ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
13 ta' Settembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 302/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 302/02

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2017(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

2


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 302/03

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

3


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Settembru 2017

(2017/C 302/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1933

JPY

Yen Ġappuniż

130,93

DKK

Krona Daniża

7,4400

GBP

Lira Sterlina

0,89878

SEK

Krona Żvediża

9,5355

CHF

Frank Żvizzeru

1,1444

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3593

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,105

HUF

Forint Ungeriż

307,11

PLN

Zloty Pollakk

4,2549

RON

Leu Rumen

4,6018

TRY

Lira Turka

4,0948

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4847

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4477

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3235

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6343

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6074

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 346,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,4800

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8024

HRK

Kuna Kroata

7,4513

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 751,56

MYR

Ringgit Malażjan

5,0120

PHP

Peso Filippin

60,765

RUB

Rouble Russu

68,3844

THB

Baht Tajlandiż

39,522

BRL

Real Brażiljan

3,7117

MXN

Peso Messikan

21,1297

INR

Rupi Indjan

76,4385


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/2


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2017

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2017/C 302/02)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata-ĠU C 278, 22.8.2017, p. 12.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.10.2017

-0,15

-0,15

0,76

-0,15

0,45

-0,15

0,09

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

0,59

0,30

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

-0,15

1,83

-0,15

1,10

-0,36

-0,15

-0,15

0,65

1.9.2017

30.9.2017

-0,13

-0,13

0,76

-0,13

0,45

-0,13

0,12

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

0,59

0,30

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

1,83

-0,13

1,10

-0,36

-0,13

-0,13

0,65

1.8.2017

31.8.2017

-0,13

-0,13

0,76

-0,13

0,45

-0,13

0,12

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

0,59

0,30

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

-0,13

1,83

-0,13

1,10

-0,36

-0,13

-0,13

0,78

1.6.2017

31.7.2017

-0,10

-0,10

0,76

-0,10

0,45

-0,10

0,12

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

0,70

0,37

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

1,83

-0,10

1,10

-0,36

-0,10

-0,10

0,78

1.5.2017

31.5.2017

-0,10

-0,10

0,76

-0,10

0,45

-0,10

0,12

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

0,70

0,44

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

-0,10

1,83

-0,10

1,10

-0,36

-0,10

-0,10

0,78

1.4.2017

30.4.2017

-0,08

-0,08

0,76

-0,08

0,45

-0,08

0,16

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

0,83

0,44

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

1,83

-0,08

1,10

-0,36

-0,08

-0,08

0,78

1.3.2017

31.3.2017

-0,08

-0,08

0,76

-0,08

0,45

-0,08

0,16

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

1,05

0,53

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

-0,08

1,83

-0,08

1,10

-0,36

-0,08

-0,08

0,78

1.1.2017

28.2.2017

-0,07

-0,07

0,76

-0,07

0,45

-0,07

0,16

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

1,05

0,75

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

-0,07

1,83

-0,07

1,10

-0,36

-0,07

-0,07

0,78


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/3


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 302/03)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“BAYERISCHES RINDFLEISCH”/“RINDFLEISCH AUS BAYERN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0105-01219 — 7.4.2014

IĠP ( X ) DOP ( )

1.   Intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta maż-żona ġeografika

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (iridu jiġu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda/emendi

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DOP jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-Dokument Uniku u lanqas is-Sommarju ma ġew ippubblikati

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/emendi

Emendi mitluba:

(b)   Deskrizzjoni:

Fil-punt 3.2 jiġu emendati l-punti li ġejjin:

1.

Fis-sentenza

“Barra minn hekk, il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” irid jissodisfa l-kriterji tal-klassijiet ta’ konformità E, U jew R tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-Komunità u l-klassijiet 2, 3 u 4 tal-kisja tax-xaħam.”

“jew R” tinbidel u ssir “R jew O”.

2.

