investiment;

(b)

Allokazzjoni xierqa tal-baġit fir-rigward tal-objettivi u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet;

(c)

Deskrizzjoni ċara tal-ispejjeż stmati u tal-preċiżjoni tal-baġit;

(d)

Il-konsistenza bejn l-ispejjeż u r-riżultati stmati;

(e)

Stima realistika tal-ispejjeż tal-koordinazzjoni tal-proġetti u tal-attivitajiet implimentati mill-organizzazzjoni proponenti, inklużi n-numru u r-rata tal-persuni/jiem.

Wara l-evalwazzjoni, il-proposti kollha eliġibbli jiġu kklassifikati skont in-numru totali ta' punti mogħtija. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jingħataw lill-proposti bl-ogħla klassifikazzjoni skont il-baġit disponibbli.

Għandha tiġi stabbilita lista bi klassifikazzjoni separata għal kull wieħed mis-suġġetti ta' prijorità elenkati taħt it-taqsima 6.2 tas-sejħa preżenti.

Jekk ikun hemm żewġ proposti (jew aktar) bl-istess numru ta' punti fuq l-istess lista bi klassifikazzjoni, f'dak il-każ il-proposta(i) li tagħti(jagħtu) lok għal diversifikazzjoni f'termini ta' prodotti jew swieq immirati għandha(hom) tingħata(jingħataw) prijorità. Dan ifisser li bejn żewġ proposti ex aequo, il-Kummissjoni l-ewwel għandha tagħżel dik li l-kontenut tagħha (l-ewwel f'termini tal-prodotti, it-tieni f'termini tas-suq immirat) ikun għadu mhux rappreżentat fil-lista kklassifikata. Jekk dan il-kriterju ma jkunx jista' jiġi applikat, f'dak il-każ il-Kummissjoni għandha l-ewwel tagħżel il-programm li jkun ġab l-ogħla punteġġ għall-kriterji tal-għoti individwali. L-ewwel, hi se tqabbel il-punteġġi għad-“Dimensjoni tal-Unjoni”, imbagħad għall-“Kwalità tal-proposta finanzjarja”, u finalment għall-“Baġit u l-kosteffettività”.

Jekk għal suġġett partikolari ma jkunx hemm biżżejjed proposti fuq il-lista bi klassifikazzjoni biex jiġi eżawrit l-ammont kollu previst, l-ammont li jifdal jista' jiġi allokat mill-ġdid lil suġġetti oħra skont il-kriterji li ġejjin.

(a)

it-total tal-ammont previst li jifdal għat-tliet suġġetti dwar is-suq intern għandu jiġi allokat għall-proġetti li jimmiraw is-suq intern bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mis-suġġett li għalih applikaw;

(b)

għandu jittieħed l-istess approċċ għall-proposti mmirati lejn il-pajjiżi terzi (Suġġetti 4-6);

(c)

jekk l-ammont previst jibqa' ma jiġix eżawrit, l-ammonti li jifdal kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi għandhom jingħaqdu u jiġu assenjati għall-proġetti bl-ogħla punteġġ tal-kwalità, irrispettivament mill-prijorità u mis-suġġett li għalih ikunu applikaw.

L-ordni tal-listi kklassifikati ser tiġi segwita b'mod strett.

10.   Impenji legali

Il-koordinaturi tal-proposti inklużi fil-lista għall-finanzjament sejrin jiġu mistiedna jinvolvu ruħhom fil-fażi tal-adattament ta' qabel l-iffirmar tal-ftehim tal-għotja; l-adattament se jsir permezz ta' sistema online ta' tħejjija tal-għotjiet (SYGMA). Jekk jirnexxi, dan se jirriżulta fl-iffirmar ta' ftehim ta' għotja, imfassal fil-munita euro u li jispjega l-kundizzjonijiet u l-livell tal-finanzjament.

Il-ftehim tal-għotja jrid jiġi ffirmat elettronikament l-ewwel mill-koordinaturi f'isem il-konsorzju, imbagħad miċ-Chafea. Il-kobenefiċjarji kollha jridu jaderixxu mal-ftehim tal-għotja billi jiffirmaw elettronikament il-formola tal-adeżjoni tal-għotja.

11.   Dispożizzjonijiet finanzjarji

Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni (21) jiddefinixxu r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi multipli.

11.1.   Prinċipji ġenerali li japplikaw għall-għotjiet

(a)

Għoti mhux kumulattiv

Azzjoni tista' tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE.

