ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 341A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
12 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 341 A/01

Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Esperti fil-midja u l-komunikazzjoni diġitali — EPSO/AD/347/17 — Amministraturi (AD 6) — 1. Speċjalist tal-Komunikazzjoni — EPSO/AST/143/17 — Assistenti (AST 3) — 1. Webmaster — 2. Assistent tal-Komunikazzjoni — 3. Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 341/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

ESPERTI FIL-MIDJA U L-KOMUNIKAZZJONI DIĠITALI

EPSO/AD/347/17 — AMMINISTRATURI (AD 6) — 1. Speċjalist tal-Komunikazzjoni — EPSO/AST/143/17 — ASSISTENTI (AST 3) — 1. Webmaster — 2. Assistent tal-Komunikazzjoni — 3. Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

(2017/C 341 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: L- f’12.00 (nofsinhar), CET14 ta’ Novembru 2017

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza żewġ kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq kwalifiki u testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva u li minnhom, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod prinċipali l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala amministraturiassistenti (gruppi ta’ funzjoni AD u AST, rispettivament).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jiffurmaw il-qafas vinkolanti legalment għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.

Ara l-ANNESS III biex taqra r-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa.

Numru ta’ kandidati magħżula mfittxija għal kull kompetizzjoni u profil:

EPSO/AD/347/17

 

1.

Speċjalist tal-Komunikazzjoni

- 55


EPSO/AST/143/17

 

1.

Webmaster

- 13

2.

Assistent tal-Komunikazzjoni

- 30

3.

Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

- 34

Dan l-avviż ikopri żewġ kompetizzjonijiet, li waħda minnhom fiha diversi profili. Tista’ tapplika biss għal profil wieħed kull kompetizzjoni. Din l-għażla trid tagħmilha waqt l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.

Il-maġġoranza tal-karigi offruti se jkunu bbażati fi Brussell; madankollu, innota li l- karigi għall-Qorti tal-Ġustizzja huma bbażati fil-Lussemburgu u xi wħud mill-karigi għall-Parlament Ewropew jistgħu jiġu offruti f’wieħed mill-Uffiċċji ta’ Informazzjoni tiegħu . Dawn jinsabu fil-bliet kapitali tal-Istati Membri, f’6 antenni reġjonali (Munich, Milan, Barċellona, Edinburgh, Wroclaw u Marsilja) u fis-sede ta’ Strasburgu tal-Parlament Ewropew. L-Uffiċċji tal-Informazzjoni għandhom rwol importanti ħafna biex iqajmu kuxjenza dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-Parlament Ewropew fil-midja, fost il-pubbliku ġenerali kif ukoll fost dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

EPSO/AD/347/17

1.

Speċjalist tal-Komunikazzjoni

L-ispeċjalisti tal-komunikazzjoni għandhom firxa wiesa’ ta’ responsibilitajiet, dawn:

jimmaġinaw, jippjanaw u jimplimentaw strateġiji ta’ komunikazzjoni u kampanji;

huma responsabbli mir-relazzjonijiet maċ-ċittadini, il-partijiet interessati, il-midja, il-viżitaturi, il-multiplikaturi tal-opinjonijiet, is-soċjetà ċivili, l-iskejjel u l-universitajiet;

jipproduċu u jikkoordinaw il-ħolqien ta’ kontenut diġitali għal fuq l-Internet u l-pjattaformi tal-midja soċjali u jaħdmu mal-udjenzi onlajn tagħhom;

jorganizzaw konferenzi għall-istampa u intervisti, jagħtu l-istejjer lil-midja u jimmonitorjaw il-kopertura tal-midja tal-organizzazzjoni;

jaħdmu b’mezzi awdjoviżivi u midja ġodda, ikollhom għarfien profond tax-xena tal-midja u jkunu kapaċi jifformaw strateġiji tal-midja;

janalizzaw in-negozju u l-ħtiġijiet tal-utenti għal proġetti diġitali, jipproduċu każ kummerċjali u d-dokumenti tal-ispeċifikazzjoni teknika;

jimmaniġġjaw u jeżegwixxu proġetti diġitali;

janalizzaw u jirrapportaw dwar metriċi diġitali u Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni;

jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji tal-esperjenza tal-utent u huma kapaċi jidentifikaw u jsegwu l-imġiba tal-udjenzi relevanti, u jikkontribwixxu għat-tfassil ta’ interfaċċi ċċentrati fuq l-utent u dawk ibbażati fuq il-kompiti.

