ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 340/01 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 340/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8627 — GETEC/Briva/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Ottubru 2017
dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2017/C 340/01)
1. DAĦLA
1. |
Fit-22 ta’ Ġunju 2017, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżenta Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2017/18) (1). Fit-12 ta’ Lulju 2017, il-Kunsill ikkonsulta l-Kummissjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni. |
2. |
Il-kompetenza tal-Kummissjoni li twassal opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 129(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 40.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE. |
3. |
Il-Kummissjoni tilqa’ l-inizjattiva tal-BĊE li tirrakkomanda lil-leġiżlatur emenda tal-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE sabiex il-BĊE jkun jista’ jirregola “sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji” għal skopijiet ta’ politika monetarja, billi din tikkomplementa l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2017 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (2) billi jiġi adattat l-qafas legali applikabbli għall-BĊE. Dan jippermetti li l-BĊE jwettaq bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet li għandhom il-banek ċentrali ta’ emissjoni skont il-proposta tal-Kummissjoni msemmija qabel f’dak li jirigwarda s-sistemi ta’ kklerjar għal strumenti finanzjarji ddenominati fl-euro. |
2. KUMMENTI ĠENERALI
4. |
Il-Kummissjoni tikkondividi l-fehma tal-BĊE li l-kontropartijiet ċentrali (central counterparties, CCPs) huma ta’ importanza ewlenija għall-Unjoni u taqbel mal-BĊE li l-ikklerjar ċentrali kulma jmur aktar qed isir transfruntier fin-natura tiegħu u sistemikament importanti. Minn meta ġie adottat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u b’riżultat kemm ta’ fatturi xprunati mis-swieq kif ukoll fatturi regolatorji, il-volum ta’ attività tas-CCPs fl-Unjoni u globalment żdied b’pass mgħaġġel kemm fl-iskala kif ukoll fl-ambitu. L-ikklerjar ċentrali jikkontribwixxi għat-tnaqqis fir-riskju sistemiku permezz ta’ ġestjoni tar-riskju tal-kontroparti, aktar trasparenza u użu aktar effiċjenti tal-kollateral. L-ikklerjar ċentrali obbligatorju ta’ derivattivi barra l-Borża standardizzati kien impenn li sar mill-mexxejja tal-G20 sa mill-2009 u ġie implimentat fl-Unjoni Ewropea u globalment. Minn dak iż-żmien ’il hawn is-sehem tad-derivattivi barra l-Borża kklerjati ċentralment żdied, u din l-espansjoni mistennija tkompli fis-snin li ġejjin bl-introduzzjoni ta’ obbligi ta’ kklerjar addizzjonali għal tipi oħra ta’ strumenti u biż-żieda ta’ kklerjar volontarju mill-kontropartijiet li għadhom mhumiex soġġetti għal obbligu ta’ kklerjar. Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2017 biex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat b’mod immirat, sabiex jitjiebu l-effettività u l-proporzjonalità tiegħu, se toħloq aktar inċentivi għas-CCPs biex joffru kklerjar ċentrali ta’ derivati lill-kontropartijiet u jiffaċilitaw l-aċċess għall-ikklerjar lil kontropartijiet żgħar finanzjarji u mhux finanzjarji. Barra minn hekk, is-swieq tal-ikklerjar huma integrati tajjeb madwar l-Unjoni iżda kkonċentrati ħafna f’ċerti klassijiet ta’ assi u interkonnessi ħafna. Iżda inevitabbilment iż-żieda fis-sehem tal-ikklerjar ċentrali tfisser li hemm aktar konċentrazzjoni ta’ riskju fis-CCPs. Il-Kummissjoni taqbel li jeħtieġ li dan jiġi indirizzat kif xieraq u diġà pproponiet miżuri regolatorji għal dan il-għan. |
5. |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni taqbel mal-BĊE li ż-żieda fl-importanza sistemika tas-CCPs tista’ twassal għal riskji li jistgħu jaffettwaw is-sistemi tal-ikklerjar, u dan jista’ jkollu effett negattiv fuq il-funzjonament bla xkiel tas-sistemi tal-ħlasijiet u fl-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika, u fl-aħħar mill-aħħar dan jaffettwa l-objettiv primarju li tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet. |
6. |
Il-Kummissjoni taqbel ukoll mal-BĊE li l-irtirar tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea, kif notifikat fid-29 ta’ Marzu 2017, jippreżenta lill-Unjoni sfida sinifikanti addizzjonali għax ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhux se jibqgħu japplikaw għas-CCPs stabbiliti hemm u l-ammont ta’ strumenti finanzjarji ddenominati f’muniti tal-Istati Membri li huma kklerjati f’pajjiżi terzi jiżdiedu b’mod sostanzjali. |
3. KUMMENTI SPEĊIFIĊI
7. |
