ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
9 ta' Settembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 299/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8575 — OTPP/AIMCo/Borealis/KIA/LCY) ( 1 )

1

2017/C 299/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8592 — Centerbridge/EGPH/JV) ( 1 )

1

2017/C 299/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8596 — Colindale/Goldman Sachs/JRE) ( 1 )

2

2017/C 299/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8593 — CVC/PAI/Cortefiel) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 299/05

Rata tal-kambju tal-euro

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 299/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8613 — Konica Minolta/Innovation Network Corporation of Japan/Ambry Genetics) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2017/C 299/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.8631 — IFM/PSA/Mersin) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 299/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7


 

Rettifika

2017/C 299/09

Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( ĠU C 280, 24.8.2017 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8575 — OTPP/AIMCo/Borealis/KIA/LCY)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 299/01)

Fit-8 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8575. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8592 — Centerbridge/EGPH/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 299/02)

Fl-4 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8592. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8596 — Colindale/Goldman Sachs/JRE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 299/03)

Fil-5 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8596. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8593 — CVC/PAI/Cortefiel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 299/04)

Fil-5 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8593. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Settembru 2017

(2017/C 299/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2060

JPY

Yen Ġappuniż

129,50

DKK

Krona Daniża

7,4402

GBP

Lira Sterlina

0,91268

SEK

Krona Żvediża

9,5388

CHF

Frank Żvizzeru

1,1405

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3093

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,099

HUF

Forint Ungeriż

306,46

PLN

Zloty Pollakk

4,2534

RON

Leu Rumen

4,6008

TRY

Lira Turka

4,1191

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4881

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4577

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4160

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6502

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6124

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 363,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,5124

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7926

HRK

Kuna Kroata

7,4315

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 874,85

MYR

Ringgit Malażjan

5,0586

PHP

Peso Filippin

61,276

RUB

Rouble Russu

68,9650

THB

Baht Tajlandiż

39,919

BRL

Real Brażiljan

3,7256

MXN

Peso Messikan

21,3382

INR

Rupi Indjan

76,9245


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8613 — Konica Minolta/Innovation Network Corporation of Japan/Ambry Genetics)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 299/06)

1.

Fl-1 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Konica Minolta, Inc. (“KM”, il-Ġappun),

Innovation Network Corporation of Japan (“INCJ”, il-Ġappun),

Ambry Genetics Corp (“AG”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

KM u INCJ jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal KM: kumpanija tat-teknoloġija li tispeċjalizza fil-prodotti tal-immaġni, l-analiżi tad-data ottika u nano-fabrication. F’dan ir-rigward, KM tiżviluppa u timmanifattura firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-hardware u s-software li joffru soluzzjonijiet għan-negozji. Km hija attiva f’150 pajjiż madwar l-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġappun, iċ-Ċina, l-Asja u f’pajjiżi oħra.

—   għal INCJ: sħubija pubblika-privata tal-Gvern Ġappuniż u 26 kumpanija privata. INCJ twettaq attivitajiet ta’ investiment billi tipprovdi appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u maniġerjali lin-negozji tal-ġenerazzjoni li jmiss. Hija tipprovdi kapital ta’ riskju fuq tul ta’ żmien medju u twil għal intrapriżi innovattivi b’potenzjal ta’ tkabbir li jġib valur għas-soċjetà.

—   għal AG: kura tas-saħħa bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika. Hija tipprovdi servizzi ta’ ttestjar ġenetiku fil-laboratorju u hija attiva f’attivitajiet ta’ riċerka ġenetika. AG topera f’California u tiffoka l-attività tan-negozju tagħha fuq l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada bi ftit attivitajiet fl-UE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8613 — Konica Minolta/Innovation Network Corporation of Japan/Ambry Genetics

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.8631 — IFM/PSA/Mersin)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 299/07)

1.

Fil-31 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

IFM Investors Pty Ltd (l-Awstralja)

PSA International Pte Ltd (Singapore), ikkontrollata minn Temasek Holdings (Singapore)

Mersin Uluslararası Liman İşletmeciliği A.Ş. (it-Turkija)

IFM Investors Pty Ltd (“IFM”) u PSA International Pte Ltd (“PSA”) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mersin Uluslararası Liman İşletmeciliği A.Ş. (“MIP”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal IFM: ġestjoni ta’ investiment dinji, ibbażata fl-Awstralja, tiġġestixxi l-assi fl-infrastruttura, l-ekwitajiet ikkwotati fil-Borża, il-kapital privat u investimenti ta’ dejn. IFM hija indirettament proprjeta kollha kemm hi ta’ 25 fond Awstraljan tal-pensjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

—   għal PSA: operatur dinji ta’ terminals tal-vapuri attiva prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi tal-burdnara fil-portijiet b’enfasi partikolari fuq il-provvediment ta’ servizzi ta’ terminals għal vapuri tal-kontejners. PSA għandha l-kwartieri ġenerali f’Singapor u hija ultimament proprjetà ta’ Temasek Holdings, il-fond ta’ investimenti sovrani tar-Repubblika ta’ Singapor.

—   għal MIP: tħaddem u tiġġestixxi l-Mersin International Port li jinsab f’Mersin (it-Turkija).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8631 — IFM/PSA/Mersin

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 299/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“SAINT-NECTAIRE”

Nru tal-UE: PDO-FR-02299 – 8.3.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Organizzazzjoni interprofessjonali tas-“Saint-Nectaire” (fil-qosor, ISN)

Indirizz:

2 route des Fraux,

63610 Besse-et-Saint-Anastaise

FRANCE

Tel.

+33 473795257

Fax

+33 473795172

Posta elettronika:

contact@syndicatstnectaire.com

Il-grupp huwa ffurmat minn produtturi, kolletturi tal-ħalib, u dawk li jipproċessaw u jimmaturaw is-“Saint-Nectaire” u għaldaqstant għandu d-dritt leġittimu li jipproponi emendi.

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda(i)

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: spezzjoni, rekwiżiti nazzjonali, rabta

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda(i)

Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”

Fil-mument tal-emenda preċedenti tal-ispeċifikazzjoni, il-piż medju tal-ġobon inbidel f’piż massimu (1,850 kg għall-ġobon il-kbir u 0,650 kg għall-ġobon iż-żgħir). L-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kienet l-okkażjoni biex jiġi diskuss dan il-kriterju fil-fond. Sabiex tiġi kkunsidrata l-varjabilità li jista’ jkun hemm fil-livell tal-piż tal-ġobon u jiġi definit il-prodott b’mod preċiż, il-piż massimu tal-ġobon jiġi miżjud u komplut minn valur massimu. Għalhekk, il-piż tas-“Saint-Nectaire” kbir huwa “bejn 1,450 kg u 1,950 kg”, minflok “li ma jaqbiżx l-1,850 kg”. Għas-“Saint-Nectaire” żgħir, il-piż tiegħu huwa “bejn 0,500 kg u 0,700 kg”, minflok “ta’ mhux aktar minn 0,650 kg”.

Id-deskrizzjoni tat-taħlita qed tiġi deskritta f’iktar dettall abbażi ta’ esperjenza tal-palat. Għalhekk, is-sentenza “It-taħlita ratba u kremuża, li hija maħlula, għandha lewn l-avorju u jista’ jkollha xi xquq żgħar mifruxin b’mod armonjuż” tissostitwixxi s-sentenza “It-taħlita hija ratba u kremuża, u maħlula”. Din id-deskrizzjoni ġdida tippermetti li jiġi definit il-prodott b’mod aktar preċiż.