L-istess spejjeż fl-ebda ċirkustanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni.

L-applikanti għandhom jindikaw is-sorsi u l-ammonti ta' finanzjament tal-Unjoni riċevuti jew li ssir applikazzjoni għalihom għall-istess azzjoni jew parti mill-azzjoni jew għat-tħaddim tagħhom (għotjiet operazzjonali), kif ukoll kwalunkwe finanzjament ieħor riċevut jew li ssir applikazzjoni għalih għall-istess azzjoni.

(b)

Non-retroattività

Ma tista' tingħata l-ebda għotja b'mod retrospettiv għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew.

Għotja tista' tingħata għal azzjoni li diġà tkun bdiet biss meta l-applikant ikun jista' juri l-ħtieġa li l-azzjoni tibda qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim tal-għotja.

F'dawn il-każijiet, l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ma jistgħux jiġġarrbu qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-għotja.

(c)

Il-prinċipju tal-kofinanzjament

Kofinanzjament ifisser li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma jkunux kompletament ipprovduti mill-għotja tal-UE.

In-nefqa li jifdal għandha tinġarr esklussivament mill-organizzazzjoni proponenti. Huma permessi u se jiġu kkunsidrati bħala rċevuti, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lil benefiċjarju mill-membri tagħha, speċifikament biex jintużaw għall-ispejjeż li huma negliġibbli taħt l-azzjoni

11.2.   Baġit ibbilanċjat

Il-baġit stmat tal-azzjoni jrid jiġi ppreżentat fil-parti A tal-formola ta' applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.

Il-baġit irid ikun imfassal fil-munita euro.

L-applikanti, li jipprevedu li l-ispejjeż ma jkunux se jiġu mġarrba fil-munita euro, huma mistiedna jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm

11.3.   Kuntratti/sottokuntratti ta' implimentazzjoni

Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta' kuntratti ta' akkwist (kuntratti ta' implimentazzjoni), il-benefiċjarju għandu jagħti l-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus jew l-orħos prezz (kif ikun xieraq), biex b'hekk jiġu evitati kunflitti ta' interess (22).

Il-benefiċarju hu mistenni li jiddokumenta b'mod ċar il-proċedura tal-offerti u għandu jżomm id-dokumentazzjoni f'każ li jkun hemm bżonn ta' awditjar.

Fejn l-organizzazzjoni proponenti tkun korp regolat mil-liġi pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), hija trid tagħżel is-sottokuntratturi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dik id-Direttiva.

Is-sottokuntrattar, jiġifieri l-esternalizzazzjoni ta' kompiti jew attivitajiet speċifiċi li jiffurmaw parti mill-azzjoni kif deskritt fil-proposta, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal kwalunkwe kuntratt ta' implimentazzjoni (kif speċifikat hawn fuq) u flimkien magħhom il-kundizzjonijiet li ġejjin:

irid ikun iġġustifikat filwaqt li jitqiesu n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha;

il-kompiti ċentrali tal-azzjonijiet (jiġifieri l-koordinazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjoni u l-ġestjoni tal-istrateġija) la jistgħu jiġu sottokuntrattati u lanqas delegati;

l-ispejjeż stmati tas-sottokuntrattar iridu jissemmew b'mod ċar fil-partijiet tekniċi u finanzjarji tal-proposta;

kwalunkwe rikors għas-sottokuntrattar, jekk ma jiġix ipprovdut fid-deskrizzjoni tal-azzjoni, jiġi kkomunikat mill-benefiċjarju u approvat miċ-Chafea. Iċ-Chafea tista' tagħti approvazzjoni:

(i)

qabel kwalunkwe rikors għal sottokuntrattar, jekk il-benefiċjarji jitolbu emenda

(ii)

wara rikors għal sottokuntrattar jekk is-sottokuntrattar:

ikun speċifikament iġġustifikat fir-rapport tekniku interim jew finali u

ma jinvolvix bidliet għall-ftehim tal-għotja li jqajmu dubju dwar id-deċiżjoni li tagħti l-għotja jew ikunu kontra t-trattament ugwali tal-applikanti;

il-benefiċjarji jiżguraw li ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-benefiċjarji, enumerati fil-ftehim tal-għotja (eż. il-viżibbiltà, il-kunfidenzjalità, eċċ.) jkunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratturi.