Ta’ min ifakkar li, skont l-Artikolu 127(1) TFUE, l-objettiv primarju tas-SEBĊ huwa li tinżamm stabbiltà fil-prezzijiet. L-Artikolu 127(2) TFUE jiddetermina li d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja u l-promozzjoni tal-funzjonament bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas jiġu inklużi fost il-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-SEBĊ. Dawn il-kompiti bażiċi jinsabu mniżżla wkoll fl-Artikolu 3(1) tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE. Dawn għandhom l-objettiv primarju tas-SEBĊ li jżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet; għaldaqstant jeħtieġ li l-eżerċizzju tagħhom jikkontribwixxi biex jintlaħaq dan ir-riżultat. |
8. |
L-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE, bit-titlu “Sistemi ta’ clearing u ħlas”, jipprevedi li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiżgura li s-sistemi tal-ikklerjar u ta’ ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjizi terzi jkunu effiċjenti u validi. L-Artikolu 22 jinsab fil-Kapitolu IV tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE rigward “Funzjonijiet monetarji u ħidmiet tal-SEBĊ”, flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jippermettu li l-BĊE jeżerċita l-kompiti bażiċi tas-SEBĊ. |
9. |
Il-Kummissjoni tinterpreta l-emenda rakkomandata tal-BĊE għall-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-Renju Unit vs il-BĊE, il-Kawża T-496/11 tal-4 ta’ Marzu 2015 (3). Il-Qorti Ġenerali sostniet li s-setgħa li jadotta r-regolamenti skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE hija wieħed mill-mezzi disponibbli biex il-BĊE jwettaq il-kompitu, fdat f’idejn l-Eurosistema mill-Artikolu 127(2) TFUE, li jippromwovi l-funzjonament bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas. Il-kompitu stess iservi l-objettiv primarju stabbilit fl-Artikolu 127(1) TFUE. Fl-istess sentenza l-Qorti Ġenerali sostniet ukoll li t-terminu “sistemi ta’ clearing u ħlas” li jintuża fl-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE jrid jiġi interpretat fid-dawl tal-kompitu “li s-sistemi ta’ clearing u ħlas fl-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu effiċjenti u validi”, għaldaqstant jenħtieġ li l-kapaċità li jingħata l-BĊE permezz tal-Artikolu 22 tal-Istatut li jadotta regolamenti “sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ clearing u ħlas fl-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu effiċjenti u validi” ma tiġix interpretata li jingħata din is-setgħa fir-rigward tas-sistemi tal-ikklerjar kollha, inklużi dawk relatati mat-tranżazzjonijiet fit-titoli, iżda minflok trid tinftiehem bħala limitata għas-sistemi tal-ikklerjar ta’ ħlas biss. |
10. |
Bir-Rakkomandazzjoni tiegħu, il-BĊE jitlob emenda tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE biex jinkludi s-sistemi tal-ikklerjar għall-istrumenti finanzjarji taħt il-kompetenza regolatorja tiegħu. Għaldaqstant, din il-bidla rakkomandata timplika estensjoni tas-setgħat regolatorji tal-BĊE u tippermetti li l-BĊE jadotta regolamenti rigward is-sistemi tal-ikklerjar għall-istrumenti finanzjarji. Madankollu, ta’ min jinnota li, skont l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE, il-BĊE jista’ jagħmel regolamenti biss sa fejn meħtieġ biex jimplimenta l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE. |
11. |
Bil-proposta leġiżlattiva tagħha tat-13 ta’ Ġunju 2017 biex temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-Kummissjoni tfittex li ssaħħaħ ir-responsabbiltajiet tal-banek ċentrali ta’ emissjoni fir-rigward tas-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti biex joperaw fl-Unjoni. Il-proposta biex jissaħħu r-responsabbiltajiet tal-banek ċentrali ta’ emissjoni hija minħabba r-riskji potenzjali li l-funzjonament bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja unika, li huma kompiti bażiċi tas-SEBĊ, jistgħu jġarrbu minħabba l-funzjonament ħażin ta’ CCP, u fl-aħħar mill-aħħar dan jista’ jaffettwa jekk jintlaħaqx l-objettiv primarju li tinżamm l-istabbiltà fil-prezzijiet. Għaldaqstant, ir-rwol imsaħħaħ għall-banek ċentrali tas-SEBĊ taħt il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni huwa konsistenti mal-objettiv primarju tas-SEBĊ u t-twettiq tal-kompiti bażiċi tal-BĊE u tas-EBĊ. |
12. |
Fin-nuqqas ta’ referenza espliċita għas-sistemi tal-ikklerjar għall-istrumenti finanzjarji jew għas-CCPs fit-Trattat jew fl-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE, għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt huwa ta’ importanza assoluta li l-BĊE jingħata s-setgħa b’mod ċar skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE biex jadotta l-miżuri meħtieġa rigward is-sistemi tal-ikklerjar għal strumenti finanzjarji sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-SEBĊ u biex twettaq il-kompiti bażiċi tagħha. Dan l-għoti tas-setgħa huwa meħtieġ b’mod partikulari biex jippermetti li l-BĊE jwettaq bis-sħiħ ir-rwol maħsub għall-banek ċentrali ta’ emissjoni mill-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2017 biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
13. |
Il-Kummissjoni tinnota li l-BĊE huwa tal-opinjoni li jenħtieġ li jingħata setgħat regolatorji (il-premessa 7 tar-Rakkomandazzjoni ECB/2017/18). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-proposta leġiżlattiva tagħha biex temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 teħtieġ li l-banek ċentrali ta’ emissjoni jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet (vinkolanti) fuq għadd ta’ kwistjonijiet fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni tas-CCPs tal-Unjoni jew ir-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi kif ukoll fis-superviżjoni kontinwa tas-CCPs. Barra minn hekk, il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2017 ukoll tieħu bħala bażi li l-banek ċentrali ta’ emissjoni jistgħu jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq is-CCPs tal-Unjoni u CCPs ta’ pajjiżi terzi sistemikament importanti (CCPs tal-Grad 2) fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti ta’ politika monetarja tagħhom (ara b’mod partikolari l-Artikolu 21a(2) għas-CCPs tal-Unjoni u l-Artikolu 25(2b)(b); l-Artikolu 25(b)(1) u (2) għas-CCPs tal-pajjiżi terzi). Din tal-aħħar tista’ tiġi interpretata bħala li tmur lil hinn minn sempliċi sorveljanza mill-banek ċentrali ta’ emissjoni tal-infrastrutturi tas-sistemi ta’ kklerjar tat-titoli, u tista’ tikkwalifika legalment bħala li tieħu sehem fir-regolamentazzjoni tal-attività tagħhom. Għaldaqstant, fil-qafas imfassal fil-proposta leġiżlattiva tagħha, il-Kummissjoni hija tal-fehma li huwa xieraq li l-BĊE jingħata s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet u jagħmel regolamenti sa fejn meħtieġ rigward is-sistemi ta’ kklerjar għal strumenti finanzjarji. |
14. |
Is-setgħat il-ġodda tal-BĊE rigward is-CCPs skont l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE jinteraġixxu mas-setgħat tal-istituzzjonijiet, mal-aġenziji u mal-korpi tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq uniku previsti fil-Parti III tat-TFUE, inklużi atti adottati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill skont is-setgħat mogħtija lilhom. Fil-fehma tal-Kummissjoni, huwa importanti ħafna li l-ambitu tas-setgħat (regolatorji) tal-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni jiġu determinati u li ssir distinzjoni bejntiehom b’mod ċar sabiex jiġu evitati regoli paralleli jew kunfliġġenti li japplikaw għas-CCPs. |
15. |
Jinħtieġ li l-atti legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment jew mal-funzjonament tas-suq uniku previsti fil-Parti III tat-TFUE, inklużi atti adottati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill skont is-setgħat mogħtija lilhom, jistabbilixxu l-qafas legali ġenerali għall-ikklerjar ta’ sistemi ta’ strumenti finanzjarji u b’mod partikulari għall-awtorizzazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tas-CCPs fid-dritt tal-Unjoni. Filwaqt li l-parteċipazzjoni tal-BĊE fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward is-CCPs tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi u l-eżerċizzju tas-setgħat regolatorji tiegħu dwar is-CCPs rigward il-kompiti bażiċi tiegħu jsiru b’mod indipendenti skont l-Artikolu 130 TFUE, sa fejn meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv primarju tas-SEBĊ, jinħtieġ li r-responsabbiltajiet ġodda li ngħatawlu jiġu eżerċitati b’mod li huwa konsistenti mal-qafas ġenerali għas-suq intern li semma’ aktar ’il fuq u li huwa stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill li jaġixxi fuq il-bażi ta’ dawn is-setgħat u li, fejn applikabbli, jinħtieġ li jirrispetta r-responsabbiltajiet u l-proċeduri stabbiliti fil-qafas. |
16. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-emenda rakkomandata tal-BĊE għall-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE tkun tibbenefika minn kjarifiki addizzjonali u jinħtieġ li terġa’ tinkiteb biex tenfasizza li s-setgħat regolatorji u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-BĊE għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi tas-SEBĊ u l-prestazzjoni tal-kompiti bażiċi tiegħu. Barra minn hekk, jinħtieġ li l-emenda tenfasizza li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati b’mod li huwa konsistenti ma’ kwalunkwe att adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment jew mal-funzjonament tas-suq intern previsti fil-Parti III tat-TFUE, u mal-atti delegati adottati mill-Kummissjoni u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skont is-setgħat mogħtija lilhom. |
4. KONKLUŻJONI
Il-Kummissjoni b’dan tagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-BĊE li l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE jiġi emendat, soġġetta għall-aġġustamenti stabbiliti fil-punti 10-16 ta’ din l-opinjoni.
Fl-anness ta’ din l-opinjoni, l-emendi proposti mill-Kummissjoni huma pprovduti f’forma ta’ tabella. Jinħtieġ li din it-tabella tinqara flimkien mat-test ta’ din l-opinjoni.
Din l-opinjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Magħmul fi Strasburgu, it-3 ta’ Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU C 212, 1.7.2017, p. 14.
(2) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(3) ECLI: EU:T:2015:133.
ANNESS
PROPOSTA TA’ ABBOZZAR
Test rakkomandat mill-BĊE |
Emenda proposta mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 22 |
|
“Artikolu 22 Sistemi ta’ clearing u ħlas Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ clearing u ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu effiċjenti u sodi.” |
“Artikolu 22 Sistemi ta’ clearing u ħlas 22.1. Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiġi żgurat li s-sistemi ta’ clearing u ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi jkunu effiċjenti u sodi. 22.2. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-SEBĊ u biex twettaq il-kompiti tagħha, il-BĊE jista’ jagħmel regolamenti rigward is-sistemi ta’ clearing għal strumenti finanzjarji fl-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi, b’mod konsistenti ma’ atti adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u ma’ miżuri adottati skont dawn l-atti.” |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ Ottubru 2017
(2017/C 340/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1797 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,55 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4428 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89410 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,5265 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1522 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3745 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,900 |
HUF |
Forint Ungeriż |
310,65 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2931 |
RON |
Leu Rumen |
4,5753 |
TRY |
Lira Turka |
4,3385 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5155 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4745 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2067 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6688 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6001 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 336,25 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,1484 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7609 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5035 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 912,97 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9783 |
PHP |
Peso Filippin |
60,728 |
RUB |
Rouble Russu |
68,2832 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,237 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,7378 |
MXN |
Peso Messikan |
21,9090 |
INR |
Rupi Indjan |
76,9720 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/6 |
Sommarju tal-Opinjoni dwar il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi gateway diġitali unika u l-prinċipju ta’ “darba biss”
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)
(2017/C 340/03)
Il-Proposta hija fost l-ewwel strumenti tal-UE li jirreferu b’mod espliċitu għal u jimplimentaw il-prinċipju ta’ “darba biss”, li għandu l-għan li jiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji huma mitluba jipprovdu l-istess informazzjoni darba biss lil amministrazzjoni pubblika, li mbagħad tkun tista’ terġa’ tuża l-informazzjoni li diġà għandha. Il-Proposta tipprevedi li l-iskambju ta’ evidenza għal proċeduri transkonfinali speċifikati (bħal, pereżempju, talba għal rikonoxximent ta’ diploma) ser jinbeda mit-talba espliċita ta’ utent u ser iseħħ f’sistema teknika stabbilita mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, b’mekkaniżmu ta’ previżjoni integrat li jiżgura trasparenza lejn l-utent.
Il-KEPD jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu mmodernizzati s-servizzi amministrattivi u japprezza t-tħassib tagħha dwar l-impatt li din il-Proposta jista’ jkollha fuq il-protezzjoni ta’ data personali. L-Opinjoni tinħareġ fuq it-talba speċifika tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Parlament. Hija ispirata wkoll mill-prijoritajiet tal-Presidenza Estonjana tal-Kunsill, li speċifikament tinkludi “Ewropa diġitali u l-moviment liberu tad-data”.
Minbarra li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi sabiex tkompli titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni, il-KEPD jixtieq ukoll jaħtaf din l-opportunità biex jipprovdi ħarsa ġenerali introduttorja tal-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-prinċipju ta’ “darba biss” b’mod ġenerali, minkejja li ħafna minn dan it-tħassib mhuwiex neċessarjament ikkonfermat mill-Proposta fil-forma attwali tagħha. Dan jirrelata, b’mod partikolari, mal-bażi ġuridika tal-ipproċessar, tal-limitazzjoni tal-iskop, u tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. Il-KEPD jenfasizza li sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni b’suċċess tal-prinċipju ta’ “darba biss” madwar l-Ewropa kollha, u sabiex ikun permess skambju transkonfinali legali ta’ data, il-prinċipju ta’ “darba biss” għandu jiġi implimentat f’konformità mal-prinċipji rilevanti tal-protezzjoni tad-data.
Fir-rigward tal-Proposta nnifisha, il-KEPD jappoġġja l-isforzi li saru sabiex jiġi żgurat li l-individwi jibqa’ jkollhom kontroll tad-data personali tagħhom, inkluż billi tiġi rikjesta “talba espliċita tal-utent” qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment ta’ evidenza bejn awtoritajiet kompetenti u billi tingħata l-possibbiltà lill-utent li “jara minn qabel” l-evidenza li tkun ser tiġi skambjata. Huwa jilqa’ wkoll l-emendi li saru fir-Regolament tal-IMI li jikkonfermaw u jaġġornaw id-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta’ superviżjoni kkoordinata previsti għall-IMI u li jippermettu wkoll lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“EDPB”) jibbenefika mill-possibbiltajiet tekniċi offruti mill-IMI għal skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).
L-Opinjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar firxa ta’ kwistjonijiet, li jiffukaw fuq il-bażi ġuridika għall-iskambju transkonfinali ta’ evidenza, il-limitazzjoni tal-iskop, u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-“prinċipju ta’ darba biss” kif ukoll tħassib prattiku rigward il-kontroll tal-utent. Rakkomandazzjonijiet ewlenin jinkludu kjarifika dwar il-fatt li l-Proposta ma tipprovdix bażi ġuridika għall-użu ta’ sistema teknika għall-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet għajr dawk previsti fl-erba’ direttivi elenkati jew inkella previsti taħt il-liġi applikabbli tal-UE jew dik nazzjonali, u li l-Proposta ma għandhiex l-għan li tpoġġi restrizzjoni fuq il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop skont il-GDPR; kif ukoll kjarifika ta’ firxa ta’ kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni prattika tal-kontroll tal-utent. Fir-rigward tal-emendi li saru fir-Regolament tal-IMI, il-KEPD jirrakkomanda li l-GDPR jiżdied mal-Anness tar-Regolament tal-IMI sabiex ikun permess l-użu potenzjali tal-IMI għall-finijiet tal-protezzjoni tad-data.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
Fit-2 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea (“Kummissjoni”) adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (1) (“Proposta”).
L-għan tal-Proposta huwa li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transkonfinali taċ-ċittadini u tan-negozji billi jingħataw aċċess faċli għall-utent, permezz ta’ gateway diġitali unika, għal informazzjoni, proċeduri u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi li huma jkunu jeħtieġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tas-suq intern. F’dan ir-rigward, din il-Proposta tirrappreżenta inizjattiva importanti fil-vjaġġ tal-Kummissjoni lejn l-iżvilupp ta’ suq intern aktar profond u aktar ġust kif ukoll Suq Diġitali Uniku (2).
L-Artikoli 4 sa 6 tal-Proposta jenfasizzaw is-“servizzi gateway” offruti mill-gateway diġitali unika. Dawn jirriflettu mill-qrib it-titolu tal-Proposta nnifisha u jinkludu:
— |
aċċess għal informazzjoni, |
— |
aċċess għal proċeduri u |
— |
aċċess għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi. |
Ta’ min jinnota wkoll li l-Proposta, fl-Artikolu 36 tagħha, tfittex li temenda diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (“ir-Regolament tal-IMI”) (3), li jistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-operazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) (4).
Il-Proposta hija fost l-ewwel strumenti tal-UE li jirreferu b’mod espliċitu għal u jimplimentaw il-prinċipju ta’ “darba biss” (5). Il-Proposta tirreferi għall-kunċett ta’ darba biss u l-benefiċċji tiegħu billi tispjega li “ċ-ċittadini u n-negozji ma għandhomx għalfejn jipprovdu l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi aktar minn darba għall-iskambju transfruntier ta’ evidenza” (6). Il-Proposta tipprevedi li l-iskambju ta’ evidenza għal proċeduri speċifikati ser jinbeda mit-talba ta’ utent u ser iseħħ fis-sistema teknika stabbilita mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri (7) (għal aktar dettalji, ara t-Taqsima 3 t’hawn taħt).
Din l-Opinjoni hija risposta għal talba tal-Kummissjoni u talba separata sussegwenti tal-Parlament Ewropew (“Parlament”) lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“KEPD”), bħala awtorità ta’ sorveljanza indipendenti, biex tingħata opinjoni dwar il-Proposta. Il-KEPD jilqa’ l-fatt li ġie kkonsultat miż-żewġ istituzzjonijiet. L-Opinjoni ssegwi konsultazzjoni informali mill-Kummissjoni tal-KEPD qabel l-adozzjoni tal-Proposta.
Il-KEPD jieħu nota ta’ u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu mmodernizzati s-servizzi amministrattivi billi jiġu ffaċilitati d-disponibbiltà, il-kwalità u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea. Huwa jenfasizza wkoll, b’mod partikolari, li l-prinċipju ta’ “darba biss” jista’ jikkontribwixxi lejn dawn l-għanijiet, soġġett għall-konformità mal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u b’rispett tad-drittijiet fundamentali tal-individwi.
Il-KEPD japprezza t-tħassib tal-Kummissjoni u tal-Parlament dwar l-impatt li din il-Proposta jista’ jkollha fuq il-protezzjoni ta’ data personali. Huwa jilqa’ l-fatt li ħafna mill-kummenti informali tiegħu ġew ikkunsidrati. B’mod partikolari, huwa jappoġġja:
— |
l-isforzi li saru sabiex jiġi żgurat li l-individwi jibqa’ jkollhom kontroll tad-data personali tagħhom, inkluż billi tiġi rikjesta “talba espliċita tal-utent” qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment ta’ evidenza bejn awtoritajiet kompetenti (Artikolu 12(4)), u billi tingħata l-possibbiltà lill-utent li “jara minn qabel” l-evidenza li tkun ser tiġi skambjata (Artikolu 12(2)(e)); |
— |
l-isforzi li saru biex jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni materjali għall-prinċipju ta’ “darba biss” (Artikolu 12(1)); u |
— |
ir-rekwiżit espliċitu tal-użu ta’ data anonima u/jew aggregata għall-ġbir ta’ rispons tal-utent u statistika rilevanti (Artikoli 21-23); |
— |
barra minn hekk, huwa jilqa’ l-emenda proposta tar-Regolament tal-IMI li tikkonferma u taġġorna d-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta’ superviżjoni kkoordinata previsti għall-IMI sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u koerenti (Artikolu 36(6)(b); |
— |
finalment, jintlaqgħu wkoll aktar dispożizzjonijiet ġenerali li juru impenn sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali, bħal dawk fil-premessi 43 u 44 u l-Artikolu 29. |
L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi sabiex jiġi indirizzat it-tħassib li jifdal dwar il-protezzjoni tad-data u b’hekk tkompli titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni (ara t-Taqsima 3 hawn taħt). Mit-tliet servizzi gateway elenkati hawn fuq, din l-Opinjoni ser tiffoka fuq “l-aċċess għal proċeduri” (Artikolu 5) u b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-“iskambju transkonfinali ta’ evidenza bejn awtoritajiet kompetenti” skont l-Artikolu 12, peress li dawn huma l-aktar rilevanti għall-protezzjoni ta’ data personali. Il-bqija tal-Proposta (inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-aċċess għal informazzjoni u aċċess għal servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi) ftit li xejn iqajjem tħassib rilevanti. Barra minn hekk, il-KEPD jikkummenta wkoll fil-qosor dwar emendi magħżula li saru fir-Regolament tal-IMI.
Minbarra dan, il-KEPD jixtieq jaħtaf din l-opportunità biex jipprovdi ħarsa ġenerali introduttorja tal-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-prinċipju ta’ “darba biss” b’mod ġenerali, minkejja li ħafna minn dan it-tħassib mhuwiex neċessarjament ikkonfermat mill-Proposta fil-forma attwali tagħha (ara t-Taqsima 2 hawn taħt).
4. KONKLUŻJONIJIET
Il-KEPD jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu mmodernizzati s-servizzi amministrattivi billi jiġu ffaċilitati d-disponibbiltà, il-kwalità u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea u japprezza l-konsultazzjoni u t-tħassib tal-Kummissjoni u tal-Parlament dwar l-impatt li din il-Proposta jista’ jkollha fuq il-protezzjoni ta’ data personali.
Minbarra li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi sabiex tkompli titjieb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni, huwa jixtieq ukoll jaħtaf din l-opportunità biex jipprovdi ħarsa ġenerali introduttorja tal-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-prinċipju ta’ “darba biss” b’mod ġenerali, minkejja li ħafna minn dan it-tħassib mhuwiex neċessarjament ikkonfermat mill-Proposta fil-forma attwali tagħha. Dan jirrelata, b’mod partikolari ma’:
— |
il-bażi ġuridika għall-ipproċessar, |
— |
il-limitazzjoni tal-iskop |
— |
u d-drittijiet tas-suġġett tad-data. |
Il-KEPD jenfasizza li sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni b’suċċess tal-prinċipju ta’ “darba biss” madwar l-Ewropa kollha, u sabiex ikun permess skambju transkonfinali legali ta’ data, il-prinċipju ta’ “darba biss” għandu jiġi implimentat f’konformità mal-prinċipji rilevanti tal-protezzjoni tad-data.
Fir-rigward tal-Proposta nnifisha, il-KEPD jappoġġja:
— |
l-isforzi li saru sabiex jiġi żgurat li l-individwi jibqa’ jkollhom kontroll tad-data personali tagħhom, inkluż billi tiġi rikjesta “talba espliċita tal-utent” qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment ta’ evidenza bejn awtoritajiet kompetenti (Artikolu 12(4)), u billi tingħata l-possibbiltà lill-utent li “jara minn qabel” l-evidenza li tkun ser tiġi skambjata (Artikolu 12(2)(e)); |
— |
l-isforzi li saru biex jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni materjali għall-prinċipju ta’ “darba biss” (Artikolu 12(1)); |
— |
barra minn hekk, huwa jilqa’ l-emenda proposta tar-Regolament tal-IMI li tikkonferma u taġġorna d-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta’ superviżjoni kkoordinata previsti għall-IMI sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u koerenti (Artikolu 36(6)(b); |
— |
huwa jilqa’ wkoll l-inklużjoni tal-korpi tal-UE fid-definizzjoni tal-atturi tal-IMI fil-Proposta, li jistgħu jgħinu biex il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (“EDPB”) jibbenefika mill-possibbiltajiet tekniċi offruti mill-IMI għal skambju ta’ informazzjoni. |
Fir-rigward tal-bażi ġuridika tal-ipproċessar, il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied premessa waħda jew aktar sabiex jiġi ċċarat li:
— |
il-Proposta nnifisha ma tipprovdix bażi ġuridika għall-iskambju ta’ evidenza, u li kwalukwe skambju ta’ evidenza skont l-Artikolu 12(1) għandu jkollu bażi ġuridika xierqa band’oħra, bħal fl-erba’ direttivi elenkati fl-Artikolu 12(1) jew taħt il-liġi applikabbli tal-UE jew dik nazzjonali; |
— |
il-bażi ġuridika għall-użu tas-sistema teknika speċifikata fl-Artikolu 12 għall-iskambju ta’ evidenza hija t-twettiq ta’ kompitu fl-interess pubbliku skont l-Artikolu 6(1)(e) tal-GDPR; u li |
— |
l-utenti għandhom id-dritt li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom fis-sistema teknika skont l-Artikolu 21(1) tal-GDPR. |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop, il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied premessa waħda jew aktar sabiex jiġi ċċarat li:
— |
il-Proposta ma tipprovdix bażi ġuridika għall-użu tas-sistema teknika għal skambju ta’ informazzjoni għall-finijiet għajr dawk previsti fl-erba’ direttivi elenkati jew inkella previsti taħt il-liġi applikabbli tal-UE jew dik nazzjonali; |
— |
u li l-Proposta bl-ebda mod ma għandha l-għan li tpoġġi restrizzjoni fuq il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop skont l-Artikoli 6(4) u 23(1) tal-GDPR. |
Fir-rigward tal-kunċett ta’ “talba espliċita”, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta tiċċara (preferibbilment f’dispożizzjoni sostantiva):
— |
x’inhu dak li jagħmel it-talba “espliċita” u kemm għandha tkun speċifika t-talba: |
— |
jekk it-talba tistax tiġi ppreżentata permezz tas-sistema teknika msemmija fl-Artikolu 12(1); |
— |
x’inhuma l-konsegwenzi jekk l-utent jagħżel li ma jagħmilx “talba espliċita”, u |
— |
jekk tali talba tistax tiġi rtirata. (Għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi, ara t-Taqsima 3.3 t’hawn fuq). |
B’rabta mal-kwistjoni ta’ “previżjoni”, il-KEPD jirrakkomanda li:
— |
il-Proposta tiċċara x’inhuma l-għażliet għall-utent li juża l-possibbiltà li “jara minn qabel” id-data li tkun ser tiġi skambjata; |
— |
b’mod partikolari, l-Artikolu 12(2)(e) għandu jiċċara li l-utent jingħata possibbiltà ta’ previżjoni f’waqtha qabel ma l-evidenza ssir aċċessibbli għar-riċevitur; u jkun jista’ jirtira t-talba għall-iskambju tal-evidenza (ara wkoll ir-rakkomandazzjonijiet relatati tagħna dwar “talbiet espliċiti”); |
— |
dan jista’ jsir, pereżempju, billi fit-tmiem tas-sentenza fl-Artikolu 12(2)(e) jiddaħħlu l-kliem: “qabel ma din issir aċċessibbli għall-awtorità rikjedenti, u jista’ jirtira t-talba fi kwalunkwe ħin”). |
Fir-rigward tad-definizzjoni ta’ evidenza u l-firxa ta’ proċeduri onlajn koperti, il-KEPD jirrakkomanda:
— |
li tiġi sostitwita r-referenza għall-Artikolu 2(2)(b) fl-Artikolu 3(4) b’referenza għall-Artikolu 12(1) jew tingħata soluzzjoni leġiżlattiva oħra li tirriżulta f’effett simili; |
— |
il-KEPD jenfasizza wkoll li huwa jilqa’ l-isforzi li saru fil-Proposta biex jiġi limitat l-iskambju ta’ informazzjoni għall-proċeduri onlajn elenkati fl-Anness II u l-erba’ direttivi elenkati speċifikament; |
— |
għalhekk, huwa jirrakkomanda li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta jibqa’ definit b’mod ċar u jkompli jinkludi l-Anness II u r-referenzi għall-erba’ direttivi elenkati speċifikament. |
Finalment, il-KEPD jirrakkomanda:
— |
li l-GDPR jiżdied mal-Anness tar-Regolament tal-IMI sabiex ikun permess l-użu potenzjali tal-IMI għall-finijiet tal-protezzjoni tad-data; u |
— |
li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data jiżdiedu mal-lista ta’ servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi elenkati fl-Anness III. |
Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2017.
Giovanni BUTTARELLI
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012, COM(2017) 256 final, 2017/0086 (COD) (minn issa ’l quddiem, il-Proposta).
(2) Memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta, p. 2.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(4) Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD tat-22 ta’ Novembru 2011 dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern
(“IMI”) disponibbli fuq https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/11-11-22_imi_opinion_mt.pdf
(5) Ara wkoll l-Artikolu 14 tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament… [ir-Regolament tal-ESC], COM(2016) 823 final, 2016/0402(COD).
(6) Il-Premessa 28 tal-Proposta.
(7) L-Artikolu 12(1) u (4) tal-Proposta.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/10 |
Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
Avviż dwar it-talba għall-estensjoni tal-konċessjoni għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejħa “concession de Nonville”
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 340/04)
Permezz ta’ applikazzjoni bid-data tas-16 ta’ Diċembru 2016, kompletata fit-13 ta’ Marzu 2017, l-impriża BridgeOil SAS (49 rue Arsène et Louis Lambert, F-86100 Châtellerault) talbet estenzjoni tal-konċessjoni tagħha li tfittex l-idrokarburi konvenzjonali likwidi jew fil-forma ta’ gass imsejħa “concession de Nonville”, li tinsab fit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Darvault, Nemours, Nonville u Treuzy-Levelay f’Seine-et-Marne.
Il-perimetru ta’ din l-estensjoni, ta’ madwar 12,71 km2, hu mmarkat bil-linji dritti li jgħaqqdu l-punti ddefiniti hawn taħt:
Punt |
Il-meridjan NTF oriġini Pariġi |
Il-meridjan RGF93 oriġini Greenwich |
||
Lonġitudni tal-Lvant |
Latitudni tat-Tramuntana |
Lonġitudni tal-Lvant |
Latitudni tat-Tramuntana |
|
A |
0,450 gr |
53,670 gr |
2°44′30″ |
48°18′10″ |
B |
0,470 gr |
53,670 gr |
2°45′34″ |
48°18′10″ |
C |
0,470 gr |
53,680 gr |
2°45′34″ |
48°18′43″ |
D |
0,510 gr |
53,680 gr |
2°47′44″ |
48°18′43″ |
E |
0,510 gr |
53,650 gr |
2°47′44″ |
48°17′06″ |
F |
0,500 gr |
53,650 gr |
2°47′12″ |
48°17′06″ |
G |
0,500 gr |
53,627 gr |
2°47′12″ |
48°15′51″ |
H |
0,485 gr |
53,627 gr |
2°46′23″ |
48°15′51″ |
I |
0,485 gr |
53,622 gr |
2°46′23″ |
48°15′35″ |
J |
0,470 gr |
53,622 gr |
2°45′34″ |
48°15′35″ |
K |
0,470 gr |
53,624 gr |
2°45′34″ |
48°15′42″ |
L |
0,466 gr |
53,624 gr |
2°45′21″ |
48°15′42″ |
M |
0,466 gr |
53,627 gr |
2°45′21″ |
48°15′51″ |
N |
0,429 gr |
53,627 gr |
2°43′22″ |
48°15′51″ |
O |
0,429 gr |
53,634 gr |
2°43′22″ |
48°16′14″ |
P |
0,421 gr |
53,634 gr |
2°42′56″ |
48°16′14″ |
Q |
0,421 gr |
53,646 gr |
2°42′56″ |
48°16′53″ |
R |
0,428 gr |
53,646 gr |
2°43′18″ |
48°16′53″ |
S |
0,428 gr |
53,649 gr |
2°43′18″ |
48°17′03″ |
T |
0,432 gr |
53,649 gr |
2°43′31″ |
48°17′03″ |
U |
0,432 gr |
53,653 gr |
2°43′31″ |
48°17′16″ |
V |
0,435 gr |
53,653 gr |
2°43′41″ |
48°17′16″ |
W |
0,435 gr |
53,655 gr |
2°43′41″ |
48°17′22″ |
X |
0,450 gr |
53,655 gr |
2°44′30″ |
48°17′22″ |
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jenħtieġ li jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-Avviż dwar il-ksib ta’ drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza (“Avis relatif à l’obtention des titres miniers d’hydrocarbures en France”), ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta’ Diċembru 1994, p. 11, u stabbiliti bid-Digriet imsemmi hawn fuq.
L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika u Solidali fl-indirizz mogħti hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi se jittieħdu sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Jannar 2020.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti mistiedna jirreferu għall-Artikoli L161-1 u L161-2 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).
Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-Ministeru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika u Solidali (l-uffiċċju għar-riżorsi enerġetiċi minn taħt l-art, Tour Séquoia, 1 place Carpeaux, 92800 Puteaux, FRANCE; tel. +33 140819527).
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit web Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/12 |
Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Lelików”
(2017/C 340/05)
Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-gass naturali taż-żona “Lelików”, li tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Cieszków u Milicz, fil-provinċja ta’ Dolnośląskie:
Isem |
Sistema ta’ koordinati PL-1992 |
|
X |
Y |
|
Lelików |
413 340,09 |
387 890,42 |
414 099,85 |
390 405,72 |
|
412 230,65 |
391 534,72 |
|
411 773,93 |
390 022,65 |
|
411 841,09 |
388 795,82 |
L-applikazzjonijiet iridu jkopru ż-żona msemmija hawn fuq.
L-applikazzjonijiet tal-konċessjonijiet iridu jiġu sottomessi lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard minn nofsinhar (12.00 CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet li jaslu se jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) |
it-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %); |
(b) |
il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %); |
(c) |
it-tariffa proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri (10 %). |
It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona “Lelików” hija:
1. |
għall-prospettar ta’ depożiti tal-gass naturali:
|
2. |
għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-gass naturali:
|
3. |
għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-gass naturali:
|
Il-proċedura tal-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika bil-miktub dwar l-eżitu ta’ din il-proċedura.
L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.
L-awtorità tal-liċenzji se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-gass naturali lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri ma’ dak l-applikant.
Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Ministerstwo Środowiska [Il-Ministeru tal-Ambjent] |
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi] |
ul. Wawelska 52/54 |
00-922 Warszawa |
POLSKA/POLAND |
L-informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
— |
is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl |
— |
|
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/14 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 340/06)
Stat Membru |
Spanja |
||||||||||
Rotot ikkonċernati |
Gran Canaria - Tenerife Sur Gran Canaria - El Hierro Tenerife Norte - La Gomera Gran Canaria - La Gomera |
||||||||||
Data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotta tal-OSP għal-linji tal-ajru tal-Komunità |
L-1 ta’ Awwissu 2018 |
||||||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra b’rabta mal-obbligi tas-servizz pubbliku |
|
Ir-rotot soġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu operati abbażi ta’ aċċess għall-kompetizzjoni ħielsa mill-1 ta’ Awwissu 2018. F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, l-aċċess jiġi ristrett għal linja tal-ajru waħda permezz tal-proċedura korrispondenti tal-offerti pubbliċi, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/15 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
L-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 340/07)
Stat Membru |
Spanja |
||||||||||
Rotta kkonċernata |
Almeria-Seville |
||||||||||
Id-data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotta OSP tal-linji tal-ajru tal-Komunità |
L-1 ta’ Awwissu 2018 |
||||||||||
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku |
|
Ir-rotta soġġetta għall-obbligi tas-servizz pubbliku tista’ tiġi operata fuq il-bażi tal-aċċess għall-kompetizzjoni ħielsa mill-1 ta’ Awwissu 2018. Fil-każ li ebda linja tal-ajru ma tibgħat programm ta’ servizzi konformi mal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, l-aċċess ikun ristrett għal linja tal-ajru waħda permezz tal-proċedura korrispondenti ta’ offerti pubbliċi, skont l-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8627 — GETEC/Briva/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 340/08)
1. |
Fit-3 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
GETEC u Briva jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u permezz ta’ kuntratt ta’ tmexxija jew kull mezz ieħor f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal GETEC: Il-provvista ta’ servizzi kuntrattwali tal-enerġija fil-Ġermanja, — għal Briva: L-iżvilupp ta’ proġetti, kostruzzjoni, bejgħ jew kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali, kummerċjali u industrijali lil investituri strateġiċi prinċipali fil-Ġermanja u n-Netherlands. Il-joint venture se tkun attiva fit-tfassil, l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija u l-provvista ta’ servizzi kontraenti tal-enerġija għall-bini skont ħtiġijiet individwali tal-klijenti, miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8627 — GETEC/Briva/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.