Fil-paragrafu

“Għoġol: bhima miftuma fl-età ta’ mill-inqas ħames xhur imma mhux iktar minn tmien xhur fi żmien il-qatla, li jkollha piż minimu ta’ 120 kg u piż massimu ta’ 220 kg”, “mill-inqas ħames xhur” tinbidel u ssir “mill-inqas sitt xhur”.

3.

Fil-paragrafu ta’ taħt “Annimali Bovini Adulti”, fil-frażi

“Il-piż massimu għall-barrin għall-qatla huwa ta’ 430 kg”

“430” tinbidel u ssir “480”.

4.

L-aħħar sentenza

“Għall-bhejjem nisa, l-età tal-qatla hija limitata għal massimu ta’ seba’ snin u l-piż massimu għall-qatla huwa ta’ 450 kg.” tinbidel u ssir kif ġej:

“Għall-bhejjem nisa, l-età tal-qatla hija limitata għal massimu ta’ ħdax-il sena u l-piż massimu għall-qatla huwa ta’ 500 kg.”

Ġustifikazzjoni:

Punt 1:

Jenħtieġ li l-klassi ta’ konformità O titqies ukoll għall-kategoriji kollha peress li anki qabel ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala IĠP, il-laħam ta’ din il-klassi diġà kien jiġi kkummerċjalizzat bħala “Bayerisches Rindfleisch”. Dan ma jħallix impatt negattiv fuq il-kwalità tal-laħam.

Il-konsumaturi li jixtru l-laħam taċ-ċanga ma jqisux il-klassijiet tal-laħam iżda jibbażaw l-għażla tagħhom fuq kriterji kompletament differenti. Il-qatgħa speċifika tal-laħam, l-oriġini tal-laħam kif ukoll il-metodu ta’ produzzjoni huma ħafna iktar kriterji deċiżivi.

Punt 2:

L-għoġġiela jridu jiġu miftuma u maqluba għal għalf oħxon. Dan jista’ jiġi vverifikat mill-kulur tal-laħam kif ukoll mill-maturità tal-apparat diġestiv. Biż-żieda tal-età minima tal-qatla b’xahar biss, kemm il-kulur tal-laħam kif ukoll il-maturità tal-apparat diġestiv ikunu jidhru aktar ċari. Dan iħaffef il-verifika b’mod sinifikanti.

Dan ma jaffettwax b’mod negattiv il-kwalità tal-laħam u l-apprezzament tal-konsumaturi.

Punt 3:

Fl-applikazzjoni oriġinali l-piż massimu ta’ 430 kg stabbilit għall-barrin kien baxx wisq. Mhux mistenni li ż-żieda tal-limitu tal-piż għal 480 kg se taffettwa b’mod negattiv il-kwalità tal-laħam u l-apprezzament tal-konsumaturi.

Punt 4:

Ir-razez li jintużaw għall-produzzjoni ta’ “Bayerisches Rindfleisch” huma għomorhom twil. Għalhekk ħafna baqar tal-ħalib ikollhom minn 10 sa 20 fażi ta’ treddigħ. Anki dawn il-bhejjem minn dejjem ġew ikkummerċjalizzati bħala “Bayerisches Rindfleisch”. Il-limitu ta’ seba’ snin fuq l-età tal-qatla tal-baqar jista’ f’każijiet ta’ dubju jirriżulta f’sostituzzjoni bikrija tal-bhejjem, u dan imur kontra l-prinċipju tas-sostenibbiltà. Barra minn hekk, iż-żieda tal-limitu tal-età minn seba’ snin għal ħdax-il sena ma jkollu l-ebda impatt negattiv fuq il-kwalità tal-laħam, anzi jtejjibha, u xorta waħda hija ggarantita mill-parametri stabbiliti l-oħra (l-esklużjoni ta’ laħam DFD, pH mhux aktar minn 6,0). Kif uriet ir-riċerka minn J. Kögel, A. Petautschnig, P. Stückler, I. Andrighetto u Ch. Augustini tal-assoċjazzjoni ALPEN-ADRIA dwar kif il-kwalità taċ-ċanga hija affettwata mill-età tal-annimal meta jinqatel (“Beziehungen zwischen Schlachtalter und Merkmalen der Rindfleischqualität”), il-laħam tal-baqra tar-razza Fleckvieh isir anqas tari mill-età ta’ 3,2 snin sa 6,6 snin. Il-forza tal-qtugħ u kemm jibqa’ tari jibqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess meta l-età tal-qatla tkun ta’ madwar 7,9 snin. Fil-grupp ta’ età sa 10,4 snin, il-forza tal-qtugħ tal-laħam tal-baqra tar-razza Fleckvieh u kemm jibqa’ tari jitjiebu. Għaldaqstant iż-żieda tal-età tal-qatla sa ħdax-il sena fil-fatt ma twassalx għal deterjorament fil-kwalità tal-laħam.