Sottokuntrattar lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju

Jistgħu jingħataw sottokuntratti wkoll lil entitajiet li jkollhom rabta strutturali mal-benefiċjarju, iżda biss jekk il-prezz ikun limitat għall-ispejjeż reali mġarrba mill-entità (jiġifieri mingħajr l-ebda marġini ta' profitt).

Il-kompiti li għandhom jiġu implimentati minn tali entitajiet iridu jkunu msemmija b'mod ċar fil-parti teknika tal-proposta.

11.4.   Forom ta' finanzjament, spejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli

Il-kofinanzjament għandu jieħu l-forma ta' rimborż ta' proporzjon speċifikat tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt jiġġarrbu; huwa se jinkludi wkoll rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti (ugwali għal 4 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-persunal) li jkunu relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjoni (24).

Ammont massimu mitlub

L-għotja tal-UE hija limitata għar-rata massima ta' kofinanzjament li ġejja ta':

għal programmi multipli fis-suq intern u f'pajjiżi terzi: 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-programm;

għal applikanti stabbiliti fi Istati Membri li fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara rċevew għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 136 u 143 TFUE (25), il-perċentwal għandu jkun 85 %.

Dan għandu japplika biss għal dawk l-għotjiet li ffirmat iċ-Chafea qabel id-data minn meta l-Istat Membru kkonċernat ma jibqax jirċievi dik l-għajnuna finanzjarja.

Konsegwentement, parti mit-total tal-ispejjeż eliġibbli mdaħħla fl-istima tal-baġit għandha tiġi ffinanzjata minn sorsi barra l-għotja mill-UE (prinċipju ta' kofinanzjament).

Spejjeż eliġibbli

L-ispejjeż eliġibbli jkunu attwalment imġarrba mill-benefiċjarju tal-għotja u jissodisfaw il-kriterji kollha indikati fl-Artikolu 6 tal-mudell tal-ftehim ta' għotja.

L-ispejjeż eliġibbli (direttament u indirettament) huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6, il-paragrafi 1, 2 u 3)

L-ispejjeż li mhumiex eliġibbli huma indikati fil-ftehim tal-għotja (ara l-Artikolu 6.4)

Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja

L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat wara t-tlestija tal-programm, fuq approvazzjoni tat-talba għall-pagament.

L-“ammont finali tal-għotja” jiddependi minn kemm fil-fatt il-programm ikun qiegħed jiġi implimentat skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim.

Dan l-ammont jiġi kkalkulat miċ-Chafea, meta jsir il-pagament tal-bilanċ, fl-istadji li ġejjin:

(1)

Applikazzjoni tar-rata tar-rimborż għall-ispejjeż eliġibbli

(2)

Limitu għall-ammont massimu tal-għotja

(3)

Tnaqqis minħabba r-regola ta' ebda profitt

(4)

Tnaqqis minħabba implimentazzjoni żbaljata jew ksur ta' obbligi oħrajn

L-għotjiet tal-UE jistgħu ma jkollhomx l-iskop jew l-effett li jipproduċu profitt fi ħdan il-qafas tal-azzjoni. “Profitt” għandha tiġi definita bħala l-eċċess tal-ammont miksub wara l-istadji 1 u 2 flimkien mal-irċevuti totali tal-azzjoni, fuq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni.

F'dan ir-rigward, meta jsir profitt, iċ-Chafea għandha tkun intitolata li tirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt iġġarrbu mill-benefiċjarju(i) biex iwettaq(iwettqu) l-azzjoni. Sieħeb (koordinatur jew benefiċjarju ieħor) li jitlob kontribuzzjoni mill-UE ta' ≤ EUR 60 000, huwa eżentat minn din id-dispożizzjoni.

11.5.   Arranġamenti għall-pagamenti

Ħlas ta' prefinanzjament li jikkorrispondi għal 20 % tal-ammont tal-għotja se jiġi ttrasferit lill-koordinatur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja (l-Artikolu 16.2).

Pagament(i) interim għandu(hom) jitħallas(jitħallsu) lill-koordinatur skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta' għotja (l-Artikolu 16.3). Il-pagament(i) interim huwa(huma) maħsuba(in) biex jirrimborżaw il-kostijiet eliġibbli mġarrba għall-implimentazzjoni tal-programm matul il-perjodu(i) ta' rapportar korrispondenti.

L-ammont totali tal-pagament(i) ta' prefinanzjament u interim ma għandux jaqbeż 90 % tal-ammont massimu tal-għotja.

