ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 343/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8561 — KKR/Q Park) ( 1 ) |
|
2017/C 343/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8555 — AES/Siemens/Fluence Energy/JV) ( 1 ) |
|
2017/C 343/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8528 — SEGRO/PSPIB/SELP/Morgane Portfolio) ( 1 ) |
|
2017/C 343/04 |
Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8522 — Avantor/VWR) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 343/05 |
||
2017/C 343/06 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011) ( 1 ) |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2017/C 343/07 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8561 — KKR/Q Park)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 343/01)
Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8561. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8555 — AES/Siemens/Fluence Energy/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 343/02)
Fid-9 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8555. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8528 — SEGRO/PSPIB/SELP/Morgane Portfolio)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 343/03)
Fil-25 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8528. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/2 |
Irtirar ta’ notifika ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8522 — Avantor/VWR)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 343/04)
(Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)
Fil-15 ta’ Settembru 2017 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta bejn Avantor, INC. u VWR Corporation. Fid-9 ta’ Ottubru 2017, il-parti(jiet) notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li hi/huma kienet/kienu qed tirtira/jirtiraw in-notifika.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ Ottubru 2017
(2017/C 343/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1856 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,12 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4438 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,90235 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,5883 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1552 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3601 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,891 |
HUF |
Forint Ungeriż |
309,18 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2730 |
RON |
Leu Rumen |
4,5919 |
TRY |
Lira Turka |
4,3428 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5175 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4785 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2573 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6675 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6055 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 341,86 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,0091 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8111 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5090 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 016,27 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0036 |
PHP |
Peso Filippin |
61,101 |
RUB |
Rouble Russu |
68,4040 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,256 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,7654 |
MXN |
Peso Messikan |
22,2105 |
INR |
Rupi Indjan |
77,0996 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/4 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE
(Pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 343/06)
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 jipprevalu fuq kwalunkwe dispożizzjoni kunfliġġenti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni.
Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni |
Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni li ġie sostitwit |
Kummenti |
|
010001-00-0301 |