Iż-żieda fil-piż massimu tal-karkassi għal 500 kg fil-każ tal-baqar għall-qatla, kif ukoll fil-każ tal-barrin, hija meħtieġa minħabba li huma annimali kbar u minħabba l-iżvilupp tal-piż tagħhom, b’mod partikolari r-razza Fleckvieh li tintuża b’mod prinċipali fil-produzzjoni tal-“Bayerische Rindfleisch”. Il-baqar tar-razza Fleckvieh jibqgħu jikbru sa 800 kg u iżjed b’rendiment ta’ 60 % mill-karkassa.

Fil-punt 5.3 jinbidel dan li ġej

Is-sentenza

“Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” igawdi minn stima għolja fost il-konsumaturi minħabba l-karatteristiċi speċjali tiegħu f’termini ta’ kwalità, reputazzjoni u togħma tal-laħam li jiġi minn bhejjem maqtula tar-razez tipiċi tal-Bavarja deskritti hawn fuq bil-kriterji tal-età u l-piż kif speċifikati.”

tinbidel u ssir

“Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” igawdi apprezzament kbir fost il-konsumaturi minħabba l-karatteristiċi speċjali tiegħu f’termini ta’ kwalità, reputazzjoni u togħma tal-laħam li jiġi minn bhejjem maqtula tar-razez tipiċi tal-Bavarja deskritti hawn fuq u l-kundizzjonijiet naturali tajbin għall-produzzjoni taċ-ċanga li jissodisfaw il-kriterji speċifikati.”

Ġustifikazzjoni:

Il-kriterji ewlenin tal-kwalità tal-prodott huma speċifikati fil-punt 5.2 – Speċifiċità tal-prodott. Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” jiddistingwi ruħu għall-kwalità, ir-reputazzjoni u t-togħma tal-laħam minħabba r-razez speċifiċi li jintużaw, il-kundizzjonijiet naturali tajbin għall-produzzjoni taċ-ċanga u l-kriterji deskritti hawn fuq dwar l-annimali għall-qatla. Ta’ min jinnota li r-razza Fleckvieh minn dejjem kienet razza kbira u ta’ piż tqil u li dawn il-kundizzjonijiet ġenetiċi huma sfruttati wkoll.

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“BAYERISCHES RINDFLEISCH”/“RINDFLEISCH AUS BAYERN”

Nru tal-KE: DE-PGI-0105-01219 — 7.4.2014

IĠP ( X ) DOP ( )

1.   Isem

“Bayerisches Rindfleisch”/“Rindfleisch aus Bayern”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip ta’ prodott

Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1)

Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” jikkonsisti minn karkassi jew laħam maqtugħ li joriġinaw mill-annimali bovini (ta’ kull kategorija) li jkunu twieldu, trabbew, issemmnu u nżammu fil-Bavarja sal-qatla. Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” ma jrid juri l-ebda sinjal ta’ DFD fuq il-karkassa u l-valur tal-pH ma jistax jaqbeż is-6,0. DFD tfisser li l-laħam ikun skur (D dark), iebes (F firm) u xott (D dry). Il-laħam b’dawn il-karatteristiċi huwa kkunsidrat bħala difettuż. Barra minn hekk, il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” irid jissodisfa l-kriterji tal-klassijiet ta’ konformità E, U, R jew O tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-Komunità u l-klassijiet 2, 3 u 4 tal-kisja tax-xaħam.