Iċ-Chafea se tistabbilixxi l-ammont tal-pagament tal-bilanċ abbażi tal-kalkolu tal-ammont finali tal-għotja u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim tal-għotja.

Jekk l-ammont totali tal-pagamenti li saru qabel ikun akbar mill-ammont finali tal-għotja, il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta' rkupru.

11.6.   Garanzija ta' prefinanzjament

Jekk il-kapaċità finanzjarja tal-applikant ma tkunx sodisfaċenti, tista' tintalab garanzija tal-prefinanzjament li tista' tasal sal-istess ammont tal-pagament tal-prefinanzjament biex tillimita r-riskji finanzjarji relatati mal-pagament tal-prefinanzjament.

Jekk mitluba, il-garanzija finanzjarja f'euro, għandha tiġi pprovduta minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja approvata stabbilita f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ammonti li jkunu marbutin f'kontijiet il-bank ma għandhomx jiġu aċċettati bħala garanziji finanzjarji.

Din il-garanzija tista' tiġi sostitwita b'garanzija mogħtija in solidum minn parti terza, jew bħala garanzija konġunta tal-benefiċjarji tal-azzjoni li huma partijiet għall-istess ftehim tal-għotja.

Il-garanti għandu jkun il-garanti li jissejjaħ l-ewwel u ċ-Chafea ma jkunx jeħtiġilha li l-ewwel tirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju kkonċernat).

Il-garanzija tal-prefinanzjament għandha tibqa' fis-seħħ b'mod espliċitu sakemm jitħallas il-bilanċ, u fil-każ li l-pagament tal-bilanċ jsir fil-forma ta' rkupru, sa tliet xhur wara li n-nota ta' debitu tiġi nnotifikata lil benefiċjarju.

Ma hija se tkun meħtieġa l-ebda garanzija għal benefiċjarji li jirċievu kontribuzzjoni tal-UE ta' EUR ≤ 60 000 (għotjiet ta' valur baxx).

12.   Pubbliċità

12.1.   Mill-benefiċjarji

Il-benefiċjarji jridu juru biċ-ċar il-kontribut tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha li għalihom tintuża l-għotja.

F'dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa li jagħtu prominenza lill-isem u l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet, posters, programmi u prodotti oħra kollha tagħhom imwettqa taħt il-proġett kofinanzjat.

Ir-regoli għar-riproduzzjoni grafika tal-emblema Ewropea jinsabu fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali (26).

Barra minn hekk, il-materjal viżiv kollu li jiġi prodott fil-qafas ta' programm ta' promozzjoni kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għandu juri l-firma “Enjoy it's from Europe” (“Gawdi, dan mill-Ewropa”):

Il-linji gwida dwar l-użu tal-firma, kif ukoll il-fajls grafiċi kollha jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-promozzjoni fuq Ewropa (27).

Fl-aħħar nett, kull materjal bil-miktub, jiġifieri brochures, posters, fuljetti, strixxuni, kartelluni, riklami stampati, artikli fil-ġurnali, paġni web (bl-eċċezzjoni ta' gadgets żgħar) għandu jinkludi dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà skont it-termini dettaljati fil-ftehim tal-għotja, li tispjega li jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtur. Il-Kummissjoni Ewropea/l-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal użu li jista' jsir mill-informazzjoni li jkun fih.

12.2.   Miċ-Chafea

Kull informazzjoni relatata mal-għotjiet mogħtija matul sena finanzjarja għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet taċ-Chafea sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja li fiha jkunu ngħataw l-għotjiet.

Iċ-Chafea se tippubblika l-informazzjoni li ġejja:

l-isem tal-benefiċjarju (l-entità legali)

l-indirizz tal-benefiċjarju meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika, ir-reġjun meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika, kif iddefinit fil-livell NUTS 2 (28) jekk huwa/hija domiċiljat(a) fl-UE jew ekwivalenti jekk domiċiljati barra mill-UE,

is-suġġett tal-għotja,

l-ammont mogħti.

