ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 418A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
7 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 418 A/01

Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa EPSO/AD/354/17 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) għal-Lingwa Latvjana (LV) — EPSO/AD/355/17 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) għal-Lingwa Maltija (MT)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

7.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 418/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

EPSO/AD/354/17 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) GĦAL-LINGWA LATVJANA (LV)

EPSO/AD/355/17 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) GĦAL-LINGWA MALTIJA (MT)

(2017/C 418 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: Is-16 ta’ Jannar 2018 f’12.00 (nofsinhar), CET

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa, ibbażati fuq kwalifiki u testijiet, biex jinħolqu listi ta’ riżerva li minnhom il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu tkun tista’ tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ġuristi lingwisti” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tal-għażla.

Ara l-ANNESS IV għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

EPSO/AD/354/17 — LV: 10

EPSO/AD/355/17 — MT: 10

Dan l-avviż jirrigwarda żewġ kompetizzjonijiet. Tista’ tapplika għal waħda biss. Din l-għażla trid tagħmilha meta tapplika onlajn u ma tistax tibdilha wara li tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni onlajn tiegħek.

X’KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

Ir-rwol ġenerali tal-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja huwa li jittraduċu testi ġuridiċi għal-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas minn żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea u jipprovdu analiżi ġuridika b’kooperazzjoni mar-Reġistri u mad-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA li ġejjin meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

(1)    Kundizzjonijiet ġenerali:

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti morali għat-twettiq tad-dmirijiet ikkonċernati

(2)    Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi:

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas 3 lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Irid ikollok għarfien tal-lingwa tal-kompetizzjoni tal-inqas fil-livell C2 (għarfien perfett), tal- Franċiż tal-inqas fil-livell C1 (għarfien profond) u ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea tal-inqas fil-livell C1 (għarfien profond).

Dawn il-kompetizzjonijiet huma maħsuba għall-kandidati li għandhom ħakma perfetta, kemm tal-kitba kif ukoll tal-mitkellem, tal-lingwa tal-kompetizzjoni (fil-livell ta’ lingwa materna jew ekwivalenti). Jekk ma għandekx dan il-livell, nagħtuk parir qawwi ma tapplikax.

Ara l-ANNESS II għall-kombinazzjonijiet lingwistiċi u l-kwalifiki meħtieġa

Il-livell minimu meħtieġ msemmi hawn fuq għal-Lingwa 1 irid japplika għal kull abilità lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola tal-applikazzjoni. Dawn l-abilitajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għall-Ilsna: https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet se nirreferu għal-lingwi bħala:

Il-Lingwa 1: il-lingwa tal-kompetizzjoni magħżula ( il-Latvjan jew il-Malti ). Il-lingwa użata għall-formola tal-applikazzjoni, it-testijiet tat-traduzzjoni u t-testijiet tal-fażi tal-valutazzjoni.

Lingwa 2 ( il-Franċiż ): il-lingwa użata għal wieħed mit-testijiet ta’ traduzzjoni u għall-komunikazzjoni mill-EPSO lill-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida.

Il-Lingwa 3: il-lingwa użata għal wieħed mit-testijiet tat-traduzzjoni. Waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li ma tkunx waħda mil-lingwi 1 u 2.

Il-lingwa 2 trid tkun il-Franċiż.

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija istituzzjoni multilingwistika li tiffunzjona skont ir-regoli lingwistiċi definiti mir-Regoli tal-Proċedura tagħha. Ladarba jiġu reklutati, huwa essenzjali li l-ġuristi lingwisti jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mill-ewwel.