EPSO/AST/143/17

1.   Webmaster

Il-webmasters jiddisinjaw, jiżviluppaw u jżommu l-websajt tal-Istituzzjoni, u huma responsabbli għall-implementazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-web tagħha. Dawn jiżguraw titjib kontinwu tal-kanal tal-web u l-għodod relatati u jikkontribwixxu għad-definizzjoni, l-ippjanar, it-twettiq u l-monitoraġġ tal-proġetti diġitali. Huma jikkontribwixxu wkoll għall-fehim tal-ħtiġijiet diġitali u jiżguraw li t-teknoloġija meħtieġa tkun miksuba u żviluppata.

2.   Assistent tal-Komunikazzjoni

L-assistenti tal-komunikazzjoni jappoġġaw l-ispeċjalisti tal-komunikazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u kampanji. Huma jwettqu tiftixiet dokumentarji, jistabbilixxu u jżommu kuntatti mal-partijiet interessati kollha, jgħinu fit-tħejjija ta’ materjal ta’ tgħarrif, iwieġbu għal talbiet għal informazzjoni u jipprovdu appoġġ tekniku u amministrattiv.

3.   Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

L-Assistenti tal-Komunikazzjoni Viżiva joħolqu kunċetti viżwali biex jikkomunikaw l-ideat li jispiraw u jinformaw lill-udjenza fil-mira. Assistent tal-Komunikazzjoni Viżwali jaħdem fuq varjetà ta’ prodotti, bħall-identità viżiva għall-pakketti ta’ komunikazzjoni, kontenut ta’ sit web, reklamar, pubblikazzjonijiet, fuljetti, posters u banners, esibizzjonijiet u wirjiet, rapporti tal-kumpaniji, vidjows u infografiki.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIENA ELEĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

(1)    Kundizzjonijiet ġenerali:

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti.

(2)    Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi:

Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ (2) lingwi uffiċjali tal-UE , b’għarfien profond (livell C1) f’tal-anqas waħda minnhom u għarfien sodisfaċenti fl-oħra (livell minimu B2).

Il-livelli minimi meħtieġa hawn fuq għandhom japplikaw għal kull abilità lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn l-abilitajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr

F’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:

Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet b’Ġħażliet Multipli bbażati fuq il-kompjuter

Lingwa 2: il-lingwa użata għall-formola tal-applikazzjoni, iċ-ċentru ta’ valutazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ressqu applikazzjoni valida; Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1.

Il-lingwa 2 trid tkun il-Franċiż jew l-Ingliż

Peress li l-għodod tal-IT użati mill-persunal f’dawn il-profili, u t-taħriġ provdut lil rekluti ġodda sabiex jaħdmu bihom, huma disponibbli biss bl-Ingliż u bil-Franċiż, il-lingwa 2 trid tkun magħżula minn waħda fost dawn iż-żewġ lingwi.

Barra minn hekk, il-kandidati reklutati fil-Midja u l-Komunikazzjoni Diġitali huma mitluba jkollhom għarfien tajjeb tal-Ingliż u/jew tal-Franċiż peress li għandhom ikunu kapaċi jinteraġixxu ma’/jappoġġaw il-ġabra eżistenti ta’ persunal fl-Istituzzjonijiet li diġà jwettqu attivitajiet ta’ komunikazzjoni (Intranet, midja soċjali, posta elettronika, eċċ.), proġetti u avvenimenti f’waħda minn dawn iż-żewġ lingwi.

(3)    Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol

Għall-EPSO/AD/347/17:

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikat b’diploma fl-istudji tal-komunikazzjoni pereżempju studji tal-midja, ġurnaliżmu, relazzjonijiet pubbliċi, marketing u komikazzjonijiet segwit minn mill-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali relatata b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet.

jew

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikati b’diploma, għajr dawk imsemmija hawn fuq segwiti minn esperjenza professjonali ta’ mill- inqas sitt (6) snin f’waħda minn dawn l-oqsma: aġenzija tal-istampa, xandira televiżiva, aġenzija tar-relazzjonijiet pubbliċi, kumpanija tal-web, ġurnaliżmu, konsulenza tal-komunikazzjoni, komunikazzjoni fuq il-web u/jew esterna f’organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, ġestjoni tal-proġetti.