13.   Protezzjoni tad-data

It-tweġiba għal kull sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CV tal-individwi li jipparteċipaw fl-azzjoni kofinanzjata). Din id-data tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew (29). Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali mitluba li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-proposti se jiġu pproċessati biss għal dak l-iskop mill-Aġenzija Eżekuttiva/mill-Kummissjoni jew minn partijiet terzi li jaġixxu f'isem l-Aġenzija Eżekuttiva/il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha. Is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu infurmati dwar aktar dettalji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, id-drittijiet tagħhom u kif dawn jistgħu jiġu infurzati b'riferiment għad-dikjarazzjoni tal-privatezza ppubblikata fil-portal għall-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/support/legal_notices.html

u fis-sit web tal-Aġenzija:

http://ec.europa.eu/chafea/about/data_protection.html

L-applikanti huma mistiedna jiċċekkjaw id-dikjarazzjoni tal-privatezza rilevanti f'intervalli regolari ħalli jkunu infurmati kif xieraq b'aġġornamenti possibbli li jistgħu jseħħu sal-iskadenza tas-sottomossjoni tal-proposti tagħhom jew wara. Il-benefiċjarji jassumu l-obbligu ġuridiku li jinfurmaw lill-persunal tagħhom dwar l-operazzjonijiet tal-ipproċessar rilevanti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija; biex jagħmlu dan, iridu jipprovdulhom id-dikjarazzjonijiet tal-privatezza ppubblikati mill-Aġenzija fuq il-portal għall-parteċipanti qabel jittrażmettu d-data tagħhom lill-Aġenzija; Id-data personali tista' tiġi rreġistrata fis-Sistema ta' Individwazzjoni u ta' Esklużjoni Bikrija (EDES) tal-Kummissjoni Ewropea prevista fl-Artikoli 105a u 108 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE skont id-dispożizzjonijiet applikabbli.

14.   Proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti

Il-proposti jridu jintbagħtu sad-data ta' skadenza stabbilita fit-taqsima 3 permezz tas-Sistema tas-Sottomissjoni Elettronika fuq:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

Qabel ma tissottometti proposta:

1.

Sib sejħa:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/opportunities/agrip/index.html

2.

Oħloq kont biex tissottometti proposta:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

3.

Irreġistra s-sħab kollha permezz tar-reġistru tal-benefiċjarji:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/desktop/en/organisations/register.html

L-applikanti se jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

L-applikanti għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-limitu ta' paġni u tal-ifformattjar għall-proposta teknika (parti B) indikata fis-sistema tas-sottomissjoni.

Meta jissottometti proposta, l-applikant jaċċetta l-proċeduri u l-kundizzjonijiet kif deskritt f'din is-sejħa u fid-dokumenti li tirreferi għalihom.

Mhi permessa l-ebda modifika għall-applikazzjoni ladarba tgħaddi d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni. Madankollu, jekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew għall-korrezzjoni ta' żbalji klerikali, il-Kummissjoni/l-Aġenzija tista' tikkuntattja lill-applikant għal dan l-għan waqt il-proċess tal-evalwazzjoni (30).

Kuntatti

Għal mistoqsijiet dwar l-għodod għas-sottomissjoni online, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-IT stabbilit għal dan l-għan permezz tas-sit web tal-portal għall-parteċipanti:

http://ec.europa.eu/research/index.cfm?pg=enquiries

Għal mistoqsijiet mhux relatati mal-IT, huwa disponibbli helpdesk fiċ-Chafea permezz ta': CHAFEA-AGRI-CALLS@ec.europa.eu. Id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-mistoqsijiet hija d-29.3.2018 17.00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali). It-tweġibiet għall-mistoqsijiet rilevanti sejrin jiġu ppubblikati fuq http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html sal-5.4.2018 17:00 CET (Ħin tal-Ewropa Ċentrali).

Il-mistoqsijiet frekwenti jiġu ppubblikati fuq is-sit web taċ-Chafea: http://ec.europa.eu/chafea/agri/faq.html

Fil-korrispondenza kollha relatata ma' din is-sejħa (eż: meta tintalab informazzjoni, jew tiġi sottomessa applikazzjoni), għandha ssir referenza ċara għal din is-sejħa speċifika. Ladarba s-sistema ta' skambju elettroniku talloka numru tal-ID tal-proposta, l-applikant irid juża dan in-numru f'kull korrispondenza sussegwenti.

Wara d-data ta' skadenza għas-sottomissjoni, ma jistgħux isiru modifiki għall-applikazzjoni.

Dokumenti relatati

Gwida għall-applikanti dwar l-annessi rilevanti

Formola ta' applikazzjoni

Mudell tal-ftehim tal-għotjiet (verżjoni ta' monobenefiċjarju u multibenefiċjarju)


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1829 tat-23 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 3).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1831 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 14).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma għall-2018 tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi, C(2017) 7475/2.

(5)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(7)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(8)  Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9).