Il-lingwa li l-kandidati jistgħu jagħżlu bħala l-lingwa 1, jiġifieri l-lingwa tal-istudji legali tagħhom, tikkorrispondi għal-lingwa fil-mira tal-unità tat-traduzzjoni kkonċernata u l-lingwa ta’ komunikazzjoni fi ħdan l-unità. Jinħtieġ ħakma perfetta ta’ dik il-lingwa għall-ġuristi lingwisti li jridu jittraduċu testi ġuridiċi kumplessi lejha. Hekk ukoll, abbażi ta’ ħakma perfetta u attiva tal-lingwa 1, hemm bżonn li l-kandidati juru, pereżempju, li se jkunu kapaċi jwettqu analiżi ġuridika u terminoloġika fil-lingwa 1 ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari mibgħuta mill-qrati nazzjonali f’dik il-lingwa. Minħabba dawn il-limitazzjonijiet speċifiċi fuq xogħol tal-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja, huwa raġonevoli li l-kandidati jkunu meħtieġa jimlew il-formola tal-applikazzjoni u jagħmlu t-testijiet ta’ kompetenza ġenerali u speċifika fil-fażi tal-valutazzjoni fil-lingwa tal-kompetizzjoni. Dan joffri l-aqwa garanzija li l-kandidati reklutati jkunu tal-ogħla kalibru f’termini ta’ kapaċità u effikaċja.

L-għażla tal-lingwa 2 tirrifletti l-volum sinifikanti tat-testi li jridu jiġu tradotti minn din il-lingwa, partikolarment sentenzi u digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Biex jiġi żgurat li l-ġurisprudenza tkun tista’ tiġi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, huwa essenzjali li kull ġurist lingwist f’kull waħda mill-unitajiet tat-traduzzjoni kkonċernati jkun jista’ jaħdem bil-lingwa 2. F’dawk il-każijiet fejn l-għażla tal-lingwa 3 hija ristretta, din ir-restrizzjoni tqis ir-rekwiżiti tal-kopertura lingwistika tal-unitajiet ikkonċernati, jiġifieri li jeħtieġ li l-ġuristi lingwisti li jiġu reklutati f’dawk l-unitajiet ikunu kapaċi jittraduċu testi ġuridiċi kumplessi minn waħda mil-lingwi speċifikati. Testi tali jinkludu Konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali, tradotti biex jiġu ppubblikati, u tad-dokumenti proċedurali, tradotti għall-benefiċċju tal-partijiet fil-proċedimenti u tal-Qrati stess.

Kuntrarjament għal dak miktub fil-punti 4.2.1, 4.2.2, u 4.3.1 tar-Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa (fl-Anness IV ta’ dan l-avviż), għall-fini ta’ dawn il-kompetizzjonijiet, il-kandidati jistgħu jippreżentaw talbiet u lmenti bil-Lingwa 1 jew bil-Lingwa 2 tagħhom filwaqt li l-EPSO jwieġeb bil-Lingwa 2 (il-Franċiż).

KIF SE NINTGĦAŻEL?

(1)    Il-proċess ta’ applikazzjoni

Trid timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek bil-lingwa li tkun għażilt bħala l-lingwa 1 tiegħek (ara t-taqsima “Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi”).

Waqt li tkun qed timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tintalab tikkonferma l-eliġibilità tiegħek għall-kompetizzjoni magħżula u tagħti aktar informazzjoni rilevanti għal din il-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener/Evalwatur tal-Kapaċitajiet)). Trid tagħżel ukoll il-lingwa 1 tiegħek (il-lingwa tal-kompetizzjoni magħżula), il-lingwa 2 tiegħek (il-Franċiż) u l-lingwa 3 tiegħek (waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea minbarra l-lingwi 1 u 2).

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Ladarba tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ iktar tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel l-iskadenza.

(2)    Verifiki tal-eliġibilità

Ir-rekwiżiti tal-eliġibilità msemmija fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu vverifikati mad-dejta pprovduta fl-applikazzjonijiet onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibilità filwaqt li l-Bord tal-Għażla jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibilità.

(3)    Preselezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener /Evalwatur tal-Kapaċitajiet):

Jekk l-għadd ta’ kandidati li jinstab li jissodisfaw il-verifiki ta’ eliġibilità jkun anqas minn 20 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni, ma ssirx preselezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki u l-kandidati eliġibbli kollha jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet preliminari.

Jekk l-għadd ta’ kandidati li jinstab li jissodisfaw il-verifiki ta’ eliġibilità jkun daqs jew ogħla minn 20 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni, il-Bord tal-Għażla janalizza bir-reqqa l-applikazzjonijiet tal-kandidati eliġibbli kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sad-data ta’ skadenza.

