ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 300

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
11 ta' Settembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 300/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 300/02

Kawża C-213/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Patrick Breyer, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja (Appell — Aċċess għal dokumenti ta’ istituzzjonijiet — Artikolu 15(3) TFUE — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Talba għal aċċess għan-noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09, mhux ippubblikata, EU:C:2010:455) — Dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni Ewropea — Protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji)

2

2017/C 300/03

Kawża C-566/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – Konrad Erzberger vs TUI AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Elezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza ta’ kumpannija — Leġizlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt tal-vot u l-eliġibbiltà unikament għall-ħaddiema ta’ stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali)

3

2017/C 300/04

Kawża C-93/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Karattru unitarju — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9(1)(b) u (c) — Protezzjoni uniformi tad-dritt mogħti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontra probabbiltajiet ta’ konfużjoni u kontra ħsarat għar-reputazzjoni — Koeżistenza paċifika ta’ din it-trade mark ma’ trade mark nazzjonali użata minn terz f’parti mill-Unjoni Ewropea — Assenza ta’ koeżistenza paċifika f’partijiet oħra mill-Unjoni — Perċezzjoni tal-konsumatur medju — Differenzi fil-perċezzjoni li jistgħu jeżistu f’partijiet differenti tal-Unjoni)

3

2017/C 300/05

Kawża C-143/16: hehetal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Abercrombie & Fitch Italia Srl vs Antonino Bordonaro Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) — Artikolu 2(2)(a) — Artikolu 6(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Kuntratt ta’ xogħol intermittenti li jista’ jiġi konkluż ma’ persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena — Tmiem awtomatiku tal-kuntratt ta’ xogħol meta l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena

4

2017/C 300/06

Kawża C-206/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 2004/25/KE — Offerti pubbliċi ta’ xiri — It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(4) — Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità superviżorja li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u wieħed jew iktar mill-bejjiegħa

5

2017/C 300/07

Kawża C-340/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG vs Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 9(1) — Artikolu 11(2) — Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni — Azzjoni diretta tal-vittma kontra l-assiguratur — Azzjoni tal-persuna li timpjega lill-vittma, stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku, ċessjonarju ipso jure tad-drittijiet tal-impjegat tiegħu kontra l-assiguratur tal-vettura involuta — Surroga

6

2017/C 300/08

Kawża C-357/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Gelvora UAB vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prattiki kummerċjali żleali — Direttiva 2005/29/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kumpannija għall-irkupru ta’ dejn — Kreditu għall-konsum — Trasferiment ta’ dejn — Natura tar-relazzjoni ġuridika bejn il-kumpannija u d-debitur — Artikolu 2(c) — Kunċett ta’ prodott — Miżuri ta’ rkupru implementati b’mod parallel għall-intervent tal-uffiċjal ġudizzjarju)

6

2017/C 300/09

Kawża C-416/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro – il-Portugall) – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, E.M., S.A. – em liquidação, Município de Portimão, Emarp – Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão, EM, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23 — Artikolu 1(1)(b) — Artikolu 2(1)(d) — Trasferiment ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċetti ta’ ħaddiem u ta’ trasferiment ta’ negozju)

7

2017/C 300/10

Kawża C-505/16 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 – Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Adattament tat-talbiet — Nota ppreżentata f’isem u għan-nom tar-rikorrent li miet)

8

2017/C 300/11

Kawża C-663/16 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2017 – Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustuzzja — Regolament (UE) Nru 528/2012 — Tqegħid fis-suq u użu ta’ prodotti bijoċidi — Artikolu 95 — Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ sustanzi attivi — Reġistrazzjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva)

9

2017/C 300/12

Kawża C-666/16 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2017 – Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustuzzja — Regolament (UE) Nru 528/2012 — Tqegħid fis-suq u użu ta’ prodotti bijoċidi — Artikolu 95 — Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ sustanzi attivi — Reġistrazzjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva)

9

2017/C 300/13

Kawża C-176/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fis-6 ta’ April 2017 – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Mariusz Wawrzosek

10

2017/C 300/14

Kawża C-194/17 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 minn Georgios Pandalis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-15/16, Georgios Pandalis vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

10

2017/C 300/15

Kawża C-217/17 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 minn Mast-Jägermeister SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-16/16, Mast-Jägermeister SE vs L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali

12

2017/C 300/16

Kawża C-253/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Mejju 2017 – Ramazan Dündar et vs Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG

13

2017/C 300/17

Kawża C-337/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Szczecinie (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Feniks Sp. z o.o. vs Azteca Products & Services SL

14

2017/C 300/18

Kawża C-343/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Fremoluc NV vs Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) et, parti oħra: Vlaams Gewest

14

2017/C 300/19

Kawża C-346/17 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 minn Christoph Klein mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-309/10 RENV, Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2017/C 300/20

Kawża C-347/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtsbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – A, B, C, D, E, F, G vs Staatssecretaris van Economische Zaken

17

2017/C 300/21

Kawża C-372/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Vision Research Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

17

2017/C 300/22

Kawża C-380/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, K, B, partijiet oħra: H.Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

18

2017/C 300/23

Kawża C-393/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Openbaar Ministerie vs Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

19

2017/C 300/24

Kawża C-397/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2017 – Profit Europe NV vs Belgische Staat

19

2017/C 300/25

Kawża C-398/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2017 – Profit Europe NV vs Belgische Staat

20

2017/C 300/26

Kawża C-410/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta’ Lulju 2017 – A

21

2017/C 300/27

Kawża C-411/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2017 – Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

22

2017/C 300/28

Kawża C-414/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-10 ta’ Lulju 2017 – Arex CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

24

2017/C 300/29

Kawża C-420/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

25

2017/C 300/30

Kawża C-426/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fl-14 ta’ Lulju 2017 – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

26

2017/C 300/31

Kawża C-606/15: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tad-19 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

27

2017/C 300/32

Kawża C-683/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

27

2017/C 300/33

Kawża C-539/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) Richard Rodriguez Serin vs HOP!-Regional

27

2017/C 300/34

Kawża C-548/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Mons – il-Belġju) – l-Istat Belġjan vs Biologie Dr Antoine SPRL

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 300/35

Kawża T-348/16 OP: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (Klawżola ta’ arbitraġġ — Oppożizzjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza f’kontumaċja — Sentenza interlokutorja)

29

2017/C 300/36

Kawża T-519/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – myToys.de vs EUIPO – Laboratorios Indas (myBaby) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva myBaby — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali, figurattivi u nazzjonali verbali preċedenti MAYBABY, May BaBy u MAY BABY — Rikorsi anċillari — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 — Deċiżjoni purament konfermattiva — Inammissibbiltà]

29

2017/C 300/37

Kawża T-348/16 OP-R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Klawżola ta’ arbitraġġ — Sentenza f’kontumaċja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni)

30

2017/C 300/38

Kawża T-464/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – HI vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proġett iffinanzjat mill-Unjoni — Kunflitt ta’ interessi — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni ta’ tnaqqis fil-grad — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

31

2017/C 300/39

Kawża T-423/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 300/40

Kawża T-433/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

32

2017/C 300/41

Kawża T-436/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

33

2017/C 300/42

Kawża T-437/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – Oy Karl Fazer v EUIPO – Kraft Foods Belgium Intellectual Property (MIGNON)

34

2017/C 300/43

Kawża T-448/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)

35

2017/C 300/44

Kawża T-449/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)

35

2017/C 300/45

Kawża T-455/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 –Bateni vs Il-Kunsill

36

2017/C 300/46

Kawża T-457/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2017 – Medisana vs EUIPO (happy life)

37

2017/C 300/47

Kawża T-460/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2017 – Bopp vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ottagonu ekwilaterali)

38

2017/C 300/48

Kawża T-748/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Gauff vs EUIPO – H.P. Gauff Ingenieure (Gauff)

38

2017/C 300/49

Kawża T-278/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN)

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 300/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 293, 4.9.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 283, 28.8.2017

ĠU C 277, 21.8.2017

ĠU C 269, 14.8.2017

ĠU C 256, 7.8.2017

ĠU C 249, 31.7.2017

ĠU C 239, 24.7.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Patrick Breyer, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-213/15 P) (1)

((Appell - Aċċess għal dokumenti ta’ istituzzjonijiet - Artikolu 15(3) TFUE - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni - Talba għal aċċess għan-noti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09, mhux ippubblikata, EU:C:2010:455) - Dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni Ewropea - Protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji))

(2017/C 300/02)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u H. Krämer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Patrick Breyer (rappreżentant: M. Starostik, avukat), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, R. Coesme u F. Fize, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Patrick Breyer.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin – il-Ġermanja) – Konrad Erzberger vs TUI AG

(Kawża C-566/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Elezzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza ta’ kumpannija - Leġizlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt tal-vot u l-eliġibbiltà unikament għall-ħaddiema ta’ stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali))

