ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 341

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
12 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 341/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8558 — DB/PSPIB/TIAA/Vantage Data Centres) ( 1 )

1

2017/C 341/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8585 — Axis/Novae) ( 1 )

1

2017/C 341/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8567 — APG/Portfolio) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 341/04

Rata tal-kambju tal-euro

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 341/05

Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali

4

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 341/06

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Hæstiréttur Íslands bid-data tat-12 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża ta’ Merck Sharp & Dohme Corp. vs l-Uffiċċju tal-Privattivi Iżlandiż (Einkaleyfastofan) (Il-Kawża E-5/17)

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 341/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8542 — The Carlyle Group/CVC/China Investment Corporation/ENGIE E&P International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2017/C 341/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8651 — Bosch/HASCO/ASCN) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8558 — DB/PSPIB/TIAA/Vantage Data Centres)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 341/01)

Fit-2 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8558. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8585 — Axis/Novae)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 341/02)

Fil-5 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8585. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8567 — APG/Portfolio)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 341/03)

Fis-16 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8567. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Ottubru 2017

(2017/C 341/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1830

JPY

Yen Ġappuniż

132,72

DKK

Krona Daniża

7,4430

GBP

Lira Sterlina

0,89710

SEK

Krona Żvediża

9,5313

CHF

Frank Żvizzeru

1,1524

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3790

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,879

HUF

Forint Ungeriż

309,93

PLN

Zloty Pollakk

4,2851

RON

Leu Rumen

4,5865

TRY

Lira Turka

4,3337

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5186

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4798

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2344

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6723

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6044

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 339,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,0525

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7989

HRK

Kuna Kroata

7,5115

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 997,95

MYR

Ringgit Malażjan

4,9911

PHP

Peso Filippin

60,863

RUB

Rouble Russu

68,4492

THB

Baht Tajlandiż

39,258

BRL

Real Brażiljan

3,7515

MXN

Peso Messikan

22,2167

INR

Rupi Indjan

77,0660


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/4


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

(2017/C 341/05)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

 

ESPERTI FIL-KOMUNIKAZZJONI DIĠITALI U L-MIDJA

 

EPSO/AD/347/17 — AMMINISTRATURI (AD 6) — Speċjalist tal-Komunikazzjoni

 

EPSO/AST/143/17 — ASSISTENTI (AST 3)

1.

Webmaster

2.

Assistent tal-Komunikazzjoni

3.

Assistent tal-Komunikazzjoni Viżwali

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 341 A tat-12 ta’ Ottubru 2017.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/


PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/5


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Hæstiréttur Íslands bid-data tat-12 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża ta’ Merck Sharp & Dohme Corp. vs l-Uffiċċju tal-Privattivi Iżlandiż (Einkaleyfastofan)

(Il-Kawża E-5/17)

(2017/C 341/06)

Saret talba lill Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra bid-data tat-12 ta’ Ġunju 2017 minn Hæstiréttur Íslands (il-Qorti Suprema tal-Iżlanda), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fil-15 ta’ Ġunju 2017, għal Opinjoni Konsultattiva fil-Kawża ta’ Merck Sharp & Dohme Corp. v l-Uffiċċju tal-Privattivi Iżlandiż (Einkaleyfastofan) dwar il-mistoqsija li ġejja:

Fid-dawl tal-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 u r-Regolament (KE) Nru 469/2009 ma ġewx inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jista’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari skont ir-Regolament (KEE) Nru 1768/92 ikun maħruġ għal prodott mediċinali jekk il-perjodu li għadda bejn id-data meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni biex il-prodott jitqiegħed fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea jkun inqas minn ħames snin?


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8542 — The Carlyle Group/CVC/China Investment Corporation/ENGIE E&P International)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 341/07)

1.

Fit-2 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

2.

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Carlyle Group (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika);

CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (“CVC”, il-Lussemburgu);

China Investment Corporation (“CIC”, iċ-Ċina),

ENGIE E&P International SA (“ENGIE E&P”, Franza), bħalissa kkontrollata minn ENGIE SA.

3.

Carlyle, CVC u CIC, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża ENGIE E&P International SA (“ENGIE E&P”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma.

4.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carlyle hija maniġer dinji tal-assi alternattivi li tiġġestixxi fondi li jinvestu globalment f’erba’ dixxiplini ta’ investiment: (i) ekwità privata korporattiva, (ii) assi reali, (iii) strateġiji tas-suq dinji kif ukoll (iv) soluzzjonijiet tal-investiment;

Il-grupp CVC huwa magħmul minn entitajiet li huma proprjetà privata li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-għoti ta’ pariri rigward investimenti lil u/jew ġestjoni ta’ investimenti f’isem fondi ta’ investiment u ta’ ċerti pjattaformi (CVC Funds). CVC Funds għandhom interess f’għadd ta’ kumpaniji f’industriji varji inklużi l-industriji tal-kimika, tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, prinċiplament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerika u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku;

CIC hija kumpanija statali stabbilita bħala mezz biex ikunu ddiversifikati kumpaniji tal-kambju barrani taċ-Ċina. Permezz tas-sussidjarji tagħha, hija twettaq attivitajiet ta’ investiment barrani u għandha interessi ta’ ekwità f’impriżi finanzjarji kbar tal-istat fiċ-Ċina;

ENGIE E&P hija attiva fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass naturali, inklużi l-ħażna, l-ipproċessar, l-użu, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-bejgħ taż-żejt u l-gass naturali, kif ukoll fit-twettiq ta’ servizzi relatati, bħal servizzi relatati għal tħaffir, work-overs u bjar taż-żejt.

5.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

6.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8542 — The Carlyle Group/CVC/China Investment Corporation/ENGIE E&P International, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8651 — Bosch/HASCO/ASCN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 341/08)

1.

Fl-4 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Robert Bosch GmbH (“Bosch”, il-Ġermanja),

Huayu Automotive Systems Company Ltd (“HASCO”, iċ-Ċina), ikkontrollata permezz ta’ SAIC Motor Corporation mill-Kummissjoni ta’ Superviżjoni u Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Gvern Muniċipali ta’ Shanghai,

Bosch Automobile Steering (Nanjing) Co., Ltd (“ASCN”, iċ-Ċina), ikkontrollata minn Bosch.

Bosch u HASCO - permezz tal-impriża konġunta (joint venture) tagħhom, Bosch HUAYU Steering Systems Co., Ltd - jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ASCN.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Bosch: fornitur attiv globalment ta’ teknoloġija u servizzi għall-industrija tal-vetturi, teknoloġija industrijali, oġġetti tal-konsum u l-industriji tal-enerġija u tat-teknoloġija tal-bini,

—   għal HASCO: attiva fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ komponenti awtomotivi għal varjetà ta’ manifatturi tal-karozzi,

—   għal ASCN: attiva fil-produzzjoni ta’ tagħmir għall-manuvrar assistit mill-enerġija (power assisted steering geas), l-aktar fiċ-Ċina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8651 — Bosch/HASCO/ASCN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.