F’dak il-każ, u sabiex il-Bord tal-Għażla jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat f’dawn il-kompetizzjonijiet irid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “Evalwatur tal-Kapaċitajiet” tal-formola tal-applikazzjoni. L-għażla bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 2, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-taqsima tal-“Evalwatur tal-Kapaċitajiet” biss . Għalhekk għandek tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha fit-tweġibiet tiegħek fit-taqsima “Evalwatur tal-Kapaċitajiet”, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tal-għażla inklużi f’dan l-avviż.

Jekk jogħġbok ara l-ANNESS III għal-lista tal-kriterji.

Biex jagħmel l-għażla bbażata fuq il-kwalifiki, il-Bord tal-Għażla l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tal-għażla li jkun jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mmultiplikati bil-piż ta’ kull kriterju u jingħaddu flimkien biex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom ikunu jissodisfaw l-aħjar id-dmirijiet li jridu jitwettqu.

Dawk il-kandidati biss li jkunu kisbu l-ogħla marki kumplessivi fl-għażla bbażata fuq il-kwalifiki jgħaddu għall-istadju li jmiss.

(4)    Testijiet preliminari: traduzzjonijiet

Massimu ta’ 20 darba l-għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Il-kandidati mistiedna għat-testijiet preliminari jagħmlu 2 testijiet ta’ traduzzjoni bil-kompjuter mingħajr l-għajnuna ta’ dizzjunarju :

(a)

It-traduzzjoni lejn il-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1) ta’ test ġuridiku mfassal fil-lingwa 2 tiegħek.

(b)

It-traduzzjoni lejn il-lingwa tal-kompetizzjoni (lingwa 1) ta’ test ġuridiku mfassal fil-lingwa 3 tiegħek.

Kull test idum 110 minuti u kull wieħed minnhom ikun immarkat b’massimu ta’ 80 marka (marka minima biex tgħaddi 40/80). Jekk ma tgħaddix mit-test (a), it-test (b) tiegħek ma jiġix immarkat.

Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet, flimkien mal-marki miksuba matul il-fażi ta’ valutazzjoni, jingħaddu flimkien biex tinkiseb il-marka finali tiegħek.

(5)    Il-fażi tal-valutazzjoni

Massimu ta’ 4,5 darbiet l-għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa għal kull kompetizzjoni jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibilità skont id-dejta fl-applikazzjoni onlajn tiegħek u jekk ġibt waħda mill-ogħla marki kumplessivi fit-testijiet preliminari, tiġi mistieden għall-fażi tal-valutazzjoni għal ġurnata u nofs, x’aktarx il-Lussemburgu , fejn tagħmel testijiet fil-lingwa 1 tiegħek.

Sakemm ma tkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) fil-fażi tal-valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fil-fażi tal-valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura l-istess ġurnata.

Il-fażi tal-valutazzjoni hija magħmula minn sensiela ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla fuq il-kompjuter u testijiet ibbażati fuq il-kompetenza kif indikat hawn taħt:

Testijiet

Mistoqsijiet

Tul ta’ ħin

Marka minima biex tgħaddi

Raġunament verbali

20 mistoqsija

35 minuta

L-ebda marka minima meħtieġa biex tgħaddi

Raġunament numeriku

10 mistoqsijiet

20 minuta

Raġunament astratt

10 mistoqsijiet

10 minuti

Jingħata punt għal kull mistoqsija u l-punteġġ kumplessiv ikun minn massimu ta’ 40 marka. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet jingħaddu mal-marka kumplessiva finali tiegħek.

Fl-istadju tal-Fażi tal-Valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal dawn il-kompetizzjonijiet permezz ta’ tliet testijiet (eżerċizzju fi grupp u intervisti ġenerali u speċifiċi għall-kompetenza) kif deskritt, fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

Testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Eżerċizzju fi grupp

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Eżerċizzju fi grupp

6.

Reżiljenza

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

8.

Ħiliet ta’ Tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Marki minimi biex tgħaddi

3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox


Kompetenza

Test

Kompetenzi speċifiċi

Intervista bbażata fuq kompetenzi speċifiċi biex jiġi evalwat l-għarfien speċjalizzat tiegħek u l-ħakma lingwistika tiegħek fil-qasam tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Waqt l-intervista, tintalab tagħmel preżentazzjoni orali.