(2017/C 300/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Konrad Erzberger

Konvenuta: TUI AG

fil-preżenza ta’: Vereinigung Cockpit eV, Betriebsrat der TUI AG/TUI Group Services GmbH, Frank Jakobi, Andreas Barczewski, Peter Bremme, Dierk Hirschel, Michael Pönipp, Wilfried H. Rau, Carola Schwirn, Anette Stempel, Ortwin Strubelt, Marcell Witt, Wolfgang Flintermann, Stefan Weinhofer, ver.di – Vereinte Dienstleistungsgewerkschaft

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-ħaddiema impjegati fl-istabbilimenti ta’ grupp li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ma għandhomx id-dritt tal-vot u d-dritt li joħorġu għall-elezzjonijiet tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-bord ta’ sorveljanza tal-kumpannija omm ta’ dan il-grupp, stabbilita fl-imsemmi Stat Membru, kif ukoll, skont il-każ, id-dritt li jeżerċitaw jew li jkomplu jeżerċitaw mandat ta’ rappreżentanza f’dan il-bord, meta dawn il-ħaddiema jitilqu mill-impjieg tagħhom f’tali stabbiliment u jiġu impjegati minn sussidjarja li tappartjeni għall-istess grupp stabbilita fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, SL

(Kawża C-93/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Karattru unitarju - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) u (c) - Protezzjoni uniformi tad-dritt mogħti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kontra probabbiltajiet ta’ konfużjoni u kontra ħsarat għar-reputazzjoni - Koeżistenza paċifika ta’ din it-trade mark ma’ trade mark nazzjonali użata minn terz f’parti mill-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ koeżistenza paċifika f’partijiet oħra mill-Unjoni - Perċezzjoni tal-konsumatur medju - Differenzi fil-perċezzjoni li jistgħu jeżistu f’partijiet differenti tal-Unjoni))

(2017/C 300/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ornua Co-operative Limited, li qabel kienet The Irish Dairy Board Co-operative Limited

Konvenuta: Tindale & Stanton Ltd España, SL

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li, f’parti mill-Unjoni Ewropea, trade mark tal-Unjoni Ewropea u trade mark nazzjonali jikkoeżistu b’mod paċifiku ma jippermettix li jiġi konkluż li f’parti oħra mill-Unjoni, fejn ma teżistix koeżistenza paċifika bejn din it-trade mark tal-Unjoni Ewropea u s-sinjal identiku għal din it-trade mark nazzjonali, ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn l-imsemmija trade mark tal-Unjoni Ewropea u dan is-sinjal.

2)

L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elementi li, skont il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea adita bi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, huma rilevanti għall-evalwazzjoni dwar jekk il-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jistax jipprojbixxi, f’parti mill-Unjoni Ewropea li ma hijiex koperta minn dawn il-proċedimenti, l-użu ta sinjal, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni minn din il-qorti sabiex jiġi evalwat jekk dan il-proprjetarju jistax jipprojbixxi l-użu ta’ dan is-sinjal fil-parti mill-Unjoni koperta mill-imsemmija proċedimenti, sakemm il-kundizzjonijiet tas-suq u ċ-ċirkustanzi soċjokulturali ma jkunux differenti b’mod sinjifikattiv f’waħda mill-imsemmija partijiet mill-Unjoni milli fl-oħra.

3)

L-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li, f’parti mill-Unjoni Ewropea, trade mark li għandha reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea u sinjal jikkoeżistu b’mod paċifiku ma jippermettix li jiġi konkluż li f’parti oħra mill-Unjoni, fejn ma teżistix din il-koeżistenza paċifika, hemm raġuni valida li tilleġittima l-użu ta’ dan is-sinjal.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/4


hehetal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Abercrombie & Fitch Italia Srl vs Antonino Bordonaro

(Kawża C-143/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) - Artikolu 2(2)(a) - Artikolu 6(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Kuntratt ta’ xogħol intermittenti li jista’ jiġi konkluż ma’ persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena - Tmiem awtomatiku tal-kuntratt ta’ xogħol meta l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena)

(2017/C 300/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Italia Srl

Konvenut: Antonino Bordonaro

Dispożittiv

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 2(2)(a), u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza persuna li timpjega tikkonkludi kuntratt ta’ xogħol intermittenti ma’ ħaddiem ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, irrispettivament min-natura tas-servizzi li għandhom jitwettqu, u li tkeċċi lil dan il-ħaddiem ladarba huwa jilħaq l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena, peress li din id-dispożizzjoni tfittex li tilħaq għan leġittimu ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u peress li l-mezzi previsti għall-ilħuq ta’ dan l-għan huma xierqa u neċessarji.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-206/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti pubbliċi ta’ xiri - It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità superviżorja li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u wieħed jew iktar mill-bejjiegħa)

(2017/C 300/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marco Tronchetti Provera SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, UniCredit SpA, Camfin SpA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

fil-preżenza ta’: Camfin SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, Marco Tronchetti Provera & C. SpA, UniCredit SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 2004/25/KE, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità superviżorja nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ OPA f’każ ta’ kollużjoni mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.


(1)  ĠU C 251, 11.07.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG vs Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA

(Kawża C-340/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 9(1) - Artikolu 11(2) - Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni - Azzjoni diretta tal-vittma kontra l-assiguratur - Azzjoni tal-persuna li timpjega lill-vittma, stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku, ċessjonarju ipso jure tad-drittijiet tal-impjegat tiegħu kontra l-assiguratur tal-vettura involuta - Surroga)

(2017/C 300/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG

Konvenut: Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, stabbilita fi Stat Membru, li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha assenti wara inċident tat-traffiku u li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-kumpannija li tassigura r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-vettura involuta f’dan l-inċident, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor, tista’, bħala “parti li tkun ġarrbet il-ħsara”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, tħarrek lil din il-kumpannija ta’ assigurazzjoni quddiem il-qrati tal-ewwel Stat Membru, meta azzjoni diretta tkun possibbli.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Gelvora” UAB vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

(Kawża C-357/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prattiki kummerċjali żleali - Direttiva 2005/29/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kumpannija għall-irkupru ta’ dejn - Kreditu għall-konsum - Trasferiment ta’ dejn - Natura tar-relazzjoni ġuridika bejn il-kumpannija u d-debitur - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “prodott” - Miżuri ta’ rkupru implementati b’mod parallel għall-intervent tal-uffiċjal ġudizzjarju))

(2017/C 300/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Gelvora” UAB

Konvenut: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li r-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn u d-debitur inadempjenti ta’ kuntratt ta’ kreditu fuq il-konsum li d-dejn tiegħu għandu jiġi ttrasferit lil din il-kumpannija taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tagħha. Il-prattiki adottati minn din il-kumpannija bil-għan li tipproċedi għall-irkupru tad-dejn tagħha jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “prodott” fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, hija mingħajr effett iċ-ċirkustanza li d-dejn ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja u li din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lil uffiċjal ġudizzjarju sabiex tkun tista’ tiġi eżegwita.


(1)  ĠU C 335, 12.9.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro – il-Portugall) – Luís Manuel Piscarreta Ricardo vs Portimão Urbis, E.M., S.A. – em liquidação, Município de Portimão, Emarp – Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão, EM, SA

(Kawża C-416/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23 - Artikolu 1(1)(b) - Artikolu 2(1)(d) - Trasferiment ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċetti ta’ “ħaddiem” u ta’ “trasferiment ta’ negozju”))

(2017/C 300/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca de Faro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luís Manuel Piscarreta Ricardo

Konvenuti: Portimão Urbis, E.M., S.A. – em liquidação, Município de Portimão, Emarp – Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão, EM, SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn impriża muniċipali, li l-uniku azzjonist tagħha huwa muniċipalità, ġiet xolta b’deċiżjoni tal-organu eżekuttiv ta’ dan il-muniċipalità, u li l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti parzjalment lill-imsemmi muniċipalità, sabiex jiġu eżerċitati direttament minnu, u parzjalment lil impriża muniċipali oħra rrikostitwita għal dan il-għan, li dan l-istess muniċipalità huwa wkoll l-uniku azzjonist, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, sakemm l-identità tal-impriża inkwistjoni tinżamm wara t-trasferiment, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi.

2)

Persuna, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minħabba s-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha, ma teżerċitax effettivament il-funzjonijiet tagħha, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “impjegat [ħaddiem]”, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23, sa fejn din tidher li tkun protetta bħala ħaddiem mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, li hija madankollu l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Bla ħsara għal din il-verifika, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tagħha għandhom jitqiesu bħala ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment, skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

3)

It-tielet domanda magħmula mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (qorti distrettwali ta’ Faro, il-Portugall) hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 – Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-505/16 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Adattament tat-talbiet - Nota ppreżentata f’isem u għan-nom tar-rikorrent li miet))

(2017/C 300/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u J.-P. Hix, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bartelt u J. Norris-Usher, sussegwentement minn E. Paasivirta u J. Norris-Usher, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Olga Stanislavivna Yanukovych hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2017 – Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża C-663/16 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustuzzja - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Tqegħid fis-suq u użu ta’ prodotti bijoċidi - Artikolu 95 - Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) - Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ sustanzi attivi - Reġistrazzjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva))

(2017/C 300/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH (rappreżentanti: M. Grunchard u K. Van Maldegem, avukati, P. Sellar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u C. Buchanan, aġenti, P. Oliver, Barrister)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

3.