Minħabba l-kundizzjonijiet naturali u klimatiċi, teżisti differenza kbira bejn il-kompożizzjoni tar-razez tal-Bavarja u ta’ dawk tal-kumplament tal-Ġermanja. Din id-differenza tidher b’mod partikolari fl-istati federali tat-Tramuntana tal-Ġermanja fejn tiddomina r-razza ta’ baqar tal-ħalib Holstein-Friesian, filwaqt li fil-Bavarja, ir-razza Fleckvieh, li tintuża għal żewġ għanijiet, hija komuni ħafna (iktar minn 80 %), segwita mir-razez Braunvieh u Gelbvieh. Barra minn hekk, fil-Bavarja jeżistu wkoll razez li adattaw għall-post speċifiku tagħhom bħalma huma l-annimali bovini tar-razez Murnau-Werdenfelser u Pinzgauer. Madankollu, il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” jista’ joriġina biss mir-razez tradizzjonali tal-Bavarja bħalma huma l-annimali bovini tar-razez Fleckvieh, Braunvieh, Gelbvieh, Pinzgauer u Murnau-Werdenfelser.

Iċ-ċanga li tintuża għall-“Bayerisches Rindfleisch” trid tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin fir-rigward tal-età u tal-piż meta tinqatel il-bhima, skont it-tip ta’ bhima għall-qatla:

Għoġol: bhima miftuma fl-età ta’ mill-inqas sitt xhur imma mhux iktar minn tmien xhur fi żmien il-qatla li jkollha piż minimu ta’ 120 kg u piż massimu ta’ 220 kg.

Annimal bovin ta’ età żgħira: annimal bovin ta’ età żgħira li jkollha bejn tmien xhur u tnax-il xahar b’piż minimu ta’ 150 kg u b’piż massimu ta’ 300 kg.

Annimal bovin adult: annimal bovin mara jew raġel li jkollu/jkollha iktar minn tnax-il xahar b’piż minimu ta’ 220 kg. Għall-qatla l-barrin irid ikollhom piż massimu ta’ 480 kg u età ta’ massimu ta’ 24 xahar. Għall-bhejjem nisa, l-età tal-qatla hija limitata għal massimu ta’ ħdax-il sena u l-piż massimu tal-qatla huwa ta’ 500 kg.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-bhejjem iridu jitwieldu, jitrabbew u jissemmnu fil-Bavarja, jiġifieri ċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom irid iseħħ hemmhekk.

Ma tapplika l-ebda restrizzjoni ġeografika dwar fejn trid issir il-qatla. Madankollu, il-bhejjem iridu jaslu l-biċċerija fi żmien tliet sigħat mill-qatla. Dan jiżgura li l-kwalità tal-laħam, li fuqha tiddependi ħafna r-reputazzjoni tal-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch”, tibqa’ għolja. Mill-banda l-oħra, ħinijiet twal ta’ trasportazzjoni jistgħu jnaqqsu mill-kwalità tal-laħam (eż. DFD).