Precast concrete composite wall with point connectors |
|
|
020001-01-0405 |
Assemblaġġi ċappetta multi-assi moħbija |
020001-00-0405 |
|
020002-00-0404 |
Sistema ta’ ħġieġ għall-galleriji (u terrazzini) mingħajr frames vertikali |
|
|
020011-00-0405 |
Bokkaporti tal-bjut, art, ħitan u soqfa li jipprovdu aċċess jew għall-użu bħala bieb ta‘ emerġenza/bi jew mingħajr reżistenza għan-nar |
|
|
020029-00-1102 |
Internal pedestrian fire resisting u/jew smoke control single jew double leaf doorsets magħmulin mill-azzar |
|
|
030019-00-0402 |
Liquid applied roof waterproofing fuq il-bażi ta’ polysiloxane |
|
|
040005-00-1201 |
Prodotti tal-insulazzjoni termali u/jew akustiċi mmanifatturati fil-fabbrika, magħmulin minn fibri veġetali jew tal-annimali |
|
|
040016-00-0404 |
Glass fibre mesh għar-rinforz ta’ renderings fuq bażi ta’ siment |
|
|
040037-00-1201 |
Low lambda composite boards magħmulin minn mineral wool fibres u aerogel additives |
|
|
040048-00-0502 |
Tapit tar-rubber fibre biex jintuża għal impact sound insulation |
|
|
040065-00-1201 |
Insulazzjoni termali u/jew boards li jassorbu l-ħsejjes ibbażati fuq expanded polystyrene u siment |
|
|
040089-00-0404 |
External Thermal Insulation Composite Systems b’renderings għall-użu fuq bini b’qafas tal-injam |
|
|
040090-00-1201 |
Factory-made boards u prodotti ffurmati minn moulding ta’ expanded polylactic acid (epla) għal insulazzjoni termali u/jew akustika. |
|
|
040138-00-1201 |
Prodotti ffurmati in-situ tat-tip loose fill thermal u/jew insulazzjoni akustika magħmulin minn fibri tal-ħxejjex |
|
|
040288-00-1201 |
Insulazzjonijiet termali u akustiċi magħmulin fil-fabbrika, magħmulin minn fibri tal-polyester |
|
|
040313-00-1201 |
In-situ formed loose fill thermal u/jew prodott ta‘ insulazzjoni akustika magħmul minn granulated expanded cork |
|
|
040369-00-1201 |
Insulazzjoni magħmula minn loose-fill jew compound granulated expanded cork |
|
|
040456-00-1201 |
Materjal tal-insulazzjoni in-situ formed loose fill termali u/jew akustiku magħmul minn fibri tal-annimali |
|
|
040643-00-1201 |
Insulazzjoni Termali tas-Silica Aerogel Rinforzata mill-Fibres |
|
|
050009-00-0301 |
Bearing sferiku u ċilindriku b’materjal speċjali li jiżżerżaq magħmul minn fluoropolymer |
|
|
060001-00-0802 |
Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX |
|
|
060003-00-0802 |
Chimney kit bi flue liner tat-tafal/ċeramika u b’ħajt estern speċifiku bi klassifikazzjoni T400 (minimu) N1 W3 GXX |
|
|
060008-00-0802 |
Kit għaċ-ċumnija bi flue liner tat-tafal/ċeramika bi klassifikazzjoni ta’ T400 (minimu) N1/P1 W3 Gxx u b’ħitan esterni differenti u bidla possibbli tal-ħajt estern |
|
|
070001-01-0504 |
Gypsum plasterboards għal applikazzjonijiet li jifilħu l-piż |
070001-00-0504 |
|
070002-00-0505 |
Glass fibre joint tape għal gypsum plasterboards |
|
|
080002-00-0102 |
Ġeogrilja eżagonali li ma ssaħħaħx għall-istabbilizzazzjoni ta’ saffi granulużi maħlula billi tingħaqad mal-aggregat |
|
|
090001-00-0404 |
Wool boards minerali kkompressati prefabbrikati b’finish organiku u inorganiku u b’sistema speċifikata ta‘ rbit |
|
|
090017-00-0404 |
Point supported vertical glazing |
|
|
090020-00-0404 |
Kits għal external wall claddings magħmulin minn ġebel agglomerat |
|
|
090034-00-0404 |
Kit kompost minn subframe u fixings biex jitwaħħlu cladding elements u external wall elements ukoll |
|
|
090058-00-0404 |
Ventilated external wall cladding kit li jinkludi metallic honeycomb panel u l-fixings assoċjati miegħu |
|
|
120001-01-0106 |
Retro-reflective sheetings mikropriżmatiċi |
120001-00-0106 |
|
120003-00-0106 |
Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin |
|
|
130002-00-0304 |
Slab element ta’ njam solidu – element ta’ dowel jointed timber boards biex jintuża bħala element strutturali fil-bini |
|
|
130005-00-0304 |
Slab element magħmul minn injam solidu biex jintuża bħala element strutturali fil-bini |
|
|
130010-00-0304 |
Injam laminat inkullat magħmul minn injam iebes – veneer lumber laminat strutturali magħmul mill-fagu |
|
|
130011-00-0304 |
Prefabricated wood slab element magħmul minn mechanically jointed square-sawn timber members biex jintuża bħala element strutturali fil-bini |
|
|
130012-00-0304 |
Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Qastan |
|
|
130013-00-0304 |
Slab element ta’ injam solidu – element ta’ timber boards magħquda permezz ta’ dovetail connections biex jintuża bħala element strutturali fil-bini |
|
|
130019-00-0603 |
Dowel-type fasteners b’kisja tar-resin |
|
|
130022-00-0304 |
Travu monolitiku jew laminat u wall logs tal-injam |
|
|
130033-00-0603 |
Imsiemer u viti biex jintużaw f’nailing plates fi strutturi tal-injam |
|
|
130118-00-0603 |
Viti għall-użu f’kostruzzjonijiet tal-injam |
|
|
130166-00-0304 |
Strength graded structural timber – steam-cured solid timber b’rectangular cross section li tista’ tkun finger jointed jew le – softwood |
|
|
130167-00-0304 |
Injam strutturali kklassifikat skont ir-reżisistenza – Zkuk bit-truf inkwadrati biċ-ċanfrin – Injam artab |
|
|
130197-00-0304 |
Injam laminat inkullat magħmul minn steam-cured solid timber bi cross section rettangolari – Injam artab |
|
|
150001-00-0301 |
Siment fuq bażi ta’ Calcium Sulphoaluminate |
|
|
150002-00-0301 |
Calcium aluminate based refractory cement |
|
|
150003-00-0301 |
Siment ta’ saħħa kbira |
|
|
150004-00-0301 |
Siment li jagħqad malajr, reżistenti għas-sulfat, ibbażat fuq sulfate calcium sulphoaluminate |
|
|
150007-00-0301 |
Siment ta’ Portland-pozzolana għall-użu f’kundizzjonijiet tropikali |
|
|
150008-00-0301 |
Siment li jagħqad malajr |
|
|
180008-00-0704 |
Floor drain - bil shutter mekkaniku interkambjabbli |
|
|
190002-00-0502 |
Dry floating flooring kit ibbażat fuq prefabricated interlocked units magħmulin minn madum taċ-ċeramika u twapet tal-lastku |
|
|
190005-00-0402 |
Terrace decking kit |
|
|
200001-00-0602 |
Prefabricated steel u stainless steel wire ropes b’end connectors |
|
|
200002-00-0602 |
Sistema ta‘ tension rods |
|
|
200005-00-0103 |
Piles tal-azzar strutturali b’sezzjonijiet vojta u splices riġidi |
|
|
200012-00-0401 |
Spacer kits għal built-up metal roof u wall cladding |
|
|
200014-00-0103 |
Pile joints u rock shoes għal concrete piles |
|
|
200017-00-0302 |
Prodotti hot rolled u komponenti strutturali magħmulin minn steel grades Q235B, Q235D, Q345B u Q345D |
|
|
200019-00-0102 |
Gabion boxes u mtieraħ magħmulin minn hexagonal woven mesh |
|
|
200020-00-0102 |
Weldmesh gabion boxes u mattresses |
|
|
200022-00-0302 |
Termo-mekkanikament imrembel azzar prodotti twal magħmula ta ‘qamħ multa azzar strutturali jistgħu jiġu ssaldjati ta’ gradi tal-azzar speċjali |
|
|
200026-00-0102 |
Sistemi xibka tal-wajer azzar għall timla rinfurzat |
|
|
200032-00-0602 |
Prefabricated tension rod systems b’end connectors speċjali |
|
|
200033-00-0602 |
Nailed Shear Connector |
|
|
200035-00-0302 |
Sistemi tas-saqaf u tal-ħajt b’fastenings moħbijin |
|
|
200036-00-0103 |
Kit għal micropiles – Kit b’hollow bars għal self-drilling micropiles – Hollow bars għal seamless steel tubes |
|
|
200039-00-0102 |
Hexagonal woven mesh gabion boxes u mtieraħ b’kisja taż-żingu |
|
|
200043-00-0103 |
Pile pipes magħmulin minn ductile iron |
|
|
200050-00-0102 |
Gabion boxes, imtieraħ u sack gabions magħmulin minn hexagonal regular twisted mesh bi pre-coated zinc u/jew zinc+organic coating |
|
|
210004-00-0805 |
Element modulari għal servizzi tal-bini |
|
|
220006-00-0402 |
Roofing slates magħmulin minn polypropylene, franka u fillers |
|
|
220007-00-0402 |
Fully supported copper alloy sheet and strip għas-soqfa, external cladding u internal lining |
|
|
220008-00-0402 |
Eaves profiles għal terrazzini u galleriji |
|
|
220010-00-0402 |
Folji ċatti tal-plastic għal fully supported discontinuous roofing u cladding estern |
|
|
220013-01-0401 |
Self-supporting ridgelight |
220013-00-0401 |
|
220021-00-0402 |
Tubular daylighting devices (TDD) |
|
|
220022-00-0401 |
Polycarbonate snow stopper għall-bejt |
|
|
220025-00-0401 |
Glazing orizzontali Strutturali Cantilevered (kanopew strutturali tal-ħġieġ/saqaf) |
|
|
230004-00-0106 |
Wire ring mesh panels |
|
|
230005-00-0106 |
Wire rope net panels |
|
|
230008-00-0106 |
Double twisted steel wire mesh irrinfurzat jew le bil-ħbula |
|
|
230011-00-0106 |
Prodotti għall-immarkar tat-toroq |
|
|
230012-00-0105 |
Additivi għall-produzzjoni tal-asfalt – granuli tal-bitumen magħmulin minn bituminous roofing felt riċiklat |
|
|
230025-00-0106 |
Sistemi flessibbli ta’ facing għall-istabbilizzazzjoni ta’ art inklinata u protezzjoni tal-blat |
|
|
260002-00-0301 |
Fibri tal-ħġieġ reżistenti għall-alkali li fihom zirconium dioxide għall-użu fil-concrete |
|
|
260006-00-0301 |
Polymeric concrete addition |
|
|
260007-00-0301 |
Tip I addition għal materjali tal-konkos, mortar u screed – Soluzzjoni akwea |
|
|
280001-00-0704 |
Preassembled line unit għad-drenaġġ jew infiltrazzjoni |
|
|
290001-00-0701 |
SISTEMA TA’ PAJPIJIET GĦAD-DISTRIBUZZJONI TA’ ILMA KIESAĦ JEW SĦUN FIL-BINI |
|
|
320002-02-0605 |
Coated metal water stop sheet għal kostruzzjoni u crack joints ikkontrollati ġo waterproof concrete |
320002-00-0605 320002-01-0605 |
|
320008-00-0605 |
Swellable joint sealing tape fuq il-bażi ta’ bentonit għal construction joints f’watertight concrete |
|
|
330001-00-0602 |
Expanding Bolting Assemblies Strutturali għal Blind Fastening |
|
|
330008-02-0601 |
Anchor channels |
330008-00-0601 330008-01-0601 |
|
330011-00-0601 |
Viti aġġustabbli tal-concrete |
|
|
330012-00-0601 |
Cast-in anchor bi threaded socket interna |
|
|
330047-01-0602 |
Viti għall-Irbit għal Sandwich Panels |
330047-00-0602 |
|
330075-00-0601 |
Elevator lifting device |
|
|
330079-00-0602 |
Floor Fixing Assemblies għall-użu f’Checker Plate jew Open Bar Grating |
|
|
330080-00-0602 |
High Slip Resistance Clamp (HSR) Assembly |
|
|
330083-01-0601 |
Power-actuated fastener għal użu multiplu fil-konkos għal applikazzjonijiet mhux strutturali |
330083-00-0601 |
|
330084-00-0601 |
Steel-plate b’cast-in anchors |
|
|
330153-00-0602 |
Cartridge fired pin għall-konnessjonijiet ta’ thin gauge steel members u sheeting |
|
|
330155-00-0602 |
Self-adjustable clamp assembly |
|
|
330196-00-0604 |
Plastic anchors għat-twaħħil ta’ external thermal insulation composite systems (ETICS) b’rendering |
ETAG 014 |
|
330232-00-0601 |
Fasteners mekkaniċi għall-użu fil-konkos |
ETAG 001-1 ETAG 001-2 ETAG 001-3 ETAG 001-4 |
|
330389-00-0601 |
Point connector magħmul minn glass fibre reinforced polymer għal sandwich walls |
|
|
330667-00-0602 |
Hot-rolled mounting channel |
|
|
330965-00-0601 |
Powder-actuated fastener għat-twaħħil ta’ ETICS fil-konkos |
|
|
340002-00-0204 |
Panels ta’ wires tal-azzar b’insulazzjoni termali inkorporata għal struttura sħiħa |
|
|
340006-00-0506 |
Kits tat’turġien prefabbrikati |
ETAG 008 |
|
340020-00-0106 |
Kits flessibbli biex iżommu debris flows u shallow landslides/open hill debris flows |
|
|
340025-00-0403 |
Substructure kit għal bini msaħħan |
|
|
340037-00-0204 |
Light weight steel/wood load bearing roof elements |
|
|
350003-00-1109 |
Kit għal service ducts reżistenti għan-nar li jikkonsistu minn pre-fabricated connection pieces (magħmulin minn mechanically pre-coated steel sheet) u aċċessorji |
|
|
350005-00-1104 |
Prodotti intumixxenti għal skopijiet ta’ fire sealing u fire stopping |
|
|
350134-00-1104 |
Fire proof water trap b’siġill intumixxenti kontra n-nar (kombinata ma’ stainless steel floor gully penetration) |
|
|
360005-00-0604 |
Cavity Tray |
|
|
Nota:
Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EAD) huma adottati mill-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) bl-Ingliż. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-korrettezza tat-titli li ġew ipprovduti mill-EOTA għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li d-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (http://www.eota.eu) għandha żżomm disponibbli d-Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni b’mezzi elettroniċi b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.
Din il-lista tieħu post il-listi kollha ta’ qabel ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
13.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/12 |
Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)
(2017/C 343/07)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 94, 25.3.2017.
LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI
Permessi ta' residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen:
I. Permessi ta' residenza maħruġa skont il-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
— |
Permess ta' residenza bi “prova ta' stabbiliment” fil-forma tal-kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2005). |
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-31 ta' Diċembru 2005). |
— |
Permessi ta' residenza li jaqgħu taħt “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru ta' familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt- EG), “residenza permanenti — membru ta' familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung), fil-forma tal-kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2006). Il-permess ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih il-permess ikun inħareġ. Permess ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista' jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: rotazzjoni tal-impjieg ta' ħaddiem, ħaddiem ippostjat, persuni li jaħdmu għal rashom, artisti, każijiet speċjali ta' impjieg, tfal tal-iskola, studenti, fornituri ta' servizzi soċjali, riċerkaturi, riunifikazzjoni tal-familja. Il-permess ta' residenza ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment”(Niederlassungsbewilligung) jista' jinħareġ mingħajr dettalji ulterjuri jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Permessi ta' residenza ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) inħarġu fl-Awstrija sat-30 ta' Ġunju 2011 għall-kategoriji ta' ħaddiema ewlenin, illimitati u limitati. “Residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EG) u permessi ta' “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. Permessi ta' residenza ta' “awtorizzazzjoni ta' residenza” (Aufenthaltsbewilligung) inħarġu għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] fl-Awstrija sal-31 ta' Diċembru 2013. |
— |
Il-“kard aħmar-abjad-aħmar”(Rot-Weiß-Rot-Karte), il-kard “plus” aħmar-abjad-aħmar (Rot Weiß Rot Karte plus) u l-“kard blu tal-UE” (Blaue Karte EU) fil-forma tal-kard ID1 skont l-azzjonijiet konġunti abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz inħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Lulju 2011) |
— |
Permessi ta' “Residenza permanenti-UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
— |
Permessi ta' residenza “Aufenthaltsberechtigung plus” maħruġa skont it-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 55(1) tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbiliti fil-Federal Law Gazette I Nru 38/2011. Għandhom jinħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
— |
Il-permess tad-“dritt ta' residenza”“Aufenthaltsberechtigung plus” maħruġ skont it-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 100/2005 jikkorrispondi mal-permess preċedenti ta' “awtorizzazzjoni ta' stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) maħruġ skon it-Taqsimiet 43(3) u (4) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbiliti fil-Federal Law Gazette I Nru 38/2011. Għandhom jinħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
— |
Il-permess tad-“dritt ta' residenza għal raġunijiet ta' protezzjoni speċjali” maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Asil kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment fl-Awstrija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att ta' Stabbiliment u Residenza [NAG] kif stabbilita fil-Federal Law Gazette I Nru 38/2011. Għandhom jinħarġu fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2014 |
II. Permessi ta' residenza li, skont id-Direttiva 2004/38/KE, ma jridux jinħarġu f'format uniformi
— |
Il-permess ta' residenza skont id-dritt ta' residenza fl-Unjoni ta' iktar minn tliet xhur għal membri ta' familja ta' ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz |
— |
Il-kard ta' permess ta' residenza li jagħti prova ta' dritt tal-Komunità ta' residenza permanenti ta' iktar minn tliet xhur għal membru ta' familja ta' ċittadin taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorispondix mal-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiż terz |
Dokumenti oħrajn li jippermettu lid-detentur li jgħix fl-Awstrija jew li jerġa' jidħol l-Awstrija (skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen):
— |
Dokument tal-identità b'ritratt f'format ta' kard għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet ta' lewn griż ċar b'marka għall-kategoriji ROT (aħmar), ORANGE (oranġjo), GELB (isfar), GRÜN (aħdar), BLAU (blu), BRAUN (kannella) u GRAU (griż) maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin |
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 7 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006) |
— |
“Persuna intitolata għal status ta' asil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat b'dokument tal-ivvjaġġar konvenzjonali f'format ta' ktieb ID 3 (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom dritt għall-asil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Asil tal-2005 |
— |
Persuna bi “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-1997 kif stabbilit fil-Federal Law Gazette I Nru 105/2003 (mogħti sal-31 ta' Diċembru 2005) — normalment dokumentat permezz ta' passaport tal-barranin f'format ta' ktieb ID 3 b'ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta' Jannar 1996 sas-27 ta' Awwissu 2006) |
— |
Persuna bi “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 (mogħti mill-1 ta' Jannar 2006) — normalment dokumentat permezz ta' passaport tal-barranin f'format ta' ktieb ID 3 b'ċippa elettronika integrata (maħruġ fl-Awstrija mit-28 ta' Awwissu 2006) jew permezz ta' kard għal persuni li għandhom “status ta' protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005 |
— |
Lista ta' parteċipanti fi vjaġġ skolastiku fl-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta rigward faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal tfal tal-iskola minn pajjiżi terzi li huma residenti fi Stat Membru |
— |
“Permess tax-xogħol” skont il-Liġi dwar l-Impjieg tal-Barranin b'validità ta' massimu ta' 6 xhur, li jkun inħareġ qabel l-1 ta' Ottubru 2017, flimkien ma' dokument tal-ivvjaġġar validu |
— |
“Konferma ta' soġġorn legali skont l-Art. 31(1)(5) tal-Liġi tal-Pulizija għall-Barranin (Fremdenpolizeigezetz — FPG”/Talba għal estensjoni Art. 2(4)(17 a) FPG flimkien ma' dokument validu tal-ivvjaġġar |
— |
Permess ta' residenza indefinit — maħruġ fil-forma ta' viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att dwar Persuni Barranin tal-1992 [FrG] (maħruġ sat-31 ta' Diċembru 1992 mill-Awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u l-uffiċċji rappreżentativi efrra l-pajjiż fil-forma ta' timbru) |
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar san-Nru 790 000 |
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker aħdar u abjad min-Nru 790 001 'il quddiem |
— |
Permess ta' residenza fil-forma ta' stiker skont l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 1996, il-Ġurnal Uffiċjali L 7 tal-10.1.1997, li tikkonċerna format uniformi għal permessi ta' residenza (maħruġa fl-Awstrija bejn l-1 ta' Jannar 1998 u l-31 ta' Diċembru 2004) |
Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta' dan l-aġġornament.