Għall-EPSO/AST/143/17:

1.   Webmaster

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji post-sekondarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikat b’diploma fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni (pereżempju l-komunikazzjoni tal-web jew il-ġestjoni tal-proġetti multimedjali jew simili), segwit minn mill-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali relatata b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet.

jew

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal edukazzjoni sekondarja kompluta ċċertifikata b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, segwit minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relevanti marbuta b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet ikkonċernati.

2.   Assistent tal-Komunikazzjoni

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji post-sekondarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikat b’diploma fil-qasam tal-komunikazzjoni, studji tal-midja, ġurnaliżmu jew relazzjonijiet pubbliċi, segwit minn mill-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali relatata b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet.

jew

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal edukazzjoni sekondarja kompluta ċċertifikata b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, segwit minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relevanti marbuta b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet ikkonċernati.

3.   Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji post-sekondarji kompluti ta’ mill-inqas tliet (3) snin , iċċertifikat b’diploma fil-qasam tal-komunikazzjoni viżiva u d-disinn (pereżempju d-disinn grafiku, disinn tal-prodott jew simili) segwit minn mill-inqas tliet (3) snin esperjenza professjonali relatata b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet.

jew

Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal edukazzjoni sekondarja kompluta ċċertifikata b’diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja, segwit minn mill-inqas sitt (6) snin esperjenza professjonali relevanti marbuta b’mod dirett man-natura tad-dmirijiet ikkonċernati.

Ara l-ANNESS IV għal eżempji tal-kwalifiki minimi

KIF SE NINTGĦAŻEL?

(1)    Proċess tal-applikazzjoni

Għandek timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fil-lingwa li għażilt bħala lingwa tiegħek 2 (ara t-taqsima “Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi”)

. Meta timla l-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun mitlub tikkonferma l-eliġibilità tiegħek għall-kompetizzjoni u tipprovdi aktar informazzjoni relevanti għall-kompetizzjoni u l-profil magħżul (per eżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi (Talent Screener – Evalwatur tal-Kapaċitajiet). Trid tagħżel ukoll il-lingwa 1 tiegħek (kull waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE) u l-lingwa 2 tiegħek (l-Ingliż jew il-Franċiż).

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija taħt it-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tibqa’ tagħmel bidliet oħra. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li tlesti u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza.

(2)    Testijiet mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQ)

Jekk in-numru ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu , kif definit għal kull kompetizzjoni u profil mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. Tipikament, tiġi offrut diversi dati li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet, f’diversi postijiet. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .

Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni (punt 5).

It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:

It-testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul ta’ ħin

Marka

Marka minima meħtieġa

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

Sa 20 punt

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

Sa 10 punti

Numeriku + astratt flimkien: 10/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Sa 10 punti

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jgħoddux għat-testijiet l-oħra miżmuma fiċ-ċentru tal-valutazzjoni.

(3)    Verifiki tal-eliġibbiltà

Ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ hawn fuq se jiġu vverifikati fuq il-bażi tad-data pprovduta fl-ewwel applikazzjoni onlajn tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord ta’ Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà.

Hemm żewġ (2) xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati li ġabu l-marki minimi meħtieġa kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba f’dawk it-testijiet sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli għal kull kompetizzjoni u profil definit qabel it-testijiet mid-direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidati kollha lli jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibilità.

(4)    Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)

Sabiex il-bord ta’ selezzjoni jkun jista’ jwettaq valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat fl-istess kompetizzjoni u profil irid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni. Is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati meqjusa eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl- użu biss tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima “Talent Screener”. Għalhekk jinħtieġ li tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima “Talent Screener”, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tal-għażla inklużi f’dan l-avviż.

Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.

Biex jagħmel is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-bord tas-selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mmultiplikati bil-piż ta’ kull kriterju u jingħaddu flimkien sabiex jiġu identifikati l-kandidati li l-profili tagħhom jissodisfaw l-aħjar id-dmirijiet li se jitwettqu.

Dawk il-kandidati biss li jkunu kisbu l-ogħla marki fl-għażla abbażi tal-kwalifiki jgħaddu għall-istadju li jmiss.

(5)    Iċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni

Jiġu mistiedna għal din il-fażi sa massimu ta’ tliet (3) darbiet tal-għadd ta’ kandidati ammessi mfittxija għal kull kompetizzjoni u profil. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni onlajn tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata (1) jew tnejn (2) f’ċentru ta’ valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel it-testijiet fil- lingwa 2 tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux organizzati minn qabel , tagħmilhom fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Dawn it-testijiet huma eliminatorji u l-marki miksuba ma jkunux miżjuda mal-marki ta’ testijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni fil-kalkolu tal-punteġġ totali finali tiegħek.

Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid iġġib miegħek id-dokumenti ta’ sostenn (oriġinali jew kopji ċċertifikati) għaċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-EPSO jiskennjahom matul it-testijiet fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tiegħek u jagħtihomlok lura fl-istess ġurnata.

Seba’ kompetenzi ġenerali għall-kompetizzjoni AST u tmien kompetenzi ġenerali għall-kompetizzjoni AD, kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal kull kompetizzjoni u profil, jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni permezz ta’ ħames (5) testijiet (intervisti ġenerali u speċifiċi abbażi tal-kompetenzi, eżerċizzju fi grupp, studju tal-każ u test speċifiku għall-qasam) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenza

It-testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

2.

Komunikazzjoni

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Studju ta’ każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Eżerċizzju fi grupp

Studju ta’ każ

6.

Reżiljenza

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta’ tmexxija (evalwati biss għall-EPSO/AD/347/17)

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali


Marki minimi meħtieġa għall-EPSO/AST/143/17

3/10 għal kull kompetenza u 35/70 b’kollox

Marki minimi meħtieġa għall-EPSO/AD/347/17

3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox


Kompetenza

It-testijiet

Kompetenzi speċifiċi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi

Marka minima meħtieġa

25/50

Kompetenzi speċifiċi

L-abbozzar ta’ nota relatata mad-dmirijiet inkwistjoni

Marka minima meħtieġa

25/50

(6)    Lista ta’ riserva

Wara li jiċċekkja l-eliġibilità tal-kandidati mad-dokumenti ta’ sostenn tagħhom, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni u profil – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki wara ċ-ċentru ta’ valutazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalittativ mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess jkunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

L-Istituzzjonijiet għandhom jiċċekkjaw il-profili tal-kandidati magħżula fuq il-lista ta’ riżerva sabiex jidentifikaw dawk li l-aktar jaqblu mal-ħtiġijiet tagħhom. Fil-ħin tar-reklutaġġ, l-għarfien tal-lingwi speċifiċi jista’ jikkostitwixxi assi għall-istituzzjonijiet skont il-ħtiġijiet lingwistiċi tas-servizzi tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew huwa aktar interessat minn kandidati li rnexxew b’għarfien tal-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Estona, Finlandiża, Griega, Ungeriża, Irlandiża, Litwana, Maltija, Slovena jew Żvediża.

META U FEJN JISTGĦU JAPPLIKA?

Applika onlajn fuq il-websajt tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu billi:

L- f’12.00 (nofsinhar), CET. 14 ta’ Novembru 2017


ANNESS I

KOMPITI

EPSO/AD/347/17

Speċjalist tal-Komunikazzjoni

Il-kompiti jistgħu jinvolvu:

il-kontribut għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ġestjoni ta’ attivitajiet tal-komunikazzjoni;

il-ħolqien u l-koordinazzjoni tal-produzzjoni ta’ kontenut tal-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE u l-politiki fil-lingwa ewlenija tiegħek u/jew bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż u l-attivitajiet f’diversi forom għal sit web, midja soċjali, materjal awdjoviżiv, elettroniku u pubblikazzjonijiet oħra bil-miktub, skont linji gwida editorjali;

il-ħolqien u ż-żamma tar-relazzjonijiet mal-ġurnalisti dwar l-attivitajiet politiċi u l-leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-għoti ta’ stejjer interessanti lill-midja;

l-iżgurar li l-kontenut ikun iffukat fuq l-utent, preċiż, rilevanti u konformi mar-rekwiżiti tal-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix;

l-ippjanar, il-ġestjoni u t-twettiq ta’ proġetti ta’ komunikazzjoni diġitali;

il-promozzjoni ta’ kontenut permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni diġitali permezz ta’ diversi kanali (pereżempju l-midja soċjali, il-posta elettronika, l-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix/marketing tal-magni tat-tiftix);

il-monitoraġġ, it-twissija u l-valutazzjoni tal-preżenza tal-UE fuq il-pjattaformi onlajn u l-midja biex jiġi żgurat ippjanar editorjali aħjar billi jiġu żviluppati strateġiji biex jiżdied ir-redditu f’midja gwadanjata (onlajn, soċjali, stampa, midja, televiżjoni);