Id-deskrizzjoni tat-togħma tal-prodott hija kompluta sabiex tiġi deskritta aħjar il-kumplessità tat-togħma tas-“Saint-Nectaire”. Għalhekk jiżdiedu d-deskritturi “ħelwa” u “mhux aċiduża wisq” mas-sentenza, li ssir: “It-togħma hija nadifa, ħelwa, kemxejn mielħa, mhux aċiduża wisq, b’varjetà ta’ togħmiet tal-ħalib (ħalib frisk, krema u butir) u l-aromi marbuta mal-proċess tal-maturazzjoni (il-kantina, il-firxa ta’ tiben, tal-art u veġetazzjoni), sikwit għandhom togħma delikata u ħafifa ta’ lewż.”.

Dawn l-emendi kollha, li għandhom l-għan li jtejbu d-deskrizzjoni tal-prodott, huma introdotti wkoll fid-dokument uniku.

Intestatura “Prova tal-oriġini”

Flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi li tirrikonoxxi l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni, tiżdied dikjarazzjoni preliminari għan-nuqqas ta’ intenzjoni ta’ produzzjoni u dikjarazzjoni preliminari għall-issoktar tal-produzzjoni sabiex temporanjament l-operaturi jkunu jistgħu jieqfu jipproduċu s-“Saint-Nectaire” jekk jixtiequ.

Ġie stabbilit li l-komunikazzjoni kull xahar ta’ data statistika relatata mal-manifattura u l-maturazzjoni tikkonċerna wkoll il-produtturi agrikoli li jimmaturaw il-ġobon fl-azjenda, biex jinftiehem aħjar it-test.

Jiżdied obbligu għal ċerti kategoriji ta’ operaturi (kolletturi tal-ħalib, dawk li jimmanifatturaw u jimmaturaw il-ġobon) li jikkomunikaw kull sena lill-grupp, għas-sena n qabel il-25 ta’ Frar tas-sena n+1, l-elementi statistiċi relatati mal-attività tagħhom tas-sena preċedenti, flimkien mat-trażmissjonijiet kull xahar tad-data diġà mitluba għal xi wħud minnhom, sabiex il-grupp ikollu sommarju annwali min-naħa tal-operaturi.

Il-perjodu minimu ta’ żamma tad-dikjarazzjonijiet riċevuti mill-grupp ġie stabbilit għal sentejn kif ukoll is-sena kurrenti, minflok 3 snin minn data għal data, sabiex tiġi faċilitata l-ġestjoni tal-arkivji għal kull sena ċivili.

B’rabta mal-emendi introdotti dwar l-għalf tal-annimali, ġie stabbilit li d-dikjarazzjoni sommarja tal-ħsad u x-xiri tal-ħaxix li jżomm il-produttur tal-ħalib tikkonċerna l-ħsad kollu u x-xiri kollu tal-ħaxix, irrispettivament mill-oriġini, sabiex jiġu kkunsidrati l-ħsad u x-xiri kollha tal-ħaxix.

Barra minn hekk, sabiex tkun tista’ tiġi evalwata l-kwalità tal-ħsad u tiġi kkontrollata d-distribuzzjoni tiegħu, iż-żamma tar-reġistri tal-għalf hija kompluta mis-sentenza “Għall-foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni maħsub biex jitqassam lill-baqar tal-ħalib, il-produttur tal-ħalib kull sena qabel l-1 ta’ Novembru jrid jagħmel:

analiżi tal-pH jew tar-rata ta’ materja niexfa ta’ kull silo tal-foraġġ insilat (inklużi s-silaġġi ppakkjati f’tubi tad-drapp);

analiżi tar-rata ta’ materja niexfa tal-foraġġ l-ieħor ippreservat permezz tal-fermentazzjoni għal kull 100 ballun”.

Tiżdied kjarifika dwar ir-reġistrazzjonijiet li jinsabu fuq l-inventarju tal-ħżin tal-foraġġ. Għalhekk, għandu jiġi indikat ukoll fl-inventarju liema huma l-annimali destinatarji tal-ħażniet differenti tal-foraġġ skont il-metodu ta’ preservazzjoni tagħhom, l-ippakkjar tagħhom u l-oriġini tagħhom, sabiex jiġu faċilitati l-ispezzjonijiet.

Ġie stabbilit li l-fatturi relatati max-xiri ta’ għalf jinkludu x-xiri tal-foraġġ u ta’ għalf supplimentari, sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità.

Żdiedet dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu tal-prodotturi tal-ħalib li għandhom erħiet li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib li ma jkunux preżenti kontinwament mit-twelid tagħhom sal-ewwel ħlas tagħhom fiż-żona definita fil-punt 4 tad-dokument uniku, li jżomm reġistru li jindika partikolarment, għal kull erħa, id-dati tal-ħruġ u tar-ritorn fiż-żona kif ukoll in-natura u l-oriġini tal-għalf ikkonsmat, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkontrollati l-movimenti u l-għalf tal-erħiet li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib.

B’rabta mal-emenda għall-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” tal-ispeċifikazzjoni, il-prova tat-tibdil annwali tat-tubu tat-taħlib u l-pajpijiet tal-installazzjoni tat-taħlib m’għadhiex meħtieġa speċifikament għaliex l-istat tat-tubi tat-taħlib u tal-pajpijiet huwa spezzjonat u vverifikat waqt l-ispezzjoni tal-funzjonament tal-installazzjoni tat-taħlib (spezzjoni regolari tal-immuntar, tal-istat u tal-funzjonament ta’ installazzjoni tat-taħlib imwettqa fil-qafas tal-kontroll tar-rispett tal-prattiki tajbin ta’ iġjene tat-taħlib).

Id-data tat-tneħħija tal-ġobon mill-forma għandha tiġi indikata fir-reġistru relatat mad-dħul u mal-ħruġ tal-ġobon li għadu ma mmaturax, iffriżat, sabiex tkun permessa spezzjoni aħjar tal-maturazzjoni tal-ġobon li għadu ma mmaturax li jkun se jiġi ffriżat.

Sabiex tiġi garantita l-preżenza tad-data neċessarja għall-ispezzjonijiet, jiżdied il-perjodu tal-arkivjar tal-fajls tar-reġistrazzjonijiet tal-kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni mill-operatur tal-kantina: “mill-inqas sentejn flimkien mas-sena kurrenti”.

Fil-lista tal-kodiċi magħmula minn ittra jew bosta ittri mqiegħda fuq il-marki tal-identifikazzjoni sabiex tiġi identifikata l-muniċipalità li fiha ġie mmanifatturat il-ġobon, l-indikazzjoni tal-ismijiet tad-distretti se titneħħa. Fil-fatt, billi t-tqassim amministrattiv tad-distretti żviluppa wara riforma nazzjonali, din l-indikazzjoni mhux indispensabbli saret obsoleta.

Il-kulur tat-tikketta tal-kaseina tas-“Saint-Nectaire” manifatturat f’fabbrika tal-ħalib jinbidel: “il-beige” jissostitwixxi “l-aħdar”. Fil-fatt, il-preżenza ta’ roqgħa tat-tikketta tal-kaseina ħadra fuq porzjonijiet ippakkjati minn qabel tal-ġobon tista’ tikkawża rifjuti ta’ riċeviment jew ilmenti tal-konsumaturi. Barra minn hekk, il-leġibilità tat-termini miktuba fuq it-tikketta tal-kaseina beige tinżamm aħjar tul il-maturazzjoni, u saħansitra titjieb.

