ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 411

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
2 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 411/01

Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8709 — AXA/Pradera/Targets) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 411/02

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta’ Diċembru 2017 — Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 411/03

Rapport Speċjali Nru 18/2017 — Ajru Uniku Ewropew: il-kultura nbidlet, iżda għad ma hemmx ajru uniku

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 411/04

Avviż mill-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

4

2017/C 411/05

Avviż mill-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

7

2017/C 411/06

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

10

2017/C 411/07

Proċeduri ta’ insolvenza — Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-impriża East-West Assekuranz AG

15


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 411/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8611 — Smithfield/Pini Polonia) ( 1 )

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/1


Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8709 — AXA/Pradera/Targets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 411/01)

(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

Fit-3 ta’ Novembru 2017 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn Pradera Limited u Pan European Value Added Venture SCA. Fit-23 ta’ Novembru 2017, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/2


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta’ Diċembru 2017

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Diċembru 2017

(2017/C 411/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1885

JPY

Yen Ġappuniż

133,70

DKK

Krona Daniża

7,4420

GBP

Lira Sterlina

0,88115

SEK

Krona Żvediża

9,9487

CHF

Frank Żvizzeru

1,1691

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,8753

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,524

HUF

Forint Ungeriż

313,80

PLN

Zloty Pollakk

4,2129

RON

Leu Rumen

4,6305

TRY

Lira Turka

4,6718

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5693

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5301

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2853

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7349

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6014

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 287,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2907

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8551

HRK

Kuna Kroata

7,5553

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 082,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,8620

PHP

Peso Filippin

59,873

RUB

Rouble Russu

69,6973

THB

Baht Tajlandiż

38,781

BRL

Real Brażiljan

3,8824

MXN

Peso Messikan

22,1942

INR

Rupi Indjan

76,6550


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/3


Rapport Speċjali Nru 18/2017

“Ajru Uniku Ewropew: il-kultura nbidlet, iżda għad ma hemmx ajru uniku”

(2017/C 411/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 18/2017 “Ajru Uniku Ewropew: il-kultura nbidlet, iżda għad ma hemmx ajru uniku” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/4


Avviż mill-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2017/C 411/04)

AVVIŻ LI JĦABBAR SEJĦA GĦALL-OFFERTI INTERNAZZJONALI GĦALL-GĦOTI U L-UŻU TA’ AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-ESPLORAZZJONI U L-ISFRUTTAR TA’ IDROKARBURI F’ŻONI MARITTIMI FIL-LBIĊ U FIL-PUNENT TA’ KRETA (IL-BLOKKI TA’“IL-LBIĊ TA’ KRETA” U “IL-PUNENT TA’ KRETA”)

Fil-31 ta’ Mejju 2017, skont l-Artikolu 2(17)(b) tal-Liġi 2289/1995 dwar il-Prospettar, l-Esplorazzjoni u l-Isfruttar ta’ idrokarburi u dispożizzjonijiet oħra, kif kien fis-seħħ, il-kumpaniji Total E&P Greece BV, ExxonMobil Exploration and Production Greece (Crete) BV u Hellenic Petroleum SA ppreżentaw espressjoni ta’ interess lil Hellenic Hydrocarbons Resources Management SA (HHRM SA) għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni u l-isfruttar tal-idrokarburi f’żoni marittimi fil-Lbiċ u fil-Punent ta’ Kreta (Il-blokki: ta’“Il-Lbiċ ta’ Kreta” u “Il-Punent ta’ Kreta”), fis-sikka kontinentali tar-Repubblika Ellenika.

Bid-Deċiżjoni Nru ΥΠΕΝ/ΥΠΡΓ/9270/3049/22.6.2017, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, wara n-nota ta’ rakkomandazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2017, ref. 652, minn HHRM SA, aċċetta l-espressjoni ta’ interess imsemmija u nieda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, kif deskritt fl-Artikolu 2(17)(b) tal-Liġi 2289/1995, kif kien fis-seħħ.

Ir-Repubblika Ellenika, permezz tal-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, qed tħabbar stedina lil partijiet interessati oħrajn possibbli, biex jipparteċipaw f’din il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

Iż-żoni esklussivi disponibbli huma murija fil-Mappa u huma kkonfinati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

Żona

Lonġitudni

Latitudni

Il-Punent ta’ Kreta*

21° 10′ 00″ Α

35° 30′ 00″ Β

20° 55′ 00″ Α

35° 30′ 00″ Β

20° 55′ 00″ Α

36° 25′ 00″ Β

21° 20′ 00″ Α

36° 25′ 00″ Β

21° 20′ 00″ Α

36° 15′ 00″ Β

21° 55′ 00″ Α

36° 15′ 00″ Β

21° 55′ 00″ Α

36° 05′ 00″ Β

22° 05′ 00″ Α

36° 05′ 00″ Β

22° 05′ 00″ Α

36° 00′ 00″ Β

22° 15′ 00″ Α

36° 00′ 00″ Β

22° 15′ 00″ Α

34° 20′ 00″ Β

21° 10′ 00″ Α

34° 45′ 00″ Β

Il-Lbiċ ta’ Kreta*

22° 15′ 00″ Α

35° 30′ 00″ Β

22° 55′ 00″ Α

35° 30′ 00″ Β

22° 55′ 00″ Α

35° 20′ 00″ Β

23° 20′ 00″ Α

35° 20′ 00″ Β

23° 20′ 00″ Α

35° 05′ 00″ Β

23° 35′ 00″ Α

35° 05′ 00″ Β

23° 35′ 00″ Α

34° 40′ 00″ Β

23° 55′ 00″ Α

34° 40′ 00″ Β

23° 55′ 00″ Α

34° 10′ 00″ Β

23° 35′ 00″ Α

34° 10′ 00″ Β

23° 35′ 00″ Α

33° 40′ 00″ Β

22° 15′ 00″ Α

34° 20′ 00″ Β

Il-konfini esterni taż-żona mmarkata b’asterisk* ġew stabbiliti skont ftehimiet bilaterali eżistenti dwar il-konfini jew, fejn tali ftehimiet ma jeżistux, skont il-linja medjana kif deskritt fl-Artikolu 2(1) tal-Liġi Nru 2289/1995, kif emendat bl-Artikolu 156(2) tal-Liġi Nru 4001/2011 (Gazzetta tal-Gvern, Sensiela I, Nru 179, 22.8.2011).

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu kkunsidrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi 2289/1995, kif inhuma fis-seħħ, u tal-liġi Griega, u fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa ta’ esplorazzjoni kurrenti, komprensiva, effiċjenti u sikura biex jiġu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tal-Greċja u biex dawn jiġu sfruttati bl-attenzjoni dovuta għall-kwistjonijiet ambjentali.

HHRM SA se tidħol fi ftehim għall-blokki mal-applikant magħżul fuq il-bażi ta’ royalty/arranġamenti tat-taxxa (ftehim ta’ kiri). Il-ftehim ta’ kiri li għandu jiġi ffirmat minn HHRM SA se jiġi approvat mill-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija. Mingħajr din l-approvazzjoni, il-ftehim ikun null u bla effett u ma jipproduċix effetti legali.

L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija l-ewwel ġurnata tax-xogħol wara perjodu ta’ disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu għand HHRM SA wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati.

Jeħtieġ li l-applikazzjonijiet jintbagħtu lil:

Hellenic Hydrocarbons Resources Management SA (HHRM SA)

Leoforos Mesogeion 119

101 92 Ateni

IL-GREĊJA

L-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati fuq il-bażi tal-kriterji ta’ evalwazzjoni li ġejjin:

(i)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant biex iwettaq l-esplorazzjoni għal u, skont kif ikun xieraq, l-isfruttar tal-idrokarburi miż-żoni inkwistjoni.

(ii)

Evidenza tal-kapaċità teknika u tal-esperjenza tal-applikant.

(iii)

L-esperjenza ppruvata tal-operatur fit-twettiq tal-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni (l-isfruttar) tal-idrokarburi, speċjalment f’żoni akkwatiċi profondi u ultraprofondi.

(iv)

Il-kwalità tal-programm ta’ ħidma u l-iskeda ta’ żmien imressqa għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ tal-blokki li għalihom saret applikazzjoni.

(v)

L-għarfien ġeoloġiku tal-applikant dwar iż-żoni ġeografiċi inkwistjoni, u kif l-applikant magħżul jipproponi li jwettaq l-esplorazzjoni b’mod effiċjenti u sikur għall-idrokarburi.

(vi)

L-esperjenza fit-twettiq ta’ xogħol tat-tħaffir meta jkun hemm preżenti s-sulfid tal-idroġenu.

(vii)

Il-kapaċità li jimplimenta ġestjoni ambjentali għall-konformità mar-rekwiżiti regolatorji u l-ksib tal-ogħla rendiment ambjentali possibbli, kif ukoll l-esperjenza ta’ operazzjonijiet f’żoni sensittivi mil-lat ambjentali u fiż-żamma ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali f’żoni fejn it-turiżmu huwa prevalenti u ta’ importanza ekonomika konsiderevoli.

(viii)

Se tingħata importanza lil kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza jew responsabbiltà jew nuqqas ta’ prestazzjoni murija mill-applikant b’rabta mal-obbligi f’konċessjonijiet mogħtija preċedentement.

(ix)

Elementi li jistgħu jsiru offerti għalihom

Programm ta’ xogħol minimu ta’ esplorazzjoni

Garanzija finanzjarja

Royalties

Deprezzament kapitali (%)

Bonus tal-iffirmar u tal-produzzjoni

Taħriġ u appoġġ tekniku

Tluq miż-żona tal-blokka oriġinali (%)

Tariffi bl-ettaru waqt il-fażijiet tal-esplorazzjoni u tal-isfruttar.

L-applikanti li jinstabu li huma teknikament u finanzjarjament ikkwalifikati se jiġu mistiedna jikkompetu għaż-żoni offruti. In-negozjati se jitmexxew fuq il-bażi tal-elementi li jistgħu jsiru offerti għalihom. Aktar minn applikant wieħed jista’ jiġi mistieden jinnegozja għaż-żoni nnominati għal blokki.

HHRM SA se tagħti d-dritt, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 94/22/KE.

Fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, se jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-HHRM SA l-informazzjoni dettaljata u d-dokumenti rilevanti kollha: www.greekhydrocarbons.gr

Mappa

MAPPA U ĊELLULI TAL-GRILJA ELEMENTARI LI JIKKOSTITWIXXU ŻONI TA’ KATEGORIJA

Image

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/7


Avviż mill-Gvern tar-Repubblika Ellenika dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2017/C 411/05)

AVVIŻ LI JĦABBAR SEJĦA GĦALL-OFFERTI INTERNAZZJONALI GĦALL-GĦOTI U L-UŻU TA’ AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-ESPLORAZZJONI U L-ISFRUTTAR TA’ IDROKARBURI F’ŻONA MARITTIMA FIL-PUNENT TAL-GREĊJA (IL-BLOKKA “IR-REĠJUN JONJU”)

Fit-2 ta’ Ġunju 2017, skont l-Artikolu 2(17)(b) tal-Liġi 2289/1995 dwar il-Prospettar, l-Esplorazzjoni u l-Isfruttar ta’ idrokarburi u dispożizzjonijiet oħra, kif kien fis-seħħ, il-kumpanija Energean Oil & Gas — Energeiaki Aigaiou Anonimi Etaireia Erevnas kai Paragogis Ydrogonanthrakon ippreżentat espressjoni ta’ interess lil Hellenic Hydrocarbons Resources Management SA (HHRM SA) għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-esplorazzjoni u l-isfruttar tal-idrokarburi f’żona marittima fil-punent tal-Ġreċja (il-blokka “Ir-reġjun Jonju”), fis-sikka kontinentali tar-Repubblika Ellenika.

Bid-Deċiżjoni Nru ΥΠΕΝ/ΥΠΡΓ/9269/3048/22.6.2017, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, wara n-nota ta’ rakkomandazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2017, ref. 655, minn HHRM SA, aċċetta l-espressjoni ta’ interess imsemmija u nieda l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, kif deskritt fl-Artikolu 2(17)(b) tal-Liġi 2289/1995, kif kien fis-seħħ.

Ir-Repubblika Ellenika, permezz tal-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija, qed tħabbar stedina lil partijiet interessati oħrajn possibbli, biex jipparteċipaw f’din il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

Iż-żona esklussiva disponibbli hija murija fil-Mappa u hija kkonfinata mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

Żona

Lonġitudni

Latitudni

Ir-reġjun Jonju

19° 35′ 00″ Α

39° 40′ 00″ Β

19° 35′ 00″ Α

39° 35′ 00″ Β

19° 40′ 00″ Α

39° 35′ 00″ Β

19° 40′ 00″ Α

39° 30′ 00″ Β

19° 45′ 00″ Α

39° 30′ 00″ Β

19° 45′ 00″ Α

39° 25′ 00″ Β

19° 50′ 00″ Α

39° 25′ 00″ Β

19° 50′ 00″ Α

39° 20′ 00″ Β

20° 05′ 00″ Α

39° 20′ 00″ Β

20° 05′ 00″ Α

39° 05′ 00″ Β

20° 30′ 00″ Α

39° 05′ 00″ Β

20° 30′ 00″ Α

39° 00′ 00″ Β

20° 35′ 00″ Α

39° 00′ 00″ Β

20° 35′ 00″ Α

38° 50′ 00″ Β

20° 30′ 00″ Α

38° 50′ 00″ Β

20° 30′ 00″ Α

38° 35′ 00″ Β

19° 55′ 00″ Α

38° 35′ 00″ Β

19° 55′ 00″ Α

38° 50′ 00″ Β

19° 25′ 00″ Α

38° 50′ 00″ Β

19° 25′ 00″ Α

39° 40′ 00″ Β

19° 35′ 00″ Α

39° 40′ 00″ Β

L-applikazzjonijiet kollha se jiġu kkunsidrati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi 2289/1995, kif inhuma fis-seħħ, u mal-liġi Griega, u fil-kuntest tal-ħtieġa kontinwa ta’ esplorazzjoni kurrenti, komprensiva, effiċjenti u sikura biex jiġu identifikati r-riżorsi taż-żejt u tal-gass tal-Greċja u biex dawn jiġu sfruttati bl-attenzjoni dovuta għall-kwistjonijiet ambjentali.

Il-kumpannija HHRM SA se tidħol fi ftehim għall-blokka mal-applikant magħżul fuq il-bażi ta’ royalty/arranġamenti tat-taxxa (ftehim ta’ kiri). Il-ftehim ta’ kiri li għandu jiġi ffirmat minn HHRM SA se jiġi approvat mill-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija. Mingħajr din l-approvazzjoni, il-ftehim ikun null u bla effett u ma jipproduċix effetti legali.

L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hija l-ewwel ġurnata tax-xogħol wara perijodu ta’ disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu għand HHRM SA wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati.

Jeħtieġ li l-applikazzjonijiet jintbagħtu lil:

Hellenic Hydrocarbons Resources Management SA (HHRM SA)

Leoforos Mesogeion 119

101 92 Ateni

IL-GREĊJA

L-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati fuq il-bażi tal-kriterji ta’ evalwazzjoni li ġejjin:

(i)

Il-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant biex iwettaq l-esplorazzjoni għal u, skont kif ikun xieraq, l-isfruttar ta’, idrokarburi miż-żona inkwistjoni.

(ii)

Evidenza tal-kapaċità teknika u tal-esperjenza tal-applikant.

(iii)

Evidenza tal-esperjenza tal-operatur fit-twettiq tal-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni (l-isfruttar) tal-idrokarburi, speċjalment f’żoni akkwatiċi profondi u ultraprofondi.

(iv)

Il-kwalità tal-programm ta’ ħidma u l-iskeda ta’ żmien imressqa għall-evalwazzjoni tal-potenzjal sħiħ tal-blokka li għaliha saret applikazzjoni.

(v)

L-għarfien ġeoloġiku tal-applikant dwar iż-żona ġeografika inkwistjoni, u kif l-applikant magħżul jipproponi li jwettaq l-esplorazzjoni b’mod effiċjenti u sikur għall-idrokarburi.

(vi)

L-esperjenza fit-twettiq ta’ xogħol tat-tħaffir meta jkun hemm preżenti s-sulfid tal-idroġenu.

(vii)

Il-kapaċità li jimplimenta ġestjoni ambjentali għall-konformità mar-rekwiżiti regolatorji u l-ksib tal-ogħla rendiment ambjentali possibbli, kif ukoll l-esperjenza ta’ operazzjonijiet f’żoni sensittivi mil-lat ambjentali u fiż-żamma ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ protezzjoni ambjentali f’żoni fejn it-turiżmu huwa prevalenti u ta’ importanza ekonomika konsiderevoli.

(viii)

Se tingħata importanza lil kwalunkwe nuqqas ta’ effiċjenza jew responsabbiltà jew nuqqas ta’ prestazzjoni murija mill-applikant b’rabta mal-obbligi f’konċessjonijiet mogħtija preċedentement.

(ix)

Elementi li jistgħu jsiru offerti għalihom

Programm ta’ xogħol minimu ta’ esplorazzjoni

Garanzija finanzjarja

Royalties

Deprezzament kapitali (%)

Bonus tal-iffirmar u tal-produzzjoni

Taħriġ u appoġġ tekniku

Tluq miż-żona tal-blokka oriġinali (%)

Tariffi bl-ettaru waqt il-fażijiet tal-esplorazzjoni u tal-isfruttar.

L-applikanti li jinstabu li huma teknikament u finanzjarjament ikkwalifikati se jiġu mistiedna jikkompetu għaż-żona offruta. In-negozjati se jitmexxew fuq il-bażi tal-elementi li jistgħu jsiru offerti għalihom. Aktar minn applikant wieħed jista’ jiġi mistieden jinnegozja għaż-żona ddeżinjata għal blokka.

HHRM SA se tagħti d-dritt, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 94/22/KE.

Fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, se jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-HHRM SA l-informazzjoni dettaljata u d-dokumenti rilevanti kollha: www.greekhydrocarbons.gr

Mappa

MAPPA U ĊELLULI TAL-GRILJA ELEMENTARI LI JIKKOSTITWIXXU Ż-ŻONA TAL-BLOKKA

Image

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/10


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2017/C 411/06)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

FRANZA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 120, 13.4.2017

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Punti tal-qsim tal-fruntiera bl-ajru

(1)

Ajaccio-Napoléon-Bonaparte

(2)

Albert-Bray

(3)

Angers-Marcé

(4)

Angoulême-Brie-Champniers

(5)

Annecy-Methet

(6)

Auxerre-Branches

(7)

Avignon-Caumont

(8)

Bâle-Mulhouse

(9)

Bastia-Poretta

(10)

Beauvais-Tillé

(11)

Bergerac-Dordogne-Périgord

(12)

Béziers-Vias

(13)

Biarritz-Pays Basque

(14)

Bordeaux-Mérignac

(15)

Brest-Bretagne

(16)

Brive-Souillac

(17)

Caen-Carpiquet

(18)

Calais-Dunkerque

(19)

Calvi-Sainte-Catherine

(20)

Cannes-Mandelieu

(21)

Carcassonne-Salvaza

(22)

Châlons-Vatry

(23)

Chambéry-Aix-les-Bains

(24)

Châteauroux-Déols

(25)

Cherbourg-Mauperthus

(26)

Clermont-Ferrand-Auvergne

(27)

Colmar-Houssen

(28)

Deauville-Normandie

(29)

Dijon-Longvic

(30)

Dinard-Pleurtuit-Saint-Malo

(31)

Dôle-Tavaux

(32)

Épinal-Mirecourt

(33)

Figari-Sud Corse

(34)

Grenoble-Alpes-Isère

(35)

Hyères-le Palivestre

(36)

Paris-Issy-les-Moulineaux

(37)

La Môle – Saint-Tropez, (ftuħ mill-15 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru)

(38)

La Rochelle-Île de Ré

(39)

Laval-Entrammes

(40)

Le Havre-Octeville

(41)

Le Mans-Arnage

(42)

Le Touquet-Côte ďOpale

(43)

Lille-Lesquin

(44)

Limoges-Bellegarde

(45)

Lorient-Lann-Bihoué

(46)

Lyon-Bron

(47)

Lyon-Saint-Exupéry

(48)

Marseille-Provence

(49)

Metz-Nancy-Lorraine

(50)

Monaco-Héliport

(51)

Montpellier-Méditérranée

(52)

Nantes-Atlantique

(53)

Nice-Côte d’Azur

(54)

Nîmes-Garons

(55)

Orléans-Bricy

(56)

Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel

(57)

Paris-Charles de Gaulle

(58)

Paris-le Bourget

(59)

Paris-Orly

(60)

Pau-Pyrénées

(61)

Perpignan-Rivesaltes

(62)

Poitiers-Biard

(63)

Quimper-Pluguffan (ftuħ mill-bidu ta’ Mejju sal-bidu ta’ Settembru)

(64)

Rennes Saint-Jacques

(65)

Rodez-Aveyron

(66)

Rouen-Vallée de Seine

(67)

Saint-Brieuc-Armor

(68)

Saint- Étienne Loire

(69)

Saint-Nazaire-Montoir

(70)

Strasbourg-Entzheim

(71)

Tarbes-Lourdes-Pyrénées

(72)

Toulouse-Blagnac

(73)

Tours-Val de Loire

(74)

Troyes-Barberey

Punti tal-qsim tal-fruntiera fuq il-baħar

(1)

Ajaccio

(2)

Bastia

(3)

Bayonne

(4)

Bordeaux

(5)

Boulogne

(6)

Brest

(7)

Caen-Ouistreham

(8)

Calais

(9)

Cannes-Vieux Port

(10)

Carteret

(11)

Cherbourg

(12)

Dieppe

(13)

Douvres

(14)

Dunkerque

(15)

Granville

(16)

Honfleur

(17)

La Rochelle-La Pallice

(18)

Le Havre

(19)

Les Sables-d’Olonne-Port

(20)

Lorient

(21)

Marseille

(22)

Monaco-Port de la Condamine

(23)

Nantes-Saint-Nazaire

(24)

Nice

(25)

Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis

(26)

Port-la-Nouvelle

(27)

Port-Vendres

(28)

Roscoff

(29)

Rouen

(30)

Saint-Brieuc

(31)

Saint-Malo

(32)

Sète

(33)

Toulon

Punti tal-qsim tal-fruntiera fuq l-art

(1)

Gare de Bourg-Saint-Maurice (ftuħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(2)

Gare de Moutiers (ftuħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(3)

Gare d’Ashford International

(4)

Gare d’Avignon-Centre

(5)

Cheriton/Coquelles

(6)

Gare de Chessy-Marne-la-Vallée

(7)

Gare de Fréthun

(8)

Gare de Lille-Europe

(9)

Gare de Paris-Nord

(10)

Gare de Saint-Pancras

(11)

Gare d’Ebsfleet

(12)

Pas de la Case-Porta

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9

 

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17

 

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10

 

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5

 

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19

 

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6

 

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47

 

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2

 

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4

 

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 30

 

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4

 

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9

 

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17

 

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/15


Proċeduri ta’ insolvenza — Deċiżjoni biex jinbdew proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-impriża East-West Assekuranz AG

(2017/C 411/07)

Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II).

Impriża tal-assigurazzjoni

East-West Assekuranz AG,

Mauerstraße 83/84

10117 Berlin

GERMANY

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

Deċiżjoni tal-Qorti distrettwali ta’ Charlottenburg tal-1 ta’ Ottubru 2017 dwar il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza

Awtoritajiet kompetenti

Amtsgericht Charlottenburg

Amtsgerichtsplatz 1

14057 Berlin

GERMANY

Awtorità superviżorja

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

Graurheindorfer Straße 108

53117 Bonn

GERMANY

Amministratur maħtur

L-avukat Dr. Björn Gehde,

c/o RAe Hilgers&Partner

Goethestraße 85

10623 Berlin

GERMANY

Tel. +49 303157530

Dritt applikabbli

Dritt Ġermaniż —

Insolvenzordnung (InsO)


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8611 — Smithfield/Pini Polonia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 411/08)

1.

Fis-27 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Smithfield Foods, Inc. (“Smithfield”, l-Istati Uniti tal-Amerika); kumpanija sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ WH Group Limited;

Pini Polonia Sp. z o.o. (“Pini Polonia”, il-Polonja).

Smithfield takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ Pini Plonia kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Smithfield hija primarjament involuta fil-produzzjoni tal-ħnieżer, majjali tat-tbiċċir u tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni ta’ laħam ippakkjat u ta’ laħam frisk tal-majjal permezz tas-sussidjarji jew affiljati tagġha fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Polonja, ir-Rumanija u r-Renju Unit.

Pini Polonia tħaddem biċċerija unika tal-majjal li tinsab f’Kutno, il-Polonja. Minbarra l-qatla tal-ħnieżer, Pini Polonia tforni l-laħam tal-majjal lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-impjanti ta’ pproċessar ulterjuri.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8611 — Smithfield/Pini Polonia

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).