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), BASF SE u Oxea GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi proprji tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  GU C 53, 20.02.2017.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2017 – Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża C-666/16 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustuzzja - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Tqegħid fis-suq u użu ta’ prodotti bijoċidi - Artikolu 95 - Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) - Pubblikazzjoni ta’ lista ta’ sustanzi attivi - Reġistrazzjoni ta’ kumpannija bħala fornitur ta’ sustanza attiva))

(2017/C 300/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH (rappreżentanti: M. Grunchard u K. Van Maldegem, avukati, P. Sellar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u C. Buchanan, aġenti, P. Oliver, Barrister)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

3.

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), BASF SE u Oxea GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi proprji tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  GU C 53, 20.02.2017.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fis-6 ta’ April 2017 – Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej vs Mariusz Wawrzosek

(Kawża C-176/17)

(2017/C 300/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A. w Bielsku Białej

Konvenut: Mariusz Wawrzosek

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil negozjant (persuna li ssellef) milli jeżegwixxi kreditu kkonstatat minn kambjala redatta kif suppost, fil-konfront ta’ konsumatur (il-persuna li tissellef), fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ordni ta’ ħlas kif iddefinita mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 485(2) et seq. tal-kodeks postępowania cywilnego (kodiċi tal-proċedura ċivili) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 41 tal-ustawa o kredycie konsumenckim (liġi tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-kreditu lill-konsumaturi, Dz.U.2014, 1497, verżjoni kkonsolidata, kif emendata), li jipprevedu li l-eżami tal-qorti nazzjonali għandu jkun limitat biss għall-verifika tal-validità tal-obbligazzjoni naxxenti mill-kambjala mill-perspettiva tal-osservanza tal-kundizzjonijiet formali applikabbli għaliha, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni sottostanti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 133, p. 66.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/10


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2017 minn Georgios Pandalis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-15/16, Georgios Pandalis vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-194/17 P)

(2017/C 300/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Georgios Pandalis (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, LR Health & Beauty Systems GmbH

Talbiet

I.

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-15/16, dwar il-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark tal-Unjoni Nru Nru 001273119 “Cystus”;

II.

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2839/2014-1, dwar il-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark tal-Unjoni Nru 001273119 “Cystus”;

III.

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni adottata fil-kuntest tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità 8374 C tat-12 ta’ Settembru 2014, sa fejn din tirrevoka lit-trade mark tal-Unjoni Nru 001273119 “Cystus” għal “Supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi” fil-klassi 30;

IV.

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ LR Health & Beauty Systems GmbH fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal EUIPO kontra t-trade mark tal-Unjoni Nru 001273119 “Cystus”, sa fejn din tirreferi għall-prodott “Supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi” fil-klassi 30;

V.

tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jallega numru ta’ żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni (1):

L-ewwel nett, fl-assenza ta’ artikolazzjoni fil-motivazzjoni tas-sentenza, liema mir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni ġie eżaminat fid-dettall (użu moderat tat-trade mark, użu ġenwin u jekk it-trade mark intużatx għall-prodotti jew għas-servizzi protetti).

It-tieni nett, fl-assenza ta’ eżami dwar jekk il-prodotti “Cystus” jaqgħux taħt id-definizzjoni għal supplimenti tal-ikel skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva dwar is-supplimenti tal-ikel.

It-tielet nett, fl-assenza ta’ klassifikazzjoni tal-prodotti “Cystus” li għalihom it-trade mark inkwistjoni ġiet użata.

Ir-raba’ nett, id-distorsjoni tal-fatti fl-evalwazzjoni dwar jekk il-prodotti “Cystus” jikkostitwixxux supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi u l-konklużjoni żbaljata konsegwenti li t-trade mark ma kinitx intużat għal supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi.

Il-ħames nett, li ma kien hemm l-ebda eżami differenzjat dwar jekk il-prodotti mibjugħa taħt it-trade mark “Lutschpastillen” (mhux mediċinali) kinux supplimenti tal-ikel.

Barra minn hekk, l-appellant jallega motivazzjoni insuffiċjenti fid-determinazzjoni tal-fatt li t-trade mark “Cystus” skont l-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni ma ġietx użata b’mod ġenwin għas-supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi:

L-ewwel nett, mill-motivi tas-sentenza ma huwiex possibbli li wieħed jifhem kif il-Qorti Ġenerali wasslet sabiex tiddeċiedi, fuq il-bażi tal-fatti u tal-provi prodotti mill-appellant, li t-trade marka ġiet użata għal supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi.

It-tieni nett, id-deċiżjoni li t-trade mark ma kinitx intużat għas-supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi protetti, ma hijiex suffiċjenti sabiex tiġġustifika ċerti indizji kontra din il-klassifikazzjoni, mingħajr ma jiġi ddeterminat għal liema prodotti oħra t-trade mark ġiet użata.

It-tielet nett, li ma kien hemm l-ebda eżami differenzjat dwar jekk il-prodotti mibjugħa taħt it-trade mark “Lutschpastillen” (mhux mediċinali) humiex supplimenti tal-ikel, u mingħajr spjegazzjoni għalfejn ma sarx dan l-eżami differenzjat.

Barra minn hekk, l-appellant jallega żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni:

L-ewwel nett, l-analiżi żbaljata tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni; ma kienx eżaminat jekk it-trade mark intużatx fil-forma rreġistrata, jew f’forma differenti, li ma hijiex affettwata mill-karattru distintiv tagħha (Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni), għal supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi.

It-tieni nett, il-klassifikazzjoni tat-trade mark bħala indikazzjoni deskrittiva fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni, peress li l-appellant jibqa’ prattikament ma jistax juża bl-ebda mod it-trade mark b’mod mhux deskrittiv għall-prodotti “Cystus” tiegħu bbażati fuq il-pjanta Cistus Incanus, minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżami tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni kellha timplika li t-trade mark għandu jkollha tal-inqas livell medju ta’ karattru distintiv.

Barra minn hekk, l-appellant jallega li l-motivazzjoni hija kontradittorja u insuffiċjenti fid-determinazzjoni tal-fatt li t-trade mark tal-Unjoni Nru 001273119 “Cystus” skont l-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni ma ġietx użata b’mod ġenwin għas-supplimenti tal-ikel mhux għal skopijiet mediċi:

Minn naħa, hemm kontradizzjoni bejn il-konstatazzjoni tal-fatt li l-ortografija tat-trade mark bi “y” minflok “i” ma hijiex biżżejjed sabiex turi l-użu tagħha bħala trade mark tal-Unjoni u l-affermazzjoni simultanja li dan ma jwassalx għall-eżistenza ta’ raġuni assoluta ta’ rifjut skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni.

Min-naħa l-oħra, il-motivazzjoni hija insuffiċjenti peress li ma hemmx ġustifikazzjoni tal-fatt li n-natura speċifika tal-użu tat-trade mark ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, l-appellant jallega żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat il-fatt li l-Bord tal-Appell ma għamel l-ebda osservazzjoni dwar l-allegat rifjut ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/12


Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 minn Mast-Jägermeister SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-16/16, Mast-Jägermeister SE vs L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali

(Kawża C-217/17 P)

(2017/C 300/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Mast-Jägermeister SE (rappreżentant: C. Drzymalla, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali

Talbiet

tannulla integralment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-16/16 li tiċħad ir-rikors u tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż;

fil-każ fejn l-appell ser jiġi deċiż fondat, tilqa’ l-ewwel u t-tielet talbiet imressqa fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-16/16, li fiha l-Qorti Ġenerali eżaminat ir-rekwiżiti relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ disinn għall-finijiet tal-għoti ta’ data ta’ preżentata, f’dak li jikkonċerna konkretament l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinni Nru 2683615-0001 u Nruo 2683615-0002 (tazzi).

Is-sentenza appellata tippreġudika l-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002 moqri flimkien mal-Artikoli 36 u 38 ta’ dan ir-regolament, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li jirriżulta mill-istruttura ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ma għandhomx jiġu ttrattati bħala applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ disinni Komunitarji jekk l-EUIPO jqis li teżisti inċertezza jew nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tal-għan tal-protezzjoni tal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ disinn. Madankollu jirriżulta mill-aspett sinjifikattiv tad-data ta’ preżentata għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinni li r-rappreżentazzjoni tad-disinn ma hijiex suġġetta għal rekwiżiti stretti u li, għall-finijiet tar-rikonoxximent tad-data ta’ preżentata skont l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 6/2002, l-Artikolu 36(1)(ċ) jirrikjedi biss kapaċità fiżika tar-rappreżentazzjoni tad-disinn li għandu jiġi riprodott.

