ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 418

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
7 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 418/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8618 — OMV/Verbund/Smatrics/E-Mobility Provider) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 418/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 418/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 418/04

Rapport Speċjali Nru 19/2017 — Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 418/05

Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8618 — OMV/Verbund/Smatrics/E-Mobility Provider)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 418/01)

Fit-30 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8618. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

7.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/2


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ

(2017/C 418/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

JIEĦU NOTA TA’:

1.

L-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness ta’ dawn il-konklużjonijiet.

2.

Il-Pjan ta’ Ħidma attwali tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018 li jikkontribwixxi biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet tal-era diġitali għall-politika tal-UE, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ.

3.

Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika mill-grupp ta’ esperti dwar “ir-riskji, l-opportunitajiet, u l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni għaż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ”.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:

4.

Il-media u t-teknoloġiji diġitali qegħdin dejjem aktar isiru parti mill-ħajja ta’ kuljum u pilastru ewlieni tal-innovazzjoni u l-iżvilupp fis-soċjetà. Huwa evidenti li ż-żgħażagħ huma wieħed mill-katalisti għat-tibdil fis-soċjetà, u dan minħabba, fost l-oħrajn, l-adozzjoni attiva tagħhom tal-media u t-teknoloġiji diġitali.

5.

L-iżviluppi teknoloġiċi joffru potenzjal kbir għall-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ billi jagħtu aċċess għall-informazzjoni u billi jkattru l-opportunitajiet biex jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi personali ta’ dak li jkun; id-disponibbiltà ta’ opportunitajiet għall-konnettività u l-interazzjoni ma’ oħrajn kif ukoll biex wieħed jagħti l-opinjoni tiegħu, għall-kreattività, għall-awtorealizzazzjoni tad-drittijiet u ċ-ċittadinanza attiva proprja.

6.

L-integrazzjoni aħjar tal-iżviluppi teknoloġiċi meta ż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa hija importanti wkoll mill-perspettiva tas-suq tal-impjiegi u l-perspettiva ta’ karrieri għaż-żgħażagħ.

7.

L-iżvilupp tat-teknoloġiji jippermetti soluzzjonijiet intelliġenti, analiżi ta’ ħafna data u jwassal l-innovazzjoni fil-metodi u l-approċċi tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, biex b’hekk jiġu appoġġati l-ippjanar, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni, il-viżibbiltà u t-trasparenza tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika taż-żgħażagħ.

8.

Ir-realizzazzjoni tal-potenzjal pożittiv tal-media u t-teknoloġiji diġitali tiddependi fuq għadd ta’ prekondizzjonijiet u kompetenzi. Pereżempju, l-aċċess limitat għat-teknoloġiji, l-ambjenti diġitali u l-appoġġ u t-taħriġ rispettiv saħansitra japprofondixxi aktar id-distakk diġitali fis-soċjetà. Fir-rigward ta’ kompetenzi, l-informazzjoni u l-litteriżmu tad-data, il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni, il-ħolqien tal-kontenut diġitali, is-sikurezza u r-riżoluzzjoni tal-problemi fl-oqsma diġitali huma importanti kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ.

9.

Azzjonijiet intelliġenti u azzjonijiet immirati sew huma importanti biex jiġu żviluppati kompetenzi rilevanti u għodod sikuri biex jipprevjenu u jiġu ġestiti r-riskji tal-era diġitali, bħal effetti negattivi ta’ ħin eċċessiv tħares lejn l-iskrin, id-dipendenza fuq l-Internet, il-bulliżmu ċibernetiku, il-messaġġi sesswali, it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz, il-propaganda, id-diskors ta’ mibegħda, il-vjolenza online u r-radikalizzazzjoni vjolenti, it-theddid għall-privatezza, inkluż l-użu mhux awtorizzat u l-użu ħażin tad-data u forom oħra ta’ ħsara potenzjali. Il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politiki dwar iż-żgħażagħ jista’ jkollhom rwol kruċjali biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u l-kompetenzi taż-żgħażagħ, speċjalment dawk b’anqas opportunitajiet, il-familji tagħhom, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ u l-persuni kkonċernati l-oħra li jappoġġaw liż-żgħażagħ.

10.

L-era diġitali ġġib magħha sett kumpless ta’ sfidi u opportunitajiet differenti. Huwa fenomenu tas-soċjetà li għad irid jiġi skopert aktar u żviluppat skont ir-rispons adatt. Sabiex jiġu appoġġati u jingħata valur miżjud lill-attivitajiet fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ tal-Istati Membri fil-livell lokali u nazzjonali, hija importanti l-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-iskambju tal-aħjar prattiki.

FILWAQT LI JQIS:

11.

“Il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ” bħala l-iżvilupp innovattiv tal-ħidma fost iż-żgħażagħ li tinkludi l-prattika tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ (1) u li tinkludi komponent ta’ riċerka, kwalità u ta’ politika.