Marka minima biex tgħaddi

10/20

Il-marki miksuba fit-testijiet tat-traduzzjoni jiżdiedu ma’ dawk miksuba waqt il-fażi tal-valutazzjoni biex iwasslu għall-punteġġ kumplessiv finali tal-kandidati.

(6)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiċċekkja l-eliġibilità tal-kandidati mad-dokumenti ta’ sostenn tagħhom, il-Bord tal-Għażla jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni — sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati ammessi mixtieq — minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi kollha biex jgħaddu kif ukoll l-ogħla marki kumplessivi wara l-fażi tal-valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv tal-kandidati ammessi mingħand il-Bord tal-Għażla, ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-proċeduri ta’ reklutaġġ u għall-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Applika onlajn fis-sit tal-EPSO https://epso.europa.eu/apply/job-offers_mt sa:

is-16 ta’ Jannar 2018 f’12.00 (nofsinhar), CET.


ANNESS I

DMIRIJIET

Il-Qorti tal-Ġustizzja tirrekluta avukati bi kwalifiki tajbin ħafna, li jridu jkunu kapaċi jittraduċu testi ġuridiċi/leġiżlattivi kumplessi fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas minn żewġ lingwi oħra. Xogħol il-ġuristi lingwisti jinvolvi l-użu ta’ għodod tal-informatika kif ukoll ta’ għodod oħrajn tal-uffiċċju.

Id-dmirijiet jinvolvu t-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, Konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali, osservazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet, eċċ.) lejn il-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas minn 2 mil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea, u l-għoti ta’ analiżi ġuridika b’kooperazzjoni mar-Reġistri u d-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Tmiem l-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KWALIFIKI U KOMBINAZZJONIJIET LINGWISTIĊI

EPSO/AD/354/17 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) GĦAL-LINGWA LATVJANA (LV)

1.   Kwalifiki

Irid ikollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Latvjana:

Kandidātiem ir jābūt diplomam par augstāko juridisko izglītību Latvijas tiesību zinātnē, kas iegūts akreditētā studiju programmā, vai minētā līmeņa izglītībai pielīdzināmam diplomam un jurista kvalifikācijai.

Il-kandidati li jkunu kkonkludew kors ta’ lawrja wara tliet snin iridu jkunu kisbu wkoll tal-inqas sena esperjenza professjonali adatta.

Biex jiddetermina jekk kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-Bord tal-Għażla jikkunsidra r-regoli fis-seħħ fil-mument meta tkun inkisbet il-lawrja.

Ara l-ANNESS V għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

2.   Għarfien ta’ lingwi

Lingwa 1:

Livell minimu C2 (kompetenza perfetta) għal-Latvjan

Lingwa 2:

Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) fil-Franċiż għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi

Lingwa 3:

Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għall-Ilsna (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

EPSO/AD/355/17 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) GĦAL-LINGWA MALTIJA (MT)

1.   Kwalifiki

Irid ikollok livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Maltija:

Dottorat fil-liġi (LL.D.) jew Master fl-Avokatura (M.Adv.);

Diploma ta’ Nutar Pubbliku (Dip.Not.Pub.) jew Master fl-Istudji Notarili (M.Not.ST.);

Baċellerat fl-Arti tal-Istudji Soċjo-Legali b’Diploma ta’ Prokuratur legali (B.A., L.P.) jew Baċellerat fil-Liġi b’diploma ta’ Prokuratur Legali (LL.B (Hons), L.P.)

Il-kandidati li jkunu kkonkludew kors ta’ lawrja wara tliet snin iridu jkunu kisbu wkoll tal-inqas sena esperjenza professjonali adatta.

Biex jiddetermina jekk kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-Bord tal-Għażla jikkunsidra r-regoli fis-seħħ fil-mument meta tkun inkisbet il-lawrja.