Kuntrarjament għal dak li tqis il-Qorti Ġenerali, xejn iktar ma jirriżulta mill-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002 moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(ċ) u (2) ta’ dan ir-regolament. Sa fejn jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet li r-rappreżentazzjoni tad-disinn għandha tkun ta’ kwalità suffiċjenti sabiex issir disinzjoni ċara bejn id-dettalji kollha li għalihom hija mitluba l-protezzjoni, dawn id-dispożizzjonijiet huma intiżi biss għall-kapaċità fiżika tar-rappreżentazzjoni li għandha tiġi riprodotta. Dan huwa partikolarment hekk jekk għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa biss min jagħmel il-preżentata li għandu jiddetermina s-suġġett tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, jiġifieri għal xiex din il-protezzjoni qed tiġi mitluba. Fl-aħħar nett, il-portata definittiva tal-protezzjoni ta’ disinn ser tkun xorta waħda stabbilita unikament u esklużivament mill-qorti adita b’proċedimenti ta’ vjolazzjoni.

Sa fejn ir-reġistazzjoni ta’ disinn tista’ toħloq inċertezzi legali f’dak li jikkonċerna r-rappreżentazzjoni tiegħu, ir-reġistrazzjoni tista’ tiġi rrifjutata, iżda mhux ir-rikonoxximent ta’ data ta’ preżentata, li hija sinjifikattiva ħafna għal min jagħmel il-preżentata fir-rigward tar-regoli tal-Artikolu 4A tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-prijorità li tirriżulta mill-ewwel applikazzjoni.

F’dan il-kuntest il-Qorti Ġenerali ma qisitx il-formulazzjoni inekwivoka tar-regoli differenzjati tal-Artikolu 46(2) u (3). Skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002, huwa biss jekk l-irregolaritajiet jirrigwardaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002 li applikazzjoni mhux ser tiġi ttrattata bħala applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju. Madankollu, f’dak li jikkonċerna r-rappreżentazzjoni tad-disinn, l-Artikolu 36(1) ta’ dan ir-regolament jeħtieġ biss li din ir-rappreżentazzjoni tkun kapaċi tiġi riprodotta. Skont l-Artikolu 46(3) tar-Regolament Nru 6/2002, l-irregolaritajiet l-oħra, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 2245/2002, jistgħu joħolqu biss ċaħda tal-applikazzjoni, wara l-għoti ta’ data ta’ preżentata. Dan jirriżulta mir-riferiment magħmul, fl-Artikolu 46(3), għall-Artikolu 45(2)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 36(5) tar-Regolament Nru 6/2002.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Mejju 2017 – Ramazan Dündar et vs Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG

(Kawża C-253/17)

(2017/C 300/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ramazan Dündar, Carolin Wenzel, Antonia Genovese, Jan-Maximilian Mügge

Konvenuta: Air Berlin plc & Co. Luftverkehrs KG

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Ġunju 2017.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Szczecinie (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Feniks Sp. z o.o. vs Azteca Products & Services SL

(Kawża C-337/17)

(2017/C 300/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Szczecinie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Feniks Sp. z o.o.

Konvenuta: Azteca Products & Services SL

Domandi preliminari

1)

Kawża li tirriżulta minn azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ ineffettività, diretta kontra xerrej stabbilit fi Stat Membru, inkonnessjoni ma’ kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, minħabba l-ħsara kkawżata lill-kredituri tal-bejjiegħ, liema kuntratt ġie konkluż u eżegwit fl-intier tiegħu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, tikkostitwixxi kawża “fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt”, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1)?

2)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti għandha tingħata billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ “acte éclairé”, billi jsir riferiment għas-sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1992, Handte (C-26/91, EU:C:1992:268), minkejja li din is-sentenza tikkonċerna r-responsabbiltà ta’ produttur għal difetti tal-oġġett, liema produttur ma kienx f’pożizzjoni jipprevedi lil minn dan l-oġġett seta’ sussegwentement jinbiegħ u, konsegwentement, min seta’ jipproċedi kontra tiegħu, filwaqt li l-azzjoni mressqa kontra xerrej għal “dikjarazzjoni ta’ ineffettività u li tirrigwarda kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli” minħabba l-ħsara kkawżata lill-kredituri tal-bejjiegħ, tirrikjedi (bil-għan li tirnexxi) li x-xerrej kien konsapevoli tal-fatt li l-att legali (il-kuntratt ta’ bejgħ) kien qiegħed isir bi ħsara għall-kredituri u li, konsegwentement, ix-xerrej għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li titressaq tali azzjoni mill-kreditur personali tal-bejjiegħ?


(1)  ĠU L 351, p. 1.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Fremoluc NV vs Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP) et, parti oħra: Vlaams Gewest

(Kawża C-343/17)

(2017/C 300/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fremoluc NV

Konvenuti: Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant (Vlabinvest ABP), Vlaams Financieringsfonds voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant, Vlaamse Maatschappij voor Sociaal Wonen NV (VMSW), Christof De Knop, Valérie De Knop, Melissa De Knop, Joanna De Keersmaecker, Marie-Jeanne Thielemans

Intervenjent: Vlaams Gewest

Domandi preliminari

L-Artikoli 21, 45, 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 22 u 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni li abbażi tagħha awtorità pubblika tiżviluppa artijiet għall-bejgħ jew għall-kiri ta’ lottijiet u ta’ akkomodazzjoni b’kundizzjonijiet vantaġġużi, filwaqt li tingħata prijorità lill-persuni li jkollhom rabta soċjali, ekonomika jew soċjo-kulturali sostanzjali mal-ambitu terrritorjali ta’ din l-awtorità, u li tipprevedi kundizzjonijiet ta’ dħul li l-maġġoranza kbira ta’ dawn il-persuni tista’ tissodisfa, bħal-leġiżlazzjoni li tirriżulta mill-qari konġunt:

tal-besluit van provincieraad van Vlaams-Brabant van 25 februari 2014 houdende het provinciaal reglement betreffende de werking en het beheer van het Agentschap voor Grond- en Woonbeleid voor Vlaams-Brabant – Vlabinvest APB (digriet tal-kunsill provinċjali tal-Vlaams-Brabant tal-25 ta’ Frar 2014 dwar regolament provinċjali dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tal-aġenzija għall-politika tal-artijiet u tad-djar tal-Vlaams-Brabant – Vlabinvest APB);

tal-Artikolu 2/2 tal-Besluit van de Vlaamse regering van 29 september 2006 betreffende de voorwaarden voor de overdracht van onroerende goederen door de Vlaamse Maatschappij voor Sociaal Wonen en de sociale huisvestingsmaatschappijen ter uitvoering van de Vlaamse Wooncode (digriet tad-29 ta’ Settembru 2006 tal-gvern Fjamming, dwar il-kundizzjonijiet ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli mill-kumpannija Fjamminga ta’ akkomodazzjoni u ta’ kumpanniji soċjali ta’ akkomodazzjoni skont il-kodiċi Fjamming ta’ akkomodazzjoni) [u l-Artikolu 17(2) sa (6) tal-Besluit van de Vlaamse regering van 12 oktober 2007 tot reglementering van het sociale huurstelsel ter uitvoering van titel VII van de Vlaamse Wooncode (digriet tal-gvern Fjamming tat-12 ta’ Ottubru 2007, li jirregola l-iskema ta’ kiri soċjali u li jimplementa t-Titolu VII tal-kodiċi Fjamming ta’ akkomodazzjoni)]?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/15


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 minn Christoph Klein mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-309/10 RENV, Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-346/17 P)

(2017/C 300/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Christoph Klein (rappreżentant: H.-J. Ahlt, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-309/10 RENV;

2.

tikkundanna lill-konvenuta tħallas EUR 1 562 662,30 flimkien mal-interessi bir-rata bażi miżjuda tmien punti perċentwali, pagamenti mid-data tas-sentenza;

3.

tiddikjara li l-Kummissjoni għandha tikkumpensah għad-dannu li allegatament ikkawżatlu mill-15 ta’ Settembru 2006, fl-ammont li għad irid jiġi stabbilit;

4.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

5.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-309/10 RENV u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iqajjem l-aggravji li ġejjin:

L-ewwel aggravju bbażat fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li ma tqisx hekk kif huwa xieraq il-portata tal-effett vinkolanti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u peress li tikkunsidra b’mod żbaljat, li billi r-raba’ aggravju fil-Kawża C-120/14 P ġie miċħud bħala inammissibbli, ma kellu ebda dritt għal kumpens fir-rigward tal-prodott tiegħu “effecto”.