JISSOTTOLINJA LI:

12.

Il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ għandha l-għan li tesplora l-interazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ mal-media u t-teknoloġiji diġitali sabiex jiġu appoġġati u msaħħa l-opportunitajiet pożittivi li joħolqu dawn l-interazzjonijiet.

13.

Il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ tibni fuq l-etika, il-prinċipji eżistenti, l-għarfien, il-prattiki, il-metodi u l-assi l-oħra tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u tħaddan il-potenzjal sħiħ tal-iżviluppi teknoloġiċi fis-soċjetà diġitali.

14.

Il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ tfisser l-użu ta’ u l-indirizzar tal-media u t-teknoloġiji diġitali sabiex:

(a)

issaħħaħ l-opportunitajiet taż-żgħażagħ kollha għall-informazzjoni, għall-aċċess tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, għall-parteċipazzjoni, għat-tagħlim mhux formali u informali, billi jiġu sfruttati spazji u forom ġodda għall-ħidma fost iż-żgħażagħ b’modi sinifikanti;

(b)

tappoġġa l-motivazzjoni, il-kapaċità u l-bini tal-kompetenza tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ;

(c)

toħloq fehim aħjar taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ u tappoġġa l-kwalità tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ permezz ta’ użu aktar effiċjenti ta’ żviluppi u xprunati mid-data teknoloġiji għall-analiżi tad-data.

15.

Il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ tibni fuq il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ u partijiet oħra kkonċernati li jappoġġaw iż-żgħażagħ. Hija tqis ukoll il-kuntest soċjali usa’ inkluż il-globalizzazzjoni, in-netwerking, is-soluzzjonijiet elettroniċi eċċ., tagħti opportunitajiet għall-esperimentazzjoni, ir-riflessjoni u t-tagħlim minn dawn l-esperjenzi.

16.

L-iżvilupp ta’ ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ għandu jkun ibbażat fuq l-involviment attiv tal-istess żgħażagħ, billi jitħallew jikkontribwixxu bl-aħjar mod il-kompetenzi diġitali li diġà jippossjedu kif ukoll biex jiżviluppaw oħrajn addizzjonali, filwaqt li jibbenefikaw ukoll minn appoġġ rispettiv bejn il-pari.

17.

Il-ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ għandha tirrispetta l-privatezza u s-sikurezza taż-żgħażagħ kollha, u tissalvagwardja d-drittijiet kollha tagħhom.

JISTIEDEN, FL-ISFERI TA’ KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, L-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI SABIEX:

18.

Joħolqu kondizzjonijiet għal ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ, inkluż:

(a)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ fil-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-għanijiet tal-politika dwar iż-żgħażagħ, l-istrumenti strateġiċi u finanzjarji;

(b)

l-immappjar u l-indirizzar tad-distakk diġitali u l-inugwaljanzi għall-aċċess tal-iżviluppi teknoloġiċi mill-perspettiva taż-żgħażagħ, speċjalment dawk b’anqas opportunitajiet, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u mexxejja taż-żgħażagħ u persuni kkonċernati oħra li jappoġġaw iż-żgħażagħ;

(c)

l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ kompetenzi rilevanti għall-ħidma intelliġenti taż-żgħażagħ fost iż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-mexxejja taż-żgħażagħ kif ukoll persuni oħra kkonċernati li jappoġġaw iż-żgħażagħ, fosthom:

dwar kwistjonijiet bħal informazzjoni u litteriżmu tad-data, komunikazzjoni u kollaborazzjoni permezz ta’ media u teknoloġiji diġitali, sikurezza fl-oqsma diġitali eċċ.;

permezz ta’ diversi approċċi lejn it-taħriġ u t-tagħlim fil-forom u l-livelli kollha possibbli, pereżempju bl-inkorporar ta’ ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ fil-programmi ta’ taħriġ rilevanti, standards okkupazzjonali u linji gwida fil-ħidma fost iż-żgħażagħ eċċ.;

(d)

l-iskambju ta’ eżempji tal-aħjar prattika fl-użu tal-media u t-teknoloġija diġitali.

19.

l-infrastruttura diġitali li ssaħħaħ il-konnettività u s-sħubiji transsettorjali, inkluż bl-edukazzjoni, l-innovazzjoni, il-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, negozji ġodda u s-settur tan-negozju inġenerali. Filwaqt li jkun għaddej dan kollu, jinħtieġ li jkun hemm sinerġiji mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, l-Istrateġiji għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għal Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, strutturi eżistenti, servizzi u programmi pubbliċi u privati, bħal Erasmus+ u Orizzont 2020.

20.

Għandha tibqa’ għaddejja l-ħidma flimkien biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni dwar dawn il-konklużjonijiet fil-kuntest tal-ħidma li għaddejja dwar perspettivi strateġiċi għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2018.

21.