Jenħtieġ li jiġu nnutati l-punti li ġejjin fir-rigward tal-fatturi ewlenin għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch”. L-isem “Bayerisches Rindfleisch” jista’ jintuża biss għal-laħam mill-bhejjem, li r-reġistri tagħhom juru li twieldu u ssemmnu fil-Bavarja mingħajr interruzzjoni u li għalihom, minbarra dawn il-passi, inżammet il-konformità mal-kriterji tad-Dokument Uniku. Il-kwalità superjuri u kostanti hija ggarantita mill-fatt li kull bhima tkun irreġistrata fil-bażi tad-dejta tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-bhejjem (ara http://www.hi-tier.de/) jew f’sistemi komparabbli u ċertifikat ta’ prova tal-orġini jakkumpanja lill-bhima sal-punt tal-qatla.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-Bavarja (Freistaat Bayern)

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

It-trobbija tal-annimali bovini u l-użu assoċjat tal-mergħa ilhom jiddefinixxu parti kbira mill-pajsaġġ tal-Bavarja għal sekli sħaħ. Dan huwa partikolarment evidenti fiż-żoni muntanjużi tal-Bavarja u fl-għoljiet ta’ qabel l-Alpi, fejn l-użu tal-mergħat jiddomina fuq il-biedja, u fejn il-kundizzjonijiet klimatiċi u topografiċi jgħinu lill-produzzjoni tipika tal-annimali bovini tal-Bavarja. Sa minn żmien ilu ħafna, it-trobbija tal-annimali bovini kienet tifforma l-qalba tal-azjendi agrikoli ż-żgħar fil-mergħat fl-għoljiet ta’ qabel l-Alpi. Ta’ min jinnota wkoll li t-trobbija tal-annimali bovini ssir ukoll fi skala konsiderevoli fir-reġjuni l-oħra tal-Bavarja u li l-laħam li jirriżulta tradizzjonalment ukoll jiġi kkummerċjalizzat bħala “Bayerisches Rindfleisch”.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Trobbija:

It-trobbija tal-annimali bovini tal-Bavarja hija famuża u rrikonoxxuta mad-dinja kollha. Bħala riżultat ta’ dan, il-laħam tal-bhejjem imrobbija fil-Bavarja jiġi esportat fid-dinja kollha. L-assoċjazzjonijiet tat-trobbija tal-annimali bovini Weilheimer u Miesbacher igawdu minn suċċess kbir. L-annimali bovini tal-Bavarja għandhom reputazzjoni tajba mad-dinja kollha għax jagħtu ammont kbir ta’ laħam u ammont kbir ta’ ħalib.

L-annimali bovini tar-razez Fleckvieh, Braunvieh, Gelbvieh u Murnau-Werdenfelser li huma tipiċi tal-Bavarja, flimkien ma’ dawk tar-razza Pinzgauer, jammontaw għal iktar minn 90 % tal-popolazzjoni ta’ annimali bovini. Dawn ir-razez kollha joriġinaw b’mod predominanti jew esklużiv mill-Bavarja.

L-annimali bovini tar-razza Fleckviehs, li hija l-iktar razza importanti fil-produzzjoni taċ-ċanga u tal-vitella fil-Bavarja, storikament bdew fl-1837, meta Max Obermaier u Johann Fischbacher minn Gmund am Tegernsee ġabu xi bhejjem tar-razza magħrufa Simmental mill-Iżvizzera lejn Miesbach.

Illum il-ġurnata Miesbach hija l-iktar soċjetà importanti għall-bejgħ tal-baqar ta’ età żgħira u tal-għoġġiela tar-razza Fleckvieh. Iż-żona tat-trobbija hija mifruxa minn Munich sal-fruntiera mal-Awstrija, biż-żona tat-trobbija ta’ Weilheimer fil-Punent u ż-żona tat-trobbija ta’ Traunsteiner fil-Lvant. Madwar 50 000 baqra huma miktuba fir-reġistru tar-razza f’madwar 1 800 azjenda agrikola. L-annimali bovini ta’ età żgħira, prattikament jitkabbru billi jirgħu l-mergħat u l-għoljiet, għalkemm dan mhuwiex obbligatorju. L-aqwa kwalitajiet tal-bhejjem tat-trobbija huma: il-produttività, is-saħħa, l-aqwa bżieżel u l-aqwa struttura fiżika. L-annimali bovini Fleckvieh jistgħu jadattaw għall-kundizzjonijiet kollha tal-azjendi agrikoli. Is-soċjetà tat-trobbija ta’ Miesbach għamlet isem il-belt magħruf mal-Ewropa kif ukoll mad-dinja kollha.