It-tieni aggravju bbażat fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, peress li ma tikkonformax ruħha mal-punti ta’ liġi ddeterminati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-punt 95 tas-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ġiet appellata sa fejn din ċaħdet ir-rikors li jikkonċerna t-talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu allegatament subit mill-appellant […]. Bil-kontra ta’ din l-evalwazzjoni, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat iddeċidiet li ma kienx hemm lok għal kumpens għad-danni minħabba li ma kinux issodisfatti r-rekwiżiti.

It-tielet aggravju bbażat fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha peress li ċaħdet l-argument li l-Kummissjoni kienet ukoll kisret l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea peress li naqset milli tieħu azzjoni fi proċedura skont il-klawżola ta’ salvagwardja taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 93/42 peress li dan kien motiv ġdid. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, peress li l-appellant kien diġà invoka fir-rikors il-prinċipju ta’ governanza tajba, li huwa inkluż fil-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u fl-Artikolu 41 tal-Karta. Għaldaqstant ma qiegħed jiġi invokat l-ebda motiv inammissibbli ġdid.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tad-dritt tal-Unjoni meta tqis li d-direttiva ma tagħti l-ebda dritt dirett lill-appellant jew lill-kumpannija atmed AG, peress li t-tnejn huma destinatarji fi proċedura ta’ klawżola ta’ salvagwardja u jistgħu jinvokaw il-prinċipji li jirriżultaw mill-moviment liberu tal-merkanzija peress li l-interessi ekonomiċi bażiċi tagħhom huma affettwati.

Il-ħames aggravju bbażat fuq allegat żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta ċaħdet li kien hemm rabta kawżali bejn l-aġir illegali tal-Kummissjoni u d-dannu allegat. Dan jikkawża distorsjoni tal-fatti u klassifikazzjoni ħażina tal-fatti. Barra minn hekk, hemm ksur mill-ġdid tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 93/42 peress li ma pprovditx evalwazzjoni u motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni.

Is-sitt aggravju bbażat fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta, u ta’ żnaturament tal-fatti u tal-provi, peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-annessi COM RENV 1 u 2.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq allegat ksur mill-Qorti Ġenerali tad-drittijiet tad-difiża tiegħu, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta, tal-Artikolu 64(3)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tal-Artikolu 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li rrifjutat it-talba tiegħu sabiex tħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta d-dokumenti relatati mal-klawżola ta’ salvagwardja.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtsbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ġunju 2017 – A, B, C, D, E, F, G vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-347/17)

(2017/C 300/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtsbank Rotterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B, C, D, E, F, G

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Domanda preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-punti 5 u 8 tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1) […], għandhom jiġu interpretati fis-sens li karkassa tat-tjur ma jista’ jkollha fiha ebda kontaminazzjoni viżibbli wara t-tneħħija tal-interjuri u t-tindif?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-punti 5 u 8 tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 […], jirrigwardaw il-kontaminazzjoni fekali, il-kontaminazzjoni li tirriżulta mill-ħawsla u l-kontaminazzjoni mill-bili?

3)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-dispożizzjoni tal-punt 8 tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 […], għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tindif għandu jsir direttament wara t-tneħħija tal-interjuri, jew din id-dispożizzjoni tawtorizza l-eliminazzjoni tal-kontaminazzjoni viżibbli matul it-tkessiħ, it-tqattigħ jew l-ippakkjar?

4)

Il-punt 1 tal-Kapitolu II tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, jawtorizza lill-awtorità kompetenti li tirtira, matul il-verifika, karkassi fil-linja tal-qatla, kif ukoll li tikkontrolla l-preżenza ta’ kontaminazzjoni viżibbli kemm fuq l-uċuh esterni kif ukoll fuq l-uċuh interni, kif ukoll taħt it-tessuti adipusi?

5)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u jekk, konsegwentement, karkassa ta’ tjur tista’ tkompli tippreżenta kontaminazzjoni viżibbli, kif huwa xieraq li jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tal-punti 5 u 8 tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni II tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 […]? Kif jista’ jintlaħaq l-għan ta’ dan ir-regolament, jiġifieri li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Vision Research Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-372/17)

(2017/C 300/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vision Research Europe BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

Domanda preliminari

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2014 (1), tal-4 ta’ Frar 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu jekk, hekk kif hija tal-fehma ir-Rechtbank (qorti) f’dan l-istadju, is-subintestatura 8525 80 30 għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ tiġi kklassifikata fiha il-kamera, [Phantom V7.3], li għandha memorja volatili, bil-konsegwenza li r-reġistrazzjoni ta’ immaġini fil-kamera jintilfu meta tittieħed immaġni oħra jew meta l-kamera tintefa?


(1)  ĠU 2014, L 38, p. 20.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, K, B, partijiet oħra: H.Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-380/17)

(2017/C 300/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, K, B

Konvenuti: H. Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 3(2)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan, C-583/10, EU:C:2012:638, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari tal-qrati Olandiżi dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva f’kawża li tirrigwarda d-dritt ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ benefiċjaru tal-protezzjoni sussidjarja jekk, fid-dritt Olandiż, din id-direttiva ġiet iddikjarata direttament u inkundizzjonalment applikabbli għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja?

2)

Is-sistema tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) tipprekludi regola nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont din talba għal teħid inkunsiderazzjoni fid-dawl ta’ riunifikazzjoni tal-familja abbażi tad-dispożizzjonijiet iktar favorevoli tal-Kapitolu V ta’ din id-direttiva tista’ tiġi miċħuda unikament għaliex ma tressqitx fit-terminu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tagħha?

Għal risposta għal din id-domanda, huwa importanti li jkun possibbli, f’każ ta’ qbiż ta’ dan it-terminu, li jiġi introdott, irrispettivament jekk wara ċaħda jew mhux, applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja, li fil-kuntest tagħha l-osservanza tal-kundizzjonijiet magħmula mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/86/KE hija evalwata u l-interessi u ċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 5(5) kif ukoll fl-Artikolu 17 tal-istess test jittieħdu inkunsiderazzjoni?


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Openbaar Ministerie vs Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

(Kawża C-393/17)

(2017/C 300/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenuti: Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi d-dispożizzjoni fl-Artikolu II.75(6) tal-Kodiċi għal Edukazzjoni Ogħla tal-11 ta’ Ottubru 2013 li timponi projbizzjoni ġenerali fuq istituzzjonijiet edukattivi mhux akkreditati li jużaw it-titolu “master” fid-diplomi li jagħtu, meta dik il-projbizzjoni tkun intiża għas-salvagwardja ta’ kwistjoni ta’ interess ġenerali, jiġifieri l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ edukazzjoni fejn ikun possibbli li jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżiti ta’ kwalità ddefiniti minn qabel ikunux ġew effettivament sodisfatti?

2)

Id-Direttiva 2006/123/KE (2) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi d-dispożizzjoni fl-Artikolu II.75(6) tal-Kodiċi għal Edukazzjoni Ogħla tal-11 ta’ Ottubru 2013 li timponi projbizzjoni ġenerali fuq istituzzjonijiet edukattivi mhux akkreditati li jużaw it-titolu “master” fid-diplomi li jagħtu, meta dik il-projbizzjoni tkun intiża għas-salvagwardja ta’ kwistjoni ta’ interess ġenerali, jiġifieri l-protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi?

3)

Id-dispożizzjoni kriminali applikabbli għal istituzzjonijiet edukattivi mhux irrikonoxxuti mill-Gvern Fjamming li jagħtu diplomi ta’ “masters”, jgħaddu mit-test ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikoli 9(1)(ċ) u 10(2)(ċ) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern?


(1)  ĠU 2005 L 149, p. 22.

(2)  ĠU 2006 L 376, p. 36.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2017 – Profit Europe NV vs Belgische Staat

(Kawża C-397/17)

(2017/C 300/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Profit Europe NV

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

Is-subintestatura 7307 19 10 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi l-aċċessorji ta’ ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karatteristiċi oġġettivi tagħhom jirriżulta li huma sostanzjalment differenti mill-ħadid fondut malleabbli, peress li l-malleabbiltà tal-ħadid fondut graffit sferiku ma tirriżultax minn trattament termiku adegwat u li dan il-ħadid fondut jinkludi forma oħra ta’ graffit minbarra l-ħadid fondut malleabbli, jiġifieri l-graffit sferiku minflok il-graffit nodulari?

2)

Is-subintestatura 7307 11 00 għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi aċċessorji tal-ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karatteristiċi oġġettivi tal-ħadid fondut graffit sferiku jirriżulta li dan essenzjalment jikkorrispondi għall-karatteristiċi oġġettivi tal-ħadid fondut mhux malleabbli?

3)

Għandhom jiġu mwarrba n-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM marbuta mas-subintestatura 7307 19 10, li jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jkopri il-ħadid fondut graffit sferiku sa fejn dawn jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jinkludi l-ħadid fondut graffit sferiku ġaladarba huwa stabbilit li l-ħadid fondut graffit sferiku ma huwiex ħadid fondut malleabbli?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-3 ta’ Lulju 2017 – Profit Europe NV vs Belgische Staat

(Kawża C-398/17)

(2017/C 300/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Profit Europe NV

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

Is-subintestatura 7307 19 10 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi l-aċċessorji ta’ ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karattersitiċi oġġettivi tagħhom jirriżulta li huma sostanzjalment differenti mill-ħadid fondut malleabbli, peress li l-malleabbiltà tal-ħadid fondut graffit sferiku ma tirriżultax minn trattament termiku adegwat u li dan il-ħadid fondut jinkludi forma oħra ta’ graffit minbarra l-ħadid fondut malleabbli, jiġifieri l-graffit sferiku minflok il-graffit nodulari?

2)

Is-subintestatura 7307 11 00 għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi aċċessorji tal-ħadid fondut graffit sferiku li għandhom il-karatteristiċi tal-aċċessorji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta mill-karattersitiċi oġġettivi tal-ħadid fondut graffit sferiku jirriżulta li dan essenzjalment jikkorrispondi għall-karattersitiċi oġġettivi tal-ħadid fondut mhux malleabbli?

3)

Għandhom jiġu mwarrba n-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM marbuta mas-subintestatura 7307 19 10, li jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jkopri il-ħadid fondut graffit sferiku sa fejn dawn jindikaw li l-ħadid fondut malleabbli jinkludi l-ħadid fondut graffit sferiku ġaladarba huwa stabbilit li l-ħadid fondut graffit sferiku ma huwiex ħadid fondut malleabbli?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fis-7 ta’ Lulju 2017 – A

(Kawża C-410/17)

(2017/C 300/26)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenuti: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(1)(c) (1) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xogħlijiet ta’ twaqqigħ mwettqa minn kumpannija li n-negozju tagħha jinkludi t-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ twaqqigħ, jikkonsistu fi tranżazzjoni waħda biss, meta l-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ tkun obbligata, skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt eżistenti bejn il-kumpannija appaltatriċi u l-appaltant, tneħħi l-iskart tat-twaqqigħ u tkun tista’, dment li l-iskart tat-twaqqigħ ikun jinkludi l-metall, tbiegħ mill-ġdid il-metall lil impriżi li jixtru metall riċiklabbli?

Jew inkella, fid-dawl tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, kuntratt bħal dan dwar xogħlijiet ta’ twaqqigħ għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi żewġ tranżazzjonijiet, jiġifieri, minn naħa, il-provvista tas-servizz ta’ xogħolijiet ta’ twaqqigħ mill-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ lill-appaltant ta’ xogħlijiet ta’ twaqqigħ u, min-naħa l-oħra, ix-xiri tal-metall għall-bejgħ mill-ġdid, mill-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ, mingħand l-appaltant tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ?

F’dan il-każ, għandu jitqies bħala importanti l-fatt li, fl-istabbiliment tal-prezz għax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ, il-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ ħadet inkunsiderazzjoni, bħala fattur ta’ tnaqqis tal-prezz, il-fatt li hija tista’ tikseb dħul mill-irkupru ta’ skart tat-twaqqigħ?

F’dan il-każ, għandu jitqies bħala importanti l-fatt li l-kwantità u l-valur tal-iskart tat-twaqqigħ li jista’ jiġi rkuprat ma ġewx miftiehma fil-kuntratt ta’ xogħlijiet ta’ twaqqigħ u li lanqas ma ġie miftiehem li dawn għandhom jiġu nnotifikati sussegwentement lill-appaltatur tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ, u l-fatt li l-kwantità u l-valur tal-iskart tat-twaqqigħ jkunu magħrufa biss meta dan jinbiegħ mill-ġdid mill-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ?

2)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tkun teżisti tranżazzjoni waħda biss, li tikkonsisti fil-bejgħ ta’ oġġetti mill-proprjetarju tal-oġġett li għandu jitwaqqa’ lill-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ, fil-każ li fih kumpannija li n-negozju tagħha jinkludi t-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ twaqqigħ, tiftiehem permezz ta’ kuntratt mal-proprjetarju ta’ oġġett li għandu jitwaqqa’, li l-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ għandha tixtri l-oġġett li għandu jitwaqqa’ u tobbliga ruħha, taħt piena ta’ penali kuntrattwali, li twaqqa’ l-oġġett u li tneħħi l-iskart tat-twaqqigħ fit-terminu previst mill-kuntratt?

Jew inkella, fid-dawl tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(1)(c) flimkien ma’ dik tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE, kuntratt bħal dan għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi żewġ tranżazzjonijiet, jiġifieri, minn naħa, il-bejgħ ta’ oġġetti mill-proprjetarju tal-oġġett li għandu jitwaqqa’ lill-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u, min-naħa l-oħra, is-servizz ta’ twaqqigħ ipprovdut mill-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ lill-bejjiegħ tal-oġġetti?

F’dan il-każ, għandu jitqies bħala importanti l-fatt li, fl-istabbiliment tal-prezz tal-offerta tagħha ta’ xiri tal-oġġetti, il-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ ħadet inkunsiderazzjoni, bħala fattur ta’ tnaqqis tal-prezz, l-ispejjeż li ser ikollha tbati sabiex iżżarma u t-tneħħi l-oġġetti?

F’dan il-każ, għandu jitqies bħala importanti l-fatt li l-bejjiegħ tal-oġġetti huwa konxju mill-fatt li l-ispejjeż li l-kumpannija tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ ser ikollha tbati sabiex iżżarma u tneħħi l-oġġetti, ittieħdu inkunsiderazzjoni bħala fattur ta’ tnaqqis tal-prezz ta’ dawn l-oġġetti, fid-dawl tal-fatt li xejn ma ġie miftiehem bejn il-partijiet fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż u li ma huwiex previst li f’xi mument l-ammont effettiv jew stmat ta’ dawn l-ispejjeż għandu jiġi kkomunikat lill-bejjiegħ tal-oġġetti?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2017 – Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

(Kawża C-411/17)

(2017/C 300/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Environnement Wallonie ASBL, Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen ASBL

Konvenut: Conseil des ministres

Parti oħra: Electrabel SA

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 2(1) sa (3), (6) u (7), l-Artikolu 3(8), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1), u l-punt 2 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ta’ Espoo “dwar l-evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent f’kuntest transkonfinali” għandhom jiġu interpretati skont il-kjarifiki pprovduti mid-Dokument ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għal attivitajiet fir-rigward tal-enerġija nukleari u r-Rakkomandazzjonijiet dwar prattika tajba rigward l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni għall-attivitajiet marbuta mal-enerġija nukleari?

2.

L-Artikolu 1(IX) tal-Konvenzjoni ta’ Espoo li jiddefinixxi l-“awtorità kompetenti” jista’ jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni atti leġiżlattivi bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi?

3.

a)

L-Artikoli 2 sa 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

b)

Ir-risposta għad-domanda magħmula fil-punt a) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

c)

Is-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 sa 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u/jew li tiġi sospiża din l-applikazzjoni?

4.

L-Artikolu 2(2) tal-Konvenzjoni ta’ Århus “dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali” għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni atti leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, b’teħid inkunsiderazzjoni jew le tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi?

5.

a)

B’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tar-“Rakkomandazzjonijiet ta’ Maastricht dwar il-mezzi għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tal-ambjent” fir-rigward ta’ proċess deċiżjonali b’diversi stadji, l-Artikoli 2 u 6, flimkien mal-Anness I.1 tal-Konvenzjoni ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

b)

Ir-risposta għad-domanda magħmula fil-punt a) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

c)

Is-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tal-Konvenzjoni ta’ Espoo u/jew li tiġi sospiża din l-applikazzjoni?

6.

a)

L-Artikolu 1(2) flimkien mal-punt 13(a) tal-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), moqrija, fejn xieraq, fid-dawl tal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-posponiment tad-data ta’ diżattivazzjoni u ta’ tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant ta’ enerġija nukleari, bl-implikazzjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk, ta’ investimenti importanti u ta’ upgrades tas-sigurtà għall-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikoli 2 sa 8 u 11 u l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2011/92/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

c)

Ir-risposta għad-domandi magħmula fil-punti a) u b) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

d)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġi eżentat il-posponiment tad-diżattivazzjoni ta’ impjant ta’ enerġija nukleari mill-applikazzjoni tal-Artikoli 2 sa 8 u 11 tad-Direttiva 2011/92/UE għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mas-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż?

7.

Il-kunċett ta’ “att leġiżlattiv speċifiku” fis-sens tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, b’teħid inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din il-liġi u li jista’ jilħaq l-għanijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

8.

a)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2), flimkien mal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (3), moqrija, fejn xieraq, fid-dawl tad-Direttiva 2011/92/UE u tal-Konvenzjonijiet ta’ Espoo u ta’ Århus, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma japplikaw għall-posponiment tad-data ta’ diżattivazzjoni u ta’ tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku ta’ impjant ta’ enerġija nukleari, bl-implikazzjoni, bħalma huwa l-każ hawnhekk, ta’ investimenti importanti u ta’ upgrades tas-sigurtà għall-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

b)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika qabel l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bħal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015“li temenda l-liġi tal-31 ta’ Jannar 2003 dwar it-twaqqif gradwali tal-enerġija nukleari għal finijiet ta’ produzzjoni industrijali ta’ elettriku sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà ta’ provvista fuq il-livell enerġetiku”, li l-Artikolu 2 tagħha jipposponi d-data tad-diżattivazzjoni u tat-tmiem tal-produzzjoni industrijali ta’ elettriku tal-impjanti ta’ enerġija nukleari ta’ Doel 1 u Doel 2?

c)

Ir-risposta għad-domandi magħmula fil-punti a) u b) hija differenti skont jekk hija tikkonċernax l-impjant ta’ Doel 1 jew dak ta’ Doel 2, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-neċessità, għall-ewwel impjant, li jiġu adottati atti amministrattivi għall-eżekuzzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2015?

d)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda magħmula fil-punt a), l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jitqiesu bħala raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali maġġuri raġunijiet marbuta mas-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż, b’teħid inkunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, tad-diversi studji mwettqa u seduti ta’ smigħ miżmuma fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq tat-28 ta’ Ġunju 2-15 u li jista’ jilħaq l-għanijiet tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq?

9.

Jekk, abbażi tar-risposti mogħtija għad-domandi preliminari preċedenti, il-qorti nazzjonali tasal għall-konklużjoni li l-liġi kkontestata tikser wieħed mill-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet jew mid-direttivi msemmija iktar ’il fuq, mingħajr ma s-sigurtà ta’ provvista tal-elettriku tal-pajjiż tkun tista’ tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li ssir deroga minn dawn l-obbligi, tista’ l-imsemmija qorti żżomm l-effetti tal-liġi tat-28 ta’ Ġunju 2015 sabiex tiġi evitata inċertezza legali u sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfatti l-obbligi ta’ evalwazzjoni tal-impatt fuq l-ambjent u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku li jirriżultaw mill-konvenzjonijiet jew mid-direttivi msemmija iktar ’il fuq?


(1)  ĠU L 26, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(3)  ĠU L 20, p. 7.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-10 ta’ Lulju 2017 – Arex CZ a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-414/17)

(2017/C 300/28)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Arex CZ a.s.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

1)

Għandha titqies bħala persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), kwalunkwe persuna taxxabbli? Jekk dan ma huwiex il-każ, għal liema persuni taxxabbli tapplika din id-dispożizzjoni?

2)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-VAT japplika għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali (jiġifieri għal sitwazzjoni fejn il-persuna li takkwista l-prodotti hija persuna taxxabbli rreġistrata għat-taxxa), din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, fejn il-kunsinna jew it-trasport ta’ dawn il-prodotti ssir konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2), tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (3) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar id-dazju tas-sisa”), hemm lok li titqies bħala kunsinna li tagħti d-dritt għal eżenzjoni skont din id-dispożizzjoni, il-kunsinna li għandha rabta mal-proċeduri previsti mid-Direttiva dwar id-dazju tas-sisa, minkejja li ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl tal-imputazzjoni tat-trasport tal-merkanzija għal tranżazzjoni oħra?

3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 138(2)(b) tad-Direttiva tal-VAT ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-merkanzija hija ttrasportata taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, huwa ċirkustanza determinati sabiex jiġi stabbilit għal liema mill-kunsinni suċċessivi għandu jiġi imputat it-trasport għall-finijiet tad-dritt għal eżenzjoni mill-VAT skont l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.

(2)  ĠU 2009, L 9, p. 12.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/25


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-420/17)

(2017/C 300/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji biex tistabbilixxi sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-ortolan Bruant fid-département des Landes, ir-Repubblika Franċiża naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li Franza qatt ma ħadet il-miżuri koerenti u kkoordinati ta’ protezzjoni biex tistabbilixxi sistema ta’ protezzjoni tal-ortolan Bruant, u b’hekk naqqset mill-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2009/147/KE (1).


(1)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fl-14 ta’ Lulju 2017 – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

(Kawża C-426/17)

(2017/C 300/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Barba Giménez

Konvenuta: Francisca Carrión Lozano

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 93/13/KEE, moqrija flimkien mad-Direttiva 2005/29/KE u mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li fiha, bħall-Artikolu 35 tal-Ley 1/2000 de Enjuiciamiento Civil (Liġi 1/2002 tal-proċedura ċivili), il-korpi responsabbli mill-istruzzjoni tal-proċeduri li bihom jiġu deċiżi l-ilmenti dwar l-onorarji (reġistru bil-ġurament tal-kontijiet) ma jistgħux jivverifikaw ex officio, qabel ma jinforzaw it-titolu eżekuttiv, jekk fil-kuntratt li jkun sar bejn avukat u klijent hemmx klawżoli inġusti jew jekk kienx hemm prattiki kummerċjali inġusti?

2)

L-avukati assenjati għall-għajnuna legali huma “bejjiegħa” jew “fornituri” fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 93/13/KEE (1) u tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2005/29/KE (2)? Huwa applikabbli l-Artikoli 6(1)(d) u 7(2) tad-Direttiva 2005/29/KE, għall-każijiet fejn it-tariffi ta’ fornitur huma regolati minn dispożizzjoni ġuridika?

3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, id-Direttiva 2005/29/KE għandha tiġi interpretata b’tali mod li topponi għal leġiżlazzjoni bħal dik li tinsab fl-Artikolu 36 tal-Ley 1/1996 de Justicia Gratuita (Liġi 1/1996 tal-ġustizzja b’mod gratuwitu), li tistabbilixxi l-obbligu ta’ applikazzjoni tar-reġim tat-tariffi stabbilit b’mod legali, minkejja li l-imprenditur għandu aġir ta’ ommissjonijiet jew qarrieqi fir-rigward tal-iffissar tal-prezz tas-servizzi tiegħu?

4)

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat b’tali mod li jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik stabbilita fl-Artikolu 36 tal-Ley 1/1996 (Liġi 1/1996), li tissuġġetta l-kumpens tal-avukati li jipprovdu servizzi fl-għajnuna legali gratuwita, jekk tintlaqa’ t-talba, għal skala ta’ onorarji approvata minn qabel għal dawn tal-aħħar, mingħajr ma huwa possibbli li l-awtoritajiet tal-Istat Membru jistgħu jitbiegħdu minnha?

5)

Din il-leġiżlazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità li jirreferi għalihom l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123/KE?

6)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat b’tali mod li jopponi leġiżlazzjoni, bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li jistabbilixxi l-obbligu tal-[benefiċjarju] tad-dritt għal għajnuna legali gratuwita, jekk tintlaqa’ t-talba magħmula mingħajr ma jkunu imposti spejjeż, li l-avukat jitħallas it-tariffi tiegħu skont skala approvata minn assoċjazzjoni professjonali li jaqbżu b’iktar minn 50 % tal-ammont annwali ta’ benefiċċju tas-sigurtà soċjali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

(2)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/27


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tad-19 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-606/15) (1)

(2017/C 300/31)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/27


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-683/15) (1)

(2017/C 300/32)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/27


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) Richard Rodriguez Serin vs HOP!-Regional

(Kawża C-539/16) (1)

(2017/C 300/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Mons – il-Belġju) – l-Istat Belġjan vs Biologie Dr Antoine SPRL

(Kawża C-548/16) (1)

(2017/C 300/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 30.01.2017.


Il-Qorti Ġenerali

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA

(Kawża T-348/16 OP) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Oppożizzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza f’kontumaċja - Sentenza interlokutorja”))

(2017/C 300/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent fil-kawża prinċipali: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta fil-kawża prinċipali: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (rappreżentanti: M. Pesquera Alonso u F. Sgritta, aġenti, assistiti minn E. Kourakis, avukat)

Suġġett

Oppożizzjoni għas-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis/ERCEA (T-348/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:268).

Dispożittiv

L-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (T-348/16), hija sospiża sakemm tingħata deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni magħmula mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA).


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – myToys.de vs EUIPO – Laboratorios Indas (myBaby)

(Kawża T-519/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva myBaby - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali, figurattivi u nazzjonali verbali preċedenti MAYBABY, May BaBy u MAY BABY - Rikorsi anċillari - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Deċiżjoni purament konfermattiva - Inammissibbiltà”])

(2017/C 300/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: myToys.de GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Hauss-Löhde u M. Mette, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Indas, SA (Pozuelo de Alarcon, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1002/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Indas u myToys.de.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

myToys.de GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk tal-Laboratorios Indas, SA.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA

(Kawża T-348/16 OP-R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Klawżola ta’ arbitraġġ - Sentenza f’kontumaċja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”))

(2017/C 300/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent fil-kawża prinċipali: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta fil-kawża prinċipali: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (rappreżentanti: M. Pesquera Alonso u F. Sgritta, aġenti, assistiti minn E. Kourakis, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 123(4) u l-Artikolu 156 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-6 ta’ April 2017, Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (T-348/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:268).

Dispożittiv

1)

It-talba hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – HI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proġett iffinanzjat mill-Unjoni - Kunflitt ta’ interessi - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni ta’ tnaqqis fil-grad - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2017/C 300/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: HI (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-10 ta’ Ġunju 2016, HI vs Il-Kummissjoni (F-133/15, EU:F:2016:127), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

HI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanża.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2017 – Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/17)

(2017/C 300/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France (Courbevoie, Franza) u Nexans (Courbevoie) (rappreżentanti: M. Powell u A. Rogers, Solicitors, u G. Forwood, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C(2017) 3051 finali tat-2 ta’ Mejju 2017 dwar talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Nexans France u Nexans skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ AT.39610 – Kejbils tal-elettriku) sa fejn hija tiċħad it-talbiet għal kunfidenzjalità tar-rikorrenti fir-rigward tal-informazzjoni li huma jsostnu, fil-Kawża T-449/14, li nkisbet illegalment (it-talbiet magħrufa bħala “Kategorija I”), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji fl-evalwazzjoni tat-talba tar-rikorrenti skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2011/695: l-ewwel nett, billi kkonkludiet li parti mill-informazzjoni kontenzjuża kienet diġà magħrufa minn iktar minn numru limitat ta’ persuni; it-tieni nett, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva; u t-tielet nett, billi kkonkludiet li l-interessi tar-rikorrenti ma jixirqilhomx protezzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, peress li l-legalità tal-metodu li bih l-informazzjoni kontenzjuża nkisbet qed tiġi kkontestata fil-Kawża T-449/14, li għadha pendenti. Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kontenzjuża ċċaħħad kull annullament f’dik il-kawża mill-effett sħiħ tagħha.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/32


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-433/17)

(2017/C 300/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Franklin Dehousse (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Mejju 2017 li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għad-dokumenti sottomessi mir-rikorrent bid-data tat-12 ta’ April 2017, kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2017 li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet parzjalment l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għad-dokumenti sottomessi mir-rikorrent bid-data tas- 16 ta’ Marzu 2017;

tirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-konvenuta fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas il-kumpens għad-dannu morali subit mir- rikorrent evalwat ex aequo et bono għal EUR għaxart elef (10 000), u, sussidjarjament, għall-euro simbolika;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi fir-rigward tat-talba tiegħu għal annullament u motiv dwar il-talba tiegħu għad-danni.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha (2016/C 445/03), tal-Artikolu 15(3) TFUE u tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet u l-obbligu ta’ trasparenza. B’mod partikolari, ir-rikorrent jssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati sa fejn ma jipprovdux ċerti dokumenti, jipprovdu oħrajn b’mod inkomplet, jew jipprovduhom b’diversi ommissjonijiet.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 296 TFUE u 41 tal-Karta, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati b’difett jew motivazzjoni insuffiċjenti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Rigward il-kontestazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, ir-rikorrent isostni li l-istituzzjoni konvenuta adottat aġir illeċitu li joħoloq responsabbiltà. Dan l-aġir wassal għal dannu morali serju għar-rikorrent, fosthom din l-aħħar talba għal kumpens.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/33


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/17)

(2017/C 300/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit), European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju), The International Chemical Secretariat (Gothenburg, l-Isvezja), International POPs Elimination Network (IPEN) (Gothenburg) (rappreżentant: A. Jones, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara l-applikazzjoni ammissibbli u fondata;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2914 finali, tat-2 ta’ Mejju 2017, li tirrifjuta li teżamina mill-ġdid id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM (2016) 5644 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU 2006, L 396, p. 1);

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)5644;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

tordna kwalunkwe miżura oħra li tikkunsidra xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni rigward l-allegata konformità tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ DCC Maastricht BV fis-sens tal-Artikoli 62 u 60(7) tar-Regolament REACH.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH rigward l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikoli 60(4) u 60(5) tar-Regolament REACH rigward l-analiżi ta’ alternattivi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni C(2017) 2914 finali hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-obbligu li jingħataw motivi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni, fil-kuntest tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament REACH.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 – Oy Karl Fazer v EUIPO – Kraft Foods Belgium Intellectual Property (MIGNON)

(Kawża T-437/17)

(2017/C 300/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oy Karl Fazer Ab (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kraft Foods Belgium Intellectual Property (Halle, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MIGNON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 995 892

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2017-Każ R 1859/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

it-trade mark għandha tiġi rreġistrata għall-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/35


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)

(Kawża T-448/17)

(2017/C 300/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sevenfriday AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini u G. Bellomo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SEVENFRIDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 915 021

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2291/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ċaħdet l-appell ippreżentat minn Sevenfriday AG kontra d-Deċiżjoni B2400482 tas-7 ta’ Ottubru 2016 u, konsegwentement, tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 1105144;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/35


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2017 – Sevenfriday vs EUIPO – Seven (SEVENFRIDAY)

(Kawża T-449/17)

(2017/C 300/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sevenfriday AG (Zürich, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: M. Mostardini, F. Mellucci, S. Pallavicini u G. Bellomo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leinì, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SEVENFRIDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 500 533

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 2292/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-appell ippreżentat minn Sevenfriday AB mid-deċiżjoni B252649 tal-10 ta’ Ottubru 2016 u konsegwentement tippermetti li l-applikazzjoni Nru 16500533 tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrevoka sa fejn il-prodotti fil-klassi 9 huma kkonċernati.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2017 –Bateni vs Il-Kunsill

(Kawża T-455/17)

(2017/C 300/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naser Bateni (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schlingmann u M. Bever, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

1.

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kunsill, tħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 250 000 00 bħala kumpens għal dannu morali li ġarrab ir-rikorrent minħabba:

inklużjoni fit-Tabella III tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71) u inklużjoni fit-Tabella III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 961/2010 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11);

inklużjoni fit-Tabella III tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1);

inklużjoni fit-Tabella III tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18) u fit-Tabella III tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3)

2.

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kunsill, tħallas interessi moratorji ta’ żewġ punti perċentwali fuq ir-rata ta’ interess tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament b’effett mill-24 ta’ Marzu 2017 sakemm titħallas is-somma sħiħa li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 1;

3.

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kunsill, għall-ispejjeż tal-proċedura, b’mod partikolari dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

1.

L-ewwel motiv: permezz tal-adozzjoni tal-miżuri restrittivi, il-Kunsill kiser id-dispożizzjonijiet protettivi kontra r-rikorrent b’mod sinjifikattiv. Minħabba dan, ir-rikorrent ġarrab dannu morali sinjifikattiv, li għandu jiġi kkumpensat.

Ir-rikorrent ippreżenta b’suċċess rikors għal annullament kontra l-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ sanzjonijiet. Il-Qorti Ġenerali annullat l-atti legali msemmija iktar ’il fuq permezz tas-sentenzi definittivi tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi T-42/12 u T-181/12 u tas-16 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-45/14, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent. F’dawn is-sentenzi, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kunsill ma kien stabbilixxa ebda raġuni li setgħet tiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tas-sanzjonijiet u għalhekk wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u aġixxa b’mod negliġenti.

Skont is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-384/11, Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill, li fil-frattemp ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-30 ta’ Mejju 2017, Kawża C-45/15), hemm ksur serju kemm tad-dispożizzjonijiet protettivi u sostantivi tal-individwu kif ukoll tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

L-annullament tal-atti legali inkwistjoni ma jikkostitwixxix kumpens suffiċjenti. Il-konsegwenzi soċjali, professjonali u privati estensivi tal-applikazzjoni żbaljata tal-isem tar-rikorrent matul is-snin jistgħu biss jiġu rrimedjati permezz tal-ħlas ta’ kumpens.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2017 – Medisana vs EUIPO (happy life)

(Kawża T-457/17)

(2017/C 300/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Medisana AG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “happy life” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 164 023

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1965/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/38


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2017 – Bopp vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ottagonu ekwilaterali)

(Kawża T-460/17)

(2017/C 300/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Pröckl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ottagonu ekwilaterali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 005 196

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2017 fil-Każ R 1954/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2017 – Gauff vs EUIPO – H.P. Gauff Ingenieure (Gauff)

(Kawża T-748/15) (1)

(2017/C 300/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2017 – Bank of New York Mellon vs EUIPO – Nixen Partners (NEXEN)

(Kawża T-278/17) (1)

(2017/C 300/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.