il-ġestjoni ta’ proġetti tal-web fuq skala kbira bħal sit web, xandir, migrazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kontenut, sistemi ta’ posta elettronika, u strumenti oħrajn rilevanti b’kooperazzjoni mas-servizzi tal-ICT; l-iżvilupp u t-tfassil ta’ proġetti ġodda mmirati primarjament għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija tal-Internet u l-IT;

l-analiżi tax-xejriet u aġġornamenti tal-pjattaforma diġitali u l-użu ta’ għodod tal-web;

l-evalwazzjoni u l-kejl tal-prestazzjoni tal-kontenut kontra indikaturi tal-prestazzjoni u objettivi kummerċjali;

it-tnedija u l-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku relatati mal-attivitajiet fil-qasam tal-komunikazzjoni, inklużi l-abbozzar u l-validazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi;

il-ġestjoni tal-baġit għall-proġetti tal-komunikazzjoni, l-għodod u l-konsulenza;

il-ħolqien ta’ riżultati tar-riċerka tal-utent (personas, mapep tal-vjaġġ tal-utent, wireframes, rapporti ta’ użabilità);

l-analiżi tax-xejriet tal-esperjenza tal-utent, bl-użu ta’ metodi u għodod ta’ riċerka tal-utenti;

l-organizzazzjoni ta’ testijiet ta’ użabilità u l-ġbir ta’ data ta’ riċerka tal-utent minn diversi sorsi.

EPSO/AST/143/17

1.   Webmaster

Il-kompiti jistgħu jinvolvu:

il-ħolqien, il-ġestjoni, l-aġġornar u l-monitoraġġ tas-siti web u s-sub-siti tal-Istituzzjoni permezz tal-ġbir, l-editjar u l-adattament tal-kontenut u l-elementi multimedjali, inklużi illustrazzjonijiet ta’ vettur, ikoni, infografika interattiva u oġġetti tal-awdjo u tal-vidjow;

it-traduzzjoni tal-ħtiġijiet tan-negozju f’rekwiżiti tekniċi għal min jiżviluppa u jipproduċi d-dokumenti tal-ispeċifikazzjoni;

Il-ġestjoni tas-servizzi tekniċi bħal pjattaformi ta’ abbonament għall-posta elettronika u s-Sistema tal-Ġestjoni tal-Kontenut;

l-ippjanar taċ-ċikli tar-rilaxx għal karatteristiċi ġodda, bidliet fil-pjattaformi u bug-fixing u l-iżgurar tal-kunsinna fil-ħin;

l-għarfien tal-metodu Agile applikat għal proġetti ta’ żvilupp tal-web;

l-produzzjoni ta’ rapporti analitiċi tal-web preċiżi u l-iżgurar li t-traffiku tal-Internet jiġi traċċat;

l-iżgurar tal-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam ikkonċernat.

2.   Assistent tal-Komunikazzjoni

Il-kompiti jistgħu jinvolvu:

il-kontribut għall-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u t-tħejjija/distribuzzjoni tal-materjali ta’ informazzjoni tal-Istituzzjoni;

il-monitoraġġ tal-midja u l-midja soċjali, l-iżgurar li l-mistoqsijiet jiġu diretti lejn it-timijiet xierqa. Dan jinkludi l-immarkar lill-amministraturi biex tiġi żgurata reazzjoni rapida fejn meħtieġ;

il-ġestjoni u ż-żamma tal-preżenza tal-Istituzzjoni fuq in-netwerks soċjali;

l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u/jew wirjiet għall-midja u l-pubbliku ġenerali;

It-twettiq ta’ tiftixiet dokumentarji, it-tweġiba għal talbiet ta’ informazzjoni, katalogar u indiċjar ta’ informazzjoni, it-tħejjija ta’ fajls u preżentazzjonijiet tal-impatt;

il-monitoraġġ ta’ netwerks ta’ korrispondenti fis-soċjetà ċivili; sabiex tkun żgurata d-distribuzzjoni ta’ listi aġġornati;

is-selezzjoni jew l-irtirar tal-informazzjoni skont il-politiki tal-Unjoni Ewropea u l-aġġornament ta’ din l-informazzjoni kemm f’forma stampata kif ukoll onlajn;

l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kuntatti mal-midja f’gazzetti nazzjonali, reġjonali u lokali, televiżjoni, radju u websajts u l-iżgurar li l-listi ta’ distribuzzjoni jiġu aġġornati.