Dak iż-żmien, minbarra l-Fleckvieh ġew żviluppati wkoll razez oħrajn tipiċi tal-Bavarja, fosthom ir-razez Allgäuer Braunvieh, Fränkische Gelbvieh, Pinzgauer u Murnau-Werdenfelser. Il-Braunvieh jinsabu l-iktar fir-reġjun muntanjuż aħrax u fir-reġjun tal-Alpi ta’Allgäu, kif ukoll fil-mergħat ħorox mifruxa lil hinn minnhom.

Ir-reputazzjoni tal-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch”:

Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” huwa famuż u għandu reputazzjoni tajba fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż. Dan jiġi esportat fi kwantitajiet kbar l-iktar lejn l-Italja u Franza. Pereżempju fi Franza, il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” jiġi kkummerċjalizzat bħala “bouef de Bavière” (ċanga tal-Bavarja), u għalhekk igawdi mill-vantaġġ dirett tal-apprezzament kbir tal-konsumaturi Franċiżi.

Ir-riċerka mal-konsumaturi li saret mill-Università Teknika ta’ Munich fl-1998, fl-2003 u fl-2007 uriet b’mod ċar li l-konsumaturi għandhom apprezzament kbir għal-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch”. Ir-riċerka li saret fl-2003 u fl-2007 turi li l-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” għandu reputazzjoni tajba, u dan jidher l-iktar mill-fatt li għall-“Bayerisches Rindfleisch”, il-konsumaturi kienu lesti jħallsu EUR 0,85 aktar fl-2003 u EUR 0,65 aktar fl-2007 għal kull kilo ta’ ċanga għax-xiwi.rispettivament. Barra minn hekk, fl-2003 sar stħarriġ madwar il-Ġermanja kollha u madwar 65 % tal-parteċipanti (88 % fin-Nofsinhar tal-Ġermanja) wieġbu li l-“Bayerisches Rindfleisch” huwa ta’ kwalità għolja ħafna jew ta’ kwalità għolja. F’dan il-kuntest, 75 % tal-konsumaturi li ħadu sehem fl-istħarriġ fin-Nofsinhar tal-Ġermanja qablu li l-Bavarja għandha kundizzjonijiet naturali tajbin għall-produzzjoni taċ-ċanga, 63 % qablu li l-kampanja tal-Bavarja għadha mhijiex imħassra u li dan iwassal għall-kwalità u għat-togħma tajba tal-“Bayerisches Rindfleisch”.

Għalhekk, il-kwalità għolja assoċjata mal-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” hija msejsa fuq ir-rabta bejn l-oriġini u l-kwalità tiegħu kif meqjus mill-konsumaturi. Ir-reputazzjoni speċjali tal-prodott u r-rabta kawżali bejn ir-reputazzjoni u r-reġjun intwerew ħafna drabi permezz ta’ stħarriġ rappreżentattiv, anki reċentement.

Ir-rabta mal-kultura kulinarja tal-Bavarja:

Fil-Bavarja, iċ-ċanga kienet tisserva l-iktar fil-ġranet ta’ festi – fl-Għid, f’Għid il-Ħamsin, fil-fieri tal-knisja u fil-Milied. Sa minn żmien ilu ħafna, iċ-ċanga mgħollija kellha rwol importanti ħafna fil-kċejjen tal-Bavarja f’okkażjonijiet bħal dawn. Pereżempju, iċ-ċanga mgħollija (mill-gniedes) hija platt tipiku li huwa popolari ħafna fil-Bavarja. Platti tipiċi oħrajn tal-Bavarja huma t-“Tellerfleisch”, il-“Münchner Kronfleisch” u l-“Bofflamot” (bouef à la mode). Iċ-ċanga u l-vitella jintużaw ukoll biex isir wieħed mill-iktar prodotti famużi taz-zalzett fil-Bavarja li huwa l-“Münchner Weißwurst”. Il-kontenut tal-vitella tiegħu ta’ mill-inqas 51 % jagħti lil dan il-prodott dik it-togħma tipika li għamlitu famuż mad-dinja kollha.

Laħam ta’ kwalità għolja permezz tal-assigurazzjoni tal-kwalità fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni:

Ir-reputazzjoni speċjali tal-prodott matul dawn l-aħħar 20 sena kienet sostnuta u msaħħa permezz tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità mmirata u mifruxa fuq l-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni.

Diversi miżuri kellhom rwol sinifikanti għall-fama tal-“Bayerisches Rindfleisch” u r-reputazzjoni tajba tiegħu mal-konsumaturi, b’mod partikolari l-esklużjoni tal-laħam DFD bi kwalità baxxa kif ukoll il-miżura u l-infurzar tal-valur massimu tal-pH ta’ 6,0 bħala kriterji obbligatorji għall-assigurazzjoni tal-kwalità.

5.3.   Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)

Il-maġġoranza tal-annimali bovini u l-baqar fil-Bavarja jitrabbew fir-reġjun tal-Alpi, fl-għoljiet ta’ qabel l-Alpi u fl-għoljiet qrib iż-żoni muntanjużi ta’ madwarhom fil-Lvant tal-Bavarja. F’żoni oħra tal-Bavarja wkoll, it-tradizzjoni ta’ sekli sħaħ u l-importanza ewlenija tat-trobbija tal-annimali bovini kif ukoll il-produzzjoni taċ-ċanga għamlu lill-bdiewa ta’ hemmhekk li jrabbu l-bhejjem u lill-bdiewa li jipproduċu ċ-ċanga speċjalisti fis-settur tagħhom. Il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” igawdi apprezzament kbir fost il-konsumaturi minħabba l-karatteristiċi bhejjem speċjali tiegħu f’termini ta’ kwalità, reputazzjoni u togħma, Barra minn hekk huwa laħam li ġej minn bhejjem maqtula tar-razez tipiċi tal-Bavarja li ġew deskritti hawn fuq u minn kundizzjonijiet naturali tajbin għall-produzzjoni taċ-ċanga li jissodisfaw il-kriterji speċifikati. Dan, flimkien mar-rwol importanti li l-laħam tal-annimali bovini lokali għandu fil-kultura kulinarja tal-Bavarja, ikkontribwew biex il-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” isir speċjalità reġjonali li hija famuża sew lil hinn mill-fruntieri tal-Bavarja u li tgawdi apprezzament ferm kbir. Il-Bavarja hija r-reġjun federali numru wieħed tal-Ġermanja f’dak li għandu x’jaqsam mal-annimali bovini u għandha wkoll pożizzjoni internazzjonali għolja għat-trobbija tal-Fleckvieh, tal-Braunvieh u tal-Gelbvieh. Mit-12,7-il miljun annimal bovin tar-razez kollha tal-Ġermanja, madwar 3,5 miljun, jiġifieri 27 %, jinsabu fl-azjendi agrikoli tal-Bavarja.

Ir-reputazzjoni tajba tal-laħam tat-tip “Bayerisches Rindfleisch” mal-konsumaturi hija r-riżultat ta’ għexieren ta’ snin ta’ miżuri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità implimentati mis-settur agroalimentari tal-Bavarja (“Geprüfte Qualität – Bayern”). Din ir-reputazzjoni ġiet iddokumentata b’mod ċar diversi drabi permezz tar-riċerka mal-konsumaturi msemmija hawn fuq li saret fl-1998, fl-2003 u fl-2007.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

Markenblatt, il-parti 7a-bb tal-Volum 39 tas-27 ta’ Settembru 2013

https://register.dpma.de/DPMAregister/blattdownload/marken/2017/36/Teil-7/20170908


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

(4)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.