(*1)  Proposti dwar il-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż ukoll huma eliġibbli skont is-Suġġett C u s-Suġġett D. Għall-programmi dwar il-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż proposti skont is-Suġġett C, sabiex jiġi evitat trikkib, il-messaġġ għandu jkun differenti mill-aspett sostenibbli tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż (ħlief jekk il-laħam tan-nagħaġ/tal-mogħoż ikun assoċjat ma' prodott(i) ieħor(oħra)).

(*2)  Proposti dwar il-frott u l-ħaxix ukoll huma eliġibbli skont is-Suġġett C u D. Għall-programmi dwar il-frott u l-ħaxix proposti skont is-Suġġett C, il-messaġġ għandu jkun differenti milli jiġu enfasizzati l-benefiċċji tal-konsum tal-frott u tal-ħaxix f'dieta bilanċjata u xierqa (ħlief jekk il-frott u l-ħaxix ikunu assoċjati ma' prodott(i) ieħor(oħra)).

(10)  COM(2007) 279 final, 30.5.2007.

(11)  L-Artikolu 106(1), 106(2), 107 u 108 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni korrispondenti tiegħu adottati mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 286, 30.10.2015, p. 1) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2462 (ĠU L 342, 29.12.2015, p. 7) rispettivament.

(12)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

(13)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(14)  Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2003/568/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(15)  Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(16)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(17)  Id-Deċiżjoni Kwadra tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).

(18)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(20)  Il-mudell huwa disponibbli fuq l-indirizz li ġej: http://europass.cedefop.europa.eu/

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 966/2012 u r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 fis-seħħ kif l-aħħar emendati mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 u r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2462.

(22)  Għal gwida dwar il-proċedura kompetittiva, jekk jogħġbok irreferi għall-paġna tal-web li ġejja:

https://ec.europa.eu/chafea/agri/sites/chafea/files/agri-2016-61788-00-00_en.pdf

(23)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(24)  L-applikanti għandhom ikunu jafu li f'każ li jirċievu għotja operattiva, l-ispejjeż indiretti ma jkunux eliġibbli.

(25)  Fid-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-sejħa: Il-Greċja.

(26)  http://publications.europa.eu/code/mt/mt-5000100.htm

(27)  https://ec.europa.eu/info/promotion-eu-farm-products_mt

(28)  ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1.

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(30)  Artikolu 96 tar-Regolament Finanzjarju.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/50


Avviż rigward il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

(2018/C 9/11)

Il-miżuri li attwalment huma fis-seħħ huma dazju antidumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (1) dwar importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta' Implimenazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1167 (2) (“il-miżuri fis-seħħ”).

L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea huma soġġetti għal dazju ta' 60,4 %, bl-eċċezzjoni tal-prodott immanifatturat minn kumpaniji li huma eżentati bħala produtturi ġenwini permezz tar-Regolament (UE) Nru 102/2012 (kif emendat). Kumpanija partikolari li tinsab fir-Repubblika tal-Korea, jiġifieri CS Co., Ltd., li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar huma eżentati mid-dazju antidumping billi nstab li kienet produttur ġenwin, infurmat lill-Kummissjoni li l-indirizz tagħha kien inbidel kif stipulat iktar 'l isfel.

Il-kumpanija qalet li l-bidla tal-indirizz ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mid-dazju li applikat għalih bl-indirizz preċedenti. Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li CS Co., Ltd tibqa’ l-istess kumpanija bl-istess numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji, b’modifika biss tal-indirizz kummerċjali. Din il-modifika ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.

Ir-referenza għal CS Co., Ltd fit-tabella stipulata fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, kif l-aħħar emendata permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1167, għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-bidla fl-indirizz għal 31-102, Junam maeul 2-gil, Yangsan, Gyeongsangnam-do. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kodiċi addizzjonali TARIC tagħha jibqa’ A969.


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1167 tat-18 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 19).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/51


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8715 — CVC/TMF)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 9/12)

1.

Fit-3 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (“CVC”, il-Lussemburgu),

TMF Orange Holding BV (“TMF”, in-Netherlands).

CVC takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ TMF.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CVC: l-għoti ta’ pariri u ġestjoni ta’ fondi u pjattaformi ta’ investiment;

—   TMF: l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, legali u servizzi amministrattivi tar-riżorsi umani lill-klijenti korporattivi, klijenti tal-investment alternattiv u klijenti privati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8715 — CVC/TMF

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.