3.   Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

Il-kompiti jistgħu jinvolvu:

l-għinununa fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-UE u proġetti speċjali relatati ma’ politiċi ewlenin u okkażjonijiet korporattivi;

il-kontribut għall-ġestjoni tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u t-tħejjija/distribuzzjoni tal-materjali ta’ informazzjoni tal-Istituzzjoni;

l-iżgurar tad-disinn grafiku tal-pubblikazzjonijiet bil-ħolqien ta’ qoxor, logos, identitajiet viżjwali għall-pakketti ta’ komunikazzjoni, u viżwali oħra kif meħtieġ;

l-applikazzjoni tal-linji gwida istituzzjonali dwar l-Identità Viżiva eżistenti u l-verifika tal-applikazzjoni korretta tagħhom minn oħrajn;

id-definizzjoni tad-data teknika u grafika tal-pubblikazzjonijiet, ir-reviżjoni u l-korezzjoni tat-tqassim ta’ brochures, posters, eċċ. u l-iżgurar tal-ġestjoni u s-segwitu tal-proċess tal-istampar;

l-iżgurar tal-monitoraġġ tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam ikkonċernat;

il-ħolqien ta’ data grafika u infografika għal fuq il-web u l-istampa;

it-trasformazzjoni ta’ data kumplessa fi graffs, mapep u formati ta’ viżwalizzazzjoni oħra ċari u konċiżi;

il-ħolqien ta’ illustrazzjonijiet u ikoni;

il-ħolqien ta’ infografiċi interattivi u prototipi permezz tal-użu ta’ HTML5/CSS3;

l-użu ta’ proċessi ta’ produzzjoni b’ħafna kanali biex jiġu mħejjija l-elementi viżivi, l-infografika u l-preżentazzjonijiet tul firxa wiesgħa ta’ kanali, midja u lingwi;

il-kontribut għall-kondiviżjoni interna tal-għarfien u l-professjonaliżmu ulterjuri tal-Assistenti tal-Komunikazzjoni Viżwali.

Dawn id-dmirijiet jirrikjedu wkoll għarfien tajjeb ta’ Adobe Creative Suite Cloud, b’mod partikolari Adobe Illustrator, Photoshop u InDesign CC u/jew għodod tal-web (pereżempju Google Analytics).

Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

KRITERJI TAS-SELEZZJONI

Il-bord tas-selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:

EPSO/AD/347/17

1.   Speċjalist tal-Komunikazzjoni

1.

Esperjenza professjonali fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni fis-settur privat jew pubbliku.

2.

Esperjenza professjonali fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni għas-settur privat jew pubbliku, inklużi kampanji ta’ promozzjoni diġitali.

3.

Esperjenza professjonali bħala ġurnalist (kitba, awdjo-viżiv jew fuq il-web) jew bħala kelliem/uffiċjal tal-istampa.

4.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-editjar, copywriting u l-produzzjoni tal-kontenut (il-web, midja awdjoviżiva, kitba, infografika) għal pjattaformi differenti u udjenzi fil-mira differenti.

5.

Esperjenza professjonali fil-qasam tar-relazzjonijiet pubbliċi (PR), reklamar u ġestjoni tal-avvenimenti.

6.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ġestjoni tal-proġetti ta’ komunikazzjoni u l-għodod ta’ implimentazzjoni tagħhom.

7.

Esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ preżenza fil-midja soċjali ta’ organizzazzjoni u l-ixprunar tal-impenn komunitarju.

8.

Esperjenza professjonali fit-twaqqif ta’ stimi tal-baġit, l-allokazzjoni u s-segwitu tal-baġit għas-servizzi ta’ komunikazzjoni, l-għodod u x-xiri tal-midja.

9.

Esperjenza professjonali fl-użu ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kontenut (CMS), inkluż dħul tal-kontenut, editjar, flussi tax-xogħol u pubblikazzjoni.

10.

Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ rekwiżiti tekniċi (pereżempju analiżi funzjonali u speċifikazzjonijiet), inkluż għall-migrazzjoni ta’ websajts.

11.

Esperjenza professjonali fir-riċerka, l-identifikazzjoni u t-traċċar tal-udjenzi relevanti permezz ta’ riċerka dwar l-utent kwalitattiva u kwantitattiva u l-analiżi u r-rappurtar tal-analitika (metrika) tal-web u l-midja soċjali.