Ara l-ANNESS V għal eżempji ta’ kwalifiki minimi

2.   Għarfien ta’ lingwi

Lingwa 1:

Livell minimu C2 (kompetenza perfetta) għall-Malti

Lingwa 2:

Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) fil-Franċiż għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi

Lingwa 3:

Livell minimu C1 (profiċjenza operazzjonali effikaċi) f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għall-Ilsna (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

Tmiem l-ANNESS II, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

KRITERJI TAL-GĦAŻLA:

Il-Bord tal-Għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla bbażata fuq il-kwalifiki:

1.

Esperjenza professjonali fil-qasam tat-traduzzjoni legali;

2.

Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ testi ġuridiċi;

3.

Esperjenza legali professjonali miksuba f’ditta ta’ avukati, bħala avukat ta’ kumpanija, f’amministrazzjoni nazzjonali, f’organizzazzjoni internazzjonali jew f’università;

4.

Diploma/ċertifikat/kwalifika fit-traduzzjoni jew studji lingwistiċi/tal-lingwa f’relazzjoni mal-lingwi meħtieġa għall-kompetizzjoni (il-lingwa 1, 2 jew 3);

5.

Għarfien bil-provi ta’ lingwi uffiċjali addizzjonali tal-Unjoni Ewropea apparti l-lingwi meħtieġa għall-kompetizzjoni.

Tmiem l-ANNESS III, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali.


ANNESS IV

REGOLI ĠENERALI APPLIKABBLI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull riferiment, fil-qafas ta’ proċeduri tal-għażla organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid titqies li tikkostitwixxi wkoll riferiment għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat riammess wara li jirbaħ appell jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat riammess wara li jirbaħ appell f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għad-dmirijiet .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kemm jekk le, jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, pereżempju ministeru tal-edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, il-Bord tal-Għażla jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għal edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk kienx kors full-time, part-time jew ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa) titqies biss jekk tkun rilevanti għad-dmirijiet meħtieġa u tkun:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

imħallsa;

tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; u

suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

xogħol volontarju: jekk remunerat u jinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul simili għal impjieg regolari;

apprendistati: jekk remunerat;

servizz militari obbligatorju: konkluż qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul ta’ żmien statutorju fl-Istat Membru tiegħek;

leave tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kien remunerat u jekk le; u

xogħol part-time: ikkalkolat pro rata fuq il-bażi tal-għadd ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur jgħodd daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ta’ sostenn

Fl-istadji differenti tal-proċedura tal-għażla, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’2 partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) tal-passat u impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, bit-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tal-impjieg flimkien u l-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr salarju pereżempju impjieg għal rasek jew professjoni libera) fatturi jew formoli tal-ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali rilevanti ieħor ta’ sostenn;

(għall-interpreti tal-konferenzi, meta l-esperjenza professjonali tkun meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ ġranet, u minn liema u lejn liema lingwi seħħet l-interpretazzjoni, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni tal-konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huwa meħtieġ l-ebda dokument ta’ sostenn bħala prova tal-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal xi profili ta’ lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn trid tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abilità tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabbiltà jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tiġi kkunsidrata. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, biex tkun raġonevolment akkomodat meta jkun meħtieġ.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO-accessibility team permezz ta’:

posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur Bord tal-Għażla biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeċiedu wkoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Biex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tal-Għażla, huwa strettament ipprojbit li l-kandidati jew kwalunkwe persuna barra mill-bord jipprovaw jikkuntattjaw wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-Bord tal-Għażla lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. Kull intervent dirett jew indirett mill-kandidati li ma jkunx konformi ma’ dawn il-proċeduri huwa pprojbit u jista’ jwassal għall-iskwalifika mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-Bord tal-Għażla, b’mod partikolari, tagħti lok għal kunflitt ta’ interess. Il-bordijiet tal-għażla huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament malli jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-Bord tal-Għażla suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Għażla jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/home_mt) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Għandek tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament

preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” fis-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/home_mt); jew

bit-telefown permezz ta’ Europe Direct (00 800 67 89 10 11); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li hija ddikjarata b’mod ċar diġà f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tal-għażla.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċernahom personalment, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tal-għażla. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tal-għażla dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni miftuħa u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti ma tistax tagħtihom drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess tal-għażla organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru/l-ittra ta’ referenza. Aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibilità: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tal-Kapaċitajiet): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki kumplessivi tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-Bord tal-Għażla li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunika l-ebda test sors jew eżerċizzju tat-test lill-kandidati, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, jista’, b’eċċezzjoni, jippubblika t-testi sors jew l-eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; u