Dispożizzjoni dwar it-traċċabilità tal-ġobon agrikolu f’kamra kiesħa tiġi riformulata biex l-operaturi kollha jifhmu aħjar: is-sentenza “il-ġobon ta’ kull produzzjoni f’kamra kiesħa jiġi identifikat u organizzat separatament fuq grilji” tinbidel fi “fi-kamra l-kiesħa, kull produzzjoni ta’ ġobon tiġi identifikata u organizzata separatament”, mingħajr ma jiġi speċifikat is-sostenn użat għaliex jistgħu jintużaw sostenni oħra li mhumiex grilji mingħajr ma jkollhom impatt fuq l-ispeċifiċità tal-prodott.

Fl-aħħar nett, fil-produzzjoni tal-ħalib, l-ispeċifikazzjoni li tgħid li l-ġobon jiġi organizzat “fuq xulxin” tħassret, billi t-traċċabilità tal-ġobon tista’ tiġi garantita mingħajr ma jkun neċessarju it-tqegħid fuq xulxin tal-ġobon.

L-emendi tal-intestatura “Prova tal-oriġini” għandhom l-għan li jiggarantixxu sorveljanza iktar adattata tal-attività tal-operaturi tas-“Saint-Nectaire”.

Intestatura “Metodu tal-produzzjoni”

Produzzjoni tal-ħalib – Merħla tal-ħalib

Id-data tal-1 ta’ Jannar 2015, li skadiet, titħassar mid-dispożizzjoni relatata mal-obbligu tat-twelid u tat-trobbija tal-baqar tal-ħalib fiż-żona definita fil-punt 4 tad-dokument uniku.

Ġiet miżjuda dispożizzjoni li tispeċifika li l-erħiet li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib għandhom ikunu preżenti f’din iż-żona għal mill-inqas sitt xhur kull sena. Dan jippermetti l-akkomodazzjoni u/jew ir-ragħa tal-erħiet li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib lil hinn miż-żona għal perjodu limitat ta’ inqas minn nofs il-perjodu ta’ trobbija tagħhom. Din id-dispożizzjoni tippermetti li tiġi garantità d-disponibilità ta’ biżżejjed żoni tal-foraġġ fiż-żona għall-għalf tal-baqar tal-ħalib, b’mod li b’hekk jiġu indirizzati aħjar sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ foraġġ temporanju b’rabta ma’ perikli klimatiċi jew tipi oħra ta’ perikli naturali. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex impatt fuq il-kwalità tal-ġobon, għaliex ladarba l-erħa tibda’ tipproduċi l-ħalib, din issir baqra tal-ħalib u hija soġġetta għar-rispett tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni fosthom dawk tal-għalf tal-baqar tal-ħalib.

Dawn l-emendi għandhom l-għan li jippermettu lill-operaturi li jadattaw aħjar it-tmexxija tal-merħla tal-ħalib tagħhom f’każijiet ta’ periklu.

Il-punt 3.3 tad-dokument uniku jintegra t-tħassir tad-data tal-1 ta’ Jannar 2015 kif ukoll id-dispożizzjoni msemmija qabel relatata mal-erħiet li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib.

Produzzjoni tal-ħalib – Żoni tal-foraġġ:

Id-densità għal kull ettaru ta’ żona tal-foraġġ prinċipali titnaqqas għal 1,3 UGB minflok 1,4 UGB, sabiex tiżdied l-awtonomija tal-foraġġ fl-azjenda.

Xi operaturi li ressqu l-oppożizzjoni tagħhom fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni tul il-perjodu nazzjonali ta’ oppożizzjoni bi qbil mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ingħataw perjodu tranżizzjonali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2021.

Produzzjoni tal-ħalib – Għalf tal-annimali:

Fir-rigward tal-ikel tal-baqar tal-ħalib, id-dispożizzjonijiet attwali li jindikaw li r-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib jiġi magħmul esklussivament minn ħaxix taż-żona kif deskritt fil-punt 4 tad-dokument uniku u li l-għalf kumplimentari m’għandux jaqbeż it-30 % tar-razzjon totali fil-materja niexfa kull sena għall-baqar tal-ħalib kollha, jiġu emendati. Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib jibqa’ magħmul esklussivament minn ħaxix u l-kompożizzjoni tar-razzjon totali annwali tal-baqar tal-ħalib tiġi speċifikata: tinkludi mill-inqas 70 % ta’ ħaxix fil-materja niexfa li ġejja miż-żona ddefinita fil-punt 4 tad-dokument uniku, u l-bqija huwa magħmul minn massimu ta’ 1 800 kilogramma ta’ għalf supplimentari kull sena għal kull baqra tal-ħalib (ikkalkolati bħala materja mhux ipproċessata minbarra x-xorrox, iż-żbul tal-qamħirrun u ż-żerriegħa tal-qamħirrun li huma kkalkolati bħala materja niexfa) u, jekk meħtieġ, ta’ ħaxix distribwit bħala għalf niexef b’rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 80 %, li jinkludi l-ħuxlief tan-nifel u n-nifel imnixxef twil, li jista’ jiġi minn barra ż-żona. Il-formulazzjoni ġdida tippermetti li jiġi speċifikat aħjar il-proporzjon tal-għalf prodott fiż-żona ddefinita fil-punt 4 tad-dokument uniku, ibbażata fuq il-valutazzjoni tar-riżorsi tal-ħaxix, filwaqt li tibqa’ l-possibilità li jiġi komplut ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib b’għalf niexef u nifel imnixxef twil li jista’ jiġi minn barra ż-żona. B’dan il-mod, il-ħuxlief tan-nifel u n-nifel imnixxef twil jitneħħew mil-lista tal-għalf supplimentari. Fil-fatt, teknikament, dawn huma foraġġ. Għalhekk qed jiġi propost li jiġu kkalkolati fir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib biex l-operaturi kollha jkunu jistgħu jaqraw u jifhmu aħjar ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib. Barra minn hekk, il-kwantità massima ta’ għalf supplimentari awtorizzat jingħata bħala kilogrammi aktar milli skont il-proporzjon tar-razzjon totali biex tiġi ffaċilitata l-ispezzjoni.

Għalhekk, fid-dokument uniku, id-dispożizzjoni “Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa magħmul minn ħaxix taż-żona ddefinita fil-punt 4 biss” tinbidel fi “Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa magħmul esklussivament minn ħaxix. Il-materja niexfa tar-razzjon totali annwali (razzjon bażiku u għalf supplimentari) tal-baqar tal-ħalib jinkludi minimu ta’ 70 % ta’ ħaxix taż-żona ddefinita fil-punt 4.”. Ġie miżjud ukoll li l-użu tal-materja prima u tal-addittivi “huwa limitat għal 1 800 kg kull sena għal kull baqra tal-ħalib, ikkalkolati bħala materja mhux ipproċessata minbarra x-xorrox, iż-żbul tal-qamħirrun u ż-żerriegħa tal-qamħirrun ikkalkolati bħala materja niexfa”, billi tiġi sostitwita s-sentenza “F’kull każ, it-total tal-għalf supplimentari m’għandux jaqbeż it-30 % tar-razzjon totali fil-materja niexfa kull sena għall-baqar tal-ħalib kollha”.

