ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 268

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
12 ta' Awwissu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 268/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8443 — TPG/Oaktree/Iona Energy) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 268/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 268/03

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni rigwarrd ARISCOM Compagnia di Assicurazioni SpA(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 268/04

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

4

2017/C 268/05

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 268/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8443 — TPG/Oaktree/Iona Energy)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 268/01)

Fis-17 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8443. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Awwissu 2017

(2017/C 268/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1765

JPY

Yen Ġappuniż

128,41

DKK

Krona Daniża

7,4370

GBP

Lira Sterlina

0,90645

SEK

Krona Żvediża

9,6083

CHF

Frank Żvizzeru

1,1320

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3975

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,155

HUF

Forint Ungeriż

305,41

PLN

Zloty Pollakk

4,2888

RON

Leu Rumen

4,5778

TRY

Lira Turka

4,1765

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4962

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4956

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1992

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6149

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6052

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 346,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8741

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8414

HRK

Kuna Kroata

7,3982

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 722,96

MYR

Ringgit Malażjan

5,0531

PHP

Peso Filippin

60,033

RUB

Rouble Russu

70,6275

THB

Baht Tajlandiż

39,107

BRL

Real Brażiljan

3,7378

MXN

Peso Messikan

21,1711

INR

Rupi Indjan

75,4960


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/3


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni rigwarrd “ARISCOM Compagnia di Assicurazioni SpA”

(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2017/C 268/03)

Impriża tal-assigurazzjoni

ARISCOM Compagnia di Assicurazioni SpA

Via Guido d’Arezzo 14

00198 Roma RM

ITALIA

In-numru tal-identifikazzjoni fiskali, in-numru tal-VAT u r-Reġistru tal-Kumpaniji f’Ruma, Nru 09549901008

Identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) 8156002DC13E8B674053

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

Digriet tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-24 ta’ Lulju 2017 – Xoljiment ta’ korpi b’funzjonijiet ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll ta’ ARISCOM Compagnia di Assicurazioni SpA u amministrazzjoni straordinarja tal-impriża għal perjodu ta’ żmien massimu ta’ sena mid-data tal-ħruġ tad-digriet, skont l-Artikolu 231 tad-digriet leġiżlattiv Nru 209/2005.

Miżura IVASS referenza Nru. 0146014/17 tas-27 ta’ Lulju 2017 — Ħatra tal-korpi tal-proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja skont l-Artikolu 233 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru. 209/2005.

Awtoritajiet kompetenti

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

IVASS

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Awtorità superviżorja

IVASS

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Kummissarju straordinarju maħtur

Dr. Massimo Michaud

Kumitat ta’ sorveljanza maħtur

Il-Professur Antonio Blandini

Dr. Piero Cesarei

Dr. Vincenzo Maurizio Dispinzeri

Liġi applikabbli

Il-liġi Taljana

L-Artikoli 231 u 233 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/4


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2017/C 268/04)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

It-Tajlandja

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1)

15.5.2018


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/5


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2017/C 268/05)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni se jkollhom iċ-ċans li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Terminu perentorju

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Oġġetti tal-mejda u oġġetti tal-kċina

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).

16.5.2018


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 268/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 268/06)

1.

Fis-7 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża CTDI GmbH (“CTDI EU”, il-Ġermanja), ikkontrollata konġuntament minn Communication Test Design, Inc. (l-Istati Uniti) u minn Deutsche Telekom AG (il-Ġermanja), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll tan-negozju EMEA ta’ Regenersis (Depot) Services Ltd. (ir-Renju Unit, “Regenersis EMEA”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CTDI EU: forniment ta’ tiswijiet u manutenzjoni f’rabta ma’ tagħmir tal-infrastruttura ta’ netwerks tat-telekomunikazzjoni kif ukoll prodotti elettroniċi oħra;

—   għal Regenersis EMEA: forniment ta’ servizzi ta’ tiswijiet u manutenzjoni fir-rigward ta’ prodotti elettroniċi, inklużi l-mowbajls, l-ismartphones, il-kaxxi tad-dekowder kif ukoll tagħmir ieħor tal-midja u tal-intratteniment, tagħmir għall-uffiċju bħal laptops, sistemi ta’ pagament elettroniku, applikazzjonijiet industrijali u apparat mediku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-osservazzjonijiet li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8570 — CTDI EU/Regenersis EMEA, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.