it-testi sors/l-eżerċizzji ma jkunux intiżi li jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut ma jkunx maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti tiegħek u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iktar ammont possibbli ta’ informazzjoni disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jenħtieġ li tintbagħat permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/home_mt) fi żmien 10 ijiem kalendarji minn dakinhar tal-pubblikazzjoni tar-riżultati tiegħek fil-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:

preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” fis-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/home_mt); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tal-għażla.

Għal problemi li jinqalgħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-prenotazzjoni), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Jekk il-problema tinqala’ f’ċentru tat-testijiet:

informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; u

kkuntattja lill-EPSO permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/home_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-dejta MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u mill-bordijiet tal-għażla.

Jekk temmen li żball f’MCQ waħda jew aktar affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet jiġu rieżaminati mill-Bord tal-Għażla (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

B’din il-proċedura, il-Bord tal-Għażla jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li jkun fiha l-iżball u li jqassam il-punti bejn il-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn;

lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni kkonċernata;

data ta’ skadenza: fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi dwar xiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex jiġu identifikati l-mistoqsija/ijiet ikkonċernati, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija/ijiet ikkontestati u l-iżball allegat.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegazzjonijiet ta’ problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Għażla jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, mal-avviż ta’ kompetizzjoni, mal-annessi tiegħu u/jew mal-ġurisprudenza min-naħa tal-Bord tal-Għażla jew tal-EPSO.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-Bord tal-Għażla dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li jkun ħa żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal eżitu pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1);

lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni kkonċernata;

data ta’ skadenza: fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata tkun ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi konferma tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-Bord tal-Għażla jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk l-eżitu jkun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tal-għażla fl-istadju li ġejt eskluż minnu, irrispettivament minn fejn tkun waslet sadanittant il-kompetizzjoni.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-Awtorità tal-Ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ikun hemm ksur ċar tar-regoli li jirregolaw il-proċedura tal-għażla. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tal-Għażla (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1);

lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni kkonċernata;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li d-deċiżjoni kellha tittieħed;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.

Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel trid tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 4.3.1).

L-arranġamenti għall-appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta s-sit web tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-Unjoni Ewropea jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u mal-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

Ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta’ lmenti amministrattivi jew appelli ġudizzjarji.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta s-sit web tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura tal-għażla

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla jekk l-EPSO jiskopri li:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma pprenotajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwa, jew waħda mil-lingwi, meħtieġa bħala Lingwa 2 jew ma ddikjarajtx il-livell minimu meħtieġ għal-Lingwa 2;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-Bord tal-Għażla b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-Bord tal-Għażla;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż ta’ kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew deżinjazzjonijiet/titoli ta’ diplomi); u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet bil-miktub jew prattiċi mmarkati b’mod anonimu.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Frodi jew tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal pieni u jippreġudikaw l-eliġibilità tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem l-ANNESS IV, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS V

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, BĦALA PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONI

Ikklikkja hawnhekk għal verżjoni ta’ dawn l-eżempji li tinqara faċilment

 

AST-SC 1 sa AST-SC 6

AST 1 sa AST 7

AST 3 sa AST 11

AD 5 sa AD 16

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għal edukazzjoni postsekondarja)

Edukazzjoni postsekondarja (kors ta’ edukazzjoni għolja iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (ta’ perjodu ta’ mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA or BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss / Fachhochschulabschluss / Master

Magister Artium/ Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)

National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile

University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου,

πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης

(2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT),

diplôme d’études supérieures

spécialisées (DESS), diplôme

d’études approfondies (DEA),

master 1, master 2 professionnel,

master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο / Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést

igazoló bizonyítvány (Higher

Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom / Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom / Fachhochschuldiplom/

Magister / Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat / Inżynier

Magister / Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

Republika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice

postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma / magisterij / specializacija / doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista

(Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen / Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen / Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/

Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem l-ANNESS V, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali