ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 361/01 |
Avviż tal-Kummissjoni — Il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 361/02 |
||
2017/C 361/03 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 361/04 |
Sejħa għall-Proposti 2018 — EAC/A05/2017 — Il-Programm Erasmus+ |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 361/05 |
||
2017/C 361/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8644 — AXA/NN Group/Portfolio — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2017/C 361/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2017/C 361/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8671 — BP/Bridas/Axion) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 361/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/1 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel
(2017/C 361/01)
Werrej
1. |
Introduzzjoni | 2 |
1.1. |
Sfond | 2 |
1.2. |
Skop | 3 |
2. |
Kamp ta' Applikazzjoni | 4 |
2.1. |
X'inhi r-ridistribuzzjoni tal-ikel? | 4 |
2.2. |
X'inhu ikel żejjed? | 4 |
2.3. |
Min huma l-atturi? | 5 |
3. |
Ir-ridistribuzzjoni tal-ikel: ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi | 6 |
3.1. |
Attivitajiet ta' ridistribuzzjoni u organizzazzjonijiet karitatevoli | 8 |
3.1.1. |
L-għażla ta' ikel żejjed għar-ridistribuzzjoni | 9 |
3.2. |
It-traċċabbiltà | 9 |
4. |
Determinazzjoni tar-responsabbiltà primarja u tar-responsabbiltà meta jqumu kwistjonijiet ta' sikurezza tal-ikel | 11 |
4.1. |
Il-kuntest ġuridiku | 11 |
4.2. |
L-implikazzjonijiet għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed | 12 |
5. |
Ir-regolamenti dwar l-iġjene u r-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed | 12 |
5.1. |
Ir-rekwiżiti ġenerali tal-iġjene applikabbli għall-attivitajiet kollha ta' donazzjoni tal-ikel | 13 |
5.2. |
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene applikabbli għar-ridistribuzzjoni ta' ikel li joriġina mill-annimali | 13 |
5.3. |
Ir-rekwiżiti tal-iġjene applikabbli għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed mis-setturi tal-ospitalità, tal-forniment tal-ikel u tas-servizz tal-ikel | 14 |
5.4. |
L-iffriżar ta' ikel żejjed biex tiġi ffaċilitata r-ridistribuzzjoni | 15 |
6. |
Informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi | 15 |
6.1. |
Il-kuntest ġuridiku | 15 |
6.2. |
L-implikazzjonijiet għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed | 17 |
6.2.1. |
Ir-rekwiżit ta' informazzjoni għall-ikel ippakkjat bil-lest | 17 |
6.2.2. |
Ir-rekwiżiti tal-lingwa | 17 |
6.2.3. |
Ir-rekwiżit ta' informazzjoni għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest | 17 |
6.3. |
L-immarkar tad-data | 18 |
6.3.1. |
Il-kuntest ġuridiku | 18 |
6.3.2. |
L-implikazzjonijiet għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed | 18 |
6.3.3. |
Il-bajd: ir-regoli dwar l-immarkar tad-data u l-prattiki ta' ridistribuzzjoni | 19 |
7. |
Ir-regoli fiskali | 19 |
7.1. |
It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) | 19 |
7.2. |
Inċentivi fiskali | 20 |
8. |
Programmi Oħra tal-UE | 21 |
8.1. |
Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u d-donazzjonijiet tal-ikel | 21 |
8.2. |
Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli | 21 |
8.3. |
Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura | 22 |
Referenzi | 23 |
Anness 1: |
Tabella sommarja ta' dispożizzjonijiet legali b'rilevanza għad-donazzjoni tal-ikel | 25 |
Anness 2: |
Siġra tad-deċiżjonijiet: Hemm bżonn li nikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 bħala bejjiegħ bl-imnut li jforni lil organizzazzjoni karitatevoli/bank tal-ikel jew bħala organizzazzjoni karitatevoli/bank tal-ikel? | 29 |
1. INTRODUZZJONI
1.1. Sfond
Fl-UE, kważi kwart tal-popolazzjoni — 119,1 miljun persuna — kienu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-2015 u 42,5 miljun persuna ma setgħux jaffordjaw ikla ta' kwalità kull jumejn (1). Fl-istess ħin, huwa stmat li fis-sena fl-UE jiġu ġġenerati madwar 88 miljun tunnellata ta' skart tal-ikel b'kostijiet assoċjati stmati f'EUR 143 biljun (2).
Minbarra l-impatt ekonomiku u soċjetali importanti tagħha, il-ħela tal-ikel tpoġġi pressjoni żejda fuq ir-riżorsi naturali limitati u fuq l-ambjent. Skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), madwar terz tal-ikel kollu prodott fid-dinja jintilef jew jintrema (3). L-ikel li jinħasad iżda finalment jintilef jew jintrema jikkonsma madwar kwart tal-ilma kollu użat mill-agrikoltura kull sena (4) u jirrikjedi erja tar-raba' daqs iċ-Ċina (5). L-iskart tal-ikel jiġġenera madwar 8 % tal-emissjonijiet ta' gass serra globali fis-sena (6).
Il-fokus primarju tal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel għandu jkun li tittieħed azzjoni fis-sors billi tiġi limitata l-ġenerazzjoni ta' ikel żejjed f'kull stadju fil-katina tal-provvista tal-ikel (jiġifieri il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum). Meta jkun hemm eċċessi ta' ikel, l-aħjar destinazzjoni, li tiżgura użu tal-ogħla valur ta' riżorsi ta' ikel li jittiekel, hija li dawn jiġu rridistribwiti għall-konsum mill-bniedem.
Id-donazzjoni tal-ikel mhux talli tappoġġa l-ġlieda kontra l-faqar tal-ikel talli tista' tkun lieva effettiva fit-tnaqqis tal-ammont ta' ikel żejjed imqiegħed għal użijiet industrijali jew mibgħut għat-trattament tal-iskart u finalment il-miżbla. Madankollu, minkejja li r-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed hija fenomenu li qed jikber u l-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel għandhom ir-rieda li jagħtu b'donazzjoni iż-żejjed tagħhom lil banek tal-ikel u organiżmi tal-karità, l-ammont ta' ikel irridistribwit xorta waħda jirrappreżenta porzjon żgħir tal-ikel żejjed li jittiekel kumplessiv disponibbli fl-UE. Pereżempju, fl-2016, membri tal-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel (FEBA) iddistribwixxew 535 000 tunnellata ta' ikel lil 6,1 miljun persuna (7), li jirrappreżentaw porzjon żgħir biss tal-volum ta' skart tal-ikel stmat iġġenerat fis-sena fl-UE.
L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati identifikaw ostakli legali u operazzjonali, għal donaturi u riċevituri, għar-ridistribuzzjoni ta' ikel tajjeb u li jittiekel fl-UE (8). Il-Pjan ta' Azzjoni ppropost mill-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' Ekonomija Ċirkolari (9) għaldaqstant jirrikjedi li l-Kummissjoni inter alia tiċċara l-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-ikel sabiex tiffaċilita d-donazzjoni tal-ikel.
1.2. Skop
Din il-gwida għandha l-għan li tiċċara dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-UE u tgħin biex jitneħħew l-ostakli għar-ridistribuzzjoni tal-ikel fi ħdan il-qafas regolatorju attwali tal-UE. B'mod aktar speċifiku, dawn il-linji gwida se jfittxu li:
— |
jiffaċilitaw il-konformità tal-fornituri u r-riċevituri ta' ikel żejjed mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-qafas regolatorju tal-UE (eż. sikurezza tal-ikel, iġjene tal-ikel, traċċabbiltà, responsabbiltà, VAT, eċċ.); |
— |
jippromwovu interpretazzjoni komuni mill-awtoritajiet regolatorji fl-Istati Membri tal-UE ta' regoli tal-UE li japplikaw għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed. |
Il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel neċessarjament jiffokaw fuq dawk il-kwistjonijiet li jeħtieġu li jiġu indirizzati fil-livell tal-UE, u b'hekk ifittxu li jikkomplementaw iżda mhux jidduplikaw dawk stabbiliti fl-Istati Membri. Il-linji gwida żviluppati fil-livelli nazzjonali u/jew settorjali, ħafna drabi mfassla flimkien mas-sħab tar-ridistribuzzjoni u awtoritajiet kompetenti (fil-livelli nazzjonali u/jew reġjonali), għandhom rwol importanti fl-iżgurar tas-sikurezza tal-ikel, it-traċċabbiltà u l-iċċarar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' diversi atturi involuti fl-irkupru u r-ridistribuzzjoni tal-ikel żejjed (10). Il-linji gwida settorjali madwar l-UE (11) jistgħu jappoġġaw ukoll sforzi ta' ridistribuzzjoni tal-ikel u jippromwovu qsim tal-aħjar prattika.
Il-Kummissjoni għaldaqstant tirrakkomanda bil-qawwa li r-regoli u/jew il-linji gwida rilevanti dwar id-donazzjoni tal-ikel jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali sabiex jiġu stabbiliti b'mod ċar għall-atturi kollha r-regoli u l-proċeduri operattivi eżistenti fil-livell nazzjonali, inklużi r-responsabbiltajiet rispettivi tal-atturi ewlenin, sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità u tiġi promossa l-aħjar prattika. F'dan ir-rigward, il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel, adottati mill-Kummissjoni Ewropea f'konsultazzjoni mal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf tal-Ikel u l-Ħela tal-Ikel (12), jistgħu jintużaw bħala referenza li l-atturi fl-Istati Membri jqisu meta jfasslu l-gwida u r-regoli nazzjonali.
Il-gwida tal-Istati Membri tista' tiċċara ulterjorment ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ta' negozju tal-ikel f'żoni fejn ir-regoli nazzjonali japplikaw, pereżempju, b'rabta mar-responsabbiltà (ara wkoll it-taqsima 4). L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti barra minn hekk jistgħu jħeġġu t-tfassil u t-tixrid ta' manwali ta' prattika tajba għall-irkupru u r-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed, f'konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Sabiex titħeġġeġ id-donazzjoni tal-ikel, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jixtiequ jikkunsidraw inċentivi tat-taxxa għall-operaturi ta' negozju tal-ikel (ara t-taqsima 7.2) kif ukoll l-implimentazzjoni, mill-atturi kkonċernati, ta' attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni u taħriġ biex jiġu appoġġati ulterjorment il-prattiki ta' ridistribuzzjoni tal-ikel tajjeb fuq il-post.
Sabiex jiġi ffaċilitat il-qsim ta' informazzjoni dwar prattiki nazzjonali ta' donazzjoni tal-ikel, il-Kummissjoni tippubblika linji gwida eżistenti fl-Istati Membri tal-UE fuq is-sit web tagħha ddedikat għall-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel (14). Meta l-gwidi settorjali nazzjonali u madwar l-UE ta' prattika tajba relatati mad-donazzjoni tal-ikel jiġu żviluppati fil-kuntest tar-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel (15) u nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea, dawn isiru disponibbli wkoll f'reġistru online (16).
2. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel jinkludi l-irkupru u r-ridistribuzzjoni tal-ikel minn operaturi ta' negozju tal-ikel li huma pprovduti, mid-detentur, mingħajr ħlas.
2.1. X'inhi r-ridistribuzzjoni tal-ikel?
Ir-ridistribuzzjoni tal-ikel hija proċess fejn l-ikel żejjed li jista' inkella jintrema, jiġi rkuprat, miġbur u pprovdut lil persuni, b'mod partikolari lil dawn fil-bżonn.
Bħala parti mill-ħidma tiegħu biex jipprevjeni t-telf u l-ħela tal-ikel u jippromwovi s-sigurtà tal-ikel, tim multidixxiplinari tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) ippropona definizzjoni għal “irkupru u ridistribuzzjoni għal ikel tajjeb u nutrittiv għall-konsum mill-bniedem” kif ġej (17):
— |
“Irkupru ta' ikel tajjeb u nutrittiv għall-konsum mill-bniedem” huwa meta wieħed jirċievi, bi jew mingħajr ħlas, ikel (ipproċessat, nofsu pproċessat jew nej) li inkella jintrema jew jinħela mill-katini tal-provvista tal-agrikoltura, tal-bhejjem u tas-sajd tas-sistema tal-ikel. “Ridistribuzzjoni ta' ikel tajjeb u nutrittiv għall-konsum mill-bniedem” hija meta jinħażen jew jiġi pproċessat u mbagħad iddistribwit l-ikel irċevut skont l-oqfsa xierqa tas-sikurezza, il-kwalità u regolatorji direttament jew permezz ta' intermedjarji, u bi jew mingħajr ħlas, lil dawk li jkollhom aċċess għalih għat-teħid tal-ikel. |
Insostenn tal-isforzi li għaddejjin, kemm fil-livelli tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali, għall-promozzjoni ta' dieti tajbin għas-saħħa u bbilanċjati għaċ-ċittadini Ewropej kollha, b'mod partikolari t-tfal, ir-ridistribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel għandha tqis, kull meta possibbli, il-kontribut tagħhom għal dieta bbilanċjata. F'dan ir-rigward, il-linji gwida nutrizzjonali nazzjonali għandhom jintużaw bħala dokumenti ta' gwida.
Il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel — filwaqt li huma konsistenti mad-definizzjoni ta' ridistribuzzjoni tal-ikel ipproposta mill-FAO — għandhom l-għan li jiċċaraw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE li japplikaw meta prodotti tal-ikel isiru disponibbli mid-detentur, mingħajr ħlas. Ir-ridistribuzzjoni tal-ikel tinkludi firxa wiesgħa ta' atturi, netwerks u attivitajiet li qegħdin jevolvu b'mod rapidu. Minkejja li l-banek tal-ikel huma s-sħab l-aktar komuni u prinċipali fil-qasam tar-ridistribuzzjoni tal-ikel, il-gwida pprovduta aktar 'il quddiem, rigward l-applikazzjoni tar-regoli rilevanti tal-UE (eż. sikurezza tal-ikel, iġjene tal-ikel, informazzjoni tal-konsumaturi, responsabbiltà, eċċ.), tista' tiġi applikata wkoll għal mudell u/jew atturi oħra tar-ridistribuzzjoni tal-ikel. Dawn tal-aħħar jistgħu jinkludu entitajiet impenjati f'attivitajiet ta' ridistribuzzjoni tal-ikel mingħajr skop ta' qligħ, bħal supermarkits jew ristoranti soċjali, fejn il-benefiċjarju aħħari f'ċerti każijiet jista' jagħmel ħlas nominali sabiex jirċievi ikel jew ikliet.
2.2. X'inhu ikel żejjed?
Ikel żejjed, li jikkonsisti minn prodotti tal-ikel lesti (inklużi laħam frisk, frott u ħxejjex), prodotti parzjalment ifformulati jew ingredjenti tal-ikel, jista' jirriżulta fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel għal diversi raġunijiet. Ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u/jew tal-konsumatur (eż. varjazzjonijiet fil-kulur, id-daqs, il-forma tal-prodott, eċċ.) kif ukoll żbalji fil-produzzjoni u t-tikkettar jistgħu jiġġeneraw ikel żejjed pereżempju fis-setturi tal-agrikoltura u tal-manifattura. Diffikultajiet fil-ġestjoni tal-provvista u d-domanda jistgħu jwasslu għal ordnijiet żejda u/jew ordnijiet imħassra. Kwistjonijiet relatati ma' mmarkar tad-data, bħal meta ma jkunx fadal biżżejjed ħajja tal-prodott mal-kunsinna jew regoli nazzjonali li jipprevjenu r-ridistribuzzjoni ta' ikel wara d-data ta' “uża qabel”, jistgħu jipprevjenu wkoll li ikel jinbiegħ u jiġi ddistribwit permezz tal-kanali tal-bejgħ bl-imnut normali.
Ikel żejjed jista' jiġi rridistribwit sakemm ikun tajjeb għall-konsum mill-bniedem u konformi mar-rekwiżiti kollha tas-sikurezza tal-ikel (18), kif speċifikat mir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel u l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi kif ukoll mir-regoli nazzjonali rilevanti. Ikel adatt għad-donazzjoni tal-ikel jista' jinkludi, pereżempju, prodotti li: ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur jew tal-konsumatur; ikollhom imballaġġ u/jew tikkettar alterat iżda li ma jikkompromettux is-sikurezza tal-ikel jew l-informazzjoni lill-konsumaturi; ikunu mmarkati biż-żmien (bħal prodotti intiżi għal staġun tal-vaganzi speċifiku jew attività promozzjonali); ikunu maħsuda fl-għelieqi bil-permess tal-produttur; ikunu qabżu d-data ta' “uża qabel” iżda xorta waħda jkunu jistgħu jiġu kkonsmati b'mod sikur; ikunu ġew miġbura u/jew ikkonfiskati mill-awtoritajiet regolatorji għal raġunijiet li mhumiex is-sikurezza tal-ikel, eċċ.
Ir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed u l-impenn f'attivitajiet ta' donazzjoni tal-ikel jistgħu għaldaqstant jitwettqu minn operaturi ta' negozju tal-ikel f'kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel. Operaturi ta' negozju tal-ikel (eż. bdiewa, manifatturi u bejjiegħa bl-imnut tal-ikel) jistgħu jagħtu b'donazzjoni ikel żejjed permezz ta' organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni (bħal banek tal-ikel), netwerks tal-ġbir u organizzazzjonijiet karitatevoli oħra jew direttament lill-konsumaturi nfushom (eż. impjegati).
2.3. Min huma l-atturi?
Il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel tkopri atturi involuti f'kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, kemm jekk donaturi kif ukoll jekk riċevituri. Dawn il-linji gwida jindirizzaw u għandhom l-għan li jiċċaraw ir-responsabbiltajiet u l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ta' negozju tal-ikel fir-ridistribuzzjoni tal-ikel żejjed kif stabbilit fil-liġi tal-UE dwar l-ikel u b'mod partikolari fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), l-hekk imsejħa Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
In-netwerk ta' ridistribuzzjoni għall-ikel żejjed fl-UE huwa kumpless, li jinvolvi tipi differenti ta' atturi u proċessi operattivi.
Organizzazzjonijiet “donaturi”
Dawn huma operaturi ta' negozju tal-ikel li jistgħu jipprovdu ikel żejjed minn kull stadju tal-katina tal-provvista tal-ikel, jiġifieri: produzzjoni primarja, ipproċessar u manifattura tal-ikel, bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra kif ukoll is-setturi tal-forniment tal-ikel u tal-ospitalità.
Organizzazzjonijiet “riċeventi”
Dawn huma involuti fir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed u jistgħu jiġu kklassifikati bħala organizzazzjonijiet “ta' quddiem” jew “tal-isfond”, fejn xi wħud jissodisfaw iż-żewġ funzjonijiet (20):
— |
L-organizzazzjonijiet “tal-isfond” jirkupraw ikel mogħti b'donazzjoni minn atturi mill-katina tal-provvista tal-ikel li huma jittrasportaw, jaħżnu u jirridistribwixxu lil netwerk ta' organizzazzjonijiet karitatevoli affiljati u kkwalifikati inklużi organiżmi tal-karità, ristoranti soċjali, impriżi soċjali, eċċ. |
— |
L-organizzazzjonijiet “ta' quddiem” jirċievu ikel mogħti b'donazzjoni minn organizzazzjonijiet “tal-isfond” u/jew direttament minn atturi fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dawn, min-naħa l-oħra, jipprovdu dan l-ikel lill-benefiċjarji tagħhom f'diversi forom (eż. pakketti tal-ikel, postijiet li jipprovdu l-ikel b'xejn, ikliet servuti f'ristoranti/kafetteriji soċjali, eċċ.); xi wħud jistgħu wkoll ibigħu prodotti tal-ikel lil persuni fil-bżonn fi prezz issussidjat. |
F'ħafna Stati Membri, l-organizzazzjonijiet “tal-isfond” jissejħu “banek tal-ikel”; madankollu, f'ċerti Stati Membri (eż. l-Estonja, il-Ġermanja u n-Netherlands) il-“banek tal-ikel” ma jirridistribwixxux ikel lil organizzazzjonijiet oħra biss iżda jipprovdu ikel ukoll direttament lill-benefiċjarji aħħarin. Barra minn hekk, l-attivitajiet kemm tal-organizzazzjonijiet “ta' quddiem” kif ukoll dawk “tal-isfond” jistgħu jvarjaw fl-Istati Membri: xi wħud jillimitaw il-ħidma tagħhom għall-ħżin, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-ikel; oħrajn jipproċessaw u jippreparaw ikel u/jew ikliet li jiġu pprovduti lill-benefiċjarju aħħari.
Dan id-dokument jindika l-organizzazzjonijiet “tal-isfond” bħala “organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni” (OR) u “ta' quddiem” bħala “organizzazzjonijiet karitatevoli” (OK).
Donaturi privati
Il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, li tistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv li huwa l-bażi tal-liġi tal-UE dwar l-ikel, ma tapplikax għall-produzzjoni primarja għal użu domestiku privat u l-preparazzjoni, l-immaniġġjar jew il-ħżin primarji tal-ikel għal konsum domestiku privat. Għaldaqstant jirriżulta li l-persuni privati li jipprovdu ikel fuq bażi ad hoc, f'avvenimenti komunitarji jew karitatevoli oħra inklużi inizjattivi ta' ġbir, huma esklużi minn obbligi relatati mal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel bħalma huma organizzazzjonijiet karitatevoli li kultant jirċievu ikel mingħand persuni privati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu kjarifika addizzjonali fir-regoli nazzjonali jew parir biex jgħinu lill-fornituri tal-ikel karitatevoli jew komunitarji biex jirċievu kontribuzzjonijiet minn donaturi privati biex jikkonformaw mar-rekwiżit li jservu ikel tajjeb.
Barra minn hekk, ir-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel u l-informazzjoni dwar l-ikel japplikaw biss għall-impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel għaldaqstant jeskludi operazzjonijiet bħall-immaniġġjar, il-preparazzjoni, il-ħżin u l-preżentazzjoni okkażjonali tal-ikel minn persuni privati f'avvenimenti bħal fieri tal-knisja, tal-iskola jew tar-raħal. Gwida addizzjonali f'dan il-qasam hija pprovduta fit-taqsima 3.8 tad-“Dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 Dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel” (21). L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprovdu gwida ulterjuri sabiex jiċċaraw jekk il-provvista tal-ikel komunitarja jew karitatevoli tirrikjedix reġistrazzjoni skont ir-regoli dwar l-iġjene tal-ikel (22).
Organizzazzjonijiet “faċilitaturi”
Sabiex jiffaċilitaw ir-ridistribuzzjoni tal-ikel, organizzazzjonijiet intermedjarji jistgħu jipprovdu wkoll servizzi li jippermettu kuntatt bejn donaturi u riċevituri tal-ikel u r-rikonċiljazzjoni tal-provvista tal-ikel żejjed mad-domanda potenzjali. Meta jintużaw netwerks tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), is-sid tal-pjattaforma jew għodda diġitali oħra, huwa mħeġġeġ jiġbed l-attenzjoni tad-donaturi u r-riċevituri tal-ikel — pereżempju meta tali atturi jkunu operaturi ta' negozju tal-ikel (ara t-taqsima 3 hawn taħt) — għall-obbligi rispettivi tagħhom skont il-liġi tal-UE dwar l-ikel. L-organizzazzjoni responsabbli għan-netwerk tal-ICT titqies bħala fornitur ta' “servizz minn soċjetà tal-informazzjoni” kif iddefinit fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).
F'każijiet fejn l-attivitajiet tal-organizzazzjoni “faċilitatriċi” jinkludu l-preparazzjoni, l-immaniġġjar, il-ħżin u/jew id-distribuzzjoni tal-ikel — pereżempju l-ġestjoni ta' refriġeratur pubbliku fejn l-ikel żejjed isir disponibbli mid-donaturi għal ridistribuzzjoni ulterjuri — is-sid x'aktarx li jitqies bħala operatur tan-negozju tal-ikel. F'tali każijiet, il-linji gwida tal-UE dwar id-donazzjoni tal-ikel se tkun rilevanti għall-attivitajiet tagħhom.
3. IR-RIDISTRIBUZZJONI TAL-IKEL: IR-RWOLI U R-RESPONSABBILTAJIET TAL-ATTURI
Ir-ridistribuzzjoni tal-ikel żejjed hija koperta mil-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel. Operazzjonijiet relatati mal-provvista tal-ikel, sew jekk għall-profitt sew jekk le, jitqiesu b'mod ċar bħala li “jqiegħdu fis-suq” ikel:
— |
“tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma ta' ikel jew għalf għall-għanijiet ta' bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ jew xi forma oħra ta' trasferiment, sew jekk bi ħlas sew jekk le, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni, u xi forma oħra tat-trasferiment innifsu (24). |
Organizzazzjonijiet li jirċievu ikel żejjed — kemm jekk organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni (OR) kif ukoll karitatevoli (OK) — jitqiesu bħala operaturi ta' negozju tal-ikel skont il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
— |
“negozju tal-ikel” tfisser kull impriża, sew għall-profitt sew jekk le u sew pubblika kemm privata, li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma' xi stadju ta' produzzjoni, ipproċessar jew distribuzzjoni tal-ikel (25). |
— |
“operatur ta' negozju tal-ikel” tfisser persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli biex jiżguraw li l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa fin-negozju tal-ikel taħt il-kontroll tagħhom (26). |
L-Artikolu 17 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel jiddefinixxi r-rwoli tal-operaturi kollha ta' negozju tal-ikel fil-katina sħiħa tal-ikel (jiġifieri bdiewa, manifatturi, importaturi, sensara, distributuri, negozji pubbliċi u privati tal-forniment tal-ikel, organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u karitatevoli ta' ikel u għalf, eċċ.) u dak tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-UE kif ġej:
“1. |
L-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-għalf f'kull stadju tal-produzzjoni, ipproċessar, u tqassim fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawk il-ħtiġijiet jitħarsu. |
2. |
L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġi dwar l-ikel, u jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-ħtiġijiet relevanti tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa mill-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim. […]” (27). |
L-Artikolu 17(1) jimponi fuq l-operaturi ta' negozju tal-ikel obbligu li skontu huma jridu jipparteċipaw b'mod attiv fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel u jivverifikaw li tali rekwiżiti jiġu ssodisfati. Dan ir-rekwiżit ġenerali huwa marbut mill-qrib ma' rekwiżiti obbligatorji oħra stabbiliti minn leġiżlazzjoni speċifika dwar l-ikel [pereżempju, l-implimentazzjoni tal-Prinċipji tal-Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi ta' Kontroll (HACCP) fil-qasam tal-iġjene tal-ikel]. Għaldaqstant, dan jagħti r-responsabbiltà primarja (28) għall-konformità mar-rekwiżiti tal-liġi (tal-UE u nazzjonali) dwar l-ikel lill-operaturi ta' negozju tal-ikel fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni fin-negozji (jew l-attività fil-katina tal-provvista tal-ikel) taħt il-kontroll tagħhom.
Minħabba li operatur ta' negozju tal-ikel qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex ifassal sistema sikura għall-provvista ta' ikel u jiżgura li l-ikel li jipprovdi jkun tajjeb, huwa jkollu r-responsabbiltà primarja li jiżgura l-konformità mal-liġi dwar l-ikel u b'mod partikolari s-sikurezza tal-ikel. (Fir-rigward tal-interazzjoni mar-responsabbiltà primarja u r-responsabbiltà legali, jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4).
Fir-rigward tal-attivitajiet kollha relatati mal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel, l-operaturi ta' negozju tal-ikel impenjati fir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed jeħtieġu li jivvalutaw, fuq bażi ta' każ b'każ, ir-rekwiżiti li huma xierqa u jiżguraw, fost oħrajn, li s-sikurezza tal-ikel u l-informazzjoni lill-konsumaturi ma jkunux kompromessi. Eżempji ta' obbligi li jirriżultaw mir-rekwiżit ġenerali ta' responsabbiltà primarja għall-organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw u jirridistribwixxu ikel żejjed (OR u OK) huma, pereżempju, il-ħtieġa li jiżguraw il-ħżin xieraq ta' ikel refriġerat biex tinżamm il-katina tal-kesħa, kif meħtieġ mir-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel, u l-projbizzjoni ta' ridistribuzzjoni ta' ikel li tkun għaddietlu d-data “uża sa”, kif speċifikat mir-regoli tal-UE dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' sikurezza stabbiliti fil-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (29).
L-operaturi ta' negozju tal-ikel involuti fir-ridistribuzzjoni tal-ikel għandhom japplikaw prattiki ta' iġjene tajba u għandu jkollhom sistema ta' awtokontroll (HACCP) (30) fis-seħħ. Id-definizzjoni ta' tali sistemi ta' awtokontroll, adattata għall-attivitajiet ta' ridistribuzzjoni, tista' tappoġġa l-OR u l-OK fil-ġestjoni ta' kwalunkwe riskju operazzjonali kif ukoll fil-verifika li r-rekwiżiti jkunu ssodisfati; pereżempju, permezz tar-reġistrazzjoni u l-verifika ta' temperaturi kesħin tal-ħżin. Fl-istabbiliment ta' tali pjan, jista' jiġi previst approċċ proporzjonat u flessibbli kif spjegat fl-Avviż tal-Kummissjoni rilevanti (31).
Bħala operaturi ta' negozju tal-ikel, l-OR u l-OK iridu jivverifikaw ukoll li r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel ikunu ssodisfati għall-attivitajiet taħt il-kontroll tagħhom u jistgħu, f'dan ir-rigward, jirrifjutaw prodotti offruti bħala donazzjoni li jistgħu jippreżentaw riskju għall-konsumaturi finali (eż. prodotti b'imballaġġ li tkun saritlu ħsara, aspett anormali tal-ikel, prodott viċin wisq id-data “uża sa” biex jippermetti r-ridistribuzzjoni u l-użu sikuri tiegħu mill-konsumatur qabel l-iskadenza tiegħu, eċċ.).
Għall-atturi kollha fil-katina ta' distribuzzjoni tal-ikel, l-OR u l-OK iridu jiżguraw b'mod partikolari li l-ikel imqiegħed fis-suq ikun konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel stabbiliti fl-Artikolu 14 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, li jaqra kif ġej:
“1. |
L-ikel m'għandux jitqiegħed fuq is-suq jekk ma jkunx tajjeb. |
2. |
L-ikel għandu jitqies li ma jkunx tajjeb jekk ikun meqjus li: (a) jkun ta' ħsara għas-saħħa; (b) ma jkunx tajjeb għall-konsum uman. […]” (32). |
Il-kunċetti ta' “jkun ta' ħsara għas-saħħa” u “ma jkunx tajjeb għall-konsum uman” huma spjegati ulterjorment fl-Artikoli 14(3)-14(5) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel kif ukoll fil-gwida (33) mfassla mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jappoġġaw lill-atturi kollha fl-issodisfar tal-obbligi relatati mal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
Il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel timponi wkoll rekwiżit ġenerali tat-traċċabbiltà fuq l-ikel kollu mqiegħed fis-suq tal-UE (ara wkoll it-Taqsima 3.2 fejn dan ir-rekwiżit huwa elaborat ulterjorment):
“— |
It-traċċabilità ta' ikel, għalf u annimali li jipproduċu l-ikel, u kull sustanza oħra maħsuba li tkun, jew mistennija li tkun, inkorporata fl-ikel jew fl-għalf għandha tiġi stabbilita fl-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim” (34). |
Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ġenerali tat-traċċabbiltà, l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fir-ridistribuzzjoni tal-ikel żejjed jeħtieġ li jżommu rekords ta' minn fejn ġej l-ikel u, jekk jipprovdu ikel lil negozji oħra, huma jridu jiddokumentaw ukoll lil min ġie ddistribwit l-ikel (ara t-taqsima 3.2).
L-operaturi kollha ta' negozju tal-ikel huma meħtieġa wkoll jirtiraw, jiġbru lura jew jinnotifikaw ikel li ma jkunx tajjeb kif spjegat fl-Artikolu 19 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel:
“1. |
Jekk operatur ta' negozju tal-ikel iqis jew ikollu raġuni għaliex jaħseb li ikel li jkun ġie importat, prodott, ipproċessat, manifatturat jew imqassam ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-ikel, għandu minnufih jibda proċeduri biex jirtira l-ikel inkwistjoni mis-suq fejn l-ikel ikun ħalla l-kontroll immedjat ta' dak l-operatur inizjali tan-negozju u javża lill-awtoritajiet kompetenti b'dan. Jekk il-prodott jista' jkun li wasal għand il-konsumatur, l-operatur għandu effettivament u eżattament javża lill-konsumaturi bir-raġuni tal-irtirar tiegħu, u fejn meħtieġ, jiġbor lura mingħand il-konsumaturi l-prodotti diġà pprovduti lilhom fejn miżuri oħra ma jkunux biżżejjed biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa. |
2. |
Operatur ta' negozju responsabbli għal attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut u tqassim li ma jaffettwax l-ippakkeġġjar, tikkettjar, sigurtà jew integrità tal-ikel għandu, fil-limiti tal-attivitajiet rispettivi tiegħu, jibda proċeduri biex jirtira mis-suq il-prodotti li ma jkunux jikkonformaw mal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-ikel u għandu jieħu sehem fil-kontribuzzjoni lejn is-sigurtà tal-ikel billi jgħaddi t-tagħrif relevanti meħtieġ biex jiġi rintraċċat l-ikel, waqt li jikkoopera fl-azzjoni meħuda mill-produtturi, proċessaturi, manifatturi u/jew awtoritajiet kompetenti. |
3. |
Operatur ta' negozju tal-ikel għandu minnufih javża lill-awtoritajiet kompetenti jekk iqis jew ikollu raġuni għaliex jaħseb li ikel li jkun tqiegħed fis-suq jista' jkun ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem. L-operaturi għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni meħuda biex jevitaw riskji għall-konsumatur finali u m'għandhomx jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lil xi persuna milli tikkoopera, skont il-liġi nazzjonali u l-prattika legali, mal-awtoritajiet kompetenti, fejn dan jista' jipprevjeni, inaqqas jew jelimina xi riskju li jinħoloq minn dak l-ikel. […]”. |
3.1. Attivitajiet ta' ridistribuzzjoni u organizzazzjonijiet karitatevoli
In-natura tal-attività ta' organizzazzjoni kif ukoll il-mudell operattiv tagħha se jiddetermina r-regoli speċifiċi li japplikaw skont il-qafas regolatorju tal-UE għas-sikurezza tal-ikel u l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. B'mod partikolari, kemm jekk organizzazzjoni tirridistribwixxi ikel lil organizzazzjoni oħra (jiġifieri “minn negozju għal negozju”) jew direttament lill-benefiċjarju aħħari (“min-negozju għall-konsumatur”) kif ukoll it-tip ta' attività li twettaq (eż. donazzjoni ta' ikel li joriġina mill-annimali, preparazzjoni ta' ikliet) jistgħu jwasslu għal rekwiżiti differenti f'termini ta' traċċabbiltà, iġjene tal-ikel u informazzjoni dwar l-ikel.
Huwa għaldaqstant importanti li jitqies, fuq bażi ta' każ b'każ, it-tip ta' attività mwettqa mill-organizzazzjonijiet impenjati fir-ridistribuzzjoni tal-ikel peress li jista' jkun hemm differenzi bejn ir-regoli applikabbli u l-obbligi relatati.
Peress li l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u karitatevoli huma essenzjalment relatati mad-distribuzzjoni tal-ikel, dawn jistgħu jitqiesu, skont il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, bħala operaturi ta' negozju tal-ikel impenjati f'attività ta' “bejgħ bl-imnut”.
— |
“bejjiegħ bl-imnut” (35) tfisser l-immaniġġjar u/jew l-ipproċessar ta' ikel u l-ħażna tiegħu fil-punt tal-bejgħ jew twassil lill-konsumatur finali, u tinkludi stazzjonijiet ta' distribuzzjoni, operazzjonijiet ta' catering, canteens ta' fabbriki, catering istituzzjonali, u operazzjonijiet simili ta' servizzi tal-ikel, ħwienet, ċentri ta' tqassim ta' supermarkets u ħwienet li jbigħu bl-ingrossa. |
Skont ir-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel, l-OR u l-OK huma meqjusa essenzjalment bħala “bejjiegħa bl-imnut” jew ċentri ta' distribuzzjoni, b'attivitajiet limitati għall-ħżin u t-trasport. L-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel, inklużi miżuri speċifiċi relatati mal-ikel li joriġina mill-annimali hija spjegata ulterjorment fit-taqsima 5.
Skont ir-regoli tal-UE dwar it-tikkettar tal-ikel, l-OR u l-OK li jippreparaw ikel li huwa lest għall-konsum mill-konsumaturi finali jistgħu jitqiesu bħala “caterers tal-massa”. L-implikazzjonijiet ta' dan l-istatus għall-obbligi relatati mal-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi huma mogħtija fid-dettall fil-Kapitolu 6.
— |
“caterers tal-massa” (36) tfisser kull stabbiliment (inklużi vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u impriżi tal-catering li fih, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex ikun lest għall-konsum mill-konsumatur aħħari. |
3.1.1. L-għażla ta' ikel żejjed għar-ridistribuzzjoni
L-ikel m'għandux jitqiegħed fis-suq jekk ma jkunx tajjeb. Xi Stati Membri u partijiet ikkonċernati talbu kjarifika fir-rigward tar-ridistribuzzjoni ta' prodotti li huma magħmula minn unitajiet multipli, li xi wħud minnhom jistgħu ma jkunux tajbin għall-konsum mill-bniedem. Dawn jistgħu jinkludu pereżempju: basket larinġ fejn waħda mil-larinġ tkun immuffata; pakkett multiplu ta' jogurts fejn wieħed jista' jkollu l-għatu mqatta'; jew kaxxa bajd fejn waħda tista' tkun miksura. Ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel ma tipprojbixxix lil operatur ta' negozju tal-ikel milli jagħżel tali ikel bil-ħsieb tar-ridistribuzzjoni tiegħu. B'mod partikolari, l-Artikolu 14(6) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel jipprevedi dan li ġej:
“— |
Fejn xi ikel li ma jkunx tajjeb ikun parti minn grupp, lott jew kunsinna tal-ikel tal-istess klassi jew deskrizzjoni, għandu jiġi preżunt li l-ikel kollu f'dak il-grupp, lott jew kunsinna huwa wkoll mhux tajjeb, sakemm wara li ssir stima dettaljata ma jkun hemm ebda xhieda li l-bqija tal-grupp, lott jew kunsinna ma tkunx tajba”. |
Għaldaqstant, tali operazzjonijiet bħall-ftuħ ta' xibka larinġ biex jiġi sseparat il-frott imħassar minn dak li huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem — kemm jekk dan isir mid-donatur (eż. bejjiegħ bl-imnut) jew mir-riċevitur (eż. OR/OK) — huma possibbli sakemm, wara valutazzjoni dettaljata, ikun jista' jiġi żgurat li l-ikel li huwa rridistribwit ikun tajjeb għall-ikel.
Fit-twettiq ta' tali valutazzjoni dettaljata, l-operatur ta' negozju tal-ikel jista' jiġi ggwidat mill-kunsiderazzjonijiet meta jiddetermina jekk l-ikel huwiex ħażin għall-konsum mill-bniedem, kif spjegat fil-gwida tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (37). Tali valutazzjoni tista' tqis firxa ta' fatturi bħal: it-tip ta' prodott (eż. ikel li jmur malajr/li ma jmurx malajr); kompożizzjoni tal-prodott (eż. artab ħafna/ftit); tip/livell ta' pproċessar; kunsiderazzjonijiet viżivi u organolettiċi; integrità tal-imballaġġ u tal-unitajiet individwali; żmien kemm idum tajjeb il-prodott; kundizzjonijiet ta' mmaniġġjar, ħżin u trasport; struzzjonijiet għall-użu (jekk/fejn applikabbli), eċċ.
3.2. It-traċċabbiltà
L-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-prodotti tal-ikel fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni huwa wieħed mill-obbligi ewlenin imposti fuq l-operaturi ta' negozju tal-ikel skont il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel sabiex il-konsumaturi jiġu protetti minn kwalunkwe riskju assoċjat mal-katina tal-ikel u hekk tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel. Meta jkun ġie identifikat riskju li jirrikjedi t-tneħħija ta' ikel mis-suq, is-sistemi ta' traċċabbiltà jiżguraw li dan il-proċess jista' jiġi ġestit fil-pront u b'mod effettiv.
Id-donaturi tal-ikel, li huma stess ikunu operaturi ta' negozju tal-ikel, huma meħtieġa jistabbilixxu sistema ta' traċċabbiltà kemm jekk dan l-ikel jitqiegħed fis-suq għall-iskop ta' bejgħ jew jekk isir disponibbli mingħajr ħlas għall-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u/jew karitatevoli. Kif spjegat fit-taqsima 2.2, il-persuni privati li jipprovdu ikel fuq bażi ad hoc f'avvenimenti komunitarji jew karitatevoli oħra u organizzazzjonijiet karitatevoli li kultant jirċievu ikel mingħand donaturi privati huma esklużi minn obbligi relatati mat-traċċabbiltà.
Ir-riċevituri ta' ikel żejjed, jiġifieri organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u karitatevoli, bħall-operaturi kollha ta' negozju tal-ikel, iridu jimplimentaw ukoll miżuri ta' traċċabbiltà meħtieġa għall-iżgurar tas-sikurezza tal-katina tal-provvista tal-ikel. Fil-livell tal-UE ġew stabbiliti wkoll regoli speċifiċi għall-ikel li joriġina mill-annimali (38) kif ukoll għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (39) sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tar-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għal dawn il-prodotti tal-ikel fid-dawl tal-esperjenza fil-passat fl-immaniġġjar ta' kriżijiet ta' sikurezza tal-ikel. Informazzjoni addizzjonali dwar kif għandhom jiġu implimentati r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà fil-prattika hija pprovduta wkoll fid-dokument ta' gwida biex tappoġġa lill-atturi kollha fl-issodisfar tal-obbligi relatati mal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (40).
Pereżempju, din il-gwida tispeċifika li mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għandha tinżamm sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18:
— |
l-isem u l-indirizz tal-fornitur, u identifikazzjoni tal-prodotti pprovduti; |
— |
l-isem u l-indirizz tal-konsumatur, u identifikazzjoni tal-prodotti kkunsinnati; |
— |
id-data u, fejn ikun meħtieġ, il-ħin tat-tranżazzjoni/tal-kunsinna; |
— |
il-volum, fejn xieraq, jew il-kwantità. |
Fir-rigward tal-perjodu ta' żmien minimu għaż-żamma ta' rekords, il-gwida tispeċifika li perjodu ta' 5 snin mid-data tal-manifattura jew il-kunsinna x'aktarx li jissodisfa l-objettivi tar-Regolament.
Peress li r-ridistribuzzjoni tal-ikel isseħħ fi tmiem il-katina tal-valur tal-ikel u l-ikel normalment ma jiġix maħżun għal xi żmien partikolarment twil mill-OR u l-OK, il-Kummissjoni tqis li perjodu ta' żmien indikattiv għaż-żamma ta' rekords ta' 2 sa 5 snin ikun xieraq. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ulterjorment tali perjodi ta' żmien fir-regoli nazzjonali u/jew fi gwida; inkluż, pereżempju, l-adattament possibbli tal-perjodi ta' żmien meħtieġa għaż-żamma ta' rekords skont in-natura tal-attività kkonċernata (eż. jistgħu jkunu meħtieġa perjodi ta' żmien iqsar għar-ristoranti soċjali).
Il-Kummissjoni Ewropea, fl-2004, iċċarat l-obbligi ta' traċċabbiltà fil-kuntest tar-ridistribuzzjoni tal-ikel (41). B'mod ġenerali, l-operaturi kollha tal-katina tal-ikel huma meħtieġa jirreġistraw il-fornituri tal-prodotti li jirċievu (pass lura) u r-riċevituri tal-prodotti (pass 'il quddiem). Madankollu, fil-każ tad-distribuzzjoni tal-ikel lill-konsumatur finali, mhux meħtieġ li jiġu rreġistrati r-riċevituri.
L-iżgurar tat-traċċabbiltà “pass 'il quddiem” għall-attivitajiet ta' ridistribuzzjoni jista' għaldaqstant ikun obbligu ġdid għal ċerti operaturi ta' negozju tal-ikel, pereżempju mis-setturi tal-bejgħ bl-imnut u tal-forniment tal-ikel, li normalment jipprovdu ikel biss lill-konsumatur finali. Meta tali operaturi ta' negozju tal-ikel jirridistribwixxu ikel lil OR jew OK, dawn se jeħtieġu li jiżguraw ukoll it-traċċabbiltà mhux biss tal-prodotti li jirċievu iżda wkoll dawk li jikkunsinnaw (jiġifieri “pass 'il quddiem”).
L-obbligi tal-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u l-organizzazzjonijiet karitatevoli huma differenti fir-rigward tat-traċċabbiltà. Filwaqt li l-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni jridu jżommu rekord kemm tal-fornituri tal-prodotti (dawn huma l-fornituri tal-prodotti li jirċievu) kif ukoll tal-organizzazzjonijiet li lilhom jirridistribwixxu l-ikel, l-organizzazzjonijiet karitatevoli li jikkunsinnaw l-ikel lill-konsumatur finali jeħtieġu biss li jżommu rekord tal-fornituri tal-ikel li jirċievu.
Fil-każ tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, regoli ġenerali tat-traċċabbiltà jridu jiġu kkomplementati mir-regoli speċifiċi tat-traċċabbiltà stabbiliti fl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (42) li jistabbilixxi sistema ta' kontroll tal-Unjoni għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Minbarra l-obbligi stabbiliti mir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà skont il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, dan ifisser li l-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni (inklużi l-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u l-organizzazzjonijiet karitatevoli) għandu jkollhom l-informazzjoni speċifika meħtieġa għall-intraċċar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u li għandu jkun possibbli li dawk il-prodotti jiġu ntraċċati lura għall-istadju tal-qbid jew il-ħsad.
Xi Stati Membri jipprovdu wkoll gwida addizzjonali biex jgħinu lill-atturi jissodisfaw l-obbligi ta' traċċabbiltà fir-rigward tar-ridistribuzzjoni tal-ikel.
4. DETERMINAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ PRIMARJA U TAR-RESPONSABBILTÀ META JQUMU KWISTJONIJIET TA' SIKUREZZA TAL-IKEL
4.1. Il-kuntest ġuridiku
Ir-responsabbiltà primarja u r-responsabbiltà legali
Ir-responsabbiltà primarja tal-operaturi ta' negozju tal-ikel li jiżguraw konformità mal-liġi (kemm tal-UE kif ukoll nazzjonali) dwar l-ikel (mhux il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel biss iżda wkoll leġiżlazzjoni oħra dwar l-ikel), stabbilita fl-Artikolu 17 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, tikkonċerna l-attivitajiet taħt il-kontroll tagħhom u hija applikabbli matul il-katina tal-provvista tal-ikel. L-Istati Membri huma għaldaqstant ipprojbiti milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet legali fil-livell nazzjonali li jeżentaw lil xi operatur ta' negozju tal-ikel minn dan l-obbligu.
Ir-rekwiżit tar-responsabbiltà primarja m'għandux l-effett li jiġi introdott reġim tal-Unjoni li jirregola l-allokazzjoni tar-responsabbiltà bejn l-atturi differenti fil-katina tal-provvista tal-ikel. Id-determinazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrendu operatur suxxettibbli għal penali kriminali u/jew responsabbiltà ċivili hija kwistjoni kumplessa li tiddependi ħafna mill-istruttura tas-sistemi legali differenti u li taqa', fil-prinċipju, fi ħdan il-kompetenza nazzjonali.
Għalkemm ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 17(1) huwa direttament applikabbli, ir-responsabbiltà tal-operaturi ta' negozju tal-ikel għandha tirriżulta fil-prattika mill-ksur ta' rekwiżit speċifiku tal-liġi dwar l-ikel u mir-regoli għar-responsabbiltà ċivili jew kriminali li jistgħu jinstabu fl-ordinament ġuridiku nazzjonali ta' kull Stat Membru. Il-proċedimenti dwar ir-responsabbiltà mhumiex se jkunu bbażati fuq l-Artikolu 17 iżda fuq bażi ġuridika li trid tinstab fil-leġiżlazzjoni speċifika miksura fil-livell nazzjonali. Minkejja dan, meta prodott jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti legali, ir-responsabbiltà ta' kull attur fil-katina tal-provvista tal-ikel għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' jekk dan issodisfax ir-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
Ir-responsabbiltà tal-produttur għall-prodotti tal-ikel difettużi (id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE (43))
L-Artikolu 21 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel jiddikjara li d-dispożizzjonijiet tiegħu:
“— |
[…] għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għal prodotti difettużi”. |
Dik id-Direttiva stabbilixxiet fil-livell tal-UE l-prinċipju li f'każ ta' ħsara kkawżata mid-difett ta' (xi) prodott (minbarra prodotti agrikoli primarji), il-produttur għandu jkun responsabbli. Il-produttur huwa ddefinit bħala li huwa l-manifattur, iżda wkoll bħala “kull persuna li, billi tqiegħed isimha, il-marka tan-negozju tagħha jew fattur distintiv ieħor fuq il-prodott tippreżenta lilha stess bħala l-produttur tiegħu”.
Fir-rigward tal-prodotti tal-ikel difettużi, id-Direttiva 85/374/KEE tapplika sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħha ma jikkontradixxux il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel, b'mod speċjali fir-rigward tar-responsabbiltà primarja tal-operaturi ta' negozju tal-ikel li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti kollha tal-liġi dwar l-ikel stabbiliti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll dak nazzjonali għall-operazzjoni taħt il-kontroll tagħhom. Kif iddikjarat hawn fuq, meta prodott jinstab li jkun difettuż, il-valutazzjoni tar-responsabbiltà għandha tqis jekk il-produttur ikunx issodisfa kif xieraq ir-responsabbiltajiet speċifiċi tiegħu skont il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
Kif jiġu ddeterminati r-responsabbiltajiet meta jqumu kwistjonijiet ta' sikurezza tal-ikel?
Fil-każ ta' tħassib dwar is-sikurezza tal-ikel (pereżempju velenar bl-ikel), l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika se jinvestigaw il-katina sħiħa tal-provvista tal-ikel sabiex jidentifikaw l-oriġini u l-kawża tal-problema. Jista' jiġri li l-problema tas-sikurezza tal-ikel tkun instabet minn negozju tal-ikel, li għandu jieħu azzjoni biex jirtira, jiġbor lura jew jinnotifika ikel li ma jkunx tajjeb (ara wkoll t-Taqsima 3).
Id-determinazzjoni tar-responsabbiltà ta' operatur(i) partikolari ta' negozju tal-ikel tirrikjedi identifikazzjoni tal-kawża tal-problema u l-operazzjoni/l-attività, li matulha seħħ l-inċident fuq bażi ta' każ b'każ, eż.:
— |
l-ivvelenar bl-ikel irriżulta minn pastorizzazzjoni insuffiċjenti (rwol tal-manifattur tal-ikel); |
— |
il-katina tal-kesħa nkisret matul it-trasport tal-ikel mill-fornitur sal-bejjiegħ bl-imnut (rwol tal-fornitur tal-loġistika); |
— |
l-ikel ma kienx maħżun kif xieraq fil-livell tal-bejgħ bl-imnut qabel id-donazzjoni (rwol tal-bejjiegħ bl-imnut); |
— |
l-ikel kien iddistribwit minn organizzazzjoni karitatevoli wara d-data “uża sa” (rwol tal-organizzazzjoni karitatevoli), eċċ. |
Għal darb'oħra, għandu jiġi nnotat li d-determinazzjoni tal-fatti u ċ-ċirkustanzi li jistgħu jirrendu operatur suxxettibbli għal penali kriminali u/jew responsabbiltà ċivili hija kwistjoni li tiddependi ħafna mill-istruttura tas-sistemi legali nazzjonali differenti. Informazzjoni ulterjuri li tikkonċerna t-tifsira u l-impatt tal-Artikolu 17.1 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel fir-rigward tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fil-katina agroalimentari tista' tinsab fil-gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (44).
4.2. L-implikazzjonijiet għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed
It-tħassib dwar ir-responsabbiltà potenzjali jista' jkun ta' ostaklu li jirrestrinġi lill-manifatturi u lill-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel milli jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet ta' ridistribuzzjoni tal-ikel. Minbarra t-tħassib legali, l-operaturi ta' negozju tal-ikel jista' jkollhom tħassib ukoll dwar il-ħsara potenzjali lir-reputazzjoni korporattiva/tal-marka fil-każ ta' inċident ta' sikurezza tal-ikel marbut mar-ridistribuzzjoni tal-ikel.
Għandu jiġi enfasizzat li r-rekwiżit ta' responsabbiltà primarja japplika għall-operaturi kollha ta' negozju tal-ikel irrispettivament minn jekk il-prodotti tal-ikel ikunux mibjugħa jew mogħtija b'donazzjoni. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jibqa' japplika bl-istess mod. L-unika differenza hija li jiżdied pass ieħor fil-katina tad-distribuzzjoni (jiġifieri l-organizzazzjoni ta' ridistribuzzjoni u/jew karitatevoli) li, bħal operaturi oħra ta' negozju tal-ikel, se tkun responsabbli għall-operazzjoni taħt il-qasam ta' kontroll rispettiv tagħha.
Filwaqt li l-kunċett ta' “responsabbiltà primarja” stabbilit fil-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel japplika dejjem għal kull attur involut fir-ridistribuzzjoni tal-ikel għall-attivitajiet taħt il-kontroll tiegħu, id-determinazzjoni ta' “min għandu jitqies responsabbli għal xiex”, pereżempju fil-każ ta' inċident ta' sikurezza tal-ikel, hija kwistjoni ta' kompetenza nazzjonali. F'ċerti Stati Membri (45), huma stabbiliti ftehimiet ta' sħubija formali li jiddokumentaw it-trasferiment tas-sjieda tal-prodotti kkonċernati bejn id-donaturi u r-riċevituri kif ukoll ir-rwol u r-responsabbiltajiet rispettivi ta' dawn l-atturi fl-iżgurar tas-sikurezza, it-traċċabbiltà u l-informazzjoni lill-konsumaturi matul il-katina tar-ridistribuzzjoni tal-ikel.
5. IR-REGOLAMENTI DWAR L-IĠJENE U R-RIDISTRIBUZZJONI TA' IKEL ŻEJJED
Il-konsumaturi kollha jridu jkunu protetti bl-istess mod mill-istess standards tas-sikurezza tal-ikel, kemm jekk l-ikel ikun ikkummerċjalizzat direttament lill-konsumaturi jew jekk ikun irridistribwit lil dawk fil-bżonn minn organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u organizzazzjonijiet karitatevoli oħra. Sabiex jiġi żgurat dan il-prinċipju, ir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed, inklużi l-kunsinna u l-immaniġġjar tal-ikel kif ukoll l-ipproċessar ulterjuri u l-preparazzjoni tal-ikel possibbli (pereżempju f'ristoranti soċjali) trid tikkonforma mar-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel li huma applikabbli għall-operaturi kollha ta' negozju tal-ikel. L-istandards tal-iġjene tal-ikel li jrid ikun hemm konformità magħhom għal attivitajiet kummerċjali, japplikaw ukoll għall-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u karitatevoli.
Sabiex jiġu protetti l-konsumaturi u tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel, l-ikel li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel u li jkun tajjeb għall-konsum mill-bniedem biss għandu jitqiegħed fis-suq, inkluż dak li jingħata b'donazzjoni lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ għal distribuzzjoni lil dawk fil-bżonn. Bħall-operaturi ta' negozju tal-ikel, l-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u l-organiżmi tal-karità jridu jikkonformaw mal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel u mar-regoli tal-UE relatati mal-iġjene tal-ikel (l-hekk imsejħa l-“pakkett tal-iġjene” (46) magħmul mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 li fih rekwiżiti ġenerali tal-iġjene u, meta applikabbli, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) li fih rekwiżiti speċifiċi addizzjonali tal-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali).
5.1. Ir-rekwiżiti ġenerali tal-iġjene applikabbli għall-attivitajiet kollha ta' donazzjoni tal-ikel
L-objettiv ċentrali tar-regoli dwar l-iġjene tal-ikel — li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-oġġetti tal-ikel (u għaldaqstant li jiġi evitat it-taħsir minħabba tkabbir batterjali) sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem — jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel. Ir-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel huma ġenerali ħafna u joffru grad wiesa' ta' flessibbiltà biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' tipi differenti ta' stabbilimenti (eż. ristoranti). Din il-flessibbiltà hija spjegata fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel li jkopru l-programmi prerekwiżiti (PRPs) u l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, inkluż il-faċilitazzjoni/il-flessibbiltà tal-implimentazzjoni f'ċerti negozji tal-ikel (48).
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel japplika għall-istabbilimenti kollha tal-ikel.
L-aktar rekwiżiti rilevanti relatati mar-ridistribuzzjoni tal-ikel huma:
— |
ir-reġistrazzjoni tal-istabbiliment lill-awtoritajiet kompetenti (li tista' tkun proċedura ta' notifika sempliċi lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar l-attivitajiet tiegħu jew bidla sinifikanti fl-attivitajiet); |
— |
l-applikazzjoni ta' prattiki ta' iġjene tajba stabbiliti fl-Anness II għal dak ir-Regolament; |
— |
l-implimentazzjoni ta' proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP. |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 ma jistabbilixxix regoli dettaljati ħafna iżda rekwiżiti ġenerali (pereżempju biex tiġi evitata kontaminazzjoni tal-ikel) li jridu jiġu rispettati mill-atturi kollha.
Dawn ir-regoli dwar l-iġjene tal-ikel, li jipprovdu flessibbiltà kbira f'kif dawn jiġu implimentati, huma l-uniċi applikabbli għal:
— |
bejjiegħa bl-imnut li jaħżnu jew jittrasportaw biss ikel li mhux soġġett għal kundizzjonijiet tat-temperatura bħal tkessiħ jew iffriżar (eżempji ta' tali ikel huma l-għaġin, l-ikel fil-landa, iz-zokkor, id-dqiq, eċċ.); |
— |
bejjiegħa bl-imnut li jipprovdu ikel direttament lill-konsumaturi finali (inklużi fornituri tal-ikel skont id-definizzjoni fl-Artikolu 3(7) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel); |
— |
atturi involuti fl-ipproċessar ta' ikel biss li ma joriġinax mill-annimali (eż. frott, ħaxix, ġewż) għal ridistribuzzjoni ulterjuri. |
5.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene applikabbli għar-ridistribuzzjoni ta' ikel li joriġina mill-annimali
Għandhom jiġu applikati regoli speċifiċi addizzjonali dwar l-iġjene tal-ikel, previsti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004, meta l-bejjiegħa bl-imnut u l-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni jikkunsinnaw ikel li joriġina mill-annimali lil stabbilimenti oħra. L-ikel li joriġina mill-annimali jinkludi laħam, prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, prodotti tal-ħalib (eż. ġobnijiet), bajd u prodotti tal-bajd, eċċ. Fil-prinċipju, il-bejjiegħa bl-imnut li jixtiequ jikkunsinnaw ikel li joriġina mill-annimali lil organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni jew organiżmi tal-karità jeħtieġ li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 flimkien mar-rekwiżiti u l-piż amministrattivi relatati inkluża l-approvazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali qabel tibda l-attività.
Deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tapplika jekk, fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, il-provvista ta' ikel li joriġina mill-annimali:
— |
tkun marġinali, ristretta u lokali, jew |
— |
tkun limitata għat-trasport u l-ħżin (madankollu l-kundizzjonijiet tat-temperatura stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw f'dan il-każ). |
Eżenzjonijiet huma applikabbli wkoll għall-hekk imsejħa prodotti komposti (49) jiġifieri ikel li jkun fih kemm prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali kif ukoll prodotti li ma joriġinawx mill-annimali. Dawn jinkludu varjetà wiesgħa ta' prodotti differenti ħafna (eż. pizez bil-perżut, żebbuġ mimli bil-ġobon, ħobż u kejkijiet bil-butir, għaġin bi prodotti tal-bajd, eċċ.). Dawn huma esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli addizzjonali dwar l-iġjene tal-ikel li japplikaw għar-ridistribuzzjoni ta' ikel li joriġina mill-annimali. Madankollu, il-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali li jintużaw bħala ingredjenti għall-preparazzjoni ta' tali ikel għandhom jinkisbu u jiġu mmaniġġjati f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Regoli nazzjonali addizzjonali jistgħu japplikaw fir-rigward tal-provvista mill-bejjiegħa bl-imnut ta' ikel li joriġina mill-annimali mogħti tali derogi.
Jista' jiġri li operatur li normalment jipprovdi ikel biss lil konsumaturi finali — bħal pereżempju ħanut tal-laħam jew supermarkit (li r-Regolament (KE) Nru 853/2004 mhux applikabbli għalihom) — irid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha f'dak ir-Regolament meta jagħti b'donazzjoni ċertu ikel (li joriġina mill-annimali) lil stabbiliment ieħor, kemm jekk ikun organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni jew ikun ristorant soċjali. Hija n-natura minn negozju għal negozju tal-operazzjoni li tixkatta l-ħtieġa għall-bejjiegħ bl-imnut li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mir-regoli fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jekk dawn id-donazzjonijiet ikunu attività “marġinali, lokalizzata u ristretta”. Dawn il-kunċetti huma spjegati ulterjorment fit-taqsima 3.6 tad-“Dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali”. Fil-qosor, “marġinali” trid tinftiehem bħala parti żgħira mill-attivitajiet, “ristretta” tirreferi għal-limitazzjoni tal-attività għal ċerti prodotti u “lokalizzata” għall-qrubija immedjata tal-fornitur. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu ulterjorment dawn il-kunċetti fil-miżuri nazzjonali soġġetti għal notifika (50) lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra.
Fl-Anness 2 hemm ipprovduta siġra tad-deċiżjonijiet sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni mid-donaturi u r-riċevituri tal-ikel tal-ħtieġa għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
5.3. Ir-rekwiżiti tal-iġjene applikabbli għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed mis-setturi tal-ospitalità, tal-forniment tal-ikel u tas-servizz tal-ikel
Filwaqt li r-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed mis-setturi tal-ospitalità u tal-forniment tal-ikel hija aktar limitata għal raġunijiet ta' iġjene, huwa possibbli għall-operaturi ta' negozju tal-ikel li jidentifikaw u jivvalutaw opportunitajiet possibbli biex jagħmlu dan fuq bażi ta' każ b'każ. Il-kapaċità li tiġi żgurata ridistribuzzjoni sikura ta' ikel żejjed se tvarja skont fatturi bħal: it-tip ta' ikel/ikliet prodotti; in-natura tal-istabbiliment; id-disponibbiltà tal-organizzazzjonijiet riċeventi; l-aċċess għal fornitur tal-loġistika li jista' jiżgura trasport sikur tal-ikel żejjed disponibbli, eċċ.
Sabiex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, huwa importanti li l-operaturi tal-forniment tal-ikel jipprevjenu kemm jista' jkun il-produzzjoni ta' ikel żejjed u jimmonitorjaw bir-reqqa l-kwantitajiet ta' ikel magħmula disponibbli, pereżempju f'buffet, fi kwalunkwe mument partikolari. Filwaqt li r-regoli jistgħu jkunu differenti fl-Istati Membri, ċerti awtoritajiet nazzjonali se jawtorizzaw ir-ridistribuzzjoni ta' ċertu ikel magħmul disponibbli lill-konsumaturi, pereżempju, ikel ippakkjat bil-lest, li jibqa' tajjeb fil-ħażna (eż. kondimenti, krakers, gallettini, eċċ.) sakemm il-prodotti ma jkunux miftuħa u l-imballaġġ ma tkunx saritlu ħsara.
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel ma jipprojbixxix, bħala tali, it-tkessiħ ta' ikliet fi tmiem is-servizz sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel mis-settur tas-servizz tal-ikel/tal-ospitalità.
Sabiex tiġi ffaċilitata r-ridistribuzzjoni sikura ta' ikel żejjed, ċerti Stati Membri u organizzazzjonijiet settorjali stabbilixxew jew bħalissa qegħdin jiżviluppaw linji gwida speċifiċi relatati mad-donazzjoni tal-ikel mis-settur tal-forniment tal-ikel/tal-ospitalità (51).
5.4. L-iffriżar ta' ikel żejjed biex tiġi ffaċilitata r-ridistribuzzjoni
F'diskussjonijiet reċenti mal-Istati Membri rigward il-gwida meħtieġa fil-livell tal-UE biex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni tal-ikel, l-esperti indikaw li l-prattika tal-iffriżar tal-ikel qabel id-data ta' skadenza tagħhom sabiex jiġi estiż iż-żmien ta' kemm idum tajjeb il-prodott u tiġi ffaċilitata r-ridistribuzzjoni sikura jkun jixirqilha kunsiderazzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE peress li l-ikel irċevut mill-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u l-organiżmi tal-karità mhux dejjem ikun jista' jingħata b'donazzjoni lill-konsumatur qabel id-data “uża sa”. Madankollu, għal raġunijiet iġjeniċi, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jippreskrivi li l-ikel li joriġina mill-annimali destinat għall-friża għandu jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn wara l-produzzjoni (52). Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-bejjiegħa bl-imnut li jfornu lil operaturi ta' negozju tal-ikel bħal banek tal-ikel sakemm tali attività tal-bejjiegħa bl-imnut tibqa' marġinali, lokalizzata u ristretta f'konformità mal-Artikolu 1(5)(b)(ii) tiegħu. L-Istati Membri li jagħtu l-possibbiltà tal-iffriżar ta' ikel li joriġina mill-annimali għal skopijiet ta' ridistribuzzjoni għandhom jadottaw miżuri nazzjonali kif xieraq u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
6. INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL LILL-KONSUMATURI
6.1. Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53) dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel u b'mod partikolari t-tikkettar tal-ikel. Dan għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u l-interess tal-konsumaturi billi jipprovdi bażi għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet informati u użu sikur mill-ikel. Fil-kuntest tar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed, dan huwa kritiku biex jiżgura li l-benefiċjarji aħħarin ikollhom aċċess għall-istess informazzjoni bħal dik li hija meħtieġa u pprovduta meta huma jixtru ikel fil-ħwienet.
Il-lista ta' dettalji obbligatorji li jridu jiġu inklużi fit-tikkettar tal-ikel hija speċifikata taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament inklużi inter alia: l-isem tal-ikel, il-lista ta' ingredjenti, id-data ta' kemm iservi l-inqas (jiġifieri “uża qabel”) jew meta xieraq id-data “uża sa”; kwalunkwe kundizzjoni speċjali tal-ħżin u/jew kundizzjoni tal-użu; u dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni. Informazzjoni obbligatorja oħra tista' tkun meħtieġa wkoll fid-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar ta' leġiżlazzjoni oħra tal-UE inkluża leġiżlazzjoni settorjali (eż. ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, regoli tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq bħar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54) dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, standards tal-kummerċjalizzazzjoni) jew f'leġiżlazzjoni nazzjonali.
Ir-responsabbiltajiet tal-operaturi ta' negozju tal-ikel
L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-operaturi ta' negozju tal-ikel fl-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Dan jiddikjara fost oħrajn li:
— |
l-operatur fin-negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel huwa l-operatur li taħt ismu jew taħt isem in-negozju tiegħu l-ikel jiġi kkummerċjalizzat jew l-importatur; |
— |
l-operatur ta' negozju tal-ikel irid jiżgura l-preżenza tal-informazzjoni dwar l-ikel u li din tkun preċiża f'konformità mar-regoli tal-UE u kwalunkwe miżura rilevanti stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
— |
l-operaturi ta' negozju tal-ikel li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhomx ifornu ikel li jafu jew jippreżumu, abbażi tal-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali, li ma jikkonformax mar-regoli applikabbli dwar l-informazzjoni dwar l-ikel; |
— |
l-operaturi ta' negozju tal-ikel, fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, m'għandhomx jimmodifikaw l-informazzjoni li jkun hemm ma' xi ikel jekk dik il-modifika tiżgwida lill-konsumatur jew inkella b'xi mod ieħor tnaqqas il-livell ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-possibbiltajiet għall-konsumatur finali li jagħmel għażliet informati. L-operaturi ta' negozju tal-ikel huma responsabbli għal kwalunkwe bidla li jagħmlu fl-informazzjoni li jkun hemm ma' xi ikel. |
— |
l-operaturi ta' negozju tal-ikel, fin-negozju taħt il-kontroll tagħhom, għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-attivitajiet tagħhom u jridu jivverifikaw li jkunu ssodisfati dawk ir-rekwiżiti. |
Kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni obbligatorja?
Fil-każ ta' ikel ippakkjat bil-lest, l-Artikolu 12(2) jispeċifika li l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel trid tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. F'ċerti każijiet, tali informazzjoni tista' tiġi ppreżentata wkoll f'dokumenti kummerċjali relatati mal-ikel, fejn jista' jkun garantit li tali dokumenti jew jiġu mal-ikel li jirreferu għalih jew ikunu ntbagħtu qabel jew fl-istess ħin tal-kunsinna. L-Artikolu 8(7) jispeċifika li l-għoti ta' informazzjoni permezz ta' dokumenti kummerċjali huwa possibbli f'każijiet fejn: l-ikel ippakkjat bil-lest ikun intiż għall-konsumatur finali iżda kkummerċjalizzat fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur finali jew fejn dan ikun intiż li jiġi fornut lill-fornituri tal-massa (biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta' ulterjorment).
Minbarra l-informazzjoni dwar l-ikel mogħtija f'dokumenti kummerċjali, l-indikazzjoni tad-dettalji li ġejjin trid tiġi inkluża wkoll fuq l-imballaġġ estern li fih jiġi ppreżentat l-ikel ippakkjat bil-lest għall-kummerċjalizzazzjoni, jiġifieri l-isem tal-ikel, id-data ta' kemm iservi l-inqas tad-data “uża sa”, kwalunkwe kundizzjoni speċjali tal-ħżin u/jew kundizzjoni tal-użu, u l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-operatur ta' negozju tal-ikel responsabbli għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel (kif speċifikat skont l-Artikolu 8(1)).
Fil-każ ta' ikel li mhux ippakkjat bil-lest, l-Artikolu 44 jipprovdi kjarifika ulterjuri fir-rigward ta' liema informazzjoni trid tiġi pprovduta kif ukoll il-mezz li bih għandu jsir dan. Dan jiddikjara li fejn l-ikel ikun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur finali jew lil fornituri tal-massa mingħajr ma jkun ippakkjat bil-lest, jew fejn l-ikel jiġi ppakkjat fuq il-post fejn jinbiegħ fuq talba tal-konsumatur jew ikun ippakkjat bil-lest għall-bejgħ dirett, il-forniment ta' dettalji speċifikati fl-Artikolu 9(1)(c) huwa mandatorju. Dan ifisser li l-konsumatur irid ikun informat bil-preżenza fl-ikel ta' kwalunkwe ingredjent jew aġenti tal-ipproċessar elenkati fl-Anness II għar-Regolament, jew li ġejjin minn sustanza jew prodott elenkati fl-Anness II li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi użati fil-manifattura jew il-preparazzjoni ta' ikel jew li jkunu għadhom preżenti fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula.
L-Artikolu 44 jiddikjara wkoll li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar il-mezz li bih l-informazzjoni dwar l-allerġeni (u kwalunkwe dettall obbligatorju ieħor stabbilit fir-regoli tal-UE li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest) għandhom isiru disponibbli u, fejn ikun il-każ, il-forom ta' espressjoni u preżentazzjoni tagħhom. Pereżempju, ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni speċifika li tippermetti d-dendil ta' sinjali fi ħwienet li jispjegaw li l-persunal jista' jiġi kkuntattjat għal aktar informazzjoni dwar l-allerġeni.
Fil-każ speċifiku tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel li mhux ippakkjat bil-lest tista' tiġi pprovduta għall-bejgħ bl-imnut permezz ta' informazzjoni kummerċjali bħal billboards jew posters.
Minn negozju għal negozju vs min-negozju għall-konsumatur
L-operaturi ta' negozju tal-ikel li jfornu ikel lil operaturi oħra ta' negozju tal-ikel li mhuwiex maħsub għall-konsumatur finali jew għall-fornituri tal-massa, għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi oħra ta' negozju tal-ikel jiġu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti li tippermettilhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-preżenza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel (kif speċifikat skont l-Artikolu 8.2), pereżempju, billi tiġi inkluża tali informazzjoni f'dokumenti kummerċjali, jekk ma tkunx preżenti fuq l-ikel stess.
Fil-każ tal-informazzjoni speċifika lill-konsumatur li għandha tiġi pprovduta dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, it-trażmissjoni tagħha tiġi żgurata permezz ta' regoli tat-traċċabbiltà speċifiċi għas-settur, fejn applikabbli. Għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura pproċessati u ppreparati (li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 1604 u 1605 tan-nomenklatura magħquda (55)), tapplika r-regola ġenerali skont l-Artikolu 8.2 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
6.2. L-implikazzjonijiet għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed
6.2.1. Ir-rekwiżit ta' informazzjoni għall-ikel ippakkjat bil-lest
Kemm jekk l-ikel jinxtara mill-konsumaturi jew jekk isir disponibbli mingħajr ħlas għall-benefiċjarji aħħarin permezz ta' għajnuna għall-ikel jew mekkaniżmi oħra ta' ridistribuzzjoni tal-ikel, l-informazzjoni dwar l-ikel trid tkun preżenti u tiġi pprovduta lill-benefiċjarju aħħari f'konformità mar-regoli tal-UE u nazzjonali rilevanti relatati mal-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Meta l-ikel mogħti b'donazzjoni jkollu tikkettar konformi mar-rekwiżiti legali kollha, l-obbligi li jikkonċernaw l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel jistgħu jiġu ssodisfati faċilment. Madankollu, meta jiġi ġġenerat ikel żejjed, pereżempju fil-livell tal-manifattura, minħabba tikkettar ħażin ta' prodotti u/jew żbalji fit-tikkettar li jipprojbixxu l-aċċess tal-prodott tal-ikel għall-kanali tal-bejgħ bl-imnut normali, ikun meħtieġ li ssir kjarifika addizzjonali u/jew jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-benefiċjarju aħħari jirċievi l-informazzjoni obbligatorja kollha meħtieġa.
Fir-rigward tal-ikel ippakkjat bil-lest magħmul disponibbli għall-konsumatur finali, ir-regoli tal-UE jeħtieġu li d-dettalji obbligatorji kollha għandhom jiġu pprovduti fuq l-imballaġġ jew tikketta mwaħħla miegħu. F'każijiet fejn l-ikel b'tikketta insuffiċjenti ma jkunx jista' jiġi ttikkettat mill-ġdid qabel ir-ridistribuzzjoni tiegħu, l-operatur ta' negozju tal-ikel responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel (ara l-Artikolu 8(1)) irid jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja lill-organizzazzjoni ta' ridistribuzzjoni u/jew lill-organizzazzjoni karitatevoli sabiex jiżgura li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jikkonċernaw l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-benefiċjarju aħħari. Ċerti Stati Membri pprovdew gwida sabiex jiżguraw li l-ikel tajjeb u li jittiekel li inkella jintrema jista' jiġi rridistribwit filwaqt li jiġi żgurat li l-benefiċjarju aħħari jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha li hija meħtieġa (ara l-Artikolu 9(1)), anki jekk tali informazzjoni ma tkunx ipprovduta direttament fuq it-tikketta. Madankollu, f'każijiet fejn l-iżball tat-tikkettar jista' jkollu implikazzjonijiet għas-saħħa pubblika (pereżempju, relatati mal-informazzjoni fuq il-preżenza ta' allerġeni), l-Istati Membri jistgħu mbagħad jeħtieġu li l-iżball jiġi kkoreġut fuq it-tikkettar tal-prodott ikkonċernat qabel ma jkun jista' jingħata b'donazzjoni.
6.2.2. Ir-rekwiżiti tal-lingwa
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jeħtieġ li l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel trid tidher f'lingwa mifhuma faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat (56). Barra minn hekk, l-Istati Membri li fihom qed jiġi kkummerċjalizzat il-prodott jistgħu jeħtieġu l-użu ta' lingwa speċifika (57).
Fil-prattika din tkun il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż fejn l-ikel jitqiegħed fis-suq. Madankollu, l-għoti ta' informazzjoni obbligatorja f'lingwa barranija li tinftiehem faċilment mill-konsumatur huwa possibbli. Hemm ħafna eżempji fejn it-termini jew l-espressjonijiet jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumatur, minkejja li ma jkunux fil-lingwa tiegħu. F'tali każijiet, ir-rekwiżit li jinbidel it-tikkettar ikun jidher sproporzjonat.
Peress li t-tikkettar ta' prodotti tal-ikel f'lingwa barranija jista' joħloq ostaklu għar-ridistribuzzjoni ulterjuri tal-ikel, ċerti Stati Membri żviluppaw gwida f'dan ir-rigward.
6.2.3. Ir-rekwiżit ta' informazzjoni għall-ikel li mhux ippakkjat bil-lest
Huwa importanti li l-konsumaturi jirċievu l-informazzjoni neċessarja dwar l-ikel li jikkonsmaw anki meta dan ma jkunx ippakkjat bil-lest u meta l-ikel ikun ipproċessat, ippreparat u msajjar għal konsum ulterjuri minn servizz ta' forniment tal-ikel jew ristorant (soċjali). Kif spjegat fit-taqsima 6.1, f'tali każijiet, l-informazzjoni dwar l-ikel meħtieġa hija limitata għal dik relatata mal-preżenza ta' allerġeni u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali oħra meħtieġa mir-regoli nazzjonali.
L-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jiddikjara wkoll li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar il-mezz li bih l-informazzjoni dwar l-allerġeni (u informazzjoni obbligatorja possibbli oħra) għandhom isiru disponibbli u, fejn ikun il-każ, il-forom ta' espressjoni u preżentazzjoni tagħhom.
Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom il-kapaċità sħiħa li jipprovdu r-regoli neċessarji kollha fejn jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-allerġeni fl-ikel issir disponibbli għall-organizzazzjonijiet ta' ridistribuzzjoni u karitatevoli u fl-aħħar mill-aħħar għall-konsumaturi b'mod konvenjenti u effiċjenti. Ħafna mill-Istati Membri diġà adottaw tali miżuri.
6.3. L-immarkar tad-data
6.3.1. Il-kuntest ġuridiku
L-għan tal-immarkar tad-data fit-tikkettar tal-ikel huwa li jgħin lill-konsumaturi jagħmlu użu sikur u ottimali mill-ikel. Il-marka tad-data hija indikazzjoni li tiddikjara t-tul ta' żmien ta' kemm ikel jista' jdum maħżun f'kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin. Il-parti ewlenija tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-immarkar tad-data hija r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.
Hemm żewġ tipi ta' mmarkar tad-data:
— |
id-data “uża qabel”, li hija xierqa għall-maġġoranza tal-ikel u tindika d-data sa meta l-ikel jista' jkun mistenni raġonevolment li jżomm il-kundizzjoni ottimali tiegħu jekk jinħażen kif suppos.t Din hija relatata mal-kwalità tal-ikel. Hemm xi ikel li huwa eżentat mir-rekwiżit tad-data “uża qabel”, pereżempju l-frott u l-ħaxix frisk, l-inbid, il-melħ, iz-zokkor, il-ħall, iċ-chewing gums; |
— |
id-data “uża sa”, hija meħtieġa għal ikel li, minn perspettiva mikrobijoloġika, imur malajr ħafna, u għalhekk, wara perjodu taż-żmien qasir, x'aktarx li jkun ta' periklu imminenti għal saħħet il-bniedem. Id-data “uża sa” hija relatata mas-sikurezza; wara l-iskadenza tad-data “uża sa”, ikel ma jistax jitqiegħed fis-suq peress li jitqies li ma jkunx tajjeb. |
Il-format li għandu jintuża fl-espressjoni tal-marki tad-data msemmija aktar 'il fuq huwa rregolat fl-Anness X għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
F'kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea pproduċiet fuljett (58) li jipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar it-tifsira ta' dawn iż-żewġ dati kif ukoll it-traduzzjoni tat-termini f'kull waħda mil-lingwi nazzjonali. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll infografika biex tgħin tiċċara t-tifsira ta' dawn il-kunċetti kif ukoll is-sejbiet reċenti dwar kif il-konsumaturi jifhmu dawn it-termini (59). L-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati jwettqu wkoll kampanji tal-informazzjoni u jiżviluppaw għodod fir-rigward tal-immarkar tad-data sabiex jiġu pprovduti gwida lill-operaturi ta' negozju tal-ikel u parir lill-konsumaturi fl-immaniġġjar tagħhom tal-ikel (60).
6.3.2. L-implikazzjonijiet għar-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed
L-istabbiliment tad-dati kemm “uża sa” kif ukoll “uża qabel” jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-manifatturi tal-ikel. Bl-eċċezzjoni tal-bajd tajjeb għall-ikel, il-leġiżlazzjoni tal-UE ma tippreskrivix kif għandu jiġi stabbilit l-immarkar tad-data (jiġifieri jew l-għażla ta' “uża sa” jew “uża qabel” jew it-tul ta' kemm idum tajjeb il-prodott). Filwaqt li ikel li jittiekel wara d-data “uża sa” jista' joħloq tħassib dwar is-sikurezza, ikel wara d-data “uża qabel” ikun għadu tajjeb għall-konsum, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u li l-imballaġġ ma tkunx saritlu ħsara. Fir-rigward tad-dati “uża qabel”, il-manifatturi jiggarantixxu l-kwalità tal-ikel (eż. it-tqarqiċ, il-kulur, it-togħma…) u l-konformità ma' kwalunkwe stqarrija magħmula fit-tikkettar (eż. stqarrijiet nutrizzjonali dwar il-livell tal-vitamina Ċ f'oġġett tal-ikel) sat-tmiem tad-data “uża qabel” biss.
Fir-rigward tad-donazzjoni tal-ikel ittikkettat bid-data “uża sa”, id-donaturi tal-ikel għandhom jiżguraw li jkun hemm biżżejjed żmien disponibbli ta' kemm idum tajjeb il-prodott mal-kunsinna ta' tali prodotti lill-banek tal-ikel u organizzazzjonijiet karitatevoli oħra sabiex jippermettu d-distribuzzjoni u l-użu sikuri tiegħu mill-konsumatur finali qabel id-data “uża sa” indikata. Ċerti Stati Membri stabbilixxew regoli speċifiċi rigward l-ammont minimu ta' żmien ta' kemm idum tajjeb il-prodott li għandu jkun disponibbli meta l-prodotti tal-ikel jiġu pprovduti għal donazzjoni (61).
Il-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel wara d-data tad-durabbiltà minima (jiġifieri “uża qabel”) hija permessa skont ir-regoli tal-UE, bil-kundizzjoni li l-ikel ikkonċernat ikun għadu tajjeb u l-preżentazzjoni tiegħu ma tkunx qarrieqa. Huwa permess, f'kull stadju fil-katina tal-provvista tal-ikel, li jitqiegħed ikel fis-suq li jkun qabeż id-data tad-durabbiltà minima. Hija r-responsabbiltà tal-operatur ta' negozju tal-ikel (eż. il-bejjiegħ bl-imnut) li jiżgura li l-ikel ikun għadu tajjeb għall-konsum mill-bniedem u li l-konsumaturi jkunu informati kif xieraq li l-prodott ikkonċernat ikun qabeż id-data “uża qabel” (pereżempju, tali prodotti jistgħu jiġu kkummerċjalizzati separatament b'sinjali li jindikaw li tkun għaddiet id-data tad-durabbiltà minima).
Ċerti Stati Membri jirrestrinġu jew saħansitra jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel li jkun qabeż id-data “uża qabel” u dan iwassal għall-ħela inevitabbli tal-ikel (62). Tali prattiki, li jirrestrinġu l-irkupru u r-ridistribuzzjoni tal-ikel, jistgħu jkunu r-riżultat ta' nuqqas ta' ċarezza dwar kemm wara d-data “uża qabel” prodott tal-ikel partikolari jista' jsir disponibbli għall-konsumaturi u l-ħtieġa li jiġu rispettati r-rwol tal-operaturi ta' negozju tal-ikel li għandhom ir-responsabbiltà għall-istabbiliment tal-immarkar tad-data. Ċerti operaturi ta' negozju tal-ikel jista' jkollhom ukoll l-istandards interni tagħhom dwar kemm wara d-data “uża qabel” prodott jista' jiġi rridistribwit għall-konsum mill-bniedem, b'kunsiderazzjoni pereżempju tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tiegħu.
Sabiex tiġi ffaċilitata r-ridistribuzzjoni ta' ikel wara d-data “uża qabel”, ċerti awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri ppprovdew gwida addizzjonali lill-atturi dwar l-oġġetti tal-ikel li jistgħu jintużaw/jiġu ddistribwiti minn banek tal-ikel u organiżmi oħra tal-karità wara d-data “uża qabel” kif ukoll żminijiet limitu indikattivi għal kull kategorija tal-ikel ikkonċernata (63). L-awtoritajiet pubbliċi jenfasizzaw madankollu li tali linji gwida huma indikattivi biss u li d-distribuzzjoni possibbli tal-ikel wara data “uża qabel” trid tiġi vvalutata fuq bażi ta' każ b'każ. Jekk hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li ikel ma jibqax tajjeb għall-konsum, m'għandux jiġi ddistribwit ulterjorment. Il-kundizzjonijiet xierqa tal-ħżin u l-integrità tal-imballaġġ iridu jiġu dejjem iggarantiti.
6.3.3. Il-bajd: ir-regoli dwar l-immarkar tad-data u l-prattiki ta' ridistribuzzjoni
Skont ir-regoli tal-UE dwar il-kummerċjalizzazzjoni, il-bajd ikkummerċjalizzat bħala tal-klassi “A” (jiġifieri bajd tajjeb għall-ikel) irid jiġi ttikkettat b'data “uża qabel” li tkun stabbilita 28 jum minn meta jkun inbied il-bajd (64). Ir-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel (65) jispeċifikaw ulterjorment li l-bajd irid jiġi kkunsinnat lill-konsumatur f'limitu massimu ta' żmien ta' 21 jum minn mindu jkun inbied. Dan għalhekk ifisser li filwaqt li l-bajd ma jkunx jista' jibqa' jinbiegħ bl-imnut wara 21 jum, il-konsumaturi li jixtru bajd sa din id-data se jkollhom ġimgħa addizzjonali li fiha dawn jistgħu jkunu żguri dwar il-kwalità u l-freskezza tal-bajd mixtri.
Sabiex tiġi evitata l-ħela tal-ikel, il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jbigħu bajd wara l-limitu ta' 21 jum lill-industrija tal-ipproċessar tal-bajd (66) għall-produzzjoni ta' prodotti tal-ikel u/jew l-ipproċessar tal-bajd (bi trattament bis-sħana suffiċjenti) sabiex jippermettu l-użu ulterjuri tiegħu. Bl-istess raġunament, wara l-limitu ta' 21 jum, il-bajd jista' jsir disponibbli wkoll għar-ridistribuzzjoni tal-ikel, bil-kundizzjoni li l-operatur ta' negozju tal-ikel riċeventi (eż. organizzazzjoni karitatevoli) jipproċessa l-bajd (bi trattament bis-sħana suffiċjenti sabiex jiżgura s-sikurezza tiegħu) qabel jagħmlu disponibbli għall-konsumaturi.
7. IR-REGOLI FISKALI
It-taxxa fuq il-valur miżjud jista' jkollha implikazzjonijiet għat-trasferiment ta' ikel żejjed minn donaturi lil banek tal-ikel u organizzazzjonijiet karitatevoli oħra.
Strumenti fiskali oħra (għat-tnaqqis mit-taxxa u ħelsien mit-taxxa fuq il-kumpaniji) jistgħu jipprovdu inċentivi ekonomiċi għad-donazzjoni tal-ikel u b'hekk jappoġġaw ir-ridistribuzzjoni ta' ikel żejjed li jittiekel u l-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel.
7.1. It-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)
It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) hija rregolata fil-livell tal-UE mid-Direttiva tal-VAT (67) li trid tiġi implimentata fid-dritt nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni dwar il-VAT kif applikata fl-Istati Membri tal-UE xi drabi jista' jkollha implikazzjonijiet għad-donazzjoni tal-ikel, peress li titqies bħala ostaklu għat-trasferiment ta' ikel żejjed bejn id-donaturi, il-banek tal-ikel u organizzazzjonijiet karitatevoli oħra (68). Bl-adattament tar-regoli applikabbli għall-oġġetti mogħtija mingħajr ħlas (skont l-Artikoli 16 u 74 tad-Direttiva tal-VAT), l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw id-donazzjoni ta' ikel żejjed għal skopijiet karitatevoli.
Il-Kumitat tal-UE tal-VAT fis-7 ta' Diċembru 2012 qabel fuq linji gwida (69) biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-Direttiva tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE. B'mod speċifiku l-linji gwida jagħtu gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 16 u 74 fir-rigward tad-donazzjoni tal-ikel:
“Il-Kumitat tal-VAT b'mod unanimu jaqbel li d-donazzjoni ta' oġġetti tal-ikel lill-foqra, magħmula minn persuna taxxabbli mingħajr ħlas, għandha titqies bħala provvista ta' oġġetti bi ħlas, f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-VAT, sakemm din id-donazzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru biex titqies bħala rigal ta' valur żgħir fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-VAT.
Il-Kumitat tal-VAT b'mod unanimu jaqbel ukoll li, f'każijiet fejn tali donazzjoni trid titqies bħala provvista ta' oġġetti bi ħlas, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri tal-oġġetti (jew ta' oġġetti simili jew, fl-assenza tal-prezz tax-xiri, il-prezz tal-kost tal-oġġetti) mogħtija b'donazzjoni, aġġustat għall-istat ta' dawk l-oġġetti fil-mument meta sseħħ id-donazzjoni, kif previst fl-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT”.
L-applikazzjoni tar-regoli tal-VAT għar-ridistribuzzjoni ta' ikel fl-Istati Membri tal-UE
F'ċerti Stati Membri, titħallas ftit jew ma titħallas l-ebda VAT meta ikel jingħata b'donazzjoni lil banek tal-ikel hekk kif l-awtoritajiet nazzjonali jqisu, f'konformità mal-Artikolu 74 tad-Direttiva tal-VAT kif implimentata fid-dritt nazzjonali, li l-valur tal-ikel mogħti b'donazzjoni viċin id-data “uża qabel/uża sa” jkun żgħir jew żero. Min-naħa l-oħra, Stati Membri oħra tal-UE jqisu l-prezz ta' prodott lest biex jingħata b'donazzjoni bħala li jkun fl-istess livell tal-prezz tax-xiri tiegħu permezz ta' tranżazzjonijiet kummerċjali normali. B'hekk, il-VAT hija kkalkolata wkoll abbażi tal-prezz kummerċjali b'konsegwenzi negattivi għad-donazzjoni tal-ikel (70).
Is-sejbiet mill-istudju komparattiv tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattiki dwar id-donazzjoni tal-ikel jindikaw li l-maġġoranza tal-Istati Membri meqjusa (71) ma jimponux VAT meta jingħata ikel b'donazzjoni lil banek tal-ikel, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Skont l-istudju tal-KESE kif ukoll input ieħor ipprovdut lill-Kummissjoni minn esperti tal-Istati Membri, il-Belġju, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Italja, il-Ġermanja, il-Greċja, in-Netherlands, il-Polonja u l-Portugall introduċew dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar it-taxxa biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-VAT fir-rigward tad-donazzjoni tal-ikel. Fir-Renju Unit, ħafna mill-oġġetti tal-ikel għandhom rata tat-taxxa żero iżda hemm eċċezzjonijiet li għandhom rata tat-taxxa standard (jiġifieri VAT ta' 20 %) bħall-ħlewwiet, il-gallettini taċ-ċikkulata, il-krisps, eċċ. Fil-prattika, ħafna mill-ikel mogħti b'donazzjoni lill-organiżmi tal-karità fir-Renju Unit se jkollhom rata tat-taxxa żero li jfisser li kumpanija tista' tagħtihom b'donazzjoni mingħajr ma jkollha tagħti rendikont tat-taxxa. Spanja u l-Iżvezja m'għandhom l-ebda dispożizzjoni partikolari dwar il-VAT fir-rigward tad-donazzjoni tal-ikel.
Kjarifika ulterjuri tal-leġiżlazzjoni tal-UE
Fi tweġiba għal mistoqsija mill-Parlament Ewropew (72), il-Kummissjoni esprimiet il-fehma tagħha li l-ostakli tat-taxxa m'għandhomx jimpedixxu d-donazzjonijiet tal-ikel lill-banek tal-ikel u lil organizzazzjonijiet karitatevoli oħrajn. Il-Kummissjoni f'konformità mal-linji gwida miftiehma mill-Kumitat tal-UE tal-VAT, tirrakkomanda li, għall-kalkolu tal-VAT fuq id-donazzjonijiet tal-ikel, il-valur ta' dawn il-prodotti għandu jiġi aġġustat skont iċ-ċirkustanzi u l-istat tal-prodotti fil-mument tad-donazzjoni. Meta d-donazzjonijiet tal-ikel isiru qrib id-data “uża qabel” jew “uża sa” jew il-prodotti ma jkunux tajbin għall-bejgħ iżda jistgħu jiġu kkonsmati mingħajr periklu, dawn iċ-ċirkustanzi għandhom jitqiesu mill-Istati Membri meta tiġi kkalkolata l-VAT dovuta, li tista' tkun anki żero meta l-ikel ġenwinament ma jkollu l-ebda valur (73).
7.2. Inċentivi fiskali
Xi Stati Membri jfittxu li jistimolaw id-donazzjoni tal-ikel billi joffru tnaqqis mit-taxxa. Stati Membri oħra jipprovdu krediti ta' taxxa insostenn ta' skemi ta' ridistribuzzjoni.
Inċentivi tat-taxxa fuq il-kumpaniji fis-seħħ fi ftit Stati Membri (eż. Franza, Spanja u l-Portugall) urew l-effettività tagħhom fit-tħeġġiġ tad-donazzjoni ta' ikel żejjed mill-industrija. Fi Franza 60 % (74) u fi Spanja 35 % tal-valur kontabilistiku nett tal-ikel mogħti b'donazzjoni jistgħu jintalbu bħala kreditu tat-taxxa fuq il-kumpaniji, li jfisser li d-donaturi tal-ikel ikunu jistgħu jnaqqsu l-perċentwali tal-valur tal-ikel mogħti b'donazzjoni mit-taxxa fuq il-kumpaniji fuq l-introjtu tagħhom. L-istudju komparattiv imwettaq mill-KESE juri wkoll li fil-maġġoranza tal-Istati Membri l-oħra eżaminati, id-donazzjoni tal-ikel tista' titqies bħala spiża tat-taxxa li tista' titnaqqas u tista' tnaqqas id-dħul taxxabbli (fi ħdan ċerti limiti u sollijiet skont l-Istati Membri). Il-KESE jispeċifika li l-Portugall għandu tnaqqis tat-taxxa mtejjeb fis-seħħ, li jfisser li d-donaturi jistgħu jnaqqsu sa 140 % tal-valur tal-ikel fil-mument tad-donazzjoni, bil-kundizzjoni li l-ikel se jintuża għal skop soċjali (bħal provvista lil banek tal-ikel) u huwa limitat għal 8/1 000 tal-fatturat tad-donatur.
8. PROGRAMMI OĦRA TAL-UE
8.1. Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u d-donazzjonijiet tal-ikel
Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) għandu l-objettiv speċifiku li jikkontribwixxi biex itaffi l-agħar forom ta' faqar fl-UE billi jipprovdi assistenza mhux finanzjarja lill-aktar persuni żvantaġġati fl-UE. L-assistenza mill-FEAD tista' tieħu l-forma ta' appoġġ fl-ikel, assistenza f'materjal bażiku (ħwejjeġ, xedd is-saqajn, oġġetti tal-iġjene, eċċ.) jew azzjonijiet li jippromwovu l-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn.
F'kull Stat Membru, il-FEAD huwa implimentat bl-għajnuna ta' organizzazzjonijiet sħab — korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ — inkarigati mill-għoti tal-assistenza jew mill-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' inklużjoni soċjali.
L-ikel imqassam mill-organizzazzjonijiet sħab jista' jinxtara b'riżorsi tal-FEAD iżda jista' jingħata b'donazzjoni wkoll. Programm operazzjonali tal-FEAD jista' jipprevedi l-finanzjament ta' donazzjonijiet tal-ikel, fejn l-ikel jingħata b'donazzjoni lil organizzazzjoni sieħba u jiġi ddistribwit lill-aktar persuni fil-bżonn mingħajr ħlas. Il-kostijiet tal-organizzazzjonijiet sħab għall-ġbir tal-ikel mogħti b'donazzjoni mid-donatur, it-trasport, il-ħżin u d-distribuzzjoni tiegħu lill-persuni l-aktar fil-bżonn jistgħu jiġu koperti minn fondi tal-FEAD. B'dan il-mod, il-FEAD jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel. Attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni mill-organizzazzjonijiet sħab fost id-donaturi potenzjali jistgħu jiġu appoġġati wkoll mill-FEAD.
Il-possibbiltà għall-finanzjament ta' donazzjonijiet tal-ikel trid tkun prevista fil-programm operazzjonali korrispondenti tal-FEAD. Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75) jistabbilixxi li l-organizzazzjonijiet sħab jiġu rrimborżati abbażi tal-kostijiet reali mġarrba u mħallsa (76). Madankollu l-Kummissjoni pproponiet diversi emendi għar-Regolament (UE) Nru 223/2014 bħala parti mill-proposta għal reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, adottata fl-14 ta' Settembru 2016 [COM(2016) 605 final]. Waħda minn dawn l-emendi, jekk tiġi adottata, se toffri l-possibbiltà lill-Istati Membri li jużaw ukoll għażliet tal-kost issimplifikati meta jiffinanzjaw donazzjonijiet tal-ikel. B'riżultat ta' dan, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jiddefinixxu rati fissi, somom f'daqqa jew kostijiet unitarji u jużawhom bħala bażi għal pagamenti lil organizzazzjonijiet sħab li jiġbru u jqassmu ikel mogħti b'donazzjoni.
Il-Kummissjoni stabbilixxiet in-Netwerk tal-FEAD għall-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba fost il-partijiet ikkonċernati tal-FEAD. Dan huwa forum fejn l-organizzazzjonijiet sħab jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fl-ikel mogħti b'donazzjoni: http://ec.europa.eu/feadnetwork
8.2. Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli
L-iskema tal-UE tal-ġestjoni tas-suq (element tal-“organizzazzjoni komuni għal swieq agrikoli”) tappoġġa b'mod attiv is-settur tal-frott u l-ħxejjex permezz ta' erba' għanijiet wiesgħa: settur aktar kompetittiv u orjentat lejn is-suq; inqas varjazzjonijiet marbuta mal-kriżi fid-dħul finanzjarju tal-produtturi; konsum akbar ta' frott u ħxejjex fl-UE; u użu akbar ta' kultivazzjoni u ta' tekniki ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.
Sabiex jibbenefikaw mill-iskema tal-frott u l-ħxejjex, il-produtturi huma mħeġġa jingħaqdu ma' organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP) li jirċievu appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi operazzjonali, ibbażati fuq strateġija nazzjonali.
Il-miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżi taħt l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (OKS) joffru l-possibbiltà lill-PO li jirtiraw kwantitajiet ta' frott u ħxejjex mis-suq. Peress li l-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija soġġetta għal varjazzjonijiet sinifikanti u l-prodotti huma staġjonali u jmorru malajr ħafna, l-iskemi ta' rtirar jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-ikel żejjed li jista' jkun hemm fis-suq. L-appoġġ finanzjarju jkun ipprovdut bis-sħiħ mill-baġit tal-Unjoni jekk id-destinazzjoni tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq tkun id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta' prodotti permezz ta' organiżmi tal-karità (fi ħdan il-limitu ta' 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kull OP). Fuq talba, madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjoni u l-istituzzjonijiet karitatevoli li jirċievu tali prodotti sabiex jitolbu kontribuzzjoni mingħand ir-riċevituri finali.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE tagħti prijorità lid-distribuzzjoni mingħajr ħlas (irtirar għall-karità) fuq destinazzjonijiet oħra billi tagħti livell ogħla ta' appoġġ finanzjarju. Meta l-frott u l-ħxejjex jiġu rtirati għal destinazzjonijiet oħra (jiġifieri użu mhux għall-ikel bħal kompostjar, fertilizzant, konverżjoni tal-enerġija, eċċ.), l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun limitata għal 50 % (jew f'xi kundizzjonijiet 60 %) tan-nefqa reali mġarrba. Dan l-irtirar tal-frott u l-ħxejjex huwa għalhekk forma ta' donazzjoni organizzata lir-riċevituri finali.
Id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta' frott u ħxejjex irtirati mis-suq tikkonċerna lill-benefiċjarji li ġejjin: organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet karitatevoli approvati mill-Istati Membri; istituzzjonijiet penali; skejjel; kampijiet tal-vaganzi tat-tfal; u sptarijiet u djar tal-anzjani ddeżinjati mill-Istati Membri.
Dawn il-benefiċjarji għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li l-kwantitajiet b'hekk iddistribwiti jkunu addizzjonali għall-kwantitajiet normalment mixtrija minn tali stabbilimenti u li dawn ikollhom kapaċità suffiċjenti li jaħżnu l-prodott irċevut.
Ir-regoli tal-OKS jippermettu wkoll l-ipproċessar ta' frott u ħxejjex irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas. F'tali każijiet, il-pagament in natura mill-benefiċjari ta' distribuzzjoni mingħajr ħlas lill-proċessuri tal-frott u l-ħxejjex jista' jkun permess bil-kundizzjoni li fil-livell tal-Istat Membru jkun hemm fis-seħħ regoli xierqa li jiżguraw li l-prodotti pproċessati jkunu intiżi għar-riċevituri finali.
Huwa previst ukoll tikkettar speċifiku li jippromwovi s-sors u l-użu tal-finanzjament mill-UE. Bl-għoti ta' rata ta' kontribuzzjoni ogħla, l-allokazzjoni prijoritarja tal-Unjoni tal-irtirar mis-suq bla dubju hija li l-prodotti rtirati jiġu rridistribwiti lill-persuni fil-bżonn permezz ta' organiżmi tal-karità kif ukoll istituzzjonijiet oħra approvati mill-Istati Membri.
8.3. Organizzazzjoni Komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
Il-kontribut għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar huwa wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP) huma l-atturi prinċipali inkarigati mill-ilħuq ta' dan l-għan.
F'dan il-kuntest iż-żewġ objettivi komplementari huma li jiġu evitati u jitnaqqsu kemm jista' jkun il-qabdiet inċidentali u, sa fejn ma jkunux jistgħu jiġu evitati, li jsir l-aħjar użu minnhom. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' konservazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE u bl-għan li jitħeġġew prattiki tas-sajd selettivi, japplikaw daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal ċerti speċijiet. Konsegwentement, għal tali speċijiet, il-qabdiet li jkunu taħt id-daqs minimu ta' konservazzjoni ma jistgħux jintużaw għall-konsum dirett mill-bniedem. Tali qabdiet jistgħu madankollu jintużaw għal skopijiet oħra, bil-kundizzjoni li dawn ma jwasslux għall-ħolqien ta' suq għal ħut iżgħar mid-daqs preskritt.
Attività importanti oħra tal-OP hija l-aġġustament tal-produzzjoni għar-rekwiżiti tas-suq. Bl-ippjanar tal-attivitajiet ta' qbid skont id-domanda tas-suq sabiex ikun hemm dejjem suq disponibbli għall-ħut li jkun inħatt, l-OP jistgħu jiżguraw l-aħjar dħul possibbli għas-sajjieda filwaqt li fl-istess ħin jillimitaw il-ġenerazzjoni ta' skart tal-ikel.
Sa mir-riforma tagħha fl-2014, l-OKS temmet għalkollox ħafna mill-miżuri ta' kumpens għall-irtirar mis-suq. Madankollu, sabiex tiġi żgurata introduzzjoni bla xkiel tas-sistema l-ġdida, ġiet introdotta miżura temporanja (77) li, sa tmiem l-2018, tippermetti lill-OP tas-sajd jirtiraw prodotti mis-suq meta l-prezz tas-suq ikun baxx wisq. Dan l-appoġġ finanzjarju jingħata f'kundizzjonijiet speċifiċi li jirrikjedu pereżempju li l-prodotti jitqiegħdu lura fis-suq għall-konsum mill-bniedem (kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas).
Filwaqt li l-OKS ma tippromwovix b'mod speċifiku d-donazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, din l-għażla mhix eskluża. Il-provvista ta' prodotti tas-sajd għall-konsum dirett mill-bniedem hija ristretta biss għal dawk il-prodotti li jikkonformaw mad-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni u mal-istandards komuni ta' kummerċjalizzazzjoni fil-mument tal-ewwel offerta tagħhom għall-bejgħ jew tal-ewwel bejgħ. Tali restrizzjoni ma tapplikax għall-prodotti tal-akkwakultura.
Referenzi
|
(BE) “Circulaire relative aux dispositions applicables aux banques alimentaires et associations caritatives”, Agence Fédérale pour la Sécurité de la Chaîne alimentaire, FAVV-AFSCA, it-8 ta' Frar 2017. http://www.favv-afsca.be/denreesalimentaires/circulaires/_documents/2017-02-08_Circ-ob_Banquesalimentaires_FR_V3_clean.pdf |
|
“Comparative study on EU Member States' legislation and practices on food donations”. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Ġunju 2014. http://www.eesc.europa.eu/resources/docs/comparative-study-on-eu-member-states-legislation-and-practices-on-food-donation_finalreport_010714.pdf |
|
“Counting the Cost of Food Waste: EU food waste prevention. 10th Report of Session 2013–2014”, Il-Kumitat tal-Unjoni Ewropea, House of Lords, ir-Renju Unit. http://www.parliament.uk/documents/lords-committees/eu-sub-com-d/food-waste-prevention/154.pdf |
|
“European Hospitality Industry Guidelines to Reduce Food Waste and Recommendations to Manage Food Donations”. HOTREC Hospitality Europe, 2017. |
|
“Every Meal Matters — Food donation guidelines”. FoodDrinkEurope/EuroCommerce/il-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel — approvati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, 2016. http://www.fooddrinkeurope.eu/uploads/publications_documents/6194_FoodDrink_Europe_Every_Meal_Matters_screen.pdf |
|
(FI) “Foodstuffs donated to Food Aid”, id-Dipartiment ta' Kontroll EVIRA, il-21 ta' Mejju 2013. http://www.diva-portal.org/smash/get/diva2:902211/ATTACHMENT02.pdf |
|
“Food Redistribution in the Nordic Region, Experiences and results from a pilot study” (TemaNord, 2014) http://norden.diva-portal.org/smash/get/diva2:784307/FULLTEXT01.pdf |
|
Food Redistribution in the Nordic Region: Phase II: Identification of best practice models for enhanced food redistribution (TemaNord, 2016) http://www.diva-portal.org/smash/record.jsf?pid=diva2%3A902211&dswid=-1064 |
|
(FR) “Entreprises du secteur alimentaire: Guide pratique et réglementaire pour donner aux associations d'aide alimentaire”, DRAAF Rhône-Alpes. http://draaf.auvergne-rhone-alpes.agriculture.gouv.fr/IMG/pdf/Guide_dons_alimentaires_-_20-septembre-1_cle0124ef.pdf |
|
(FR) “Gwida għall-Prattiki ta' Iġjene Tajba fid-distribuzzjoni ta' ikel minn organizzazzjonijiet kartitatevoli”, il-Federazzjoni Franċiża tal-Banek tal-Ikel, 2011. |
|
(FR) “Liġi Nru 2016-138 tal-11 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel”, JORF Nru 0036 tat-12 ta' Frar 2016 https://www.legifrance.gouv.fr/affichTexte.do?cidTexte=JORFTEXT000032036289&dateTexte=&categorieLien=id |
|
(FR) Mudell ta' ftehim reċiproku għad-donazzjoni tal-ikel bejn kumpanija tal-bejgħ bl-imnut u assoċjazzjoni tal-għajnuna għall-ikel awtorizzat bl-applikazzjoni tal-Artikolu L. 230-6 tal-kodiċi rurali u tas-sajd marittimu (Convention de dons de denrées alimentaires entre un commerce de détail alimentaire et une association d'aide alimentaire habilitée en application de l'article L. 230-6 du code rural et de la pêche maritime) (ara: http://agriculture.gouv.fr/don-alimentaire-un-modele-de-convention-entre-distributeurs-et-associations) |
|
“Review of EU legislation and policies with implications on food waste”, FUSIONS, Ġunju 2015. https://www.eu-fusions.org/index.php/publications/267-analysing-food-waste-policies-across-the-eu-28 |
|
“Hospitality Food Surplus Redistribution Guidelines”, FUSIONS, Settembru 2015 http://www.eu-fusions.org/phocadownload/feasibility-studies/Hospitality/Hospitalty%20Food%20Surplus%20Redistribution%20Guideline.pdf |
|
(IT) Liġi Nru 166 tad-19 ta' Awwissu 2016. “Miżuri dwar id-donazzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel u prodotti mediċinali għal solidarjetà soċjali u għal-limitazzjoni tal-ħela” (“Dispozioni concernenti la donazione e la distribuzione di prodotti alimentare e farmaceutici a fini di solidarietà sociale e per la limitazione degli sprechi”). Gazzetta Ufficiale della Republica Italiana. Nru 202, 30 ta' Awwissu 2016 http://www.gazzettaufficiale.it/eli/gu/2016/08/30/202/sg/pdf |
|
(IT) Manual of Good Practices for Charitable Organisations, il-Caritas Italiana, Fondazione Banco Alimentare O.N.L.U.S., 2016 |
|
(NL) Manwal dwar is-Sikurezza tal-Ikel, l-Assoċjazzjoni tal-banek tal-ikel Netherlandiżi, 2016 |
|
(PT) Procedures to be adopted for restaurants/catering services/events; Procedures for food donated by large establishments; Frequently Asked Questions — NGO DariAcordar ma' ASAE (L-Awtorità tas-Sikurezza tal-Ikel u Ekonomika) u d-DGAV (L-Awtorità Nazzjonali għas-Saħħa tal-Annimali) |
|
Ara wkoll “il-linji gwida nazzjonali/settorjali addizzjonali dwar id-donazzjoni tal-ikel” ippubblikati fuq: http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/library/index_en.htm |
(1) Eurostat, 2017.
(2) “Estimates of European food waste levels”, (Stimi tal-livelli tal-iskart tal-ikel fl-Ewropa), FUSIONS (Marzu 2016).
(3) FAO (Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti). 2011. “Global Food Losses and Food Waste — Extent, Causes and Prevention” (Telf tal-Ikel u Skart tal-Ikel Globali — Portata, Kawżi u Prevenzjoni). Ruma: UN FAO.
(4) M. Kummu, H. de Moel, M. Porkka, S. Siebert, O. Varis, u P.J. Ward. 2012. “Lost Food, Wasted Resources: Global Food Supply Chain Losses and Their Impacts on Freshwater, Cropland and Fertilizer Use” (Ikel Mitluf, Riżorsi Moħlija: Telf fil-Katina tal-Provvista tal-Ikel Globali u l-Impatti Tiegħu fuq l-Ilma Ħelu, ir-Raba' u l-Użu ta' Fertilizzanti). “Science of the Total Environment” (Xjenza tal-Ambjent Totali) 438, 2012, p. 477.
(5) FAO. 2013. “Food Wastage Footprint & Climate Change” (L-impronta tal-Iskart tal-Ikel u t-Tibdil fil-Klima). Ruma: UN FAO.
(6) FAO. 2015. “Food Wastage Footprint & Climate Change”. Ruma: UN FAO.
(7) Il-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel (FEBA): http://www.eurofoodbank.eu/. Barra minn hekk, it-Tafel (“banek tal-ikel” Ġermaniżi li ma humiex membri tal-FEBA) jiddistribwixxu madwar 220 000T ta' ikel fis-sena lil madwar 1,5 miljun persuna.
(8) Iddokumentati pereżempju fil-“Comparative study on EU Member States' legislation and practices on food donations” (EESC, 2014), (Studju komparattiv dwar l-leġiżlazzjoni u l-prattiki tal-Istati Membri tal-UE dwar id-donazzjonijiet tal-ikel (KESE, 2014); “Counting the Cost of Food Waste: EU food waste prevention” (L-Għadd tal-Kost tal-Iskart tal-Ikel: prevenzjoni tal-iskart tal-ikel fl-UE) (House of Lords tar-Renju Unit, 2013-2014); “Review of EU legislation and policies with implications on food waste” (Rieżami tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE b'implikazzjonijiet fuq l-iskart tal-ikel (FUSIONS, 2015); “Food redistribution in the Nordic Region” (Ridistribuzzjoni tal-ikel fir-Reġjun Nordiku) (Kunsill Nordiku tal-Ministri, TemaNord, 2014-2016); kif ukoll laqgħat tal-Kummissjoni ma' awtoritajiet nazzjonali kompetenti u partijiet ikkonċernati u kontributi individwali li waslu mingħandhom, inklużi membri tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf tal-Ikel u l-Ħela tal-Ikel stabbilita fl-2016 bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari (ara http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/eu_actions/index_en.htm).
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari” [COM(2015) 614 final].
(10) “Food redistribution in the Nordic Region, phase II: identification of best practice models for enhanced food redistribution” (Ridistribuzzjoni tal-ikel fir-Reġjun Nordiku, fażi II: identifikazzjoni tal-mudelli tal-aħjar prattika għal ridistribuzzjoni tal-ikel imtejba) (Kunsill Nordiku tal-Ministri, TemaNord, 2016).
(11) Pereżempju, “Every Meal Matters — Food donation guidelines”, (Kull Ikla Tgħodd — Linji gwida dwar id-donazzjoni tal-ikel) minn FoodDrinkEurope/EuroCommerce/il-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel — approvati mill-Kumitat Permanenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.
(12) https://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/eu_actions/eu-platform_en
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(14) http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/library/index_en.htm
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004.
(16) https://webgate.ec.europa.eu/dyna/hygienelegislation/
(17) L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (Mejju 2015). “Comprehensive definition for ‘recovery and redistribution of safe and nutritious food for human consumption’” (Definizzjoni komprensiva għal “irkupru u ridistribuzzjoni għal ikel tajjeb u nutrittiv għall-konsum mill-bniedem”) (http://www.fao.org/save-food/news-and-multimedia/news/news-details/en/c/288692/).
(18) WRAP tar-Renju Unit ipprovdiet gwida dwar x'jikkostitwixxi ikel żejjed adatt għar-ridistribuzzjoni bħala parti minn għodda li tgħin lill-industrija żżid ir-ridistribuzzjoni ta' ikel u xorb żejjed fir-Renju Unit. “Framework for Effective Redistribution Partnerships” (Qafas għal Sħubijiet Effettivi ta' Ridistribuzzjoni) (WRAP, 2016).
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(20) Il-klassifikazzjoni pproposta fil-linji gwida dwar id-donazzjoni tal-ikel imfassla minn FoodDrinkEurope, EuroCommerce u l-Federazzjoni Ewropea tal-Banek tal-Ikel, Every Meal Matters, Ġunju 2016, p. 16.
(21) https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/biosafety_fh_legis_guidance_reg-2004-852_mt.pdf
(22) Ara, pereżempju: Guidance on the application of EU food hygiene law to community and charity food provision (Gwida dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel għall-provvista tal-ikel karitatevoli jew komunitarja), Food Standards Agency tar-Renju Unit, Marzu 2016.
(23) Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).
(24) L-Artikolu 3(8) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(25) L-Artikolu 3(2) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(26) L-Artikolu 3(3) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(27) L-Artikoli 17(1) u 17(2) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(28) Il-Premessa 30 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(29) L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jispeċifika li “wara d-data sa meta għandu jintuża, l-ikel għandu jitqies li ma jkunx sikur (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18) fit-tifsira tal-Artikolu 14(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002”.
(30) Proċeduri bbażati fuq l-HACCP jew “HACCP”: proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-periklu u l-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP), jiġifieri sistema ta' awtokontroll li tidentifika, tevalwa u tikkontrolla perikli li huma sinifikattivi għas-sikurezza tal-ikel b'konsistenza mal-prinċipji tal-HACCP.
(31) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi għall-immaniġġjar tas-sikurezza tal-ikel li jkopru l-programmi prerekwiżiti (PRPs) u l-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP, inkluż il-faċilitazzjoni/il-flessibbiltà tal-implimentazzjoni f'ċerti negozji tal-ikel (ĠU C 278, 30.7.2016, p. 1).
(32) L-Artikoli 14(1) u 14(2) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(33) Guidance on the implementation of Articles 11, 12, 14, 17, 18, 19 and 20 of Regulation (KE) Nru 178/2002 on General Food Law (Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 11, 12, 14, 17, 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel). Konklużjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/gfl_req_guidance_rev_8_en.pdf
(34) L-Artikolu 18 tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(35) L-Artikolu 3(7) tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel.
(36) L-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
(37) Guidance on the implementation of Articles 11, 12, 14, 17, 18, 19 and 20 of Regulation (KE) Nru 178/2002 on General Food Law.
(38) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011 tad-19 ta' Settembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 242, 20.9.2011, p. 2).
(39) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 16).
(40) Guidance on the implementation of Articles 11, 12, 14, 17, 18, 19 and 20 of Regulation (KE) Nru 178/2002 on General Food Law.
(41) E-2704/04.
(42) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(43) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).
(44) Guidance on the implementation of Articles 11, 12, 14, 17, 18, 19 and 20 of Regulation (KE) Nru 178/2002 on General Food Law.
(45) eż. Franza — Mudell ta' ftehim reċiproku għad-donazzjoni tal-ikel bejn kumpanija tal-bejgħ bl-imnut u assoċjazzjoni tal-għajnuna għall-ikel awtorizzat bl-applikazzjoni tal-Artikolu L. 230-6 tal-kodiċi rurali u tas-sajd marittimu (Convention de dons de denrées alimentaires entre un commerce de détail alimentaire et une association d'aide alimentaire habilitée en application de l'article L. 230-6 du code rural et de la pêche maritime) (ara: http://agriculture.gouv.fr/don-alimentaire-un-modele-de-convention-entre-distributeurs-et-associations).
(46) http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/hygienelegislation/com_.rules_en.htm
(47) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(48) ĠU C 278, 30.7.2016, p. 1.
(49) L-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta' April 2007 dwar il-listi ta' annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE. (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).
(50) Il-proċedura ta' notifika skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
(51) Ara “Guidelines for food donation” fuq: http://ec.europa.eu/food/safety/food_waste/library_en
(52) Laħam destinat għall-friża għandu jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn wara l-produzzjoni [ir-Regolament (KE) Nru 853/2004]. Dan jeskludi l-possibbiltà tal-iffriżar ta' tali prodotti fi tmiem iż-żmien ta' kemm idum tajjeb il-prodott għal raġuni ta' iġjene u kwalità.
(53) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
(54) Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(55) In-Nomenklatura Magħquda (https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/calculation-customs-duties/what-is-common-customs-tariff/combined-nomenclature_en).
(56) L-Artikolu 15 tiegħu. Dan ir-rekwiżit mhuwiex ġdid; dan kien ġie stabbilit l-ewwel darba fl-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE (ĠU L 33, 8.2.1979, p. 1) dwar it-tikkettar tal-ikel.
(57) L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
(58) https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/fw_lib_best_before_mt.pdf
(59) http://ec.europa.eu/food/safety/docs/fw_eu_actions_date_marking_infographic_en.pdf
(60) Id-Danimarka: “siġra tad-deċiżjonijiet” rigward l-immarkar tad-data http://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/fw_lib_da_mind-the-date_decision-tree.pdf
(61) Pereżempju, fi Franza, il-ftehim ta' mudell li jistabbilixxi arranġamenti għad-donazzjoni tal-ikel bejn organizzazzjonijiet tal-industrija u karitatevoli (iddefinit skont il-Liġi Nru 2016-138 tal-11 ta' Frar 2016), jeħtieġ li l-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut tal-ikel jipprovdu ikel ittikkettat b'data “uża sa” li jkollu mill-inqas żmien disponibbli ta' kemm idum tajjeb il-prodott ta' 48 siegħa mal-kunsinna lil banek tal-ikel u organiżmi oħra tal-karità.
(62) Comparative Study on EU Member States' legislation and practices on food donation, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 2014.
(63) Ara pereżempju: L-aġenzija Belġjana għas-sikurezza tal-ikel Circulaire relative aux dispositions applicables aux banques alimentaires et associations caritatives, it-8 ta' Frar 2017; l-Italja — Manual of Good Practices for Charitable Organisations (Manwal ta' Prattiki Tajba għall-Organizzazzjonijiet Karitatevoli), Caritas Italiana, Fondazione Banco Alimentare Onlus, Marzu 2016.
(64) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6).
(65) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (l-Anness III, is-Sezzjoni X, il-Kapitolu I.3).
(66) F'konformità mar-regoli tal-UE dwar l-iġjene tal-ikel relatati mal-ikel li joriġina mill-annimali, il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jipprovdu bajd lil stabbiliment ieħor jekk dan jikkonforma mad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (inkluża l-approvazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali) jew jekk il-provvista titqies bħala “marġinali, ristretta u lokali” u tkun irregolata permezz ta' miżuri nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea. Għal aktar informazzjoni, ara t-Taqsima 5.2.
(67) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(68) Comparative Study on EU Member States' legislation and practices on food donation, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 2014.
(69) Il-linji gwida tal-Kumitat tal-VAT kif miftiehma huma ppubblikati fuq:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/resources/documents/taxation/vat/key_documents/vat_committee/guidelines-vat-committee-meetings_en.pdf
(70) Review of EU legislation and policies with implications on food waste, EU FUSIONS, 15 ta' Ġunju 2015
https://www.eu-fusions.org/index.php/about-food-waste/283-food-waste-policy-framework.
(71) Il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Comparative Study on EU Member States' legislation and practices on food donation, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 2014.
(72) E-009571/2014 (http://www.europarl.europa.eu/sides/getAllAnswers.do?reference=E-2014-009571&language=MT)
(73) Din ir-rakkomandazzjoni ssegwi d-diskussjonijiet li saru bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-kalkolu tal-VAT fuq ikel li jingħata lil dawk fil-bżonn.
(74) B'limitu ta' 0,5 % tal-fatturat tal-kumpanija.
(75) Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(76) Ara l-Artikolu 26(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014
(77) L-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
ANNESS 1
Tabella sommarja ta’ dispożizzjonijiet legali b’rilevanza għad-donazzjoni tal-ikel (1)
Il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
Il-Pakkett tal-Iġjene tal-Ikel |
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
It-tikkettar u d-durabbiltà tal-ikel |
Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
Ir-regoli tal-VAT |
Id-Direttiva 2006/112/KE Il-linji gwida tal-Kumitat tal-VAT li jirriżultaw mis-97 laqgħa tiegħu (2) |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
Kontrolli Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman |
|
||||||
|
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). |
|
||||||
|
Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠJ L 95, 7.4.2017, p. 1). |
|
||||||
Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (WFD) |
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠJ L 312, 22.11.2008, p. 3). |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
Servizzi minn Soċjetà tal-Informazzjoni (partikolarment il-kummerċ elettroniku) |
Id-Direttiva 2000/31/KE |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
||||||
Organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠJ L 347, 20.12.2013, p. 671). |
L-Artikolu 34(4) dwar Irtirar għall-karità. Dan l-irtirar bħalissa huwa forma ta’ donazzjoni organizzata “mingħajr ħlas” għar-riċevituri finali. Il-leġiżlazzjoni relatata tipprovdi appoġġ ogħla għal distribuzzjoni mingħajr ħlas (irtirar għall-karità) milli għal irtirar għal destinazzjonijiet oħra. Huwa previst ukoll tikkettar speċifiku li jippromwovi s-sors u l-użu tal-finanzjament mill-UE. L-allokazzjoni prijoritarja tal-irtirar mis-suq bla dubju hija li l-għajnuna tingħata lil dawk l-aktar fil-bżonn permezz ta’ organiżmi tal-karità u istituzzjonijiet oħra approvati mill-Istati Membri. Użijiet oħra ta’ prodotti rtirati jseħħu bħala alternattivi għad-distribuzzjoni mingħajr ħlas. |
||||||
Organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 |
L-Artikolu 34(2) dwar il-konformità mal-istandards komuni ta’ kummerċjalizzazzjoni. Il-prodotti tas-sajd li ma jikkonformawx mal-istandards komuni ta’ kummerċjalizzazzjoni (inklużi daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni) ma jistgħux jiġu pprovduti għall-konsum dirett mill-bniedem. Huma permessi użijiet oħra. |
||||||
Regoli ta’ kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd |
Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 |
L-Artikolu 58 jintroduċi r-rekwiżiti speċifiċi tat-traċċabbiltà applikabbli għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. |
||||||
Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) |
Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 |
|
||||||
|
|
|
||||||
|
|
|
(1) Tabella bbażata fuq il-preżentazzjoni tal-Comparative study on EU Member States’ legislation and practices on food donations tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Bijo minn Deloitte, 7 ta’ Lulju 2014).
(2) Inklużi fil-lista ta’ linji gwida (ara p. 165) li tinsab fuq: http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/vat/key_documents/vat_committee/guidelines-vat-committee-meetings_en.pdf
ANNESS 2
Siġra tad-deċiżjonijiet: Hemm bżonn li nikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 bħala bejjiegħ bl-imnut li jforni lil organizzazzjoni karitatevoli/bank tal-ikel jew bħala organizzazzjoni karitatevoli/bank tal-ikel?
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/30 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-24 ta’ Ottubru 2017
(2017/C 361/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1761 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,95 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4433 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89303 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,6475 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1613 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3883 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,583 |
HUF |
Forint Ungeriż |
308,53 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2403 |
RON |
Leu Rumen |
4,6013 |
TRY |
Lira Turka |
4,3751 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5117 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4875 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1803 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7008 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6023 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 327,81 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1396 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8022 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5130 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 937,33 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9849 |
PHP |
Peso Filippin |
60,801 |
RUB |
Rouble Russu |
67,6090 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,035 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,8022 |
MXN |
Peso Messikan |
22,4841 |
INR |
Rupi Indjan |
76,5790 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/31 |
L-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Repubblika Ċeka ta’ pjan nazzjonali tranżizzjonali mmodifikat imsemmi fl-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali
(2017/C 361/03)
FL-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6985 dwar in-notifika mir-Repubblika Ċeka ta’ pjan nazzjonali tranżizzjonali mmodifikat imsemmi fl-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1).
Dan id-dokument jinsab fis-sit tal-internet li ġej: https://circabc.europa.eu/w/browse/36205e98-8e7a-47d7-808d-931bc5baf6ee
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/32 |
Sejħa għall-Proposti 2018 — EAC/A05/2017
Il-Programm Erasmus+
(2017/C 361/04)
1. Introduzzjoni u għanijiet
Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-“Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport kif ukoll fuq il-programmi ta’ ħidma annwali Erasmus + tal-2017 u l-2018. Il-Programm Erasmus + ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:
L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi
— |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
— |
Masters Konġunti Erasmus Mundus |
L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba
— |
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
— |
Alleanzi tal-għarfien |
— |
Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali |
— |
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
— |
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ |
L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika
— |
Id-Djalogu Strutturat: Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ |
Attivitajiet Jean Monnet
— |
Seduti Jean Monnet |
— |
Moduli Jean Monnet |
— |
Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet |
— |
Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet |
— |
Netwerks Jean Monnet |
— |
Proġetti Jean Monnet |
L-Isport
— |
Sħubijiet kollaborattivi |
— |
Sħubijiet kollaborattivi żgħar |
— |
Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ |
3. Eliġibbiltà
Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.
Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):
— |
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, |
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, |
— |
Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja finanzjarja. Jekk ir-Renju Unit jirtira mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura b’mod partikolari li l-applikanti Brittaniċi jibqgħu eliġibbli, inti ma tibqax tirċievi fondi mill-UE (filwaqt li tibqa’ tipparteċipa, fejn hu possibbli) jew tintalab tħalli l-proġett.
4. Il-baġit u t-tul tal-proġetti
L-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa qed issir bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
— |
id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2018 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2018 mill-awtorità baġitarja jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif inhu previst mis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji. |
— |
L-awtorità leġiżlattiva Ewropea tadotta l-Programmi Indikattivi Pluriennali (MIPs) tal-2018-2020 mingħajr ebda tibdil sinifikanti. |
L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 490,9 miljun:
L-Edukazzjoni u t-Taħriġ: |
EUR |
2 253,2 miljun (3) |
Iż-Żgħażagħ: |
EUR |
188,2 miljun |
Jean Monnet: |
EUR |
12,1 miljun |
L-Isport: |
EUR |
37,4 miljun |
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:
http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/index_mt.htm
fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.
5. L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Azzjoni Ewlenija 1 |
|
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
L-1 ta’ Frar 2018 |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
L-1 ta’ Frar 2018 |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti |
L-1 ta’ Frar 2018 |
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
Is-26 ta’ April 2018 |
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
L-4 ta’ Ottubru 2018 |
Masters Konġunti Erasmus Mundus |
Il-15 ta’ Frar 2018 |
Azzjoni Ewlenija 2 |
|
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ |
L-1 ta’ Frar 2018 |
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ |
Il-21 ta’ Marzu 2018 |
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ |
Is-26 ta’ April 2018 |
Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ |
L-4 ta’ Ottubru 2018 |
Alleanzi tal-għarfien |
It-28 ta’ Frar 2018 |
Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali |
It-28 ta’ Frar 2018 |
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
It-8 ta’ Frar 2018 |
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ |
It-8 ta’ Marzu 2018 |
Azzjoni Ewlenija 3 |
|
Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ |
L-1 ta’ Frar 2018 Is-26 ta’ April 2018 L-4 ta’ Ottubru 2018 |
Azzjonijiet Jean Monnet |
|
Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti |
It-22 ta’ Frar 2018 |
Azzjonijiet tal-Isport |
|
Sħubijiet kollaborattivi |
Il-5 ta’ April 2018 |
Sħubijiet kollaborattivi żgħar |
Il-5 ta’ April 2018 |
Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ |
Il-5 ta’ April 2018 |
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
6. Dettalji sħaħ
Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+:
http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide_mt
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.
(2) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(3) Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 328 miljun b’kollox).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/36 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli
(2017/C 361/05)
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C363/02) (1) għar-rawnd ta’ Lulju tal-2018.
Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-12 ta’ Diċembru 2017, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja.
L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.
Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm
(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/37 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8644 — AXA/NN Group/Portfolio
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 361/06)
1. |
Fis-17 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
AXA u NN jakkwistaw indirettament fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-assi tal-Portafoll li jinsabu fi Spanja. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Lindisfarne S.L.: tiġġestixxi assi ta’ proprjetà immobbli li hija sid diretta tagħhom u tamministra sussidjarji li għandhom assi ta’ proprjetà immobbli li huma proprjetà tagħha fi Spanja, — għal ESI One SARL: hija sid ta’ portafolji tal-proprjetà immobbli / tal-proprjetajiet, — għal Alterimmo Europe SARL: hija sid ta’ portafolji tal-proprjetà immobbli / tal-proprjetajiet, — għal REI Spain B.V.: takkwista, iżżomm, tiġġestixxi u tbigħ proprjetà immobbli u assi oħra, li jistgħu jkunu sors ta’ dħul, tipparteċipa fi jew tmexxi l-ġestjoni ta’ kumpaniji jew intrapriżi oħra li l-għanijiet tagħhom huma simili u tipprovdi garanziji u sigurtà għal kumpaniji oħra tal-grupp u f’isem terzi persuni, — għall-Portafoll: huwa magħmul minn 34 residenza ta’ akkomodazzjoni tal-istudenti mifruxa fi 17-il belt fi Spanja. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8644 — AXA/NN Group/Portfolio Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/39 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 361/07)
1. |
Fit-18 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
HPS u MDP jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Ardonagh (inkluża Towergate) u Nevada 2. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal HPS: ditta ta’ investiment li hi bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika b’investimenti f’firxa wiesgħa ta’ industriji, fosthom kumpaniji ta’ senserija tal-assigurazzjoni. — għal Ardonagh: tikkontrolla lil Towergate Insurance Limited (“Towergate”), Autonet Insurance Services Ltd (“Autonet”), Price Forbes & Partners Limited (“Price Forbes”), Ryan Direct Group (“RDG”) u Chase Templeton Limited (“Chase Templeton”). Dawn l-entitajiet kollha huma kumpaniji ta’ senserija tal-assigurazzjoni attivi primarjament fis-settur tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja fir-Renju Unit. — għal MDP: kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika b’investimenti f’firxa wiesgħa ta’ industriji, fosthom kumpaniji ta’ senserija tal-assigurazzjoni. — għal Nevada 2: kumpanija azzjonarja privata inkorporata fil-Gżejjer Kajman li ġiet stabbilita bħala strument ta’ investiment minn MDP u HPS li għandha The Broker Network Limited u Countryside Insurance Management Limited (flimkien “Broker Network”). Broker Network hija pjattaforma ta’ sensara fir-Renju Unit għal sensara lokali indipendenti żgħar tal-assigurazzjoni, li joffru kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali u personali fir-Renju Unit. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8518 — MDP/HPS/Nevada/Towergate Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/41 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8671 — BP/Bridas/Axion)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 361/08)
1. |
Fid-19 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
BP plc (“BP”) u Bridas Corporation (“Bridas”) se jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Axion Energy Holding SL (“Axion”). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8671 — BP/Bridas/Axion Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
25.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/42 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 361/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“LAGUIOLE”
Nru tal-UE: PDO-FR-0120-AM05 — 5.4.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Syndicat de défense et de gestion du Fromage de Laguiole |
Route de Chaudes-Aigues |
12210 Laguiole |
FRANZA |
Telefown: +33 565444751 |
Faks: +33 565444757 |
Posta elettronika: contact@fromagedelaguiole.fr |
Il-grupp hu magħmul minn produtturi u proċessuri tal-“Laguiole” u, għalhekk, huwa l-grupp leġittimu biex jipproponi l-emenda.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
— |
☐ |
Isem tal-prodott |
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☒ |
Żona ġeografika |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☐ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta |
— |
☐ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn: spezzjoni |
4. Tip ta’ emenda/i
— |
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
— |
☐ |
Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
It-Taqsima: “Żona ġeografika”
Iż-żona ġeografika hija estiża għall- ta’ Buisson, Saint-Juéry u Saint-Chély-d’Apcher, fid-dipartiment ta’ Lozère. Dawn il-komuni huma kontigwi maż-żona ġeografika attwali u għandhom l-istess karatteristiċi għal dawk tal-komuni inklużi fiż-żona ġeografika. L-integrazzjoni tagħhom fiż-żona ġeografika, għalhekk, ma tbiddilx ir-rabta mal-oriġini.
Il-lista tal-komuni li jiffurmaw iż-żona ġeografika hija aġġornata minħabba l-amalgamazzjoni ta’ diversi komuni, mingħajr ebda bidla fil-perimetru. Għaldaqstant, il-komun ta’ Argences en Aubrac jiġbor il-komuni l-antiki ta’ Alpuech, Graissac, Lacalm, La Terrisse, Sainte-Geneviève-sur-Argence u Vitrac-en-Viadène. Il-komun il-ġdid ta’ Saint Geniez d’Olt u d’Aubrac jiġbor il-komuni l-antiki ta’ Aurelle-Verlac u de Saint-Geniez-d’Olt. Il-komun il-ġdid ta’ Banassac-Canilhac jiġbor il-komuni l-antiki ta’ Banassac u ta’ Canilhac. Minħabba li l-komuni l-antiki kienu inklużi biss parzjalment fiż-żona ġeografika, huma biss il-partijiet korrispondenti tal-komuni l-ġodda li huma inklużi fiż-żona ġeografika.
Fl-aħħar nett, fid-dokument uniku, id-distretti qed jiġu mibdula bil-lista tal-komuni li jiffurmawhom u l-modifiki msemmija hawn fuq huma integrati wkoll.
Oħra
Fl-intestatura “Referenzi li jikkonċernaw il-korpi ta’ spezzjoni”, id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni huma mibdula b’dawk tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll b’mod li ma jkunx hemm bżonn ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet fil-każ ta’ bidla fil-korp ta’ spezzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“LAGUIOLE”
Nru tal-UE: PDO-FR-0120-AM05 — 5.4.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Laguiole”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3 Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-“Laguiole” huwa ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra, b’qoxra niexfa, ippressat u mhux imsajjar, u ta’ forma ċilindrika. Għandu kontenut minimu ta’ xaħam ta’ 45 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon wara dessikazzjoni totali, u l-kontenut totali ta’ materja niexfa ma jridx ikun anqas minn 58 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon.
Il-“Laguiole” għandu forma ċilindrika b’dijametru ta’ bejn 30 u 40 cm, bi proporzjon tal-għoli mad-dijametru ta’ 0,8 u 1 u jiżen bejn 20 u 50 kg.
Il-maturazzjoni ddum tal-anqas erba’ xhur li jibdew mid-data meta jiżdied it-tames.
Il-pasta tal-ġobon hija lewn l-avorju jew safranija lewn it-tiben, u l-qoxra tiegħu ta’ lewn abjad jew griża ċara, li waqt il-maturazzjoni tista’ ssir kannella ċara jew griża kulur il-granit.
It-togħma ta’ ħalib tiegħu hija bejn medja u intensa, skont il-grad ta’ maturazzjoni, ibbilanċjata b’karattru speċifiku espress f’tonalitajiet li jvarjaw bejn it-togħma ta’ tiben frisk u ta’ ġellewża niexfa. Din it-togħma tippersisti fil-ħalq u għandha l-karatteristiċi tipiċi tal-ġobon magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Ir-razzjon bażiku tal-merħla tal-ħalib huwa magħmul mill-foraġġ li joriġina fiż-żona ġeografika. L-uniku foraġġ mhux irraffinat awtorizzat huwa magħmul minn flora lokali mill-bwar u mill-mergħat naturali jew permanenti, kif ukoll minn ħaxix u legumi tal-foraġġ ikkultivati fi bwar temporanji. Il-preżenza tal-insilaġġ tal-qamħirrum, tal-insilaġġ tal-ħaxix, tat-tgeżwir jew ta’ kull foraġġ ieħor ippreżervat bl-umdità, hija pprojbita.
Meta jkun hemm il-ħaxix, jekk it-temp ikun jippermetti, ir-razzjon bażiku tal-merħla tal-ħalib ikun magħmul prinċipalment minn ħaxix tal-mergħat matul perjodu annwali kkombinat ta’ 120 jum. Matul dan il-perjodu, id-doża ta’ foraġġ li tissupplimenta r-razzjon tal-ħaxix tal-mergħat ma tistax taqbeż it-3 kg ta’ materja niexfa għal kull jum u għal kull baqra tal-ħalib, bħala medja għall-merħla matul il-perjodu tar-ragħa.
L-ammont ta’ għalf supplimentari miżjud mar-razzjon bażiku ġie llimitat għal medja ta’ 6 kg għal kull baqra li taħleb kuljum għall-baqar kollha li jaħilbu fuq perjodu ta’ sena. L-għalf supplimentari mhemmx bżonn joriġina miż-żona ġeografika, billi dik iż-żona ma għandhiex biżżejjed riżorsi agrikoli.
Għall-għalf tal-annimali, huma awtorizzati biss dawk il-ħxejjex, il-prodotti sekondarji u l-għalf supplimentari minn prodotti mhux transġeniċi.
Għall-għalf supplimentari tal-merħla tal-ħalib, huma awtorizzati biss materja prima u addittivi speċifikati f’lista pożittiva.
Il-“Laguiole” hu magħmul esklużivament mill-ħalib tal-baqra sħiħ u mhux ipproċessat, mhux standardizzat f’termini ta’ xaħam u proteina. Huwa pprojbit kull immaniġġar fiżiku.
Il-ħalib użat biex isir il-“Laguiole” irid ikun joriġina esklużivament minn merħliet tal-ħalib li jikkonsistu minn baqar tar-razez Simmental française (kodiċi tar-razza 35) jew Aubrac (kodiċi tar-razza 14) jew minn baqar miksuba mill-inkroċjar ta’ dawn iż-żewġ razez ta’ nisel iċċertifikat. Fejn għandhom x’jaqsmu dawn tal-aħħar, wara l-ewwel ġenerazzjoni, jiġu awtorizzati biss fil-merħla tal-ħalib il-baqar miksuba mill-inkroċjar ma’ barrin tar-razza Aubrac (kodiċi tar-razza 14).
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobniet isiru fiż-żona ġeografika.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ
Il-kummerċjalizzazzjoni tal-“Laguiole râpé” hija pprojbita.
Il-“Laguiole” jista’ jiġi ppreżentat f’porzjonijiet. Jekk il-ġobon jinbiegħ f’biċċiet ippakkjati minn qabel, kull biċċa jrid ikollha parti mill-qoxra distintiva tad-denominazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-biċċiet individwali li jiżnu anqas minn 70 gramma.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikkettar tal-ġobnijiet jinkludi:
— |
isem id-denominazzjoni tal-oriġini miktub b’ittri li jkunu tal-anqas ta’ daqs ekwivalenti għal żewġ terzi tad-daqs tal-akbar ittri li jidhru fuq it-tikketta; |
— |
is-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea. |
Il-kelma “buron” tista’ tintuża fuq it-tikkettar u fir-reklamar, fil-fatturi jew fid-dokumenti kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: il-kelma “buron” tintuża biss għall-ġobnijiet magħmula mill-ħalib ta’ merħla waħda li tinħaleb matul il-perjodu ta’ transumanza (bejn il-25 ta’ Mejju u t-13 ta’ Ottubru) u li matul dan il-perjodu tirgħa fil-bwar f’altitudni ta’ aktar minn 1 000 metru. Sabiex ikunu jistgħu jiġu kkwalifikati b’din il-kelma, il-ġobnijiet iridu jkunu prodotti f’bini li jkun maħsub għall-produzzjoni tal-ġobon u jkun inbena f’dawn iż-żoni ta’ bwar għall-użu minn merħla waħda għal kull werkxop. Mhumiex awtorizzati strutturi mobbli jew ħfief, bħal xelters magħmula mit-twavel.
It-tikkettar jista’ jiġi sostitwit minn stampar dirett fuq il-qoxra tal-ġobon jew billi titwaħħal musulina stampata minn qabel fuq il-qoxra.
Il-ġobon jista’ jkun identifikat ukoll permezz ta’ timbru b’imbuzzar li jinkludu l-barri tal-Laguiole kif ukoll il-kelma “Laguiole” u permezz ta’ marka ta’ identifikazzjoni mqiegħda fuq il-ġobon.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija delimitata bil-komuni jew bil-partijiet tal-komuni li ġejjin:
Id-Dipartiment tal-Aveyron: Il-komuni ta’ d’Argences en Aubrac, Campouriez, Cantoin, Cassuéjouls, Castelnau-de-Mandailles, Le Cayrol, Condom-d’Aubrac, Coubisou, Curières, Entraygues-sur-Truyère (ix-xatt tal-lemin tal-Lot u x-xatt tax-xellug tat-Truyère ’il fuq mill-konfluwenza tat-tnejn), Espalion (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Estaing, Florentin-la-Capelle, Huparlac, Laguiole, Montézic, Montpeyroux, Le Nayrac, Pomayrols, Prades-d’Aubrac, Saint-Amans-des-Cots, Saint-Chély-d’Aubrac, Saint-Côme-d’Olt (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Saint Geniez d’Olt et d’Aubrac (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Saint-Laurent-d’Olt (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Saint-Symphorien-de-Thénières, Sainte-Eulalie-d’Olt (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Soulages-Bonneval.
Id-Dipartiment ta’ Cantal: Il-komuni ta’ Anterrieux, Chaudes-Aigues, Deux-Verges, Espinasse, Fridefont, Jabrun, Lieutadès, Maurines, Saint-Martial, Saint-Rémy-de-Chaudes-Aigues, Saint-Urcize, La Trinitat.
Id-Dipartiment ta’ Lozère: Il-komuni ta’ Aumont-Aubrac, Banassac-Canilhac (ix-xatt tal-lemin tal-Lot), Les Bessons, Brion, Le Buisson, Chauchailles, La Chaze-de-Peyre, La Fage-Montivernoux, La Fage-Saint-Julien, Fau-de-Peyre, Fournels, Grandvals, Les Hermaux, Malbouzon, Marchastel, Nasbinals, Noalhac, Prinsuéjols, Recoules-d’Aubrac, Saint-Chély-d’Apcher, Saint-Germain-du-Teil, Saint-Juéry, Saint-Laurent-de-Muret; Saint-Laurent-de-Veyrès, Saint-Pierre-de-Nogaret, Sainte-Colombe-de-Peyre, Les Salces, Termes, Trélans.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn fatturi distintivi marbuta man-natura tal-ħamrija u tal-klima tagħha, l-altitudni għolja u l-konfini naturali tal-pajsaġġ tagħha. Il-ħamrija tagħha fiha livell għoli ta’ bażalt u granit. Il-klima varja u ħarxa hija r-riżultat ta’ konfrontazzjoni bejn l-influwenzi kontinentali u muntanjużi ta’ Auvergne, li jwasslu għal xtiewi twal u kesħin ikkaratterizzati mir-riħ u ħafna drabi mill-borra, u dawk tal-Midi, li jwasslu għas-sħana u għal xita qawwija u qalila. Fil-qalba taż-żona, il-muntanji tal-Aubrac jifformaw unità omoġenja b’altitudni medja ta’ 1 000 metru. Lejn il-Punent u n-Nofsinhar, iż-żona ġeografika tmiss b’mod naturali max-xmajjar tat-Truyère u tal-Lot. Il-ħamrija, il-klima u l-altitudni jingħaqdu flimkien biex jagħtu kwalitajiet eċċezzjonali lill-mergħat, b’mod partikolari flora rikka, aromatika u abbundanti. Meta mqabbla ma’ żoni oħra, hawnhekk wieħed isib, b’mod ferm aktar frekwenti, pjanti tipiċi b’livell għoli ta’ molekuli aromatiċi (terpènes), bħal preżempju l-Apiaceae bħall-busbies (Meum athamanticum), il-Geraniaceae (Geranium sylvaticum), il-komposti (Achillea, Centaurea) u l-Labiatae (Prunella grandiflora, Thymus).
Il-ġobon ilu jiġi prodott f’dan ir-reġjun bosta snin. Sa mis-seklu tnax, il-patrijiet tal-monasteri ta’ Aubrac u Bonneval stabbilew regoli għall-produzzjoni tal-“Laguiole” sabiex il-ħalib prodott fis-sajf kien jista’ jintuża biex jitma’ lill-pellegrini fix-xitwa. Din il-prassi bdiet tiġi adottata wkoll mill-bdiewa tal-madwar. Fl-1897, il-bdiewa tal-muntanji ngħaqdu flimkien biex ibiegħu l-ġobon tagħhom permezz ta’ syndicat de vente, li fl-1939 sar syndicat de défense, u laħaq l-ogħla punt tiegħu meta ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni tal-oriġini fl-1961.
Illum il-“Laguiole” għadu jsir mill-ħalib sħiħ u mhux ipproċessat mill-baqar tar-razez Simmental française u Aubrac, li adattaw irwieħhom għall-kundizzjonijiet ambjentali taż-żona ġeografika (muntanji medji) u li jieklu prinċipalment billi jirgħu jew permezz tat-tiben fiż-żona ġeografika, mingħajr ebda foraġġ ippreżervat bl-umdità u b’ammont limitat ta’ għalf supplimentari. Is-selezzjoni ġenetika mwettqa fi ħdan dawn ir-razez għamlitha possibbli li jissaħħaħ il-kontenut ta’ proteini fil-ħalib a skapitu tal-kontenut ta’ xaħam u biex jinkiseb ħalib tajjeb għall-produzzjoni tal-ġobon. Id-dieta tal-annimali hija fattur kontributorju ieħor, billi l-għan tal-projbizzjoni fuq l-użu tal-qamħirrum fil-foraġġ huwa li tillimita l-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib.
Il-“Laguiole” jimmatura għal żmien twil f’kantina kiesħa (bejn 6 u 12 °C) u umda, u s-suċċess ta’ dan il-proċess jiddependi, b’mod partikolari, fuq teknika ta’ produzzjoni speċifika (fejn l-iskop tal-iskular doppju, l-ewwel fil-pressa tat-tomme u mbagħad meta jitqiegħed fil-forma, huwa li jżid l-estratt niexef) u trattamenti regolari (tagħrik u tidwir). Dawn l-operazzjonijiet huma ggarantiti mill-ħiliet u min-know-how li ġew ippreżervati fiż-żona ġeografika.
Il-“Laguiole” huwa ġobon ta’ daqs kbir (bejn 20 u 50 kg) magħmul mill-ħalib sħiħ u mhux ipproċessat. Il-pasta ppressata u mhux imsajra tiegħu għandha kontenut għoli ta’ materja niexfa ta’ mill-inqas 58 %. Jitħalla jimmatura għal mill-inqas erba’ xhur.
It-togħma ta’ ħalib tiegħu hija bejn medja u intensa, skont il-grad ta’ maturazzjoni, ibbilanċjata b’karattru speċifiku espress f’tonalitajiet li jvarjaw bejn it-togħma ta’ tiben frisk u ta’ ġellewża niexfa. Din it-togħma tippersisti fil-ħalq.
Fil-bidu, il-produzzjoni tal-ħalib fiż-żona ġeografika ta’ “Laguiole” kienet staġjonali ħafna. It-taħlib b’mod parallel mat-treddigħ tal-għoġġiela seta’ jsir biss meta l-fertilità naturali tal-ħamrija fiż-żona ġeografika kienet tippermetti t-tkabbir ta’ flora abbundanti li tkopri l-ħtiġijiet tal-annimali. Sabiex jiġi ppreżervat u jittawwal l-użu ta’ dan il-ħalib, in-nissiela fiż-żona ġeografika żviluppaw ġobon ta’ daqs kbir u li jżomm fit-tul: il-“Laguiole”.
Billi dan il-ġobon hu magħmul mill-ħalib sħiħ, il-kwalità ta’ konservazzjoni tiegħu tiddependi fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-produzzjoni tal-ġobon li jiffavorixxu ħalib li huwa adattat għall-produzzjoni tal-ġobon, b’livell għoli ta’ proteina iżda b’kontenut limitat ta’ xaħam, u li jista’ jiġi skulat b’mod intensiv kemm fi pressa tat-tomme kif ukoll fi preses wara li jitqiegħed fil-forma, sabiex tinkiseb pasta ppressata u mhux imsajra b’kontenut għoli ta’ materja niexfa.
B’mod partikolari, il-baqar tal-ħalib tar-razez Simmental française u Aubrac adattaw irwieħhom tajjeb għall-kundizzjonijiet ambjentali taż-żona ġeografika. Permezz tar-reżistenza tagħhom, dawn il-baqar jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-produzzjoni ta’ foraġġ fiż-żona ġeografika minkejja r-restrizzjonijiet dovuti għax-xtiewi twal u ħorox. Id-dieta tagħhom tikkonsisti f’foraġġ b’livell għoli ta’ pjanti aromatiċi, li jfewħu lill-ħalib u allura lil-“Laguiole” li hu magħmul minnu.
Il-ħalib mhux ipproċessat użat fil-produzzjoni tal-ġobon u l-perjodu twil ta’ maturazzjoni f’temperaturi baxxi jirriżultaw fil-karatteristiċi tipiċi tal-“Laguiole” marbuta mal-flora lattika tal-ħalib sħiħ u mhux ipproċessat.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-eee5e8f9-73b8-403f-8ad2-db22ef109a27/telechargement
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.