Jiġi organizzat avveniment internazzjonali biex jiġu esplorati aktar il-perspettivi ta’ ħidma intelliġenti fost iż-żgħażagħ bejn Stati Membri interessati matul is-snin 2017-2018.


(1)  Grupp ta’ esperti dwar “Ir-riskji, l-opportunitajiet, u l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni għaż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ”: Il-Ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tfisser l-użu proattiv jew l-indirizzar tal-media u t-teknoloġija diġitali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ mhijiex metodu ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ – il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tista’ tiġi inkluża fi kwalunkwe ambjent ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ (ħidma miftuħa fost iż-żgħażagħ, informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u konsulenza għaż-żgħażagħ, għaqdiet taż-żgħażagħ, ħidma itineranti fost iż-żgħażagħ, eċċ.). Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ għandha l-istess għanijiet bħall-ħidma fost iż-żgħażagħ inġenerali, u l-użu tal-media u t-teknoloġija diġitali fil-ħidma fost iż-żgħażagħ għandu dejjem jappoġġa dawn l-għanijiet. Il-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ tista’ tiġri f’sitwazzjonijiet wiċċ imb’wiċċ jew f’sitwazzjonijiet online – jew f’taħlita tat-tnejn. Il-media u t-teknoloġija diġitali tista’ tkun għodda, kif ukoll attività jew kontenut fil-ħidma fost iż-żgħażagħ.


ANNESS

Fl-adozzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar, b’mod partikolari, f’dan li ġej:

1.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (2015)

2.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa – Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (2016)

3.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal (2012)

4.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni ta’ approċċi ġodda fil-ħidma fost iż-żgħażagħ biex jiġi skopert u żviluppat il-potenzjal taż-żgħażagħ (2016/C 467/03)

5.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-politika taż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (2013/C 224/02)

6.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar perspettivi strateġiċi għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2018 (8035/17)

7.

Dikjarazzjoni dwar il-Promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (2015). Pariġi, 17.03

8.

Dikjarazzjoni tat-Tieni Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ “Making a World of Difference”, 27-30.4.2015 fi Brussell

9.

Sħubija għaż-Żgħażagħ bejn l-UE u l-KtE, Simpożju dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’dinja diġitalizzata, Budapest, l-Ungerija 14-16 ta’ Settembru 2015, Messaġġi ewlenin tal-parteċipanti

10.

EU Kids Online. Netwerk multinazzjonali dwar ir-riċerka

11.

Il-Kummissjoni Ewropea (2017). DigComp 2.1: Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini bi tmien livelli ta’ profiċjenza u eżempji ta’ użu

12.

Il-Kummissjoni Ewropea (2016). Il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali

13.

Il-Kummissjoni Ewropea (2017). Ir-Rapport dwar il-Progress fis-Settur Diġitali Ewropew

14.

Il-Kummissjoni Ewropea (2017). White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa. Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025. L-1 ta’ Marzu 2017. COM (2017) 2025 final

15.

Il-grupp ta’ esperti dwar “Ir-riskji, l-opportunitajiet, u l-implikazzjonijiet tad-diġitalizzazzjoni għaż-żgħażagħ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ” (2017). Mandat u rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar l-iżvilupp tal-ħidma diġitali fost iż-żgħażagħ

16.

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja 2006/962/KE

17.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ (2010/C 327/01)

18.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għall-2016-2018 (2015/C 417/01)

19.

Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2017)4 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ

20.

Pjattaforma għal Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (Kummissjoni Ewropea)


Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Diċembru 2017

(2017/C 418/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1817

JPY

Yen Ġappuniż

132,52

DKK

Krona Daniża

7,4421

GBP

Lira Sterlina

0,88335

SEK

Krona Żvediża

9,9265

CHF

Frank Żvizzeru

1,1678

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,7575

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,636

HUF

Forint Ungeriż

314,45

PLN

Zloty Pollakk

4,2142

RON

Leu Rumen

4,6320

TRY

Lira Turka

4,5489

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5565

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4963

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2323

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7141

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5925

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 291,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9847

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8169

HRK

Kuna Kroata

7,5463

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 007,31

MYR

Ringgit Malażjan

4,8160

PHP

Peso Filippin

59,891

RUB

Rouble Russu

69,7909

THB

Baht Tajlandiż

38,559

BRL

Real Brażiljan

3,8193

MXN

Peso Messikan

22,2030

INR

Rupi Indjan

76,2430


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

7.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/7


Rapport Speċjali Nru 19/2017

“Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”

(2017/C 418/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 19/2017 “Proċeduri ta’ importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

7.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/8


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

(2017/C 418/05)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet miftuħin li ġejjin:

 

EPSO/AD/354/17 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) GĦAL-LINGWA LATVJANA (LV)

 

EPSO/AD/355/17 — ĠURISTI LINGWISTI (AD 7) GĦAL-LINGWA MALTIJA (MT)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 418 A tas-7 ta’ Diċembru 2017.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/