Barra minn hekk, ċerti produtturi ma jkunux jistgħu jadattaw is-sistema agrikola tagħhom għall-projbizzjoni tal-foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni fl-għalf tal-baqar tal-ħalib mill-1 ta’ Mejju 2017 għaliex dan l-adattament jeħtieġ investimenti li mhumiex se jkunu kapaċi jwettqu. Barra minn hekk, il-possibilità għall-produttur li jagħżel il-metodu ta’ preservazzjoni tal-ħaxix fil-ħażniet tal-foraġġ għax-xitwa tippermetti adattament aħjar għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u żvilupp massimu tal-kwalità tar-riżorsa tal-ħaxix disponibbli fiż-żona. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet klimatiċi (ħafna xita, ftit xemx) u l-altitudni għolja (żona muntanjuża) kultant ixekklu t-twettiq tal-ħażniet tal-ħaxix esklussivament fil-forma ta’ għalf niexef. Id-dispożizzjoni “Mill-1 ta’ Mejju 2017, l-użu ta’ foraġġ iffermentat se jiġi pprojbit fl-għalf tal-baqar tal-ħalib. L-uniku foraġġ ippreservat u li huwa awtorizzat, huwa l-ħaxix imqassam bħala għalf niexef b’kontenut ta’ materjal niexef ta’ aktar minn 80 %” għalhekk titħassar, simili għall-punt 3.3 tad-dokument uniku. Dispożizzjoni li timmira li tillimita l-għoti tal-foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni lill-baqar tal-ħalib għal massimu ta’ 15 % tar-razzjon totali f’materja niexfa kull sena tiżdied sabiex tintwera l-parti dgħajfa rrappreżentata mill-foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni fl-għalf globali tal-baqar tal-ħalib kull sena. Barra minn hekk, il-proporzjon ta’ kuljum tal-għalf niexef fir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib lil hinn mill-perjodu tar-ragħa mogħti bħala materja niexfa isir 60 %, minflok 50 %, b’konsistenza mal-limitazzjoni tal-foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni għal massimu ta’ 15 % tar-razzjon totali annwali. L-emenda tal-proporzjon ta’ kuljum tal-għalf niexef fir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib lil hinn mill-perjodu tar-ragħa tiġi introdotta wkoll fil-punt 3.3 tad-dokument uniku.

Il-perjodu annwali minimu tar-ragħa minn 140 jum isir 160 jum, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir tal-ħaxix mhux maħsud disponibbli. Ġie stabbilit li l-foraġġ bikri huwa pprojbit “matul il-ġranet li jirgħu”, minflok “matul dan il-perjodu”, biex tinqara aħjar id-dispożizzjoni. Dawn l-emendi huma introdotti wkoll fil-punt 3.3 tad-dokument uniku.

Il-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-preservazzjoni tal-foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni ġew limitati sabiex tiġi garantita l-kwalità tiegħu: “Il-foraġġ insilat jinħażen fuq żona tal-konkrit jew bil-qatran, minbarra s-silaġġi ppakkjati f’tubi tad-drapp. Il-foraġġ l-ieħor ippreservat permezz tal-fermentazzjoni (inklużi s-silaġġi ppakkjati f’tubi tad-drapp) jinħażen fuq żoni tal-konkrit jew stabilizzati qabel l-1 ta’ Novembru ta’ kull sena.”. “Il-foraġġ insilat għandu pH ta’ inqas minn 4,4 jew rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn jew ugwali għal 30 %. Il-foraġġ l-ieħor ippreservat permezz tal-fermentazzjoni għandu rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn jew ugwali għal 50 %.”

F’konformità mal-emendi preċedenti, it-termini “sat-30 ta’ April 2017” jitħassru mis-sentenza “L-enżimi u t-tilqim batteriku biss huma awtorizzati bħala addittivi għas-silaġġ”.

Għall-finijiet tal-ispezzjoni, ġie stabbilit li d-dispożizzjoni relatata mar-razzjon bażiku tal-erħiet tingħata kull sena. Il-possibilità li jiżdied it-tiben fir-razzjon bażiku tal-erħiet tiżdied sabiex jittaffa t-telf tal-foraġġ ibbażat fuq il-ħaxix fi snin niexfa. Barra minn hekk, huwa ta’ interess tekniku li jintuża t-tiben fir-razzjonijiet bażiċi tal-erħiet biex tiġi żviluppata l-kirxa u l-kapaċità ta’ inġestjoni ta’ dawn l-annimali. Dawn l-emendi huma introdotti wkoll fil-punt 3.3 tad-dokument uniku.

Id-dispożizzjoni li tipprevedi li “L-erħiet intenzjonati li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib f’azjenda akkreditata għall-produzzjoni tas-‘Saint-Nectaire’ iridu jinżammu fl-azjenda agrikola u huma soġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-għalf tal-baqar tal-ħalib sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel l-ewwel treddigħ tagħhom” titħassar għaliex din id-dispożizzjoni tikkawża diffikultajiet fl-organizzazzjoni tat-tmexxija tal-merħliet mingħajr ma t-tħassir tagħha jkollu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ġobon. Din id-dispożizzjoni hija mħassra wkoll fil-punt 3.3 tad-dokument uniku.

Fid-dispożizzjoni dwar il-prattika tal-foraġġ bikri, l-espressjoni “perjodi tar-ragħa” tiġi sostitwita mill-espressjoni “ġranet tar-ragħa” biex tinftiehem aħjar.

Ir-residwi tal-qamħ jiżdiedu mal-ġnub tal-polpi tal-pitravi u r-residwi tal-qamħirrun mal-għalf awtorizzat li jiġi distribwit f’forma mnixxfa jew reidratata bix-xorrox prodott fl-azjenda għaliex jinsabu wkoll f’forma mnixxfa. Din hija korrezzjoni ta’ żball fl-abbozz tal-ispeċifikazzjoni.

Il-materja prima u l-addittivi awtorizzati fl-għalf supplimentari huma maqsumin f’żewġ listi pożittivi distinti. Dawn il-listi ġew aġġornati biex:

jinqraw aħjar,

jiġu integrati ċerti materji primi użati mill-produtturi tal-ikel jew fil-biedja organika: żieda tal-ispelt, tal-millieġ u tas-sorgu; żieda tad-dqiq, granza u nuħħala taċ-ċereali awtorizzati kollha; żieda tal-glutina tal-qamħ u tal-lamtu tal-qamħ u tal-qamħirrun; żieda taż-żrieragħ u tal-pasti tal-qara’, l-għosfor u tal-ġulġlien; żieda tal-għads u tal-ġulbiena,

jiġu integrati mal-addittivi s-sustanzi aromatiċi użati fl-ikel minerali sabiex itejbu t-togħma tagħhom u biex ikun aktar faċli għall-annimali li jibilgħuhom u l-istabbilizzaturi tal-flora tal-musrana użati biex titjieb l-ekosistema tal-kirxa u tiġi żviluppata l-flora,

jitqies l-għarfien disponibbli dwar l-impatt ta’ ċerta materja prima fuq il-kwalità tal-ġobon (tneħħija taż-żjut tas-sojja, tal-kolza u tal-ġirasol, li jista’ jkollhom konsegwenzi ta’ ħsara fuq it-togħma ta’ ċerti tipi ta’ ġobon).

Barra minn hekk, il-ħuxlief tan-nifel u n-nifel imnixxef twil jitneħħew mil-lista tal-materja prima u tal-addittivi awtorizzati fl-għalf supplimentari għaliex dawn huma foraġġ oħxon li huwa parti integrali tar-razzjon bażiku. Barra minn hekk ġie speċifikat li ż-żjut essenzjali minn estratti naturali tal-pjanti jistgħu jintużaw ukoll għaliex huma ta’ interess għas-saħħa tal-merħla.

Fil-punt 3.3 tad-dokument uniku, tiġi introdotta s-sentenza “Il-materja prima u l-addittivi użati fl-għalf supplimentari tal-merħla tal-ħalib huma speċifikati f’lista pożittiva”.

Is-sentenza “L-uniċi trattamenti awtorizzati fuq il-materja prima użata fl-għalf tal-annimali huma t-trattamenti mekkaniċi u/jew termali” tiżdied sabiex jiġu limitati t-trattamenti li jistgħu jsiru fuq il-materja prima.

Minflok ma jiġi awtorizzat il-konsum tax-xorrox likwidu li ġej esklussivament mill-azjenda għall-bhejjem ruminanti preżenti fl-azjenda tal-ħalib, din id-dispożizzjoni hija limitata biss għall-baqar u l-erħiet tal-ħalib, sabiex jiġi permess li l-bhejjem ruminanti l-oħra preżenti fl-azjenda jkunu jistgħu jikkonsmaw ix-xorrox irrispettivament mill-oriġini tiegħu.

Is-sentenza “L-għalf supplimentari għandu rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 85 %, minbarra x-xorrox likwidu u ż-żbul jew iż-żerriegħa tal-qamħirrun” tiżdied sabiex tiġi garantita l-kwalità u l-preservazzjoni tajba tal-għalf supplimentari distribwit.

It-terminu “addittivi” jiżdied flimkien ma’ “materja prima” fis-sentenza “L-għalf kompost huwa prodott biss minn materja prima awtorizzata li l-lista tagħha tinsab hawn fuq”. Din l-emenda tikkoreġi żball fl-abbozzar tat-test tal-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, billi l-għalf kompost jista’ jinkludi addittivi kif ukoll materja prima.

Is-sentenza “L-għalf tal-annimali tal-azjenda ma għandux jinħoloq minn ikel bit-tikketta ‘jinkludi’ jew ‘jista’ jinkludi’ organiżmi ġenetikament modifikati” tiżdied sabiex isiru kjarifiki utli għall-ispezzjoni.

Il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-indikazzjoni tat-tikkettar “Il-foraġġ tal-azjenda/i tagħna huwa magħmul esklussivament minn bur u ħuxlief” għandhom jiġu speċifikati: din l-indikazzjoni hija rriservata għall-ġobon prodott b’ħalib li ġej minn azjendi li jużaw esklussivament fir-razzjon bażiku tal-merħla tagħhom ħaxix frisk jew ippreservat fil-forma ta’ foraġġ niexef (b’rata ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 80 %) maħżun f’bini għall-bhejjem ruminanti kollha preżenti fl-azjenda”. Dawn id-dispożizzjonijiet jispjegaw il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti biex tkun tista’ tintuża din l-indikazzjoni u għalhekk tiġi faċilitata l-ispezzjoni.

Taħlib, ħażna u ġbir tal-ħalib

Is-sentenza “it-tubi tat-taħlib u l-pajpijiet flessibbli jinbidlu mill-inqas darba fis-sena” titħassar għaliex id-differenza fir-reżistenza għad-deterjorazzjoni tal-materjali differenti użati (lastku, silikonu, eċċ) u l-frekwenza tal-użu tal-materjali ma jippermettux li tiġi definita b’mod preċiż frekwenza ta’ sostituzzjoni unika fl-ispeċifikazzjoni. L-istat tajjeb tat-tubi tat-taħlib u tal-pajpijiet flessibbli jiġi vverifikat fl-ispezzjoni tal-funzjonament tal-installazzjoni tat-taħlib.

Produzzjoni

Fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-ħalib, fis-sentenza “Dan [il-ħalib] jista’ jiġi standardizzat bħala kontenut ta’ xaħam, mhux bħala proteini”, il-parti tas-sentenza “mhux bħala proteini” terġa’ tinkiteb kif ġej: “l-istandardizzazzjoni bħala kontenut ta’ proteini hija pprojbita”, sabiex tinftiehem aħjar. Barra minn hekk, billi l-ġbir fi 48 siegħa se jiġi ġġeneralizzat biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ġbir, se jkun neċessarju li jsir trattament bis-sħana tal-ħalib sabiex jiġi xkumat u jiġi prodott ħalib li jkun adattat għall-produzzjoni tas-“Saint-Nectaire”. Għalhekk il-modalitajiet tat-trattament termali tal-ħalib jerġgħu jinkitbu biex jiġi awtorizzat trattament possibbli bis-sħana waqt l-ixkumar, flimkien ma’ trattament ta’ pasturizzazzjoni: is-sentenza “Jekk ikun pasturizzat, il-ħalib jista’ jgħaddi minn trattament ta’ pasturizzazzjoni biss” tissostitwixxi s-sentenza “Il-ħalib jista’ jgħaddi biss minn trattament ta’ pasturizzazzjoni jew termali”. Is-sentenza “Jekk jiġi ttrattat bis-sħana, it-trattament termali jsir mhux aktar minn 24 siegħa wara li jasal fil-fabbrika” titħassar sabiex l-intrapriżi jkunu jistgħu jadattaw l-organizzazzjoni tagħhom. Dawn l-emendi jħallu l-possibilità lill-intrapriżi li jadattaw l-attività tagħhom għar-restrizzjonijiet attwali.

B’kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-produtturi mill-esperjenzi tagħhom, it-temperatura massima ta’ tibqit tal-ħalib issir f’34 °C, minflok 33 °C, sabiex titjieb l-istruttura tal-ġobon partikolarment meta l-kontenut ta’ proteina tal-ħalib użat fil-produzzjoni jkun baxx u/jew meta l-kontenut ta’ xaħam ikun għoli.

L-istadji tal-produzzjoni tal-ġobon “Saint-Nectaire”, li d-deskrizzjoni preċiża tiegħu ġiet introdotta fl-ispeċifikazzjoni fis-seħħ, ġew aġġornati mill-ġdid sabiex jiġu aġġustati mill-ġdid ċerti valuri fil-mira filwaqt li jitqiesu l-osservazzjonijiet tal-produtturi u mingħajr ma terġa’ tissemma l-ispeċifiċità tal-ġobon:

Fil-produzzjoni bbażata fuq il-ħalib:

Il-forniment ta’ qafas għall-operazzjonijiet ta’ tneħħija tal-lattożju huwa speċifikat sabiex tinżamm il-kwalità tal-ġobon u l-għarfien tal-produtturi tal-ġobon. Għalhekk, il-frażi “tista’ titneħħa parti mix-xorrox u jista’ jiżdied ilma f’temperatura bejn 30 u 33 °C” titħassar u tinbidel fi “Il-kwantità ta’ xorrox imneħħi għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 30 % tal-volum tal-ħalib użat fil-produzzjoni. Jista’ jiżdied ilma tax-xorb, f’temperatura bejn 30 u 34 °C, mingħajr ma jinqabeż 30 % tal-volum ta’ ħalib użat fil-produzzjoni”;

Il-pH massimu tas-salmura se jiżdied (5,20 tinbidel għal 5,50) biex ikun aktar adegwat mal-pH tal-ġobon miġbur fit-tneħħija mill-forom.

It-temperatura massima ta’ tnixxif tiġi aġġustata minn 10 °C għal 14-il grad C fir-rigward tat-temperaturi medji osservati fil-preparazzjoni fis-salmura, sabiex jiġi evitat distakk kbir wisq bejn it-temperatura tal-ġobon fil-ħruġ mis-salmura u t-temperatura tal-kamra tat-tnixxif. Barra minn hekk, din it-temperatura tippermetti tkabbir aħjar tal-flora tal-wiċċ u żvilupp aħjar tat-togħmiet tal-prodott.

Fil-produzzjoni fl-azjendi agrikoli:

Il-medda tal-perjodu ta’ koagulazzjoni titnaqqas (“bejn 25 u 50 minuta” tinbidel għal “bejn 25 u 45 minuta”) sabiex titneħħa l-baqta għal livell ta’ fermezza ottima biex jiġi prodott ġobon b’konsistenza ratba;

Il-perjodu minimu tal-ippressar jitnaqqas għal 8 sigħat, minflok 10, sabiex ikun permess adattament aħjar għall-varjazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materja prima waqt it-taħlib u tingħata aktar flessibilità fl-organizzazzjoni tax-xogħol (il-forom u l-magna tal-ippressar jistgħu jerġgħu jintużaw għall-produzzjoni sussegwenti). Il-medda tat-temperatura tal-kamra fejn isir l-ippressar hija stabbilita bejn 20 u 25 °C, minflok 18 sa 22 °C, għaliex hija aktar adattata għall-enżimi termofili użati;

Sabiex ikunu kompatibbli, għal ċerti ġobniet, l-intervall bejn it-tibqit u t-tqegħid fil-kantina (minimu ta’ 48 siegħa) u l-perjodu ta’ tnixxif tal-ġobon (minimu ta’ 24 siegħa sa massimu ta’ 8 ijiem), u b’rabta mal-prattiki ta’ ġbir tal-ġobon mill-azjendi agrikoli mhux matur (imsejjaħ “ġobon li għadu ma mmaturax”) kull 7 ijiem minn dawk li jimmaturaw il-ġobon, huwa possibbli għal produzzjoni kull ġimgħa li l-intervall bejn it-tibqit u t-tqegħid fil-kantina jkun inqas minn 48 siegħa. Għalhekk, is-sentenza “perjodu minimu ta’ 48 siegħa jgħaddi bejn id-data tat-tibqit u d-data tat-tqegħid fil-kantina tal-maturazzjoni” hija kompluta minn: “minbarra għal produzzjoni kull ġimgħa, fejn il-perjodu minimu bejn id-data tat-tibqit u d-data tat-tqegħid fil-kantina tal-maturazzjoni jista’ jkun inqas minn 48 siegħa għal raġunijiet ta’ organizzazzjoni tal-ġbir tal-ġobon li għadu ma mmaturax”.

Maturazzjoni

It-temperatura massima tal-kantina tal-maturazzjoni ssir 14 °C, minflok 12 °C, għaliex ġie ddikjarat li temperatura ogħla tippermetti ffurmar aħjar tal-qoxra tal-ġobon u tiffavorixxi l-iżvilupp tal-aromi.

Iffriżar

Fid-definizzjoni tal-ġobon li għadu ma mmaturax,

Il-perjodu ta’ maturazzjoni massimu tal-ġobon ta’ mhux aktar minn 10 ijiem jingħata skont id-data tat-tneħħija tal-ġobon mill-forom u mhux aktar skont id-data tat-tibqit għaliex it-tneħħija mill-forom hija l-istadju fejn jiġi prodott il-ġobon li għadu ma mmaturax u hija referenza temporanja faċilment identifikabbli mill-operaturi;

It-temperatura massima ta’ preservazzjoni f’kamra kiesħa issa żdiedet għal 14 °C, minflok 10 °C, sabiex tibqa’ konformi mat-temperatura massima tat-tnixxif, li issa żdiedet għal 14 °C fil-produzzjoni bbażata fuq il-ħalib.

Sabiex tinftiehem aħjar u jiġi evitat l-użu tad-denominazzjoni tal-prodott biex jiġi indikat ġobon mhux matur, is-sentenza “isem il-prodott huwa indikat fuq it-tikkettar ta’ ġobon iffriżat li għadu ma mmaturax” tiġi sostitwita bi “il-kliem “ġobon li għadu ma mmaturax” huwa indikat fuq it-tikkettar ta’ ġobon iffriżat li għadu ma mmaturax”.

Sabiex jinqraw aħjar, it-titli li taħthom jista’ jitqiegħed fis-suq il-ġobon iffriżat li għadu ma mmaturax: “‘ġobon mill-azjendi agrikoli magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat u li għadu ma mmaturax’ jew ‘ġobon magħmul mill-ħalib mhux ipproċessat u li għadu ma mmaturax’ jew ‘ġobon magħmul bil-ħalib ipproċessat bis-sħana u li għadu ma mmaturax’ jew ‘ġobon magħmul mill-ħalib pasturizzat u li għadu ma mmaturax’, flimkien mar-referenza għad-denominazzjoni ta’ oriġini”, jiġu sostitwiti b’titolu uniku, jiġifieri: ‘Gobon li għadu ma mmaturax li minnu jista jiġi prodott ġobon bid-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Saint-Nectaire’’.

Intestatura “Tikkettar”

Żdiedet il-possibilità li jintużaw l-indikazzjonijiet li ġejjin fuq it-tabelli:

“Il-foraġġ tal-azjenda/i tagħna huwa magħmul esklussivament minn bur u ħuxlief” sabiex issir distinzjoni mill-ġobon prodott mill-ħalib tal-azjendi li ma jiġbrux u ma jużawx foraġġ ippreservat permezz tal-fermentazzjoni;

“manifatturat b’mod sħiħ minn ħalib tar-razza ta’ Ferrandaise” sabiex issir distinzjoni mill-ġobon prodott esklussivament mill-ħalib tal-baqar tar-razza ta’ Ferrandaise (razza lokali ta’ numru żgħir).

Dawn l-emendi huma introdotti wkoll fil-punt 3.6 tad-dokument uniku.

Is-sentenza “Is-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea huwa obbligatorju fuq it-tikketta” titħassar mill-punt 3.6 tad-dokument uniku.

Oħrajn

Fl-intestatura “Referenzi għall-korpi ta’ spezzjoni”, id-dettalji ta’ kuntratt tal-korp ta’ spezzjoni jiġu sostitwiti b’dawk tal-awtorità kompetenti għall-ispezzjoni b’mod li tiġi evitata l-emenda tal-ispeċifikazzjoni fil-każ ta’ bidla fil-korp ta’ spezzjoni.

Fl-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali”, it-tabella li tippreżenta l-punti prinċipali li għandhom jiġu spezzjonati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom jiġu aġġornati sabiex jitqiesu l-emendi li saru għall-intestatura “Metodu ta’ produzzjoni”.

Fl-intestatura “Rabta”, sabiex tiġi deskritta l-ispeċifiċità tal-prodott, jiġu introdotti l-elementi miżjuda fil-kapitolu relatat mad-deskrizzjoni tal-prodott fir-rigward tal-kliem li jiddeskrivi t-togħma tas-“Saint-Nectaire” (ħelwa u mhux aċiduża wisq). Dawn l-emendi jsiru wkoll fil-punt 5 tad-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

“SAINT-NECTAIRE”

Nru tal-UE: PDO-FR-02299 – 8.3.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Saint-Nectaire”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3 Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Saint-Nectaire” huwa ġobon magħmul esklussivament mill-ħalib tal-baqar ittrattat bit-tames, b’taħlita nofsha iebsa, ippressat, mhux imsajjar, iffermentat u mmellaħ. Il-prodott fih minimu ta’ 45 gramma xaħam għal kull 100 gramma ġobon kompletament imnixxef. Il-kontenut ta’ materja niexfa tiegħu m’għandux ikun inqas minn 50 g għal kull 100 g ta’ ġobon matur.

Huwa forma ta’ ċilindru li jidjieq kemmxejn b’dijametru ta’ 20 sa 24 cm u għoli ta’ 3,5 sa 5,5 cm b’piż bejn 1,450 kg u 1,950 kg. Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni tal-ġobon huwa ta’ 28 jum wara li jitqiegħed fil-kantina.

Is-“Saint-Nectaire” jista’ wkoll jiġi magħmul f’daqs iżgħar, b’dijametru ta’ 12 sa 14 cm u għoli ta’ 3,5 sa 4,5 cm, b’piż bejn 0,500 kg u 0,700 kg. F’dan il-każ, il-perjodu tal-maturazzjoni minimu jonqos għal 21 jum wara li l-ġobon jitqiegħed fil-kantina.

It-taħlita ratba u kremuża, li tinħall meta tiġi manipolata, għandha lewn l-avorju u jista’ jkollha xi ftit toqob żgħar mifruxin mal-ġobna kollha.

Il-ġobon għandu qoxra mtektka bil-moffa b’mod ugwali fuq iż-żewġ naħat. Skont il-livell ta’ maturazzjoni, il-moffa hija bajda, kannella jew griża u jista’ jkollha wkoll sfond lewn il-krema li jkanġi fl-oranġjo, bi preżenza xi minn daqqiet ta’ fjuri lewn l-isfar u/jew l-aħmar. Il-ġobon b’kulur uniformi abjad, oranġjo jew iswed huwa eskluż.

It-togħma hija nadifa, ħelwa, kemxejn mielħa, mhux aċiduża wisq, b’varjetà ta’ togħmiet tal-ħalib (ħalib frisk, krema u butir) u l-aromi marbuta mal-proċess tal-maturazzjoni (il-kantina, il-firxa ta’ tiben, tal-art u l-veġetazzjoni), sikwit għandu togħma delikata u ħafifa ta’ lewż.

Il-ġobon kopert mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Saint-Nectaire” jista’ jiġi ppreżentat ukoll f’porzjonijiet ippakkjati, fejn kull biċċa jkollha parti mill-qoxra li tikkaratterizzata d-denominazzjoni.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-baqar ta’ kull merħla li jipproduċu l-ħalib għas-“Saint-Nectaire” għandhom jitwieldu u jitrabbew fiż-żona ddefinita fil-punt 4.

Sabiex jitqiesu bħala “mrobbija fiż-żona ddefinita fil-punt 4”, l-erħiet li jitrabbew bħala baqar tal-ħalib għandhom ikunu preżenti f’din iż-żona għal mill-inqas sittu xhur kull sena.

Madankollu, għar-raġunijiet ta’ saħħa u għar-razez ta’ Salers, Ferrandaise, Abondance, Simmental Française u Brune, li għad żgħir minnhom biss jistgħu jinżammu fiż-żona ddefinita fil-punt 4 u li għalihom id-domanda taqbeż il-provvista awtorizzata mid-Direttur tal-Istituzzjoni Nazzjonali ta’ Oriġini u Kwalità, u fejn deroga minn din il-miżura tista’ tingħata biss mid-Direttur tal-Istituzzjoni.

Ir-razzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib huwa magħmul esklussivament minn ħaxix.

Il-materja niexfa tar-razzjon totali annwali (razzjon bażiku u għalf supplimentari) tal-baqar tal-ħalib jinkludi minimu ta’ 70 % ta’ ħaxix taż-żona ddefinita fil-punt 4.

Il-baqar tal-ħalib għandhom jirgħu għal perjodu minimu ta’ 160 jum fis-sena. Matul il-ġranet li jirgħu, il-foraġġ kollu huwa pprojbit.

Barra mill-perjodu li jirgħu, il-ħaxix imqassam fil-forma ta’ għalf niexef b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ aktar minn 80 % irid jagħmel mill-inqas 60 % tal-porzjon bażiku tal-baqar tal-ħalib bħala materjal niexef.

Il-materja prima u l-addittivi użati fl-għalf supplimentari tal-merħla tal-ħalib huma speċifikati f’lista pożittiva. L-użu tagħhom huwa limitat għal 1 800 kg kull sena għal kull baqra tal-ħalib, ikkalkolati bħala materja mhux ipproċessata minbarra x-xorrox, iż-żbul tal-qamħirrun u ż-żerriegħa tal-qamħirrun ikkalkolati bħala materja niexfa

Mhux l-għalf kollu jiġi neċessarjament miż-żona ddefinita fil-punt 4 billi l-altitudni u l-klima teknikament ma jippermettux il-produzzjoni tiegħu fi kwantitajiet suffiċjenti.

Il-konsum bażiku annwali tal-erħiet huwa magħmul esklussivament minn ħaxix, mill-inqas 40 % minnu jiġi miż-żona ddefinita fil-punt 4, u possibilment mit-tiben.

Fl-għalf tal-annimali huma awtorizzati biss il-pjanti, il-prodotti sekondarji u l-għalf supplimentari derivati minn prodotti mhux transġeniċi. Il-kultivazzjoni ta’ għelejjel trasġeniċi hija pprojbita f’kull żona tal-azjendi agrikoli li jipproduċu l-ħalib maħsub għall-ipproċessar f’ġobon bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Saint-Nectaire”. Din il-projbizzjoni tapplika għat-tipi kollha ta’ pjanti li jingħataw bħala għalf lill-annimali fl-azjenda u għall-għelejjel kollha li jistgħu jikkontaminaw impjanti bħal dawn.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-ġobon kollu bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Saint-Nectaire” jrid jinkludi tikketta bl-isem tad-DOP miktub b’ittri mill-inqas daqs żewġ terzi tal-ikbar ittri fuq it-tikketta.

Minbarra t-termini regolatorji applikabbli għall-ġobon kollu, huwa pprojbit l-użu ta’ kwalunkwe aġġettiv jew kliem ieħor skont id-denominazzjoni ta’ oriġini fuq it-tikkettar, ir-reklamar, il-fatturi u d-dokumenti kummerċjali, għajr:

għal marki kummerċjali jew marki ta’ produzzjoni speċifiċi;

il-kliem “Il-foraġġ tal-azjenda/i tagħna huwa magħmul esklussivament minn bur u ħuxlief”, “manifatturat minn ħalib tar-razza ta’ Salers”, “manifatturat minn ħalib tar-razza ta’ Ferrandaise”, “maturazzjoni f’kantina naturali”, perjodu ta’ maturazzjoni speċifika ta’ 28 jum, “maturazzjoni fuq it-tiben”, “maturazzjoni fl-azjenda agrikola”, “maturazzjoni fuq l-injam tal-qastan” u “maturazzjoni fuq l-injam tal-prinjoli”. F’kull każ, it-test ma jistax ikun iktar minn żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni “Saint-Nectaire”,

il-kliem “prodott f’settur tal-ħalib” jew kull indikazzjoni li tindika l-oriġini tal-ġobon.

It-ittikkettar tal-ġobon juri jekk ġiex minn azjenda agrikola jew azjenda tal-ħalib.

L-oriġini tal-azjenda tal-ħalib jew tal-azjenda agrikola tiġi indikata f’tipi ta’ mill-anqas żewġ terzi fid-daqs tad-denominazzjoni “Saint-Nectaire”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Saint-Nectaire” tkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet tad-dipartimenti Cantal u Puy-de-Dôme.

Il-produzzjoni tal-ħalib u dik tal-ġobon għandhom isiru f’żona fejn jitqiesu l-fatturi naturali u umani kif jissemma fil-punt 5.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Iż-żona ġeografika tas-“Saint-Nectaire” tinsab fiċ-ċentru ta’ Franza, fil-Massif Central.

Il-produzzjoni tal-ħalib u dik tal-ġobon jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet speċjali li jinsabu f’altitudni ogħla minn 700 m.

L-irjieħ prevalenti mill-Punent iġibu magħhom livell sostanzjali ta’ umdità fuq l-għoljiet tal-Punent tal-muntanji vulkaniċi. Dan il-livell jonqos fuq l-għoljiet tal-Lvant. Permezz ta’ ħamrija vulkanika fertili ħafna, hemm ħaxix mifrux ma’ kullimkien u l-flora hija abbundanti u varjata: sagħtar selvaġġ, ġentjan isfar kbir, busbies tal-Alpi, ħaxixa tal-morliti, xitla tal-Alpina, eċċ. Il-produzzjoni tal-foraġġ hija bbażata essenzjalment fil-bur permanenti, b’kontenut għoli ta’ pjanti li jagħmlu l-fjuri u fejn il-ħaxix ikopri mill-anqas 90 % taż-żona tal-azjendi agrikoli.

Fatturi umani

Is-“Saint-Nectaire” ilu jiġi prodott fir-reġjun ta’ Monts Dore għal bosta sekli. Ismu deher għall-ewwel darba fil-gastronomija tas-seklu 17. Bl-isem tal-ġobon jidher f’bosta pubblikazzjonijiet (b’mod partikolari fl-1786 u l-1787), il-produzzjoni tas-Saint-Nectaire żviluppat fis-Seklu 19 u kompliet tiżviluppa fis-Seklu 20 f’azjendi agrikoli żgħar tal-muntanji li żammew għadd żgħir ta’ bhejjem, fejn il-produzzjoni tal-ġobon saret prerogattiva għan-nisa tal-bdiewa u fejn ġew stabbiliti l-ħiliet tal-produzzjoni. Tradizzjonalment, il-produtturi tal-ġobon rari mmaturaw il-ġobon tagħhom u kienu joħduhom f’bosta swieq fiż-żona mingħajr ma jimmaturawhom. L-ispeċjalisti tal-maturazzjoni ta’ Puy-de-Dôme u Cantal, li kellhom l-istabbilimenti neċessarji u l-għarfien espert, kienu jixtru l-ġobon u jimmaturawh qrib iċ-ċentri ta’ konsum. Din it-tradizzjoni kompliet sal-ġurnata tal-lum, madankollu llum il-ġobon li għadu mhux matur jinġabar fil-post tal-produzzjoni.

Is-“Saint-Nectaire” ġie rikonoxxut bħala denominazzjoni ta’ oriġini bid-deċiżjoni tal-Qorti ta’ Issoire fl-1955.

Ir-riżorsi użati għall-għalf tal-baqar tal-ħalib użati għall-produzzjoni tal-ħalib maħsub għas-“Saint-Nectaire” huma dawk imsemmija fil-“Fatturi Naturali”. Fil-fatt il-porzjon bażiku jikkonsisti esklussivament mill-ħaxix u r-ragħa huwa obbligatorju matul parti tas-sena. L-użu tal-għalf supplimentari huwa limitat.

Il-fażi tal-maturazzjoni huwa pass importanti għall-produzzjoni tas-“Saint-Nectaire”. Il-produtturi li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni għandhom ħiliet li huma essenzjali għall-proċessi tat-trattament li jesperjenza l-ġobon. Il-ġobon jinħasel għadd ta’ drabi, imbagħad jingħorok u jiddawwar b’mod regolari sabiex tiżviluppa l-qoxra.

Speċifiċità tal-prodott

Is-“Saint-Nectaire” huwa ġobon tal-ħalib tal-baqra, ippressat u mhux imsajjar. Għandu forma ta’ ċilindru li tidjieq kemxejn b’dijamentru ta’ massimu 24 cm u 5,5 cm f’għoli, li huwa daqs tajjeb meta mqabbel ma’ ġobon ieħor li ġej miż-żoni muntanjużi. Il-moffa hija bajda, kannella jew griża u jaf ikollha bi sfond lewjn il-krema li jkanġi fl-oranġjo, li tista’ tisfuma fl-isfar u/jew fl-aħmar. It-togħma hija nadifa, ħelwa, kemxejn mielħa, mhux aċiduża żżejjed, b’varjetà ta’ togħmiet tal-ħalib (ħalib frisk, krema u butir) u l-aromi marbuta mal-proċess tal-maturazzjoni (il-kantina, il-firxa ta’ tiben, tal-art u l-veġetazzjoni), sikwit għandhom togħma delikata u ħafifa ta’ lewż.

Rabta

Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għaż-żona fejn dejjem saru l-istadji kollha differenti tal-produzzjoni tas-“Saint-Nectaire”. Ċerti fatturi naturali, bħall-altitudni tal-mergħa, il-flora u l-fatturi umani jridu jkunu kollha preżenti sabiex jipproduċu l-ħalib u jsir is-“Saint-Nectaire”.

F’din iż-żona l-ħamrija vulkanika tagħha hija favorevoli għall-mergħat permanenti fejn il-flora hija rikka u tfuħ. Il-frekwenza tax-xita li tiġi bl-irjiħat tal-Punent li jiddominaw f’din iż-żona tippermetti irrigazzjoni kważi kontinwa tal-mergħat u tkattar ir-rikezza tagħhom. Minħabba din id-diversità botanika, il-fjuri għandhom għadd ta’ komposti aromatiċi (pereżempju t-terpeni) li jittieklu mill-annimali meta jikkunsmaw il-foraġġ minn dawn il-mergħat.

Dawn il-fatturi, flimkien mal-għarfien espert tal-produzzjoni u t-trattament li s-“Saint-Nectaire” jgħaddi minnu matul il-maturazzjoni, jagħtuh varjetà ta’ togħmiet differenti tal-ħalib (ħalib frisk, krema u butir) u aromi relatati mal-proċess tal-maturazzjoni (il-kantini, il-firxa ta’ tiben, tal-art u l-veġetazzjoni), li ta’ sikwit ikollhom togħma ħafifa ta’ lewż.

Għaldaqstant, il-proċessi tat-trattament li jgħaddi minnhom is-“Saint-Nectaire” mill-produtturi jiddeterminaw kif il-moffa tal-wiċċ tiżviluppa u tvarja fil-kulur bejn griż fl-abjad u kannella fl-oranġjo.

Id-daqs tas-“Saint-Nectaire” huwa marbut mal-istorja tiegħu. Fil-fatt, kien adattat kemm għall-azjendi agrikoli b’merħliet żgħar (bi ftit baqar) kif ukoll għal azjendi agrikoli akbar li xtaqu li jkattru l-valur tal-produzzjoni tal-ħalib tax-xitwa relattivament limitat tagħhom u fejn il-produzzjoni tal-ħalib li kienet aktar abbundanti fis-sajf kienet tintuża għall-produzzjoni tal-“Fourme de Cantal”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7737d188-1884-4b45-9c2e-9d468ca2a5e8/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

9.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/18


Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 280 tal-24 ta’ Awwissu 2017 )

(2017/C 299/09)

(1)

Fil-paġna tal-qoxra u ’paġna 2, it-titolu għandu jaqra kif ġej:

“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku”.

(2)

F’paġna 2, fit-tabella,

minflok:

“Is-sejħa għall-offerti u d-dokumentazzjoni marbuta magħha jistgħu jinkisbu mill-indirizz li ġej: www.etenders.ie”,

aqra:

“Is-sejħa għall-offerti u d-dokumentazzjoni marbuta magħha jistgħu jinkisbu mill-indirizz li ġej: www.etenders.gov.ie”.