12.

Esperjenza professjonali fil-ħolqien ta’ riżultati ta’ riċerka tal-utent (personas, mapep tal-vjaġġ tal-utent, wireframes, rapporti tal-utilità) sabiex jiġu żviluppati prodotti orjentati lejn l-utent.

EPSO/AST/143/17

1.   Webmaster

1.

Esperjenza professjonali fil-ġestjoni tal-kontenut u s-sit web (l-użu ta’ Sistema tal-Ġestjoni tal-Kontenut u pjattaformi tal-posta elettronika).

2.

Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ rekwiżiti tekniċi (wireframes u speċifikazzjonijiet).

3.

Esperjenza professjonali fl-użu ta’ għodod analitiċi bħal Google Analytics.

4.

Esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ f’dan il-qasam (pereżempju taħriġ lill-utenti fl-għodod back-end).

5.

Esperjenza professjonali fil-ħidma ma’ timijiet pluri-dixxiplinari (edituri, żviluppaturi back-end u front-end) f’ambjent Agile.

6.

Esperjenza professjonali fl-użabilità tal-web.

7.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix (SEO).

8.

Esperjenza professjonali fir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għas-siti elettroniċi ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi.

2.   Assistent tal-Komunikazzjoni

1.

Esperjenza professjonali ta’ xogħol f’Uffiċċju tal-Istampa/Komunikazzjoni jew aġenziji ta’ relazzjonijiet pubbliċi.

2.

Esperjenza professjonali fl-organizzazzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ avvenimenti pubbliċi għall-partijiet interessati, il-pubbliku ġenerali u ż-żgħażagħ.

3.

Esperjenza professjonali fit-tħejjija ta’ komunikazzjoni u preżentazzjoni tal-impatt.

4.

Esperjenza professjonali f’servizzi ta’ informazzjoni f’forma elettronika u minn persuna għal oħra.

5.

Esperjenza professjonali fil-kuntatt mal-klijenti u fl-aspetti kollha tas-servizzi tal-informazzjoni, mit-tiftix għall-ikkatalogar u l-indiċjar ta’ informazzjoni.

6.

Esperjenza professjonali fl-użu tal-midja soċjali għall-promozzjoni tal-kontenut u l-aħbarijiet.

7.

Esperjenza professjonali fil-ħolqien u ż-żamma ta’ kuntatti mal-midja.

3.   Assistent tal-Komunikazzjoni Viżiva

1.

Esperjenza professjonali fl-użu tal-analiżi tad-data, id-disinn grafiku, l-ipprogrammar u l-għodod teknoloġiċi biex id-data tiġi ppreżentata f’modi li huma aċċessibbli, attraenti u interattivi, bħal graffs, mapep u infografiċi u formati oħra ta’ viżwalizzazzjoni fuq il-web u stampati.

2.

Esperjenza professjonali tal-ħidma b’Adobe Creative Cloud, b’mod partikolari Illustrator, Photoshop u InDesign.

3.

Esperjenza professjonali fil-ħolqien ta’ illustrazzjonijiet ta’ vettur u ikoni.

4.

Esperjenza professjonali fil-ħolqien ta’ infografiċi interattivi jew animati u prototipi.

5.

Esperjenza professjonali ta’ proċessi ta’ produzzjoni b’ħafna kanali għall-preparazzjoni ta’ elementi viżwali, infografiċi u preżentazzjonijiet tul firxa wiesgħa ta’ kanali.

6.

Esperjenza professjonali fl-iżgurar tal-użabilità u l-aċċessibbiltà tas-siti u/jew applikazzjonijiet tal-web, u l-konformità ma’ standards rikonoxxuti (pereżempju HTML, CSS).

7.

Esperjenza professjonali fit-tfassil u fil-pre-stampar ta’ pubblikazzjonijiet, katalogi u fuljetti (stampati u pubblikazzjonijiet elettroniċi).

8.

Esperjenza professjonali fil-ħolqien ta’ elementi viżwali għall-midja soċjali.

9.

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ roll-ups, sfondi (inkluż għall-irrekorjar tal-vidjow) u posters.

10.

Esperjenza professjonali fil-branding u fil-ħolqien ta’ identitajiet viżwali.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.

Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.

Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.

1.   MIN JISTA’ JAPPLIKA?

1.1.   Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi

Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.

Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .

(a)

Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, jinħtieġ li jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni.

Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija.

(b)

L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

tkun imħallsa;

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz; kif ukoll

tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

ħidma volontarja: jekk imħallsa u tinvolvi ħinijiet fil-ġimgħa u tul bħal impjieg normali;

apprendistati: jekk imħallsa;

servizz militari obbligatorju: magħmul qabel jew wara d-diploma meħtieġa għal perjodu li ma jaqbiżx id-durata statutorja fl-Istat Membru tiegħek;

liv tal-maternità/tal-paternità/tal-adozzjoni: jekk kopert minn kuntratt ta’ impjieg;

dottorat: għal perjodu massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb, u jekk ix-xogħol kienx imħallas jew le; kif ukoll

xogħol part-time: ikkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma, pereżempju half-time għal sitt xhur ikun jiswa daqs tliet xhur.

1.2.   Dokumenti ġustifikattivi

Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:

dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew

il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa;

(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti;

(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.

Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.

1.3.   Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali

Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.

Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil EPSO-accessibility team permezz ta’:

Posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu);

faks (+ 32 22998081); jew

posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

EPSO accessibility

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

2.   MINN MIN NIĠI VVALUTAT?

Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.

Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom għandhom jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).

L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

3.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.   Komunikazzjoni mal-EPSO

Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandek tinnotifika lill-EPSO immedjatament.

preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew

bit-telefown lil Europe Direct (00 800 67 89 10 11); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.

F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.

L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).

3.2.   Aċċess għall-informazzjoni

Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.

3.2.1.   Żvelar awtomatiku

Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:

It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza/l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament;

eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità li ma kinux issodisfati;

Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek;

testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek;

testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss;

fażi/ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.

Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:

it-testijiet ikunu tlestew;

ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll

it-testi sors/l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri.

3.2.2.   Informazzjoni fuq talba

Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal studji ta’ każijiet.

Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.

L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.

Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.

4.   ILMENTI U KWISTJONIJIET

4.1.   Kwistjonijiet tekniċi

Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament:

preferibbilment permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu); jew

bil-posta:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Avenue de Cortenbergh/Kortenberglaan 25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.

Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju dwar il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:

informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll

ikkuntattja lill-EPSO permezz tat-taqsima “ikkuntattjana” tas-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) b’deskrizzjoni qasira tal-problema.

4.2.   Proċeduri ta’ reviżjoni interna

4.2.1.   Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)

Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.

Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).

Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.

L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lill-EPSO (ara t-Taqsima 3.1) biss permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn;

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter;

tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun.

Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.

B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.

4.2.2.   Talbiet għal rieżami

Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.

It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami sottomessi fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.

L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.

Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.

4.3.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

4.3.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.

Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).

L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:

proċedura: ikkuntattja lil EPSO (ara t-Taqsima 3.1);

il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni;

data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret;

tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi.

It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

4.3.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tippreżenta appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali.

Jekk tixtieq tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-EPSO, l-ewwel trid tagħmel ilment amministrattiv (ara t-Taqsima 4.3.1).

L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:

proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/).

4.3.3.   L-Ombudsman Ewropew

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).

L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għall-preżentazzjoni ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.

L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:

proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/).

4.4.   Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni

Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli;

ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibilità;

għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

ma bbukkjajtx jew ma għamiltx it-testijiet tiegħek;

qarraqt waqt it-testijiet;

ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwa, jew waħda mil-lingwi, meħtieġa bħala Lingwa 2 jew ma ddikjarajtx il-livell minimu meħtieġ għal-Lingwa 2;

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni;

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi) u/jew

iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi.

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS IV

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT IL-PAJJIŻ U L-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET

Ikklikkja hawn għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

 

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

PAJJIŻ

Edukazzjoni sekondarja(li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni universitarja (mill-anqas tliet (3) snin)

Edukazzjoni universitarja (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA or BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)

National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile

University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου,

πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης

(2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT),

diplôme d’études supérieures

spécialisées (DESS), diplôme

d’études approfondies (DEA),

master 1, master 2 professionnel,

master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea – L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Lussemburgu

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi – képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést

igazoló bizonyítvány (Higher

Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of “Ingenieur”

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

Repubblika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice

postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus — Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

(Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista

(Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto —

Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Maisterin tutkinto — Magisterexamen/

Ammattikorkeakoulututkinto —

Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/

Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

Tmiem tal-ANNESS IV, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali