ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 334

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
6 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 334/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 334/02

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility/CEF) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5437 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2014) 1921)

2

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 334/03

Avviż rigward is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kawża T-67/14 b’rabta mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

3


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Ottubru 2017

(2017/C 334/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1742

JPY

Yen Ġappuniż

132,05

DKK

Krona Daniża

7,4424

GBP

Lira Sterlina

0,89153

SEK

Krona Żvediża

9,5195

CHF

Frank Żvizzeru

1,1472

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3500

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,837

HUF

Forint Ungeriż

311,42

PLN

Zloty Pollakk

4,3000

RON

Leu Rumen

4,5750

TRY

Lira Turka

4,1905

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5015

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4655

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1701

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6413

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5998

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 337,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,0020

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8108

HRK

Kuna Kroata

7,5055

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 803,15

MYR

Ringgit Malażjan

4,9651

PHP

Peso Filippin

59,949

RUB

Rouble Russu

67,5273

THB

Baht Tajlandiż

39,160

BRL

Real Brażiljan

3,6772

MXN

Peso Messikan

21,4107

INR

Rupi Indjan

76,4965


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/2


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility/CEF) — Is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5437  (1) li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2014) 1921  (2) )

(2017/C 334/02)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed iniedi żewġ sejħiet għall-proposti biex jingħataw għotjiet skont il-prijoritajiet u l-objettivi ddefiniti fil-programm ta’ ħidma pluriennali għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-Settur tat-Trasport (il-Pakkett Ġenerali).

Din is-sejħa għall-proposti tindirizza l-prijorità Ajru Uniku Ewropew — SESAR, b’baġit indikattiv ta’ EUR 290 miljun.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-proposti hija l-15 ta’ Marzu 2018.

It-testi sħaħ tas-sejħiet għall-proposti huma disponibbli fuq is-sit web:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-transport/apply-funding/2017-cef-transport-calls-proposals


(1)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5437 final tat-3 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2014) 1921 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma Pluriennali għall-2014–2020 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-Settur tat-Trasport għall-perjodu 2014-2020.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921 final tas-26 ta’ Marzu 2014 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) — is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/3


Avviż rigward is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kawża T-67/14 b’rabta mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

(2017/C 334/03)

Sentenza

Fis-sentenza tagħha tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kawża T-67/14 Viraj Profiles Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annulat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (1), sa fejn dan japplika għall-produttur esportatur Indjan Viraj Profiles Limited (jew “il-produttur esportatur ikkonċernat”).

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-drittijiet tad-difiża tal-produttur esportatur ikkonċernat ġew miksurin mill-istituzzjonijiet billi ma ssodisfawx l-obbligu tagħhom li jiddikjaraw ir-raġunijiet.

Konsegwenzi

F’konformità mal-Artikolu 266 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jieħdu l-passi neċessarji biex jiġu konformi mas-sentenza. Għaldaqstant, in-nuqqas li jiġu ddikjarati r-raġunijiet għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fid-dawl tal-ċirkostanzi partikolari marbutin ma’ dan il-produttur esportatur.

F’kawżi fejn il-proċedimenti jkunu jikkonsistu minn għadd ta’ stadji amministrattivi, l-annullament ta’ wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu (2). L-investigazzjoni antidumping hija eżempju ta’ tali proċediment b’bosta stadji. L-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013, sa fejn dan jikkonċerna Viraj Profiles Limited, kien jikkonċerna stadju wieħed tal-proċediment amministrattiv, jiġifieri d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni lill-produttur esportatur ikkonċernat. Għaldaqstant, hi u timxi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tal-proċediment li wasslu għall-annullament, mingħajr ma tbiddel dawk il-partijiet li ma jintlaqtux mis-sentenza (3). Għalhekk, il-konstatazzjonijiet magħmula fir-Regolament ikkontestat, li ma kinux ikkontestati qabel l-iskadenza tal-perjodi preskrittivi għall-kontestazzjoni jew li ġew miċħuda mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali u għalhekk ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 jibqgħu validi.

Proċedura ta’ ftuħ mill-ġdid

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 sa fejn tikkonċerna l-produttur esportatur ikkonċernat u tissoktaha fil-punt fejn seħħet l-irregolarità.

Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward ta’ Viraj Profiles Limited.

Sottomissjonijiet bil-miktub

Il-produttur esportatur ikkonċernat u l-industrija tal-Unjoni huma mistiedna jippreżentaw l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-provi ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba.. Għal seduti ta’ smigħ relatati mal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid tiġi ppreżentata fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex tintbagħat il-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet bil-miktub u l-korrispondenza kollha pprovduti mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom ikunu mmarkati “Limited” (4).

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Limited” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħhom skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (5) (“ir-Regolament bażiku”), li jkunu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni se tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni permezz ta’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/034

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-SSW-DUMPING@ec.europa.eu

Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li parti interessata pprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni titwarrab u jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun iwassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni immedjatament.

Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tat-termini preskrittivi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta’ smigħ trid tkun ippreżentata fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi lill-partijiet u li tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, l-implimentazzjoni tas-sentenza.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

Proċessar ta’ data personali

Id-data personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (6).

Informazzjoni lill-awtoritajiet doganali

Id-dazji antidumping definittivi mħallsin skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7223 00 19 u 7223 00 99 li joriġinaw mill-Indja, prodotti minn Viraj Profiles Limited (kodiċi TARIC addizzjonali B780), u d-dazji proviżorji miġburin definittivament f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 jinħtieġ li jitħallsu lura jew jiġu mibgħuta lura. Il-ħlas mill-ġdid jew ir-remissjoni jridu jintalbu mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

Divulgazzjoni

Il-produttur esportatur ikkonċernat u l-Industrija tal-Unjoni se jkunu sussegwentement informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li tiġi implimentata s-sentenza u se jingħataw l-opportunità li jikkummentaw.


(1)  ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1.

(2)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [1998] ECR II-3939.

(3)  Il-Kawża T-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [2000] ECR I-08147.

(4)  Dokument “Limited” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.