ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
11 ta' Awwissu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 6–9 ta’ Lulju 2015
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 377, 13.10.2016 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 7 ta’ Lulju 2015

2017/C 265/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (2014/2244(INI))

2

2017/C 265/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – rieżami tal-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-prodotti magħmula mill-Ħalib (2014/2146(INI))

7

2017/C 265/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar l-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati f'pajjiżi barra l-UE (2014/2233(INI))

17

2017/C 265/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 (2014/2147(INI))

25

 

L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015

2017/C 265/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) (2014/2228(INI))

35

2017/C 265/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi (2014/2238(INI))

48

2017/C 265/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2015/2058(INI))

59

 

Il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2015

2017/C 265/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI))

65

2017/C 265/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (2015/2634(RSP))

76

2017/C 265/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP))

84

2017/C 265/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (2015/2760(RSP))

93

2017/C 265/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-isfidi fir-rigward tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u l-prospettivi ta' stabbiltà politika (2014/2229(INI))

98

2017/C 265/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2015/2002(INI))

110

2017/C 265/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2014/2256(INI))

121

2017/C 265/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit (2014/2231(INI))

130

2017/C 265/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (2015/2723(RSP))

137

2017/C 265/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew id-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica (2015/2747(RSP))

142

2017/C 265/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions (2015/2756(RSP))

144

2017/C 265/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari l-każ ta' Yves Makwambala u Fred Bauma, żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti (2015/2757(RSP))

147

2017/C 265/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab (2015/2758(RSP))

151

2017/C 265/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan (2015/2766(RSP))

155


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 7 ta’ Lulju 2015

2017/C 265/22

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar in-nomina ta’ Bettina Michelle Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0122/2015 – 2015/0803(NLE))

158

2017/C 265/23

P8_TA(2015)0240
L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni). (COM(2015)0049 – C8-0041/2015 – 2014/0174(COD))
P8_TC1-COD(2014)0174
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni)

159

2017/C 265/24

P8_TA(2015)0241
Protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0605 – C8-0171/2014 – 2014/0280(COD))
P8_TC1-COD(2014)0280
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni)

160

2017/C 265/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (05420/2015 – C8-0043/2015 – 2015/0001(NLE))

161

2017/C 265/26

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 – li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2014 (09765/2015 – C8-0161/2015 – 2015/2077(BUD)

162

2017/C 265/27

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (09767/2015 – C8-0162/2015 – 2015/2078(BUD))

164

2017/C 265/28

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja) (COM(2015)0162 – C8-0094/2015 – 2015/2079(BUD))

166

2017/C 265/29

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni, li jakkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (09876/2015 – C8-0172/2015 – 2015/2011(BUD))

167

2017/C 265/30

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, b'reazzjoni għal pressjonijiet migratorji (09768/2015 – C8-0163/2015 – 2015/2121(BUD))

170

 

L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015

2017/C 265/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05548/2014 – C8-0127/2014 – 2013/0386(NLE))

173

2017/C 265/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06682/2014 – C8-0098/2014 – 2014/0039(NLE))

174

2017/C 265/33

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (05872/2015 – C8-0074/2015 – 2014/0293(NLE))

175

2017/C 265/34

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (05660/2015 – C8-0057/2015 – 2014/0228(NLE))

176

2017/C 265/35

Emendi adottati fil-Parlament Ewropew fit-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (COM(2014)0213 – C7-0147/2014 – 2014/0121(COD))

177

2017/C 265/36

P8_TA(2015)0258
Riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (COM(2014)0020 – C8-0016/2014 – 2014/0011(COD))
P8_TC1-COD(2014)0011
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE

198

2017/C 265/37

P8_TA(2015)0259
Il-baħħara ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-baħħara li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE (COM(2013)0798 – C7-0409/2013 – 2013/0390(COD))
P8_TC1-COD(2013)0390
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari 8 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE fir-rigward tal-baħħara

199

2017/C 265/38

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (05662/2015 – C8-0056/2015 – 2014/0304(NLE))

200

2017/C 265/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2015)0098 – C8-0075/2015 – 2015/0051(NLE))

201

2017/C 265/40

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom, ippreżentata mill-Finlandja) (COM(2015)0232 – C8-0135/2015 – 2015/2125(BUD))

223

2017/C 265/41

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2016 (2015/2074(BUD))

226

 

Il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2015

2017/C 265/42

P8_TA(2015)0267
Livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 – C7-0045/2014 – 2013/0451(COD))
P8_TC1-COD(2013)0451
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika [Em. 1. Din l-emenda tapplika matul it-text kollu]

272


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2015–2016

Dati tas-seduti: 6–9 ta’ Lulju 2015

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 377, 13.10.2016 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 7 ta’ Lulju 2015

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/2


P8_TA(2015)0246

Il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-ħolqien ta' sistema multimodali integrata għall-ħruġ ta' biljetti fl-Ewropa (2014/2244(INI))

(2017/C 265/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni biex jiġu introdotti Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa (COM(2008)0886),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" (4),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni “Towards a roadmap for delivering EU-wide multimodal travel information, planning and ticketing services” (“Lejn pjan direzzjonali għat-twettiq ta' servizzi pan-Ewropej tal-informazzjoni, l-ippjanar u l-ħruġ ta' biljetti għall-ivvjaġġar multimodali”) (SWD(2014)0194),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana (COM(2009)0490),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0183/2015),

A.

billi, minkejja l-isforzi attwali, l-għan delineat fl-Inizjattiva 22 fil-White Paper (5) tal-2011, li jipprevedi l-possibilità ta' vvjaġġar multimodali mingħajr diffikultajiet “minn bieb sa bieb” b'sistemi tat-trasport intelliġenti għall-iskedar interoperabbli u multimodali, sistemi ta' bbukkjar online u ħruġ ta' biljetti intelliġenti, għadu ma ntlaħaqx;

B.

billi l-maġġoranza tal-vjaġġaturi għadhom jippreferu t-trasport individwali peress li l-ħolqien ta' servizzi ta' ppjanar tal-vjaġġi madwar l-UE fih innifsu mhux se jkun biżżejjed biex tinkiseb integrazzjoni aħjar tad-diversi mezzi ta' trasport, kull wieħed minn dawn il-mezzi ta' trasport jeħtieġ li jsir aktar effiċjenti, sostenibbli u aktar faċli biex jintuża, u dan il-proċess ikun assistit b'mod sinifikattiv, inter alia, mill-adozzjoni tar-Raba' Pakkett dwar il-Ferrovija sal-punt li jiżgura aċċess ugwali għall-infrastruttura anki għall-operaturi iżgħar, l-SMEs u n-negozji li għadhom jibdew, u l-adozzjoni tar-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru u ta' strateġija dwar il-passaġġi tal-ilma Ewropej u l-proġetti ta' prijorità tat-TEN-T;

C.

billi, minkejja li l-Kummissjoni tiddefinixxi biljetti integrati bħala kombinazzjoni ta' metodi differenti tat-trasport f'biljett uniku, definizzjoni bħal din mhux dejjem hija kondiviża bejn l-intrapriżi, u uħud mill-operaturi tas-servizz għandhom l-għan biss li jipprovdu biljetti interoperabbli, li jkompli jxekkel aktar żviluppi fis-settur;

1.

Jinnota li l-informazzjoni dwar ivvjaġġar multimodali mal-UE, approċċ traskonfinali integrat rigward servizzi ta' ppjanar u ħruġ ta' biljetti, speċjalment għall-vjaġġi fuq medda twila huma parti mit-tweġiba għall-isfidi ewlenin fis-settur tat-trasport Ewropew, inklużi dawk tas-sostenibilità, il-multimodalità, it-titjib fis-sikurezza fil-mezzi kollha tat-trasport, l-effiċjenza u l-vijabilità ekonomika, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u l-mobilità tax-xogħol u huma għalhekk ugwalment ta' benefiċċju għas-soċjetà, l-ekonomija, l-ambjent, il-koeżjoni soċjali u l-industrija tat-turiżmu;

2.

Jenfasizza li informazzjoni dwar il-vjaġġi multimodali integrati madwar l-UE, is-servizzi ta' ppjanar u ta' ħruġ ta' biljetti jipprovdu lin-negozji Ewropej, speċjalment lill-SMEs u n-negozji l-ġodda, b'opportunitajiet għall-innovazzjoni u b'hekk jikkostitwixxu kontribut ewlieni għal suq uniku Ewropew kompetittiv fuq livell dinji u l-finalizzazzjoni ta' żona unika Ewropea tat-trasport;

3.

Jenfasizza li l-mobilità personali madwar l-UE hija prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-libertajiet bażiċi u li l-konsumaturi għalhekk għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva, preċiża u newtrali kemm rigward l-iskedi tal-ħinijiet kif ukoll il-konnessjonijiet dwar it-trasport multimodali u transkonfinali għal ivvaġġjar minn bieb sa bieb mingħajr diffikultà, iffaċilitat u bi standards għolja ta' kumdità u sabiex ikun possibbli li l-vjaġġaturi jibbukkjaw u jħallsu online; jilqa' l-inizjattiva biex il-vjaġġaturi jiġu mħeġġa jikkombinaw diversi mezzi tat-trasport disponibbli; jinnota li fil-parti l-kbira tal-Istati Membri l-possibilità li jinxtraw biljetti għal vjaġġi nazzjonali u transkonfinali fi ħdan l-UE permezz tal-internet jew applikazzjoni tal-mobile għadha nieqsa; huwa tal-fehma li l-“geo-blocking” ma għandux ikun permess;

4.

Jissottolinja l-importanza għall-utenti li jixtru biljett wieħed għal vjaġġ multimodali wieħed u jqis il-possibilità ta' aċċess ġust u ugwali għad-data dwar l-ivvjaġġar u t-traffiku multimodali u għaldaqstant l-għoti ta' informazzjoni komprensiva, faċilment aċċessibbli, newtrali, affidabbli u fil-ħin reali lill-vjaġġaturi bħala prerekwiżit għal sistemi integrati ta' ħruġ ta' biljetti, u jenfasizza li, sabiex jiżgura li l-miżuri għal dak l-għan ikunu ġusti, huwa ta' importanza ewlenija li jkunu akkumpanjati mill-internalizzazzjoni ta' kostijiet esterni għall-mezzi kollha tat-trasport u minn informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali ta' dawn il-mezzi differenti;

5.

Jinnota li l-konsumaturi għandhom dejjem jingħataw informazzjoni trasparenti dwar l-ipprezzar; jenfasizza, għalhekk, li s-sistemi ta' prenotazzjoni u ta' ħlas għandhom jindikaw b'mod ċar il-prezz tal-biljett totali għal kwalunkwe vjaġġ magħżul, inklużi elementi obbligatorji bħat-taxxi u t-tariffi; jenfasizza l-importanza ta' pjattaformi innovattivi bbażati fuq l-IT li jnaqqsu t-tariffi tal-prenotazzjoni u t-tranżazzjoni b'mod ġenerali u jenfasizza l-importanza li jippermettu varjetà ta' possibilitajiet ta' ħlas għax-xiri ta' biljetti tal-ivvjaġġar; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu aktar biex jillimitaw it-tariffi għall-użu ta' karti ta' kreditu jew forom oħra raġonevoli ta' ħlas għal servizzi tat-trasport pubbliku;

6.

Jenfasizza li l-inkompatibilità u l-inkonsistenza ta' saffi ta' data, tad-diversità u n-nuqqas ta' interoperabilità ta' formati tad-data u l-protokolli dwar l-iskambju tad-data jimminaw l-eżitenza ta' informazzjoni multimodali integrata, is-servizzi ta' ppjanar u ta' tikkettar fl-UE, u joħolqu spejjeż addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe azzjoni regolatorja żżomm il-pass mal-iżviluppi mgħaġla fis-settur tat-trasport u ma toħloqx piż bla bżonn;

7.

Jilqa' l-isforzi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat biex jiġu introdotti servizzi ta' ppjanar ta' vjaġġi flimkien ma' interfaces u standards miftuħa, iżda jinnota li ħafna minn dawn is-servizzi jkopru biss reġjuni jew pajjiżi speċifiċi u li ftit huma multimodali; jitlob, għalhekk, bħala l-ewwel pass, li l-fornituri ta' servizzi tat-trasport u l-fornituri ta' servizzi ta' ppjanar tal-vjaġġi jibnu fuq sinerġiji eżistenti u biex jiffokaw aktar mill-qrib fuq il-provvista ta' servizzi ta' ppjanar ta' vjaġġi multimodali u transkonfinali b'arranġamenti għall-ħruġ tal-biljetti imfassla b'mod individwali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lejn il-lingwa li fiha jiġu pprovduti s-servizzi, u filwaqt li jitqies l-użu tal-lingwi minoritarji u l-konnessjoni ta' trasport fuq distanzi twal u ta’ trasport lokali inkluż “l-ewwel u l-aħħar mil”, jiġifieri billi jissaħħu s-sistemi differenti biex tiġi żviluppata l-interoperabilità tagħhom u tkun possibbli l-komunikazzjoni bejniethom; jistieden lill-Kummissjoni tuża kurituri tat-TEN-T bħala proġett pilota għall-identifikazzjoni tal-flussi tal-passiġġieri u l-potenzjal għal informazzjoni multimodali, l-ippjanar tal-vjaġġi u servizzi tal-ħruġ ta' biljetti;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa repożitorju ta' prattiki tajba għal proġetti mmexxija fuq livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, biex iservi bħala bażi għall-implimentazzjoni ta' dan tal-aħħar madwar l-UE;

9.

Jenfasizza li l-faċilità u konvenjenza tax-xiri bl-użu ta' sistemi integrati ta' ħruġ ta' biljetti multimodali se jattiraw iktar passiġġieri għat-trasport pubbliku, li ser iżid is-sodisfazzjon tagħhom u jkun ta' benefiċċju għall-kumpaniji tat-trasport pubbliku;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward ta' servizzi integrati ta' bejgħ ta' biljetti multimodali, biex jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex joħolqu qafas ċar, filwaqt li jiġu appoġġjati u ffaċilitati l-isforzi li qed isiru mill-partijiet interessati u l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet li diġà kkonkludew u n-natura innovattiva tal-prodotti u s-servizzi offruti u f'każ li ma jsir l-ebda progress sinifikanti fil-ħolqien ta' sistemi ta' ħruġ ta' biljetti integrati, interoperabbli, multimodali transkonfinali sal-2020, jistieden lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tibni fuq il-progress li diġà sar u l-inizjattivi volontarji li diġà ġew introdotti, tieħu azzjoni leġiżlattiva permezz tal-introduzzjoni ta' regoli minimi u skeda ta' ħinijiet;

11.

Jissottolinja r-rwol attiv u r-responsabilità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-“ewwel u l-aħħar mil” tal-vjaġġi; iqis li huwa essenzjali li dawn jiġu involuti fl-implimentazzjoni ta' miżuri individwali, fis-superviżjoni tal-operat tagħhom u biex jiżguraw li s-sistema kollha kemm hi tiffunzjona b'mod effettiv; filwaqt li jiġu kkunsidrati l-punti msemmija hawn fuq, jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri

jintroduċu, sa mhux aktar tard mill-2020, f'kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tas-settur tat-trasport, skeda nazzjonali tal-ħinijiet u sistemi ta' informazzjoni aġġornati dwar in-nollijiet abbażi ta' interfaces miftuħa li jorbtu flimkien id-data dwar il-vjaġġi għat-trasport pubbliku reġjonali u lokali urban operati kemm minn kumpaniji tas-settur privat u kif ukoll minn kumpaniji li għandhom sjieda pubblika, u biex ikomplu jaġġornaw tali sistemi fuq bażi regolari,

jiżguraw li sal-2020 l-aktar tard, il-mezzi kollha tat-trasport pubbliku lokali jkunu mgħammra b'sistemi intelliġenti għat-trażmissjoni ta' informazzjoni fil-ħin reali dwar il-pożizzjoni tal-vettura tat-trasport u li l-inklużjoni ta' tali sistemi tkun kundizzjoni speċifika fis-sejħiet għall-offerti,

jipprovdu li, sa mhux aktar tard mill-2024, abbażi ta' interfaces miftuħa, għall-iskeda nazzjonali tal-ħinijiet u s-sistemi ta' informazzjoni dwar in-nollijiet, b'informazzjoni fil-ħin reali dwar l-iskedi tal-ħinijiet tal-operaturi tat-trasport pubbliku lokali, ikunu konnessi f'netwerk fuq bażi transkonfinali u jkunu magħmula aċċessibbli għall-operaturi, għall-fornituri ta' servizzi ta' ppjanar tal-vjaġġi u għall-konsumaturi;

12.

Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li aċċess ġust, miftuħ u ugwali għall-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni, ta' ppjanar tal-vjaġġi u ta' ħruġ ta' biljetti, inklużi l-SMEs u n-negozji l-ġodda, għal data komprensiva, multimodali u fil-ħin reali dwar it-trasport u l-ivvjaġġar huwa prerekwiżit għal servizzi ta' informazzjoni dwar il-vjaġġi, servizzi ta' ppjanar u ta' ħruġ ta' biljetti multimodali mal-UE kollha, u jistieden lill-Kummissjoni tiċċirkola proposta li tesiġi li l-fornituri kollha jpoġġu għad-dispożizzjoni, f'termini ġusti u ugwali, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu pprovduti servizzi aktar komprensivi, u b'hekk min jivvjaġġa jkollu l-possibilità ta' għażla ġenwina u aċċessibbli bejn il-konnessjonijiet l-aktar sostenibbli, bl-aħjar valur jew l-aktar rapidi, mingħajr preġudizzju għall-interessi tal-fornituri tas-servizz involuti;

13.

Jenfasizza li, f'konformità mal-politika ta' kompetizzjoni tal-UE, huwa kompitu tal-Kummissjoni li tidentifika u tirreaġixxi kontra kwalunkwe riskju potenzjali ta' monopolizzazzjoni ta' informazzjoni min-naħa tal-fornituri tal-biljetti multimodali u l-fornituri ta' informazzjoni multimodali; iżid li l-Kummissjoni jeħtieġ li tiżgura wkoll li s-sehem assenjat biex jitħallas is-servizz ta' ħruġ ta' biljetti elettroniċi ma jassumix tali proporzjonijiet li jippenalizza impriżi tat-trasport tal-passiġġieri;

14.

Iħeġġeġ biex tiġi stabbilita pjattaforma li tinvolvi lir-rappreżentanti kollha tas-settur tat-trasport u lill-awtoritajiet kompetenti fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, biex jiġu żviluppati arranġamenti għall-introduzzjoni gradwali ta' sistemi ta' ħruġ ta' biljetti elettroniċi interoperabbli fl-UE kollha, filwaqt li jiġi kkunsidrat iċ-ċiklu sħiħ tal-vjaġġ u sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-problemi tad-distribuzzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-biljetti b'mod proporzjonat u tal-qsim tal-piżijiet f'każ ta' tilwim bejn il-partijiet kontraenti; huwa tal-fehma li dawn is-soluzzjonijiet għandhom jiġu żviluppati b'mod li jkunu mmexxija mis-suq mingħajr ma jintefa' piż fuq l-operaturi u l-passiġġieri b'kostijiet sproporzjonati; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi bil-qawwa, permezz ta' kofinanzjament mill-UE, sinerġiji f'dan il-qasam bejn in-netwerks tat-Telekomunikazzjoni u tat-Trasport Trans-Ewropew;

15.

Jinnota li d-drittijiet tal-passiġġieri Ewropej huma limitati sal-punt li japplikaw separatament għal kull kuntratt ta' ġarr individwalment, iżda meta vjaġġ jinvolvi traġitti transkonfinali jew trasport multimodali, id-drittijiet tal-passiġġieri ma jistgħux ikunu ggarantiti bil-mod normali u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twieġeb għat-talba tal-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Pjan Direzzjonali (6) tal-2011, għal Karta tad-Drittijiet tal-Passiġġieri li tkopri l-forom kollha ta' trasport billi tippreżenta proposta għal tali Karta, inkluża taqsima separata dwar vjaġġi multimodali bi protezzjoni ċara u trasparenti tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest multimodali, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull mezz ta' trasport, u ħruġ ta' biljetti multimodali integrat, sa tmiem l-2017;

16.

Jenfasizza l-importanza kruċjali, f'termini ta' mobilità soċjali, u meta jitqies it-tibdil demografiku fl-Ewropa, ta' aċċess ugwali mingħajr ostakli għat-trasport għal kulħadd u b'mod partikolari għall-persuni vulnerabbli, u jitlob li tingħata iktar attenzjoni lill-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità jew tal-persuni b'mobilità mnaqqsa kif ukoll lill-bżonnijiet ta' persuni anzjani fir-rigward ta' aċċess għal informazzjoni dwar il-vjaġġi, qabel u matul il-vjaġġi, il-possibilitajiet ta' ħruġ ta' biljetti u s-sistemi ta' bbukkjar u ta' ħlas, inkluża l-kapaċità li jiġu riżervati spazji għas-siġġu tar-roti; jilqa' l-Pjan Direzzjonali ta' Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità u l-potenzjal għal azzjoni leġiżlattiva biex jitneħħew ostakli ekonomiċi u soċjali li jiffaċċjaw il-persuni b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-ostakli għat-trasport bħala parti mill-isforzi tagħha biex ittejjeb l-aċċessibilità;

17.

Jissottolinja l-importanza li jiġu ssalvagwartjati mudelli ta' pprezzar u possbilitajiet ta' ħlas (allowances, skontijiet, eċċ.) sabiex jiġi żgurat li ċerti gruppi fis-soċjetà (il-persuni qiegħda, il-persuni rtirati, l-istudenti, il-familji numerużi, il-persuni b'introjtu baxx u gruppi soċjali żvantaġġjati oħra) ikunu jistgħu jibbenefikaw minn sistemi ta' ħruġ ta' biljetti multimodali fl-UE;

18.

Jinnota li s-sistemi ta' informazzjoni dwar it-trasport multimodali għandhom ikunu faċli biex jintużaw u għalhekk ikkomplimentati b'data tal-mapep u data ġeografika;

19.

Jitlob li l-partijiet interessati jkomplu jirċievu appoġġ fit-tentattivi tagħhom għal soluzzjonijiet innovattivi u li għalhekk mhux biss jinżammu iżda jiġu żviluppati wkoll is-sorsi relevanti ta' finanzjament tal-UE, bħal pereżempju l-Programm ta' Innovazzjoni Shift2rail 4 fil-qafas tal-programm Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, flimkien mal-Fondi Strutturali; iħeġġeġ lill-Bank Ewropew tal-Investiment jagħmel użu xieraq tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi f'dan ir-rigward;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika lista faċilment aċċessibbli b'evalwazzjoni regolari ta' proġetti kofinanzjati mill-UE dwar “Sistemi integrati intermodali”;

21.

Jenfasizza r-rwol kruċjali tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u, b'mod partikolari, is-sistema Ewropea ta' navigazzjoni bis-satellita Galileo fil-ġbir ta' data dinamika, li permezz tagħha l-vjaġġaturi kemm qabel it-tluq kif ukoll waqt il-vjaġġ tagħhom ikunu jistgħu jiġu infurmati dwar kwalunkwe interruzzjoni kif ukoll il-possibilitajiet ta' vvjaġġar alternattiv; jenfasizza li l-benefiċċji ta' sistemi satellitari jeħtiġilhom li dejjem ikunu akkumpanjati minn dispożizzjonijiet suffiċjenti dwar il-protezzjoni tad-data;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa biex jitnaqqsu l-konġestjoni u t-tniġġis tal-arja f'żoni urbani u jappella għall-introduzzjoni ta' inċentivi li jinkoraġġixxu l-użu ta' mezzi ta' trasport sostenibbli fl-Ewropa kollha, bl-inklużjoni fl-informazzjoni dwar il-vjaġġi u s-servizzi ta' ppjanar tal-vjaġġi ta' informazzjoni dwar servizzi diversi ta' mobilità, pereżempju, il-car sharing, carpooling, sistemi ta' park-and-ride, sistemi ta' kiri tar-roti, passaġġi fit-toroq riżervati għar-roti u passaġġi għall-mixi;

23.

Jilqa' d-disponibbiltà ta' sistemi ta' ħruġ ta' biljetti elettroniċi integrati, li dejjem qed tiżdied, fi bliet u żoni urbani oħra, bħal teknoloġiji tas-“smartcard” diġitali inklużivi li jistgħu jintużaw b'mezzi differenti tat-trasport, u anki għal vjaġġi transkonfinali, iżda jenfasizza li soluzzjonijiet tekniċi għandhom jitħallew f'idejn is-suq u ma jiġux imposti fil-livell Ewropew;

24.

Jinnota li konnessjonijiet permanentement tajba tan-netwerk huma wieħed mill-prerekwiżiti għall-ħolqien ta' sistema intelliġenti faċli għall-passiġġieri, li tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni dinamika dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku fil-ħin reali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-iffaċilitar, l-inkoraġġiment u l-appoġġ għad-disponibilità wiesgħa ta' infrastrutturi diġitali b'veloċità kbira, mingħajr ħlas jew bi prezzijiet baxxi, fuq il-mezzi kollha tat-trasport u l-interchanges kollha tat-trasport, permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020, l-EFSI u sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament;

25.

Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tad-data, iħeġġeġ li jkun hemm konformità mad-Direttiva 95/46/KE u jitlob kundizzjonijiet ċari għall-użu u t-trażmissjoni ta' data, b'mod partikolari fir-rigward ta' data personali, li għandha tiġi pproċessata u użata f'forma “anonimizzata” u għal skopijiet ta' ffaċilitar tal-ħruġ ta' biljetti multimodali biss; jindika li x-xiri u l-ħlas ta' biljetti permezz tal- applikazzjonijiet tal-mobile u l-internet għandhom preferibbilment ikunu disponibbli mingħajr il-ħtieġa ta' reġistrazzjoni fis-sistema;

26.

Jenfasizza l-importanza tal-ippjanar tal-vjaġġi, l-informazzjoni multimodali aċċessibbli u l-ħruġ ta' biljetti b'mod ċar u trasparenti, inkluż permezz ta' pjattaformi diġitali u online, u l-ħtieġa ta' aċċess aħjar għat-trasport pubbiku waqt vjaġġi barra mill-pajjiż fi ħdan l-UE u l-ħtieġa li tiġi inkoraġġita l-modernizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport sostenibbli sabiex jiġu attratti turisti mill-UE u minn barra l-UE, peress li dan jiffaċilita l-proċess sħiħ tal-ippjanar tal-vjaġġ; jissottolinja wkoll l-effetti pożittivi potenzjali ta' sistema integrata ta' ħruġ ta' biljetti f'termini ta' konnessjoni aħjar tar-reġjuni kollha, partikolarment ir-reġjuni l-aktar remoti, bħar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

27.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' promozzjoni u esponiment aħjar u aktar qawwija tas-servizzi ta' ppjanar tal-vjaġġi multimodali, li minnhom diġà huma disponibbli 'l fuq minn mija fl-ibliet, fir-reġjuni u fuq livell nazzjonali fl-UE, u jitlob ukoll sforzi li jippromwovu l-interkonnessjoni ta' dawn is-servizzi;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.

(5)  “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144)

(6)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/7


P8_TA(2015)0249

Prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – Rieżami tal-implimentazzjoni tal-“Pakkett Ħalib”

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-prospettivi għas-settur tal-ħalib tal-UE – rieżami tal-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-prodotti magħmula mill-Ħalib (2014/2146(INI))

(2017/C 265/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 261/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2014 intitolat “L-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti magħmula mill-ħalib u l-operat tad-dispożizzjonijiet tal-‘Pakkett tal-Ħalib’” (COM(2014)0354),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2014 dwar il-Prospetti għas-swieq u d-dħul agrikoli tal-UE 2014-2024,

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2012 intitolat “L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib – it-tieni rapport ta' impatt tajjeb (‘soft landing’)” (COM(2012)0741),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar iż-żamma tal-produzzjoni tal-ħalib f'żoni muntanjużi, żoni żvantaġġati u r-reġjuni ultraperiferiċi wara li tiskadi l-kwota tal-ħalib (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar id-defiċit ta' proteini fl-UE: x'soluzzjoni għal problema li ilha teżisti? (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-kriżi fis-settur tat-trobbija ta' bhejjem tal-ħalib (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2014 dwar l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali inġusti fil-katina ta' provvista alimentari bejn in-negozji (COM(2014)0472),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 247/2006 (6), li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta' l-Unjoni,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (7),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tat-13 ta' Jannar 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (COM(2015)0010),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Il-futur tas-settur tal-prodotti tal-ħalib”,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil rigward il-kooperazzjoni fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fl-UE bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment iffirmat fit-23 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0187/2015),

A.

billi l-hekk imsejjaħ “Pakkett tal-Ħalib” ġie ppubblikat fit-3 ta' Ottubru 2012 u se jibqa' japplika sat-30 ta' Ġunju 2020;

B.

billi, kif deċiż fir-Reviżjoni ta' Nofs it-Terminu tal-PAK tal-2003, il-kwoti tal-prodotti magħmula mill-ħalib se jiskadu fil-31 ta' Marzu 2015;

C.

minħabba l-importanza u r-rilevanza tal-miżuri li jinsabu fir-riżoluzzjoni tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar iż-żamma tal-produzzjoni tal-ħalib f'żoni muntanjużi, żoni żvantaġġati u reġjuni ultraperiferiċi wara li tiskadi l-kwota tal-ħalib;

D.

billi, s-suq globali tal-prodotti magħmula mill-ħalib huwa dejjem iktar volatili, bl-ogħla prezzijiet minn meta beda jittieħed kont tagħhom milħuqa f'Jannar 2014, segwiti bi tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet matul il-bqija tal-2014; billi t-trobbija tal-annimali u l-prodotti li jidħlu użati għall-produzzjoni tal-ħalib huma partikolarment vulnerabbli għall-isfidi tal-volatilità, bir-riżultat li l-prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola huma anqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni;

E.

billi l-biedja sostenibbli bħala sors ta' ikel ta' kwalità għolja tista' tiġi żgurata biss jekk il-bdiewa jirċievu prezz mal-ħruġ mill-azjenda agrikola li jkopri l-ispejjeż kollha ta' produzzjoni sostenibbli;

F.

billi l-projbizzjoni Russa fuq prodotti Ewropej magħmula mill-ħalib minn Awwissu 2014 'l hawn kellha impatt negattiv fuq is-suq intern tal-UE, u dan għaldaqstant juri l-ħtieġa ta' tħejjija għall-applikazzjoni ta' miżuri relatati mal-kriżi tas-suq, irrispettivament min-natura tagħhom, kif ukoll l-importanza li jiġu żgurati diversi swieq ta' esportazzjoni għal prodotti tal-UE, b'mod partikolari hekk kif id-domanda globali għall-prodotti magħmula mill-ħalib hija prevista li se tiżdied, flimkien mal-iżgurar ta' suq domestiku stabbli u solventi;

G.

billi l-Pakkett tal-Ħalib daħħal il-possibilità li l-Istati Membri jintroduċu kuntratti obbligatorji biex jgħin lill-produtturi u lill-proċessuri jippjanaw il-volumi ta' produzzjoni tagħhom, kif ukoll isaħħu l-istrutturar tal-ktajjen ta' provvista fid-dawl tat-tmiem tal-kwoti tal-ħalib, u billi ftit Stati Membri għamlu użu minn din il-prerogattiva s'issa;

H.

billi l-Pakkett tal-Ħalib obbliga lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u r-rwol kruċjali li l-kooperattivi jkomplu jkollhom, b'kont meħud tal-ħtieġa li titjieb il-konċentrazzjoni tal-provvista sabiex tagħti lill-produtturi aktar setgħa ta' negozjar;

I.

billi l-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib ġie stabbilit f'April 2014 biex jittejjeb il-monitoraġġ tas-settur tal-produzzjoni tal-ħalib kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-industrija, u billi l-funzjoni tiegħu jeħtieġ li tissaħħaħ sabiex jinħoloq fi ħdan is-settur sistema effiċjenti ta' twissija f'każ ta' kriżi għal irziezet tal-produzzjoni tal-ħalib ta' daqsijiet differenti, f'postijiet ġeografiċi u b'metodi ta' produzzjoni u distribuzzjoni differenti;

J.

billi din ix-xibka ta' sikurezza hija baxxa wisq biex tagħti protezzjoni fil-każ ta' tnaqqis fil-prezz tal-ħalib;

K.

billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika agrikola komuni (PAK) huwa żvilupp territorjali bilanċjat, f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali; billi dan jippresupponi li l-agrikoltura se tkompli tkun produttiva u sostenibbli f'reġjuni żvantaġġjati, ultraperiferiċi, remoti jew żoni muntanjużi;

L.

billi t-tmiem tal-kwoti se jkollu impatt negattiv konsiderevoli fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari fl-Azores, fejn il-produzzjoni tal-ħalib hija l-attività ekonomika ewlenija, li tirrappreżenta madwar 46 % tal-ekonomija reġjonali;

M.

billi għal għadd kbir ta' rziezet tal-produzzjoni tal-ħalib li jinsabu f'reġjuni żvantaġġati, ultraperiferiċi, insulari, żoni remoti u muntanjużi l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-ġbir u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti magħmula mill-ħalib barra miż-żona ta' produzzjoni tagħhom huma ħafna ogħla minn dawk f'oqsma oħra, u billi dawn ma jistgħux jużaw l-opportunitajiet għat-tkabbir maħluqa mit-tneħħija tal-kwota sal-istess punt minħabba l-limitazzjonijiet naturali ta' dawn ir-reġjuni; għal dawn ir-raġunijiet, dawn il-bdiewa jistgħu jkunu mhedda minn konċentrazzjoni akbar ta' produtturi fl-oqsma ekonomiċi fl-aħjar pożizzjoni fi ħdan l-UE;

N.

billi dikjarazzjonijiet obbligatorji tal-volumi ta' ħalib forniti se japplikaw mill-1 ta' April 2015;

O.

billi t-tiġdid ġenerazzjonali, il-modernizzazzjoni u l-investiment huma kruċjali għat-tħaddim tajjeb u sostenibbli tas-settur tal-produzzjoni tal-ħalib Ewropew;

P.

billi l-ħalib u, b'mod partikolari, prodotti ta' “denominazzjoni protetta ta' oriġini” (DPO), “indikazzjoni ġeografika protetta” (IĠP) u “speċjalitajiet tradizzjonali garantiti” (STG) prodotti madwar l-UE jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-suċċess tal-industrija agroalimentari tal-UE u tal-prosperità tal-ekonomiji rurali fejn l-intrapriżi tal-familja żgħar u ta' daqs medju jippredominaw u fejn produzzjoni tal-ħalib estensiva għandha tinżamm, jipprovdu materja prima għal għadd kbir ta' proċessuri fis-setturi privati u kooperattivi, iħarsu l-wirt agroalimentari Ewropew, u għandhom rwol ewlieni fil-konfigurazzjoni territorjali u ambjentali tal-Ewropa, kif ukoll fil-qasam soċjali, b'effett multiplikatur fuq setturi oħra tan-negozju, bħal dak tat-turiżmu;

Q.

billi ġew imposti multi sinifikanti fuq il-bdiewa u l-produtturi tal-ħalib f'xi Stati Membri talli qabżu l-kwoti tal-ħalib matul l-aħħar sentejn tal-kwota;

1.

Ifakkar li settur tal-produzzjoni tal-ħalib vijabbli, sostenibbli u kompetittiv fl-UE, b'għodod reattivi li jippermettu remunerazzjoni ġusta tal-bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib, huwa l-għan tal-Pakkett tal-Ħalib; jenfasizza li l-problemi identifikati fil-Pakkett tal-Ħalib għadhom ostaklu għal suq tal-produzzjoni tal-ħalib sostenibbli, kompetittiv u ekwu u għal dħul xieraq għall-bdiewa;

2.

Ifakkar ir-rwol importanti tat-trobbija ta' bhejjem tal-ħalib f'termini tal-ġestjoni tal-art, l-impjieg rurali u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali ta' diversi reġjuni agrikoli Ewropej;

3.

Jenfasizza l-fatt li l-bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib, b'mod speċjali bdiewa fuq skala żgħira, huma partikolarment vulnerabbli għal varjazzjonijiet fid-dħul u għal riskji kkawżati minn spejjeż kapitali għoljin, id-deterjorabilità tal-produzzjoni, prezzijiet volatili tal-prodott tal-ħalib bażiku, spejjeż tal-input u tal-enerġija, u li għajxien sostenibbli mill-produzzjoni tal-ħalib hija sfida kontinwa, peress li l-ispejjeż ta' produzzjoni huma ta' sikwit qrib ta' jew 'il fuq mill-prezz mal-ħruġ mill-azjenda agrikola;

4.

Jenfasizza li l-bdiewa Ewropej ikollhom ilaħħqu ma' spejjeż kbar minħabba l-prezzijiet tal-oġġetti involuti fil-produzzjoni, bħalma huma l-għalf tal-bhejjem, u li, bħala riżultat ta' regolamenti Ewropej stretti dwar il-benesseri tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel, il-kompetittività tagħhom titnaqqas meta mqabbla ma' pajjiżi oħrajn;

L-impatt tal-embargo Russu u l-kriżi attwali fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifletti dwar il-kawżi tal-kriżi u dwar il-miżuri li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ biex jipprevjenu kriżijiet futuri, kif indikat fl-Artikoli 219, 221 u 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza, b'miżuri ulterjuri immirati lejn is-suq, il-kriżi li attwalment qed tolqot is-swieq tal-produzzjoni tal-ħalib bħala riżultat ta' pressjoni għat-tnaqqis tal-prezzijiet li rriżultat minn nuqqas ta' strumenti xierqa relatati mal-kriżijiet, tnaqqis fid-domanda globali, il-volatilità globali tal-prezzijiet u l-embargo Russu, filwaqt li tirrikonoxxi l-ewwel passi li ttieħdu s'issa biex jindirizzaw l-impatt tal-embargo Russu;

7.

Jirrimarka li l-eċċess ta' prodotti magħmula mill-ħalib minn ċerti Stati Membri li għandhom relazzjonijiet kummerċjali tradizzjonali tar-Russja toħloq żbilanċi kbar fis-swieq domestiċi tagħhom, li wassal għal tnaqqis qawwi fil-prezzijiet u li kkawża li l-produtturi lokali ma baqgħux kompetittivi; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tanalizza s-sitwazzjoni li għadha kif inħolqot u tieħu azzjoni prijoritarja;

8.

Ifakkar li l-kriżi tal-ħalib tal-2009 seħħet taħt l-istruttura tal-kwota u minħabba nuqqas ta' funzjonament tal-katina tal-valur tal-prodotti magħmula mill-ħalib, li tirriżulta fi pressjoni għal tnaqqis fil-prezz imħallas lill-produtturi; ifakkar lill-Kummissjoni li d-dewmien biex tirreaġixxi għall-kriżi ġiegħlet ħafna bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib iħallu n-negozju, u jesprimi tħassib dwar il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tirrispondi rapidament u effettivament għall-kriżijiet fis-suq; jenfasizza l-fatt li t-tnaqqis fil-prezzijiet mis-sors li affettwa dawk li jrabbu l-bhejjem ma kienx rifless fil-prezzijiet tal-konsumatur, li juri żbilanċ kbir bejn il-partijiet ikkonċernati differenti fil-katina tal-provvista tal-prodotti magħmula mill-ħalib;

9.

Jiddispjaċih li t-talba tal-Parlament, li kellha l-għan, fil-każ ta' kriżi serja, li tipprovdi sussidji għal bdiewa li b'mod volontarju jkunu naqqsu l-produzzjoni tagħhom, ġiet irrifjutata mill-Kunsill; jissottolinja l-importanza li jerġa' jinfetaħ id-dibattitu dwar din l-għodda tal-ġestjoni ta' kriżijiet;

10.

Jissottolinja li t-tneħħija tal-kwoti għandha r-riskju li twassal għal żieda fil-konċentrazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib l-aktar favur l-akbar bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib u għad-detriment tal-iżgħar bdiewa, mingħajr garanzija ta' effiċjenza jew dħul;

Sfidi u opportunitajiet għas-settur tal-produzzjoni tal-ħalib

11.

Jinnota li prospetti fuq terminu medju u twil għas-settur tal-produzzjoni tal-ħalib kemm fis-swieq domestiċi kif ukoll dawk globali għadhom fluwidi b'domanda li tvarja, iżda fl-istess ħin jenfasizza li, bħala parti ewlenija mill-industrija agroalimentari, is-settur tal-produzzjoni tal-ħalib għandu potenzjal sinifikanti għal tkabbir fuq terminu twil u għall-ħolqien ta' impiegi li għandhom ukoll ikunu mmirati fil-Pjan ta' Investiment il-ġdid;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex il-produtturi u l-proċessuri kollha jitħallew jadattaw l-apparat u t-tekniki ta' produzzjoni tagħhom b'reazzjoni għall-aspettativi ekonomiċi, ambjentali u soċjali;

13.

Jenfasizza r-rwol importanti li t-tiġdid ġenerazzjonali għandu għall-futur tas-settur tal-ħalib u l-opportunitajiet sinifikanti għal bdiewa żgħażagħ fil-produzzjoni tal-ħalib;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi opportunitajiet ġodda ta' finanzjament għal Stati Membri, inkluż bl-għajnuna tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li permezz tiegħu l-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib se tiġi riformata; iqis li l-appoġġ finanzjarju, bħal fondi ta' garanzija, fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw u investiment kapitali, huma essenzjali, flimkien ma' riżorsi mogħtija mill-BEI, sabiex jintervjenu fil-livell tal-fondi strutturali u fondi ta' investiment Ewropej, b'mod partikolari f'armonija mal-iżvilupp rurali; dan jippermetti l-ksib ta' effett multiplikatur f'termini ta' tkabbir u ta' dħul, kif ukoll l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu għall-bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib; jilqa' f'dan ir-rigward l-opportunitajiet ta' finanzjament preżentati lill-bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib mill-fond il-ġdid tal-BEI, li joffri rati ta' interessi aktar baxxi biex jiffaċilita l-investiment u l-modernizzazzjoni fl-irziezet, filwaqt li joffri opportunitajiet ta' finanzjament lil bdiewa żgħażagħ biex ikabbru n-negozji tagħhom; jenfasizza ulterjorment in-natura komplementari tal-finanzjament mill-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, li għandu jgħin biex jiġi żviluppat is-settur tal-ħalib billi jattira kapital privat bil-għan ta' responsabilità fl-infiq u effettività akbar tal-investiment;

15.

Jinnota li l-livell għoli ta' volatilità fil-prezzijiet u kriżijiet rikorrenti li huma inkompatibbli ma' investimenti kbar fil-bhejjem u l-istabbiliment ta' produtturi ġodda huma l-isfidi ewlenin li qed jiffaċċja s-settur tal-produzzjoni tal-ħalib; iħeġġeġ lill-Kummissjoni konsegwentement sabiex tikkunsidra miżuri biex timmitiga r-riskji li jirriżultaw minn espożizzjoni akbar għas-suq dinji, biex tissorvelja aktar mill-qrib il-funzjonament korrett tas-suq uniku fil-ħalib u fil-prodotti magħmula mill-ħalib u li tfassal pjan ta' azzjoni sabiex turi kif għandha l-ħsieb li tnaqqas dawn ir-riskji;

Iż-żamma ta' settur tal-produzzjoni tal-ħalib sostenibbli f'reġjuni żvantaġġati, muntanjużi, insulari u ultraperiferiċi

16.

Jimpenja ruħu biex tinżamm il-produzzjoni tal-ħalib, peress li l-produzzjoni tal-ħalib tagħti kontribut soċjoekonomiku importanti għall-iżvilupp agrikolu u rurali madwar l-UE, u jenfasizza l-importanza partikolari tagħha f'reġjuni żvantaġġjati muntanjużi, insulari u dawk ultraperiferiċi, fejn xi drabi huwa l-uniku tip ta' biedja possibbli; iżid li għal dawn ir-reġjuni, dan is-settur huwa responsabbli għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, l-għajxien ta' ħafna familji, l-organizzazzjoni, ix-xogħol u l-protezzjoni tat-territorju u ż-żamma ta' prattiki kulturali u tradizzjonali u l-produzzjoni tal-ħalib serviet ukoll biex sawret l-ambjent kulturali ta' sekli sħaħ f'dawn ir-reġjuni, u ħolqot bażi importanti għat-turiżmu; jenfasizza l-fatt li f'dawn ir-reġjuni l-abbandun tal-produzzjoni tal-ħalib tfisser l-abbandun tal-agrikoltura;

17.

Jenfasizza li hu essenzjali li jinħoloq mekkaniżmu ta' tranżizzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi bejn l-eliminazzjoni tal-kwoti u l-liberalizzazzjoni tas-swieq li jagħmel possibbli l-protezzjoni tal-bdiewa u tas-settur f'dawn ir-reġjuni;

18.

Jitlob li jiġu attivati miżuri ta' lqugħ bħala indikaturi speċifiċi għal operazzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib u n-negozji f'reġjuni muntanjużi, fid-dawl tad-differenza fil-produzzjoni bejn reġjuni ta' produzzjoni tal-ħalib muntanjużi u territorji oħrajn;

19.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu bil-livelli baxxi ta' implimentazzjoni tal-miżuri tal-Pakkett tal-Ħalib fir-reġjuni ultraperiferiċi u muntanjużi, insulari u żoni żvantaġġati, u jissottolinja li huwa indispensabbli li jinżammu rziezet tal-produzzjoni tal-ħalib bħala negozji vijabbli u kompetittivi fit-territorji kollha tal-Unjoni; iqis, f'dan ir-rigward, li dawn iż-żoni jridu jkunu ċ-ċentru ta' attenzjoni speċjali u ta' studji speċifiċi mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri u li l-użu ta' ktajjen tal-provvista qosra, filwaqt li jagħti preferenza lill-produzzjoni lokali f'dawn il-każijiet speċifiċi, għandu jitħeġġeġ biex jiżgura produzzjoni kontinwa f'dawn ir-reġjuni u biex jevita l-abbandun tas-settur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex itejbu u jsaħħu s-sistemi ta' distribuzzjoni tal-ħalib fl-iskejjel, jiffavorixxu ktajjen ta' provvista qosra u b'hekk tkun tista' ssir id-distribuzzjoni tal-produzzjoni f'dawn ir-reġjuni; jenfasizza l-fatt li, f'dawn iż-żoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni jinsabu tipikament viċin jew ogħla mill-prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola u jikkunsidra li l-inċertezzi attwali tal-katina tal-provvista huma partikolarment ta' ħsara għal dawn iż-żoni, li jkollhom l-akbar ostakli u opportunitajiet ridotti għal ekonomiji ta' skala; ifakkar li l-bdiewa f'dawn iż-żoni jiddependu direttament u esklużivament fuq numru żgħir ta' fornituri tal-fatturi tal-produzzjoni u x-xerrejja għall-produzzjoni agrikola tagħhom minħabba l-iżolament ġeografiku tagħhom; jenfasizza li l-appoġġ għall-istabbiliment u l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jirriflettu aħjar ir-realtajiet ta' dawn ir-reġjuni; jenfasizza li jeħtieġ li jitwettqu politiki ambizzjużi biex jappoġġaw lil dawn ir-reġjuni bl-għajnuna tal-politika għall-iżvilupp rurali, il-Pjan ta' Investiment u l-promozzjoni u l-irfinar tal-għajnuna tal-PAK, kif permess mill-aħħar riforma; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw dawn il-miżuri, biex tippermetti l-preservazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib f'dawn ir-reġjuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-evoluzzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib f'dawn iż-żoni u tevalwa l-impatt ekonomiku ta' tmiem il-kwoti fuq l-irziezet tal-produzzjoni tal-ħalib; jemmen li huwa meħtieġ li jiġu allokati riżorsi addizzjonali lill-programm POSEI sabiex il-produtturi tal-ħalib jiġu megħjuna jadattaw għall-effetti li rriżultaw mid-deregolamentazzjoni tas-swieq u li jippermettilhom li jkollhom produzzjoni tal-ħalib vijabbli u kompetittiva relattiva għall-bqija taż-żona Ewropea;

20.

Jenfasizza l-importanza tal-użu tat-terminu volontarju ta' kwalità “prodotti tal-muntanji” skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa din id-deżinjazzjoni permezz tal-promozzjoni tal-bejgħ;

21.

Jenfasizza l-importanza tar-razez indiġeni bovini tal-muntanji għall-produzzjoni tal-ħalib f'żoni muntanjużi; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri biex issaħħaħ il-promozzjoni ta' dawn ir-razez bovini tal-muntanji;

Il-volatilità tal-prezz u t-tmiem tal-kwoti tal-ħalib

22.

Huwa tal-fehma li l-politika tal-produzzjoni tal-ħalib tal-UE wara l-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib għandha tinkludi mezz biex isir l-aħjar użu tal-opportunitajiet ta' espansjoni għall-ekonomija tal-UE sabiex il-produzzjoni tal-ħalib issir attraenti għall-bdiewa, u jqis li kwalunkwe miżuri futuri għandhom isaħħu l-kompetittività u l-istabilità sabiex jiġi ffaċilitat it-tkabbir u l-innovazzjoni sostenibbli fis-settur agrikolu u fil-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali;

23.

Jirrikonoxxi d-deċiżjoni li l-ħlas fir-rigward ta' somom finali dovuti lill-bdiewa taħt ir-reġim tal-kwoti jinfirex fuq tliet snin, iżda jinnota li fondi sinifikanti tneħħew mis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib fl-aħħar sena tal-kwota bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-levy speċjali, u għaldaqstant jirrakkomanda li dan id-dħul jibqa' fi ħdan il-baġit tal-PAK biex tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-produzzjoni tal-ħalib;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta għodda regolatorja waħda jew aktar għall-prevenzjoni u jindirizzaw b'mod effikaċi kriżijiet ġodda fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib, b'mod partikolari billi jiffaċilitaw l-organizzazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib f'termini tal-ġestjoni tal-provvista; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha f'taħdidiet formali mal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur sabiex jinkiseb dan;

25.

Iqis li kompetizzjoni aktar qawwija għandha tintuża bħala mezz biex jiġi żgurat il-bilanċ territorjali u remunerazzjoni aktar bilanċjata għall-produtturi tal-prodotti magħmula mill-ħalib fil-katina tal-valur;

L-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ħalib

26.

Jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ħalib għadha fi stadju bikri; jesprimi diżappunt, madankollu, bil-livelli baxxi ta' implimentazzjoni ta' kuntratti obbligatorji, u għalhekk iħeġġeġ li dawn jiġu estiżi għall-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju fil-fond tal-ostakli għall-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ħalib u ta' miżuri li jiżguraw l-aħjar użu tal-għodod disponibbli għall-Istati Membri;

27.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-pakkett tal-ħalib ma ġiex ikkunsidrat bħala prijorità fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2015, u jitlob li l-Kummissjoni urġentement iddaħħal din il-prijorità;

28.

Jiddispjaċih għall-fatt li mir-rapport mhuwiex ċar jekk il-Kummissjoni hijiex sodisfatta bl-implimentazzjoni tal-għodda regolatorja l-ġdida u li l-Kummissjoni ma tikkwantifikax x'għadd huwa mistenni ta' organizzazzjonijiet ġodda tal-produtturi, Stati Membri parteċipanti jew negozjati kollettivi; jinnota li lanqas mhuwa ċar l-effett li għandhom l-għodod il-ġodda fuq il-prezzijiet tal-ħalib; jitlob f'dan ir-rigward lista preċiża tal-effetti fuq il-prezzijiet tal-ħalib u rekord preċiż tal-organizzazzjonijiet parteċipanti tal-produtturi;

29.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta objettivi ċari fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kuntratti u n-negozjati kollettivi;

30.

Ifakkar li r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiddisponi li “biex jiġi żgurat l-iżvilupp vijabbli tal-produzzjoni u b'riżultat ta' hekk, livell tal-għajxien ġust għall-bdiewa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti tiegħu, il-qawwa ta' negozjar li għandhom il-bdiewa vis-à-vis dik ta' proċessuri għandha tissaħħaħ, u din għandha twassal għal distribuzzjoni aktar ġusta ta' valur miżjud tul il-katina tal- provvista”;

31.

Jinnota li l-mudell kuntrattwali għadu ma ġiex implimentat kif previst, peress li l-bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib għadhom f'pożizzjoni dgħajfa fis-suq, m'hemmx standards minimi fil-kuntratti u l-kooperattivi huma esklużi minnhom;

32.

Jenfasizza li t-tisħiħ u t-titjib tar-relazzjonijiet kuntrattwali permezz tal-espansjoni għall-inklużjoni tas-settur kollu, u b'mod partikolari d-distribuzzjoni fuq skala kbira, jgħinu għall-iżgurar ta' distribuzzjoni ġusta tad-dħul tul il-katina tal-provvista, li jirriżulta f'żieda akbar ta' valur, u t-tisħieħ tar-responsabilità tal-partijiet ikkonċernati biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni tas-suq u għal rispons adegwat; jenfasizza l-importanza ta' taħriġ tal-ġestjoni tar-riskju u l-edukazzjoni bħala parti integrali tal-kurrikulu agrikolu sabiex il-bdiewa jiffaċċjaw il-volatilità u jużaw b'mod effikaċi l-għodod tal-immaniġġjar tar-riskji disponibbli;

33.

Jenfasizza r-riskju li l-industrija fi kwalunkwe Stat Membru tista' tintroduċi klawsoli inġusti f'kuntratti sabiex jikkumpensaw għall-objettiv tal-istabilità fil-kunsinni, li hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-vijabilità tal-irziezet tal-produzzjoni tal-ħalib;

34.

Jinnota li s-settur jista' jesplora ulterjorment il-potenzjal offrut minn kuntratti fuq il-katina ta' provvista integrati fuq terminu twil, kuntratti forward, kuntratti b'marġni fiss, u l-opportunità li prezz tal-ħalib jiġi “inblukkat” biex jirrifletti l-ispejjeż tal-produzzjoni għal perjodu ta' żmien stabbilit; jemmen li l-għażla li jsir użu minn strumenti ġodda fir-relazzjonijiet kuntrattwali għandha tkun disponibbli u li għodod għall-medjazzjoni kuntrattwali għandhom ukoll isiru disponibbli;

Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

35.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għaż-żieda tas-setgħa tan-negozjar u l-influenza tal-produtturi fil-katina tal-provvista, kif ukoll fir-riċerka u l-innovazzjoni, u jiddispjaċih dwar il-fatt li kien hemm biss progress limitat lejn l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, partikolarment fl-Istati Membri l-ġodda; iqis li r-regoli għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jissaħħu biex tiżdied b'mod aktar effikaċi l-influwenza tal-produtturi fin-negozjati tal-kuntratti; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju taħt il-Pilastru II u jħeġġeġ inċentivizzazzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, pereżempju billi jkun hemm aktar informazzjoni disponibbli u tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-partijiet ikkonċernati li jixtiequ joħolqu u jingħaqdu f'organizzazzjonijiet tal-produtturi u biex jipparteċipaw b'modi differenti fl-attivitajiet tagħhom u biex iwettqu attivitajiet edukattivi fost il-produtturi dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bħala għodda li tgħin sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi fil-katina tal-provvista; iqis li hu meħtieġ li titjieb il-kapaċità għar-regolamentazzjoni u l-organizzazzjoni tas-suq mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

36.

Jiddefendi l-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-Pakkett tal-Ħalib primarjament bl-għan li jitwaqqfu organizzazzjonijiet tal-produtturi b'kapaċità akbar ta' ġestjoni u negozjar fis-suq;

37.

Jinnota li l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jista' jiġi promoss billi jingħata appoġġ politiku proattiv biex il-bdiewa jitħeġġu biex iħarsu lejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bħala strumenti xierqa;

38.

Jenfasizza l-importanza li jitħaffu l-iskambji tal-informazzjoni u d-djalogu mal-produtturi u mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs) sabiex ikunu jistgħu iqisu l-iżviluppi tas-suq u jantiċipaw il-kriżijiet;

39.

Jinsisti dwar il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu ta' daqs adegwat u jkunu legalment marbuta mal-produzzjoni tal-membri tagħhom li huma bdiewa, peress li organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu sempliċement rappreżentattivi m'għandhom l-ebda kapaċità reali sabiex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet ta' kwalità u ta' kwantità kuntrattati u jkunu nieqsa mill-interess f'li jaġixxu bħala negozjaturi serji mal-industrija;

40.

Jitlob għal appoġġ akbar għall-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet indipendenti tal-produtturi permezz ta' mekkaniżmi ta' informazzjoni aktar mifruxa u appoġġ għal attivitajiet ta' ġestjoni, sabiex jinkoraġġixxu lill-bdiewa biex jarawhom bħala strumenti effikaċi u jipparteċipaw fihom;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-għodod ta' ġestjoni interprofessjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq;

42.

Jissottolinja r-rwol tal-kooperattivi b'mod li jipprovdu stabilità fit-tul għall-membri tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika;

43.

Jinnota l-importanza tal-istabbiliment ta' Organizzazzjonijiet Interprofessjonali għall-iżgurar tat-trasparenza u tal-iskambju tal-aħjar prattiki;

44.

Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza tat-trasparenza matul il-katina tal-provvista kollha sabiex is-settur iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati jirrispondu għas-sinjali tas-suq; jinnota l-importanza miżjuda ta' informazzjoni preċiża u fil-ħin fis-suq ta' wara t-tneħħija tal-kwota;

It-tisħiħ tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib

45.

Jilqa' l-istabbiliment tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib (MMO) u jenfasizza l-importanza tiegħu għall-firxa u għall-analiżi tad-data tas-suq u jitlob rwol akbar għall-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib; jirrakkomanda d-definizzjoni ta' indiċi tas-suq li tinkludi x-xejriet tal-kwotazzjonijiet tal-prodotti, tal-prezzijiet tal-ħalib u tal-ispejjeż ta' produzzjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tiżgura li l-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib jkun f'pożizzjoni li, min-naħa, jforni data preċiża f'ħin reali u, min-naħa l-oħra, jikkomunika twissijiet, l-antiċipazzjonijiet ta' kriżi u azzjonijiet rakkomandati bbażati fuq l-analiżi tas-suq u għodod ta' previżjoni aktar bikrija u aktar frekwenti, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti meta l-indiċi tas-suq jaqa' taħt ċertu livell, u meta s-sitwazzjoni fis-suq tkun teħtieġ dan; iqis li l-informazzjoni mogħtija mill-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib għandha tinvolvi aġġornamenti dwar ix-xejriet tas-suq u tal-prezzijiet, data dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-interazzjonijiet bejn il-produzzjoni taċ-ċanga u tal-ħalib, il-konsum, il-qagħda tal-istokk, il-prezzijiet u l-iskambji ta' ħalib importat jew esportat fil-livell Ewropew; jinnota li hija ugwalment utli l-integrazzjoni tal-monitoraġġ tal-ispejjeż tal-produzzjoni u tas-swieq internazzjonali sabiex jiġu identifikati kwalunkwe tendenzi u jinħatfu opportunitajiet ta' esportazzjoni; jenfasizza li d-data għandha tkun faċilment aċċessibbli u faċli biex tintuża għall-partijiet ikkonċernati kollha;

46.

Jissottolinja l-importanza li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib u li l-istess Osservatorju jippubblika d-data li jirċievi kull xahar fil-ħin għall-ġid tal-partijiet ikkonċernati kollha, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis miżuri addizzjonali sabiex tiżgura li l-informazzjoni tasal fil-ħin; jistieden lill-Kummissjoni biex tispeċifika r-regoli għat-trasmissjoni tad-data mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni hija komparabbli fil-livell Ewropew;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi strutturi separati mgħammra b'mod komprensiv għall-akkwiżizzjoni tad-data għas-setturi agrikoli kollha;

Il-miżuri tal-PAK u l-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib

48.

Jinnota li, taħt il-Pilastru I, appoġġ akkoppjat volontarju huwa għodda disponibbli sabiex jgħin lis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib, filwaqt li taħt il-Pilastru II, il-produtturi jistgħu jagħmlu użu ta' servizzi ta' konsulenza li jappoġġaw id-deċiżjonijiet tan-negozju u l-ġestjoni finanzjarja soda – jekk meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jużaw miżuri ta' assigurazzjoni bħall-Għodda għall-Istabilizzazzjoni tad-Dħul u jistgħu wkoll jiddeterminaw ir-raggruppament u l-immirar fi ħdan is-settur ta' miżuri ta' żvilupp rurali b'livell ogħla ta' għajnuna;

49.

Jistieden lis-settur biex jinvestiga l-iżvilupp ta' aktar għodod ta' assigurazzjoni meta s-suq ikun b'saħħtu, sabiex titnaqqas il-volatilità tal-prezz tal-ħalib u sabiex l-irziezet Ewropej tal-produzzjoni tal-ħalib ma jiċċaħħdux mid-dħul; jenfasizza l-ħtieġa ta' studju tal-possibilità ta' integrazzjoni tal-għodod immirati lejn il-ġestjoni tar-riskju, bħal programmi bbażati fuq il-protezzjoni tal-marġini, fil-Pilastru 1 tal-PAK;

50.

Jenfasizza li, fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għadd ta' Stati Membri għażlu proċess ta' konverġenza interna mhux komplut u bil-mod li għal darb'oħra jiffavorixxi l-biedja ta' art b'altitudni baxxa li għandha kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin;

51.

Jiddefendi l-ħtieġa ta' rieżami tar-rekwiżiti għall-attivazzjoni ta' mekkaniżmu ta' stabilizzazzjoni tad-dħul disponibbli taħt l-Iżvilupp Rurali, peress li jqis li d-domanda għal telf ta' 30 % għall-aċċess għall-għajnuna Komunitarja hija eċċessiva;

Potenzjal għas-settur tal-UE tal-produzzjoni tal-ħalib fis-suq dinji

52.

Jirrimarka li d-domanda globali għall-prodotti magħmula mill-ħalib huwa mbassar li se jikber bi 2 % fis-sena, u dan joffri opportunitajiet għal prodotti li joriġinaw fl-UE, iżda jenfasizza li dawn l-opportunitajiet ta' esportazzjoni għandhom ikunu bilanċjati permezz ta' suq domestiku stabbli, peress li dan tal-aħħar jirrappreżenta iżjed minn 90 % tas-suq tal-prodotti magħmula mill-ħalib fl-Ewropa; madankollu, jinnota li s-suq huwa dejjem aktar iddominat mill-prodotti magħmula mill-ħalib imnixxef;

53.

Jirrimarka li l-UE tibqa' l-akbar importatur agrikolu fid-dinja u li t-tkabbir fil-produzzjoni tal-ħalib għall-esportazzjoni huwa dipendenti fuq l-importazzjoni ta' għalf u magħlef;

54.

Jissottolinja li negozjati kummerċjali bilaterali jistgħu jirrappreżentaw opportunitajiet strateġiċi għas-settur tal-produzzjoni tal-ħalib tal-UE, li b'rabta magħhom huwa jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha aktar fil-ftuħ ta' swieq ġodda f'pajjiżi terzi u fit-tneħħija ta' ostakli għall-kummerċ, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra kif dovut it-tħassib dwar id-“denominazzjoni protetta ta' oriġini” (DPO) jew l- “indikazzjoni ġeografika protetta” (IĠP) u l-“ispeċjalità tradizzjonali garantita” (STG) matul in-negozjati kummerċjali, soġġett għall-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-kwalità Ewropea u l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà tal-produzzjoni u l-provvista ta' prodotti għall-konsumaturi;

55.

Jenfasizza l-ħtieġa kontinwa tal-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' swieq ġodda, it-tkabbir tas-sehem tal-UE fis-suq globali, l-assigurazzjoni ta' aċċess ġust għall-esportaturi tal-UE u l-istimolu għat-tkabbir sostenibbli tal-esportazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tieħu l-azzjoni meħtieġa u tipparteċipa b'mod aktar attiv fl-identifikazzjoni ta' swieq ġodda ta' esportazzjoni; huwa tal-fehma li għandhom jiġu esplorati opportunitajiet futuri permezz ta' titjib fir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi u li l-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib għandha tiġi dinamizzata, u jenfasizza l-importanza tal-għarfien tax-xejriet ta' konsum f'dawn is-swieq sabiex tinbena l-kapaċità għal reazzjonijiet f'waqthom għall-bidliet futuri;

56.

Jinnota, barra minn hekk, li l-kumpaniji tal-UE qed jiffaċċjaw kompetizzjoni minn ftit esportaturi globali b'saħħithom (New Zealand, l-Istati Uniti u l-Awstralja) li storikament kellhom aċċess għas-swieq Asjatiċi u li għandhom influenza deċiżiva fuq il-prezzijiet tas-suq dinji tal-prodotti magħmula mill-ħalib;

Skemi ta' promozzjoni u ta' kwalità

57.

Jirrimarka li s-settur tal-produzzjoni tal-ħalib jista' jibbenefika minn inizjattivi ta' promozzjoni akbar fi swieq domestiċi u ta' pajjiżi terzi skont Miżuri Promozzjonali ġodda u jħeġġeġ lill-produtturi biex jieħdu sehem f'kampanji ġodda wara d-dħul fis-seħħ fl-2016 tar-regolamenti l-ġodda dwar il-promozzjoni, filwaqt li jitqies li żieda fl-appoġġ finanzjarju tal-UE huwa ppjanat;

58.

Jenfasizza li l-ħtieġa biex is-settur bl-akbar potenzjal għall-ħolqien ta' valur ma jinsabx biss fil-produzzjoni ta' prodotti mhux proċessati u jqis li għandu jsir użu sħiħ tal-miżuri ta' riċerka biex jiġu żviluppati prodotti magħmula mill-ħalib innovattivi fi swieq bi tkabbir għoli, bħal prodotti mediċinali nutrizzjonali u prodotti nutrizzjonali għat-trabi, għall-anzjani u għall-atleti;

59.

Jinnota li s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni: produttività u sostenibilità fil-qasam agrikolu (EIP-AGRI) taħt il-programm Orizzont 2020 jista' jappoġġa proġetti innovattivi li jikkontribwixxu għal ekonomija sostenibbli u produttiva ħafna fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib sabiex jilħqu d-domanda globali fi prodotti magħmula mill-ħalib ta' valur għoli;

60.

Jissottolinja l-importanza tat-tisħiħ tal-iskema ta' għajnuna għad-distribuzzjoni tal-ħalib fl-istabbilimenti edukattivi, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-għoti ta' prijorità lill-prodotti lokali magħmula mill-ħalib u lill-ktajjen tal-provvista qosra, bil-ħsieb ta' kontribuzzjoni għall-promozzjoni ta' drawwiet tal-ikel tajbin għas-saħħa fost il-konsumaturi Ewropej;

61.

Jinnota li s-settur s'issa mhux impenjat fl-iskemi ta' “denominazzjoni protetta ta' oriġini” (DPO), “indikazzjoni ġeografika protetta” (IĠP) u “speċjalità tradizzjonali garantita” (STG) b'mod sinifikanti u ugwali fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika l-aċċess u r-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni ta' dawn l-iskemi għal produtturi u negozji żgħar, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat mal-proċess tal-applikazzjoni, li jinżammu bħala punt ta' riferiment tal-kwalità għal prodotti Ewropej, li qabel ma kinitx tiġi dubitata fost is-swieq tal-esportazzjoni tal-UE, u biex issir promozzjoni mmirata ta' attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni għal dawn il-prodotti;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika r-regoli dwar ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-ġobon li għandu “denominazzjoni protetta ta' oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, b'mod partikolari rigward il-kondizzjonijiet minimi meħtieġa għall-approvazzjoni ta' dawk l-iskemi;

63.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika malajr kemm jista' jkun ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, b'rabta mal-analiżi tal-impatt tal-implimentazzjoni tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza tal-ħalib u ta' prodotti magħmula mill-ħalib; jiddispjaċih li l-Eżekuttiv tal-Komunità għadu ma ħejjiex dan ir-rapport, li kellu jiġi preżentat sal-31 ta' Diċembru 2014;

Ġestjoni tar-riskju fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib

64.

Jenfasizza li miżuri eżistenti ta' “xibka ta' sikurezza” bħal ma huma l-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat biss mhumiex għodod suffiċjenti biex jindirizzaw volatilità persistenti jew kriżi fis-settur tal-ħalib; iżid li l-prezzijiet tal-intervent huma baxxi wisq, ma għandhom l-ebda konnessjoni mal-prezzijiet kurrenti tas-suq u wrew li mhumiex effikaċi biex jiggarantixxu prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola adegwati u stabbli fuq perjodu twil ta' żmien;

65.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 219 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhux biss biex tindirizza t-tfixkil tas-suq attwali, iżda wkoll biex tieħu azzjoni immedjata biex tevita dan, inkluż f'każijiet fejn azzjoni tista' tipprevjeni milli tali theddid iseħħ, ikompli jew jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta' azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iwessa' l-firxa tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat jew ikun ta' detriment għall-produzzjoni jew għall-kundizzjonijiet tas-suq;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha mal-partijiet ikkonċernati fis-settur u timplimenta dispożizzjonijiet ta' “xibka ta' sikurezza” aktar risponsivi u realistiċi bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib, li jforni sikurezza fi kriżijiet fejn ikun hemm tnaqqis sostanzjali tal-prezzijiet tal-ħalib u żieda sostanzjali simultanja tal-prezzijiet ta' prodotti bażiċi li għandhom impatt gravi fuq il-marġni tad-dħul għall-bdiewa; jitlob intervent sabiex jiġi aġġornat biex jirrifletti l-ispejjeż tal-produzzjoni u jadatta għat-tibdil fis-suq;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta dispożizzjonijiet ta' “xibka ta' sikurezza” aktar reattivi u realistiċi, u biex il-prezz ta' intervent jirrifletti aħjar l-ispejjeż reali tal-produzzjoni u tal-prezzijiet reali tas-suq, u li jiġu adattati mat-tibdil fis-suq; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni sabiex minnufih tadatta l-prezzijiet ta' intervent; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li r-rifużjoni tal-esportazzjoni għandha tingħata lura temporanjament f'każ ta' kriżi tas-suq abbażi ta' kriterji oġġettivi;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-partijiet ikkonċernati biex jiġu ffissati indikaturi dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni li jikkunsidraw l-ispejjeż tal-enerġija, il-fertilizzanti, l-għalf tal-annimali, is-salarji, il-kera u spejjeż tal-input ewlenin oħrajn, u biex jiġu riveduti l-prezzijiet ta' referenza kif xieraq; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex taħdem flimkien mal-partijiet ikkonċernati biex tiddefinixxi indiċi tas-suq li jinkludi x-xejra fi kwotazzjonijiet tal-prodotti, il-prezzijiet tal-ħalib u l-ispejjeż ta' produzzjoni;

69.

Jissottolinja li l-esperjenza attwali tal-embargo Russu turi li huwa mixtieq li jkun hemm linji gwida li jkunu diskussi bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Parlament u li jservu bħala gwida għall-attivazzjoni ta' miżuri;

70.

Jissottolinja l-importanza ta' strument għall-kriżijiet aktar reattiv u realistiku, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament bħala koleġiżlatur, timpenja ruħha mas-settur dwar il-possibilità tal-użu ta' strumenti ta' ġestjoni tar-riskju bħal swieq tal-futuri biex jittieħed vantaġġ tal-volatilità fis-settur sabiex tiżdied il-kompetittività tiegħu; iqis li strumenti ġodda ta' stabilizzazzjoni tal-introjtu għandhom jiġu studjati wkoll, bħal assigurazzjoni fuq id-dħul jew l-implimentazzjoni ta' Programm ta' Protezzjoni tal-Marġni tal-produzzjoni tal-ħalib;

71.

Jitlob li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma' parteċipanti mis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib, tiżviluppa strumenti effikaċi u adegwati sabiex tissalvagwardja kontra nżul sinifikanti f'daqqa fil-prezz tal-ħalib;

Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-prodotti magħmula mill-ħalib

72.

Jenfasizza li l-produtturi tal-ħalib, b'mod partikolari tal-produtturi tal-ħalib fuq skala żgħira, huma partikolarment vulnerabbli għal żbilanċi fil-katina tal-provvista, b'mod partikolari minħabba l-fluttwazzjonijiet fid-domanda, l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed jiżdiedu u prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola li qed jonqsu, iżda wkoll minħabba l-prijoritajiet ekonomiċi f'kull Stat Membru; iqis li l-pressjoni għat-tnaqqis tal-prezzijiet mill-bejjiegħa bl-imnut minn tikkettar ta' marka proprja u l-użu persistenti tal-ħalib likwidu għall-bejgħ b'kost mill-bejjiegħa bl-imnut, jimminaw ix-xogħol u l-investiment tal-produtturi fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib u jnaqqsu l-valur tal-prodott aħħari għall-konsumatur; jiddefendi l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' kodiċijiet ta' prattika tajba bejn id-diversi parteċipanti fil-katina tal-provvista tal-ikel; jenfasizza l-ħtieġa li jinstabu mekkaniżmi li b'mod effikaċi jipproteġu lill-bdiewa minn abbuż mill-industrija u mid-distributuri u mill-pożizzjoni dominanti tagħhom fis-suq bl-imnut, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha dwar it-trażżin ta' prattiki kummerċjali inġusti kemm jista' jkun malajr u biex tikkunsidra approċċ speċifiku għas-settur rigward il-liġi tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti;

73.

Iqis li l-prattiki kummerċjali inġusti jirrestrinġu serjament il-ħila tas-settur li jinvesti u jadatta, u li huwa neċessarju li dawn jiġu miġġielda kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri;

74.

Jinnota li l-produtturi tal-ħalib se jkunu f'pożizzjoni ferm aktar dgħajfa mingħajr programm kontra l-kriżi, filwaqt li l-industrija tal-ħalib u gruppi korporattivi kbar tal-ikel se jingħataw aktar setgħa;

75.

Jitlob għal inklużjoni akbar tal-bdiewa fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-organizzazzjonijiet tagħhom f'mekkaniżmi ta' ġestjoni tal-katina tal-provvista tal-ikel, gruppi u inizjattivi;

o

o o

76.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 94, 30.3.2012, p. 38.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0577.

(4)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 58

(5)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 20.

(6)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/17


P8_TA(2015)0250

L-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar l-impatt estern tal-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE fuq l-inizjattivi pubbliċi-privati f'pajjiżi barra l-UE (2014/2233(INI))

(2017/C 265/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (3),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet rispettivi tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0896), dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (COM(2011)0895), u dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (COM(2011)0897),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni bit-titolu “Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati” (COM(2009)0615), “Rwol Aktar b'Saħħtu tas-Settur Privat fil-Kisba ta' Tkabbir Inklużiv u Sostenibbli fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw” (COM(2014)0263), “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020), “Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija – Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020” (COM(2010)0612), “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173) u “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija EWROPA 2020 (4), tas-6 ta' Frar 2013 dwar ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv (5), u tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati u l-liġi Komunitarja dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet (6),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2010 tal-EIM għall-Kummissjoni intitolat “Internationalisation of European SMEs” (Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej),

wara li kkunsidra l-paragrafu 5 tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015” (COM(2010)0491), il-Prinċipji tal-UN Women fil-qasam tal-Emanċipazzjoni tan-Nisa varati f'Marzu 2010, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-8 ta' Diċembru 2009, u l-paragrafu 46 tad-dokument finali tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ta' Mejju 2012 bit-titolu “Principles for Public Governance of Public-Private Partnerships”(Prinċipji għal Governanza Pubblika tas-Sħubijiet Pubbliċi-Privati) (7), il-Konvenzjoni tal-1997 tal-OECD dwar il-ġlieda kontra t-tixħim ta' uffiċjali pubbliċi barranin fit-tranżazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, aġġornati f'Mejju 2011 (8),

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO,

wara li kkunsidra l-Guidebook on Promoting Good Governance in Public-Private Partnerships (Manwal dwar il-Promozzjoni tal-Governanza Tajba fis-Sħubijiet Pubbliċi-Privati) tal-2008 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (9),

wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “Legislative Guide on Privately Financed Infrastructure Projects”(Gwida Leġiżlattiva dwar il-Proġetti ta' Infrastruttura Finanzjati mis-Settur Privat) tal-2001 (10) tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Dritt Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL), u d-dokumenti ppreżentati matul il-Kollokwiju Internazzjonali dwar is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati tal-UNCITRAL li ttella' fi Vjenna fit-2-3 ta' Mejju 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-CAF tal-2010 bit-titolu “Infraestructura pública y participación privada: conceptos y experiencias en América y España” (Infrastruttura Pubblika u Parteċipazzjoni Privata: Kunċetti u Esperjenzi fl-Amerika u fi Spanja),

wara li kkunsidral-“Public-Private Partnerships Reference Guide: Version 2.0” (Gwida ta' Riferiment għas-Sħubijiet Pubbliċi-Privati: Verżjoni 2.0) ta' Lulju 2014 prodott mill-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (ADB), mill-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp (IDB), mill-Grupp tal-Bank Dinji u mill-Public-Private Infrastructure Advisory Facility (Faċilità Pubblika-Privata ta' Konsulenza dwar l-Infrastrutturi) (PPIAF) (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0182/2015),

A.

billi s-soċjetajiet u l-istrutturi ekonomiċi tal-pajjiżi, u d-dinamiżmu tagħhom, jibbenefikaw minn kuntesti li jippermettu interazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat kif ukoll kooperazzjoni bejn l-entitajiet pubbliċi u privati bis-saħħa ta', ngħidu aħna, inizjattivi u impriżi konġunti;

B.

billi, minkejja li s-sħubijiet pubbliċi-privati huma strument fit-tul użat fil-politiki governattivi fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali, la teżisti definizzjoni rikonoxxuta fuq livell internazzjonali u lanqas qafas ta' regolamentazzjoni komprensiv għalihom; billi, fil-prattika, bi sħubijiet pubbliċi-privati dak li jkun jifhem spettru wiesa' u varjat ta' relazzjonijiet ta' kooperazzjoni bejn atturi pubbliċi (gvernijiet, aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali jew taħlita tagħhom) u atturi privati (kumpaniji jew entitajiet mingħajr skop ta' lukru) u s-soltu jimplikaw il-forniment min-naħa tas-settur privat tal-infrastrutturi jew l-assi normalment fornuti mill-gvernijiet;

C.

billi s-sħubijiet pubbliċi-privati huma importanti inkwantu mutur għat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi kemm fis-suq uniku kif ukoll 'il barra minnu, u jiżvolġu rwol strateġiku fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura, b'mod partikolari tal-infrastruttura enerġetika, tal-ilma, stradali u diġitali; billi l-kumpaniji tal-UE huma mgħammra sew biex jikkompetu għal tali arranġamenti u biex iwettqu l-operat tagħhom;

D.

billi l-arranġamenti tas-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jieħdu diversi forom, u l-leġiżlazzjoni tas-suq uniku tistabbilixxi standards proċedurali għoljin; billi din il-leġiżlazzjoni ġiet riveduta u kkonsolidata fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE dwar l-akkwist pubbliku, fid-Direttiva 2014/23/UE dwar il-konċessjonijiet, u fil-qafas tal-linji gwida dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati;

E.

billi s-sħubijiet pubbliċi-privati għall-forniment ta' infrastruttura, beni u servizzi bażiċi huma teknikament kumplessi;

F.

billi l-kriżi ekonomika globali ilha mill-2007 tolqot b'mod gravi lill-pajjiżi kollha, kemm dawk maturi, dawk emerġenti kif ukoll dawk li qegħdin jiżviluppaw u ħalliet impatt fuq il-politiki baġitarji u fuq l-aċċess kemm tal-entitajiet istituzzjonali kif ukoll ta' dawk privati, speċjalment l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), għall-fondi neċessarji biex isiru l-proġetti, b'effetti fuq l-iżvilupp tal-infrastrutturi u proġetti b'intensità għolja ta' kapital u l-forniment tas-servizzi bażiċi;

G.

billi, minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji pubbliċi aggravati mill-kriżi ekonomika u tad-dejn pubbliku, numru dejjem akbar ta' gvernijiet qegħdin jadottaw soluzzjonijiet innovattivi bħas-sħubijiet pubbliċi-privati li, jekk jiġu implimentati sewwa, jistgħu jgħinu biex ikun hemm titjib fl-ispejjeż, fl-effikaċja, fl-effiċjenza u fil-kwalità tas-servizzi pubbliċi u jiġi żgurat il-forniment puntwali tal-infrastrutturi pubbliċi, bl-involviment adegwat tal-atturi pubbliċi u privati;

H.

billi l-impatt pożittiv tal-sħubijiet pubbliċi-privati jirriżulta minn twettiq imtejjeb ta' proġetti, proporzjon tajjeb tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż, il-possibilità għal finanzjament fit-tul tal-ispejjeż, l-istimolu previst għall-innovazzjoni u r-riċerka u ambjent ta' ġestjoni aktar flessibbli u kkwalifikat;

I.

billi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tal-investimenti mhijiex fini fiha nnifisha iżda strument li għandu joħloq il-ġid u jgħin fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja għall-popolazzjoni dinjija, u billi, f'dan il-kuntest, hemm opportunità li jiġu żviluppati politiki innovattivi – flimkien ma' strumenti ġodda, bħall-istrumenti finanzjarji li tfasslu reċentement u xibka ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles utli għall-gvernijiet tal-pajjiżi terzi intiżi li jiggarantixxu l-forniment ta' infrastrutturi, beni u servizzi ta' interess ġenerali – filwaqt li tkun prevista aktar parteċipazzjoni min-naħa tal-kumpaniji tal-UE, jew titwitta t-triq għaliha, fil-proġetti ta' investimenti barranin li jlaqqgħu lill-kumpaniji privati mal-entitajiet pubbliċi;

J.

billi s-sħubijiet pubbliċi-privati huma karatterizzati minn ċiklu tal-ħajja twil li kultant jestendi minn 10 sa 30 sena, u billi ċ-ċiklu tal-ħajja tas-sħubijiet pubbliċi-privati għandu jkun sinifikanti u konsistenti mal-objettivi mfittxija f'termini ta' xogħol, beni u servizzi li għandhom jiġu fornuti, mingħajr distorsjoni artifiċjali tal-kompetizzjoni jew ħolqien ta' spejjeż ogħla u piż żejjed għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u għall-kontribwenti;

K.

billi l-politika kummerċjali tal-UE ma għandha la tinkoraġġixxi u lanqas tiskoraġġixxi d-deċiżjoni sovrana dwar ir-rikors jew le għal sħubija pubblika-privata, iżda, ladarba tittieħed id-deċiżjoni, l-UE għandha obbligu li tiżgura li l-impriżi l-kbar, ta' daqs medju u ż-żgħar kif ukoll l-impriżi mikro jkollhom l-aħjar aċċess possibbli għas-swieq tal-akkwist fil-pajjiżi sħab, b'hekk jinġieb valur miżjud għall-komunità lokali, konformement mal-prinċipji ta' ftuħ, parteċipazzjoni, obbligu ta' rendikont, effikaċja u koerenza fil-politiki;

L.

billi l-fatt li s-settur privat x'aktarx jissottovaluta l-infrastrutturi soċjali u l-kopertura li joffri, il-kostijiet konsiderevoli assoċjati mal-forniment tal-infrastrutturi, il-pożizzjoni ta' ċerti setturi inkwantu monopolji naturali jew l-importanza strateġika tagħhom ifissru li, f'bosta każijiet, il-kompetizzjoni miftuħa u l-privatizzazzjoni mhumiex l-għażla politika l-aktar adatta meta jeħtieġ li jipprevali l-interess pubbliku;

M.

billi l-iskop tas-sħubijiet pubbliċi-privati huwa għaldaqstant dak li jgħaqqad bl-aħjar mod iż-żewġ sferi – il-forniment tas-servizzi u tal-infrastrutturi ta' interess ġenerali, iżda permezz tal-parteċipazzjoni msaħħa tas-settur privat pjuttost milli permezz tal-proċessi ta' privatizzazzjoni;

N.

billi ħafna pajjiżi emerġenti u dawk li qegħdin jiżviluppaw quddiemhom għandhom skwilibriju bejn id-dinamiżmu tal-impriżi privati u n-nuqqas ta' infrastrutturi pubbliċi affidabbli; billi tali skwilibriji (li huma lampanti fl-Indja jew fil-Brażil) imminaw it-tkabbir potenzjali, peress li limitaw il-kapaċitajiet tal-esportazzjoni/importazzjoni jew fixklu l-linji tal-produzzjoni minħabba l-assenza ta' biżżejjed infrastrutturi portwarji, nuqqasijiet tat-trasport intern (ferroviji, merkanzija jew awtostradi) jew impjanti tal-ġenerazzjoni u grilji tad-distribuzzjoni tal-elettriku li ma jaħdmux sewwa; billi dawn l-iskwilibriji għandhom ukoll impatt negattiv fuq il-benesseri tal-bniedem (minħabba l-iskarsezza tad-dranaġġ u tan-netwerks tad-distribuzzjoni tal-ilma); billi s-sħubijiet pubbliċi-privati jippermettu soluzzjonijiet integrati li bis-saħħa tagħhom sieħeb jew konsorzju jforni l-“bini” (servizzi ta' kostruzzjoni, inġinerija u arkitettura), il-“finanzjament” (injezzjoni ta' fondi privati, almenu għall-prefinanzjament ta' proġett) u l-“isfruttament” (servizzi ta' manutenzjoni, sorveljanza u ġestjoni);

O.

billi anke l-organizzazzjonijiet intergovernattivi rrikorrew għas-sħubijiet pubbliċi-privati biex jiddedikaw għajnuna lill-pajjiżi l-anqas żviluppati permezz ta' sħubijiet li joperaw fil-qasam tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni: il-Bank Dinji, il-banek ta' rikostruzzjoni reġjonali, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF) u oħrajn, irrikorrew għas-sħubijiet pubbliċi-privati biex jattwaw l-azzjonijiet; billi, fir-rigward tal-orjentament ġeografiku, l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Ġappun, il-Malasja, Singapore, l-Emirati Għarab Magħquda u pajjiżi oħrajn tal-Asja u tal-Amerka Latina (in primis iċ-Ċilì) ilkoll għandhom esperjenza bis-sħubijiet pubbliċi-privati; billi l-pajjiżi tal-OECD (il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja) ukoll għandhom leġiżlazzjoni rilevanti; billi r-Renju Unit għandu l-aktar programm żviluppat fir-rigward tas-sħubijiet pubbliċi-privati (bl-Inizjattiva ta' Finanzjament Privat tirrappreżenta madwar 20 % tal-investiment pubbliku); billi l-UE tinsab fuq quddiem nett fis-suq tal-infrastrutturi tas-sħubijiet pubbliċi-privati, inkwantu tikkonċentra aktar minn 45 % tal-valur nominali tas-sħubijiet pubbliċi-privati;

P.

billi sar rikors għas-sħubijiet pubbliċi-privati fil-kuntest tal-Fondi Strutturali, tat-tkabbir, tan-netwerks trans-Ewropej, tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, tal-istrateġija Ewropa 2020, tar-R&Ż (fabbriki għall-futur, bini enerġetikament effiċjenti, l-inizjattiva għall-karozzi ekoloġiċi, industrija bi proċessi sostenibbli, il-fotonika, ir-robotika, kompjuters bi prestazzjonijiet għoljin u n-netwerks 5G), tat-tagħlim elettroniku, tal-proġetti ta' riċerka mal-universitajiet u ta' programmi oħrajn fil-qasam tas-saħħa (bħall-inizjattiva tal-mediċini innovattivi); billi l-Bank Ewropew tal-Investiment u ċ-Ċentru Ewropew għall-Konsulenza dwar is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (European PPP Expertise Centre) wettqu proġetti fl-UE, fil-viċinat tagħha u lil hinn; billi l-UE kkontribwiet ukoll bis-saħħa tal-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli; billi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi biħsiebu jsostni għadd ta' sħubijiet pubbliċi-privati fl-UE, li fihom jistgħu jieħdu sehem il-kumpaniji tas-sħab kummerċjali;

Q.

billi l-UE s'issa żammet is-swieq tal-akkwist pubbliku tagħha miftuħin beraħ għall-kompetizzjoni internazzjonali u stabbiliet regoli li jimmiraw li jiggarantixxu kompetizzjoni awtentika u ġusta fis-suq uniku u li jippermettu lill-investituri internazzjonali jikkompetu f'kundizzjonijiet ta' parità; billi fi ħdan l-UE ma teżisti l-ebda diskriminazzjoni abbażi tas-sjieda jew tal-kontroll barranin, u billi l-kumpaniji li ġejjin minn barra jistgħu joħolqu bażi lokali biex jieħdu sehem fis-sħubijiet pubbliċi-privati;

R.

billi l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE fihom dispożizzjonijiet li jwittu t-triq għall-kumpaniji biex jitfgħu l-offerti għas-sħubijiet pubbliċi-privati permezz tal-aċċess għas-suq u l-prestabbiliment; billi t-trattament u l-possibilitajiet miftuħa fir-rigward tal-Korea, tal-Kolombja/Perù, tal-Amerka Ċentrali, ta' Singapore u tal-Kanada (kif ukoll tal-Vjetnam u tal-Ġappun) huma definiti b'mod differenti u speċifiku; billi jeħtieġ li jkun hemm approċċ relattivament flessibbli fir-rigward tan-negozjati mas-sħab differenti; billi, madankollu, l-għan għandu jibqa' jkun dak li tingħata għajnuna għat-trawwim ta' żvilupp soċjali u ekonomiku, sostenibilità ambjentali, demokrazija u governanza tajba, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta' standards ta' protezzjoni rikonoxxuti fuq livell internazzjonali kif ukoll il-ħolqien ta' impjiegi dinjitużi; billi, fil-livell multilaterali, il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) jistabbilixxu wkoll għadd ta' impenji, kif ukoll strumenti plurilaterali oħrajn bħall-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA); billi l-klima fl-UE qiegħda għalhekk issir dejjem iktar kompetittiva;

Kuntest

1.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu stimolati l-ħolqien ta' impjiegi dinjitużi, il-kompetittività u l-produttività fl-UE u fil-pajjiżi terzi permezz ta' politiki innovattivi u strumenti ġodda maħsuba biex jinkoraġġixxu l-attività tal-atturi ekonomiċi biex it-tkabbir sostenibbli jerġa' jiġi fuq saqajh anki bis-saħħa ta' investimenti barra mis-suq uniku; jemmen li s-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jkunu – fost bosta għażliet oħrajn – għajn potenzjali ta' tkabbir għall-kumpaniji tal-UE u, kontemporanjament, utli għall-pajjiżi terzi sħabna, billi tali sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jfornu infrastrutturi, beni u servizzi ta' interess ġenerali;

2.

Ifakkar li s-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom joffru valur miżjud għoli liċ-ċittadini u lill-konsumaturi, jiżguraw servizzi u/jew beni ta' kwalità u jipprovdu vantaġġi kompetittivi u ekonomiċi konkreti lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kemm fil-livell tal-gvern kif ukoll f'dak lokali, filwaqt li jevitaw li joħolqu piż addizzjonali jew telf għas-settur pubbliku;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi definizzjoni ta' sħubijiet pubbliċi-privati li tkun tista' takkwista rikonoxximent internazzjonali bħala relazzjoni fit-tul bejn l-entitajiet pubbliċi u l-investituri privati orjentata lejn il-forniment ta' servizzi u infrastrutturi pubbliċi ta' kwalità għolja u aċċessibbli abbażi ta' pattijiet u kundizzjonijiet stabbiliti b'mod ċar fil-kuntratti, li r-rispett tagħhom jista' jkun faċilment valutat bis-saħħa ta' indikaturi li jiggarantixxu li tali rispett jiġi premjat b'rimunerazzjoni ġusta u xierqa;

4.

Josserva li kemm l-SMEs kif ukoll il-kumpaniji l-kbar ilkoll jistgħu offru kompetenzi, esperjenza u prattiki tajba uniċi tas-settur privat, kif anki netwerks li jinvolvu lill-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi mhux membri tal-UE u li jgħinu b'mod effikaċi biex il-politiki fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli jħallu l-frott; iqis li l-SMEs jistgħu jisfruttaw il-potenzjal tagħhom bl-aħjar mod jekk joħolqu netwerks u joperaw fuq livell globali kif ukoll jidħlu fi swieq barra mill-Ewropa, fost oħrajn permezz tas-sħubijiet pubbliċi-privati; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tippromwovi u tinkoraġġixxi l-formazzjoni ta' konsorzji u forom oħrajn ta' kooperazzjoni bejn il-kumpaniji l-kbar u l-SMEs bil-għan li jkun aġevolat l-aċċess ta' dawn tal-aħħar għall-proġetti ta' sħubijiet pubbliċi-privati;

5.

Jenfasizza li l-iżvilupp tas-sħubijiet pubbliċi-privati jrid jieħu kont, b'mod partikolari, tal-isfidi għall-SMEs ibbażati fl-UE li jikkompetu fis-swieq internazzjonali fil-kuntest ta' sħubija pubblika-privata kif ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-SMEs jiksbu aċċess konkret, ġust u reċiproku, notevolment fis-settur tas-servizzi pubbliċi, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/25/UE; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' regoli speċifiċi li jippermettu offerta kollettiva (fi clusters) jew raggruppata mill-SMEs u l-użu ta' ktajjen ta' sottokuntrattar miftuħa u trasparenti;

Sfidi

6.

Iqis bħala deplorevoli li, sal-lum, l-UE żammet is-swieq tal-akkwist pubbliku tagħha konsiderevolment miftuħin għall-kompetizzjoni internazzjonali, mentri l-kumpaniji tal-UE għadhom iħabbtu wiċċhom ma' ostakli sostanzjali barra mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-ftehimiet kummerċjali tal-UE jkun fihom strumenti biex il-kumpaniji tagħna, speċjalment l-SMEs, jikkompetu barra f'kundizzjonijiet indaqs mal-kumpaniji nazzjonali barranin; jesiġi wkoll regolamentazzjoni ċara tal-informazzjoni dwar l-appalti u l-kriterji ta' aġġudikazzjoni kif ukoll aċċess faċli għaliha, u t-tneħħija tal-ostakli kummerċjali diskriminatorji u inġustifikati fil-qasam tal-akkwist tal-gvern, tas-servizzi jew tal-investimenti (bħad-diskriminazzjoni fiskali, l-ostakli regolatorji għall-istabbiliment ta' fergħat jew sussidjarji u restrizzjonijiet tal-aċċess għall-finanzjamenti); jistieden lill-pajjiżi sħabna japplikaw il-prinċipji ta' gvern miftuħ bil-għan li tkun garantita t-trasparenza u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u jirrikorru għall-prattika ta' sħubijiet pubbliċi-privati b'kawtela, filwaqt li jqisu mhux biss l-analiżijiet tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż u l-fattibilità tal-proġetti, iżda wkoll il-kapaċità finanzjarja u teknika tal-awtoritajiet pubbliċi biex jissorveljaw il-forniment tas-servizzi jew tal-infrastrutturi konformement mal-interess pubbliku ġenerali;

7.

Jikkonstata li l-isfidi marbuta mas-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jkunu mvinċija bis-saħħa tal-prinċipji tal-governanza tajba, bħat-trasparenza u ċ-ċarezza tar-regoli, u dawn l-aspetti huma fundamentali f'dan ir-rigward: l-għoti, l-eżekuzzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti mill-fażijiet inizjali; it-tiswir u d-definizzjoni tat-trasferiment tar-riskju (partikolarment l-evalwazzjoni tal-kosteffikaċja f'terminu medju u twil); il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-frodi; il-kapaċità finanzjarja u teknika tal-amministrazzjoni responsabbli biex tippjana u twettaq superviżjoni b'mod adegwat tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti; u t-tisħiħ taċ-ċertezza tad-dritt, fi ħdan qafas li jiggarantixxi l-eżerċizzju min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi tal-poteri leġittimi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri (li huma partijiet essenzjali f'dan ir-rigward) jippromwovu dawn il-prinċipji u l-prattiki tajba relatati lil hinn mill-fruntieri tagħna;

8.

Ifakkar li s-sħubijiet pubbliċi-privati huma karatterizzati mill-valur għoli u mill-kumplessità teknika tagħhom, u mill-impenn fit-tul tal-partijiet; jinnota li, konsegwentement, jeħtieġu livelli xierqa kemm ta' flessibilità kif ukoll ta' salvagwardji proċedurali biex jiżguraw trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali;

9.

Ifakkar li hemm numru ta' riskji inerenti fil-proġetti infrastrutturali (b'mod partikolari dawk relatati mal-bini, l-ambjent, it-telekomunikazzjonijiet u n-netwerks tal-enerġija) u li l-gvern, permezz tas-sħubijiet pubbliċi-privati, jittrasferixxi parti mir-riskju lill-kuntrattur privat sabiex it-tnejn li huma jkunu jistgħu jiksbu l-benefiċċji iżda wkoll jaqsmu r-riskji u r-responsabilitajiet ta' tali proġetti; jenfasizza, barra minn hekk, li l-qsim adegwat tar-riskju huwa essenzjali sabiex jitnaqqsu l-kostijiet ta' proġett u jiġu żgurati l-implimentazzjoni b'suċċess u l-fattibilità tiegħu;

10.

Ifakkar li l-forniment ta' servizzi ta' kwalità għolja, aċċessibbli u kosteffikaċi għall-pubbliku, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, huwa kundizzjoni essenzjali biex jiġu żgurati implimentazzjoni ta' suċċess u l-fattibilità tas-sħubijiet pubbliċi-privati; ifakkar li l-għażla kumplessa tal-mudelli u tal-kuntratti tħalli impatt fuq l-evoluzzjoni ta' proġett; iwissi li, f'ċerti fażijiet, ir-rikors għas-sħubijiet pubbliċi-privati sar sempliċement biex jinkiseb l-objettiv ta' konformità formali mal-objettivi tad-defiċit pubbliku; jenfasizza l-bżonn ta' qafas istituzzjonali adegwat li jgħaqqad l-impenn politiku, il-governanza tajba u l-leġiżlazzjoni adegwata sottostanti biex ikun garantit il-fatt li s-sħubijiet pubbliċi-privati joffru kwalità aħjar u kopertura wiesgħa tas-servizzi liċ-ċittadini; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' evalwazzjoni adegwata tal-profil u tal-esperjenzi tal-passat tal-kumpaniji involuti biex jiddeterminaw il-kwalità tas-servizzi fornuti u jekk ġabux ruħhom b'mod responsabbli fl-attivitajiet tagħhom;

Involviment tas-settur privat fl-iżvilupp

11.

Jenfasizza li l-politiki tal-UE fil-qasam tal-kummerċ, tal-investiment u tal-iżvilupp huma interkonnessi u li l-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona jistabbilixxi l-prinċipju tal-politika ta' koerenza għall-iżvilupp, li jirrikjedi li l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat li l-politiki tal-investiment tal-UE huma orjentati lejn għażliet finanzjarji li jinkludu valutazzjoni reali tal-impatt soċjali;

12.

Jisħaq fuq il-potenzjal krexxenti tas-sħubijiet pubbliċi-privati, bħala għażla fost oħrajn, għat-trawwim tas-soluzzjonijiet innovattivi u għall-mobilizzazzjoni tal-finanzjamenti privati fit-tul u r-riżorsi nazzjonali għall-ilħuq tal-objettivi ta' żvilupp, fid-dawl tal-fatt li jinħtieġu investimenti enormi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw – f'termini ta' infrastrutturi, provvista tal-ilma u enerġija – li s-settur pubbliku mhuwiex se jkun kapaċi jforni waħdu, u l-maġġoranza tagħhom se jisiltu qligħ mill-involviment tas-settur privat; jemmen li s-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu wkoll jiġġeneraw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u fil-mudelli ta' negozju, u jibnu mekkaniżmi li jesiġu rendikont mis-settur privat; jiġbed l-attenzjoni iżda għall-fatt li jeżistu każijiet li fihom il-parteċipazzjoni tas-settur privat fis-sħubijiet pubbliċi-privati f'ċerti pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ma tatx ir-riżultati mistennija; josserva li, b'konsegwenza ta' dan, hemm bżonn kontribut ta' assistenza teknika bil-għan li jissaħħu l-oqfsa ġuridiċi u istituzzjonali li fihom huma żviluppati s-sħubijiet pubbliċi-privati, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità ta' evalwazzjoni, ippjanar, superviżjoni tal-eżekuzzjoni ta' ċerti proġetti b'mod korrett, u joffri lis-sħab pubbliċi l-għażla li jitolbu indennizz mill-kumpaniji privati f'każ ta' nonkonformità mal-kuntratt;

13.

Josserva li s-sħubijiet pubbliċi-privati huma prijorità fl-aġenda tal-iżvilupp u kulma jmur qegħdin ikunu aktar promossi bħala mezzi biex jagħlqu d-distakk fil-finanzjament tal-infrastrutturi fil-pajjiżi żviluppati u f'dawk li qegħdin jiżviluppaw;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-prospettiva tax-xewqa tagħha li testendi b'mod konsiderevoli l-użu tal-finanzjamenti mħallta fis-snin li ġejjin, timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tal-finanzjamenti mħallta u tivvaluta l-mekkaniżmu għat-taħlit tas-self u l-għotjiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp u l-addizzjonalità finanzjarja, it-trasparenza u r-responsabilità;

15.

Jistieden lill-korpi tal-UE jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji tal-UE fis-sħubijiet pubbliċi-privati fil-pajjiżi terzi, partikolarment fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, biex jaħdmu fir-rispett tal-prinċipju tal-koerenza politika, konformement mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, bil-għan li jitqiesu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-investimenti sostenibbli u tqis l-objettivi ta' żvilupp billi tagħti prijorità b'mod partikolari lill-iżvilupp fit-tul tal-ekonomiji nazzjonali u tippromwovi l-proġetti inċentrati pereżempju fuq il-ħarsien tal-ambjent, it-tnaqqis tal-faqar, l-edukazzjoni, l-immaniġġjar tal-iskart jew l-użu tal-enerġiji rinnovabbli;

16.

Jisħaq fuq il-fatt li fil-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp, is-sħubijiet pubbliċi-privati jirrappreżentaw mod effikaċi kif jintefqu l-fondi Ewropej filwaqt li jiġu sostnuti l-prijoritajiet tal-UE u l-koerenza ma' politiki oħrajn; jappella għal aktar involviment u investiment min-naħa tal-Kummissjoni fis-sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tal-iżvilupp, u biex isir rikors għas-sħubijiet pubbliċi-privati bħala mutur li jippermetti l-estensjoni tal-baġit limitat tal-Unjoni ddedikat għall-iżvilupp;

17.

Jissottolinja l-fatt li l-investimenti u l-finanzi privati x'aktarx huma l-mutur ewlieni għat-tkabbir sostenibbli, li fis-snin li ġejjin huwa mbassar li jkun madwar 5 % fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jirrikonoxxi li finanzjamenti privati bħal dawn jistgħu jgħinu biex jappoġġaw ekonomiji u kumpaniji lokali u jipprovdu impjiegi dinjitużi, u għalhekk iwasslu għall-qerda tal-faqar, kemm-il darba li l-investiment dirett barrani jkun regolat kif xieraq u marbut ma' titjib konkret fl-ekonomiji tal-pajjiżi sħab, eż. permezz ta' trasferimenti ta' teknoloġija u opportunitajiet ta' taħriġ għall-forza tax-xogħol lokali; jikkunsidra, f'dawn iċ-ċirkostanzi, li s-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-pajjiżi l-anqas żviluppati peress li r-riskju sproporzjonat tal-investiment ma jinċentivax biżżejjed lill-investimenti privati; jenfasizza li s-sħubijiet pubbliċi-privati futuri fi ħdan l-aġenda tal-iżvilupp ta' wara l-2015 għandhom ikollhom l-objettiv li jnaqqsu l-faqar u objettivi oħrajn għal żvilupp sostenibbli u għandhom jiġu allinjati mal-pjanijiet nazzjonali għall-iżvilupp tal-pajjiżi sħab;

18.

Jikkonstata li s-sħubijiet pubbliċi-privati li jkunu strutturati sewwa u implimentati b'mod effikaċi jista' jkollhom ħafna benefiċċji, fosthom l-innovazzjoni, effiċjenza akbar fl-użu tar-riżorsi u aċċertament tal-kwalità u skrutinju; jikkonstata wkoll li s-sħubijiet pubbliċi-privati f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jeħtieġ li jiġu analizzati abbażi tal-kapaċità tagħhom li jagħtu riżultati ta' żvilupp, u li hemm bżonn ta' tqassim ġust tal-piż tar-riskju bejn is-settur pubbliku u dak privat; jenfasizza li s'issa s-sħubijiet pubbliċi-privati f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw huma l-aktar ikkonċentrati fis-setturi tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet, mentri l-involviment privat fl-infrastruttura soċjali għadu rari; jinkoraġġixxi għalhekk lil dawk is-sħubijiet pubbliċi-privati li għandhom il-ksib ta' għanijiet ta' żvilupp sostenibbli bħala l-għan primarju tagħhom;

19.

Jappella biex tingħata aktar assistenza teknika – inkluż it-taħriġ ta' persunal lokali u l-kondiviżjoni tat-teknoloġija – lill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab sabiex jagħtu spinta lill-kapaċità tagħhom li jaffermaw s-sjieda ta' sħubijiet pubbliċi-privati u jassumu sehemhom tar-responsabilità għall-ġestjoni tal-proġetti ta' sħubijiet pubblika-privata, fost l-oħrajn billi jingħataw l-għajnuna ħalli jistabbilixxu sistemi bankarji u amministrazzjonijiet tat-taxxa kapaċi jagħtu governanza finanzjarja għall-fondi pubbliċi u privati kif ukoll il-ġestjoni tagħhom; jirrimarka li, f'xi każijiet, l-esperjenza tal-passat turi li l-kuntratti ta' sħubijiet pubbliċi-privati li mhumiex innegozjati sew jistgħu jżidu l-pożizzjoni ta' dejn tal-Istat, u jappella biex ikun stabbilit qafas regolatorju dwar il-finanzjament responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-possibilità li tipprovdi lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw assistenza teknika u pariri dwar kif jippreparaw u jimplimentaw l-istandards tal-UE fis-swieq tagħhom;

20.

Jappoġġa bil-qawwa t-tixrid u l-implimentazzjoni effikaċi u komprensivi tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-UE u 'l barra minnha, u jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri politiċi u leġiżlattivi kollha meħtieġa biex jiġu indirizzati l-lakuni fl-implimentazzjoni effikaċi tal-Prinċipji Gwida tan-NU, anki fil-qasam tal-aċċess għall-ġustizzja;

21.

Jenfasizza li l-aġenziji għall-iżvilupp għandhom jiżguraw li l-finanzjament għall-iżvilupp pubbliku jintuża biex jappoġġa n-netwerks ekonomiċi lokali f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u ma jiġix devjat biex jippromwovi kumpaniji privati u kumpaniji multinazzjonali mill-pajjiżi donaturi; jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sħubijiet pubbliċi-privati għandhom ikunu mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità ta' impriżi nazzjonali mikro, żgħar u ta' daqs medju;

22.

Ifakkar li l-Unjoni Ewropea hija impenjata li tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiżgura l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-azzjonijiet kollha tagħha; jappella biex id-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata fl-ippjanar u fit-twettiq ta' sħubijiet pubbliċi-privati, eż. bl-użu ta' data diżaggregata skont is-sessi u analiżijiet għal investimenti mmirati u billi fil-kuntratti jiġu stabbiliti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għal benefiċċji għan-nisa; jappella, f'dan il-kuntest, għal żieda fl-appoġġ għall-SMEs lokali, speċjalment għall-imprendituri nisa, sabiex ikunu jistgħu jiggwadanjaw minn tkabbir immexxi mis-settur privat;

Strumenti potenzjali intiżi li jippermettu lill-kumpaniji tal-UE jidħlu fi sħubijiet pubbliċi-privati barra mill-UE

23.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem biex tikseb impenji sostanzjali marbuta mal-aċċess għas-swieq fuq livell internazzjonali fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u fin-negozjati bilaterali li għaddejjin mal-pajjiżi terzi, f'approċċ pożittiv u reċiproku li jippermetti l-kompetizzjoni internazzjonali, bil-għan li jitranġaw l-asimmetriji bejn l-UE u s-sħab kummerċjali l-oħrajn fir-rigward tal-livell ta' ftuħ tas-swieq tal-akkwist pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni taħdem biex telimina l-ostakli amministrattivi, proċedurali u tekniċi li jimpedixxu lill-kumpaniji tal-UE milli jieħdu sehem fi sħubijiet pubbliċi-privati barranin;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni, hija u tinnegozja l-ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment ma' pajjiżi oħra, tappoġġa t-tneħħija tal-ostakli għall-kumpaniji tal-UE, u b'mod partikolari għall-SMEs, sabiex dawn ikunu jistgħu jidħlu fi sħubijiet pubbliċi-privati f'dawn il-pajjiżi u tappoġġa l-mobilità professjonali taċ-ċittadini tal-UE f'dawn l-Istati, bil-ħsieb li jkunu jistgħu jikkompetu f'kundizzjonijiet ta' parità mal-kumpaniji nazzjonali u kumpaniji li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ tal-impriżi tal-UE li joperaw barra minnha u tislet konklużjonijiet mill-każijiet li rnexxew, mill-mudelli u mill-prattiki tajba, bil-għan li tfassal linji gwida, u tikkunsidra li toħloq ċentri ta' dokumentazzjoni jew osservatorji virtwali biex tiffaċilita l-aċċess tal-kumpaniji tal-UE, speċjalment l-SMEs, għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sħubijiet pubbliċi-privati; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' pjattaformi u netwerks faċli biex jintużaw biex tippromwovi djalogu strutturat bejn il-partijiet interessati u tforni sostenn tekniku fir-rigward tal-qafas ġuridiku u tal-isfidi mistennija; jitlob lill-Kummissjoni twettaq studju dwar l-effetti tal-ftehimijiet ta' kummerċ ħieles u dwar l-implimentazzjoni tagħhom fuq l-aċċess għal sħubijiet pubbliċi-privati barranin min-naħa tal-kumpaniji tal-UE; jemmen li tali studju jista' jagħti tagħrif dwar l-impatti konkreti tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles fil-qasam tas-sħubijiet pubbliċi-privati u, fl-aħħar mill-aħħar, jippermetti l-identifikazzjoni tal-ostakli li għadhom ma ġewx indirizzati;

26.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ta' regoli tal-kontabilità ċari u komprensivi fuq livell internazzjonali biex jitnaqqsu l-inċertezzi assoċjati mas-sħubijiet pubbliċi-privati, filwaqt li, fl-istess ħin, jiġu promossi politiki baġitarji sodi u s-sostenibilità tal-proġetti;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-korpi appoġġati mill-UE bħall-Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi Żgħar u Medji (EASME) u n-Netwerk Enterprise Europe (EEN) ikunu jistgħu wkoll ikollhom aċċess u jaqsmu informazzjoni mal-SMEs dwar il-mod kif jidħlu fi sħubijiet pubbliċi-privati fi Stati barra mill-UE u l-mod kif jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju fi sħubijiet pubbliċi-privati fil-pajjiżi terzi;

28.

Jissottolinja l-fatt li biex jinġibdu fondi transfruntieri mis-settur privat fis-sħubijiet pubbliċi-privati, huwa importantissmu li jingħataw biżżejjed garanziji li tali investimenti fit-tul se jibbenefikaw minn kuntest ċar, stabbli u sigur b'governanza tajba, ċertezza tad-dritt, trasparenza, trattament indaqs, nondiskriminazzjoni u soluzzjoni tat-tilwim effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkollaboraw għal dan il-għan fil-fora internazzjonali kompetenti kif ukoll fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali ħalli jiggarantixxu l-eżistenza ta' qafas ġuridiku neċessarju f'dan il-kuntest u li jkun trasparenti, demokratiku, inklużiv, effikaċi u kosteffiċjenti;

Sħubijiet pubbliċi-privati barra mill-UE: impjiegi u opportunitajiet ta' tkabbir ġodda għall-kumpaniji tal-UE

29.

Huwa konvint li ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji tal-UE fi sħubijiet pubbliċi-privati internazzjonali fuq skala kbira taf issarraf f'benefiċċji sostanzjali f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi dinjitużi, produttività, kompetittività, kapaċitajiet teknoloġiċi u żvilupp tal-innovazzjoni fl-UE; ifakkar li l-istudju tal-Kummissjoni tal-2010 bit-titolu “Internationalisation of European SMEs” (Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej) jenfasizza r-rabta pożittiva bejn l-internazzjonalizzazzjoni u l-innovazzjoni f'termini ta' prodotti, servizzi u proċessi;

30.

Jisħaq fuq il-fatt li l-ħidma f'dan il-qasam trid tqis, partikolarment, l-isfidi għall-SMEs ibbażati fl-UE involuti fil-kompetizzjoni fis-swieq internazzjonali bħala partijiet ta' sħubijiet pubbliċi-privati, u fuq il-bżonn li jiġi żgurat li l-SMEs jiksbu aċċess konkret u ġust; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' regoli speċifiċi li jippermettu offerta kollettiva (fi clusters) jew raggruppata mill-SMEs u l-użu ta' ktajjen ta' sottokuntrattar miftuħa u trasparenti; jemmen li l-SMEs għandhom jiġu inkoraġġiti jieħdu sehem bħala sottokuntratturi jew bħala parti minn konsorzji li jitfgħu offerta biex jiġu aġġudikati l-kuntratti;

31.

Ifakkar fis-suċċessi li saru fl-UE bis-saħħa tar-rikors għas-sħubijiet pubbliċi-privati, fl-iżvilupp tal-infrastrutturi kif ukoll fl-oqsma avvanzati tat-teknoloġija, ir-riċerka, it-tagħlim elettroniku u setturi oħrajn b'valur miżjud għoli, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tidentifika dawk il-proġetti li pproduċew l-aqwa riżultati fl-UE u tippromwovi l-parteċipazzjoni min-naħa tal-kumpaniji tal-UE, speċjalment tal-SMEs, f'tali inizjattivi barra l-UE;

o

o o

32.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew għall-Investiment.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(3)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(4)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 87.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0050.

(6)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 447.

(7)  http://www.oecd.org/governance/budgeting/PPP-Recommendation.pdf.

(8)  http://www.oecd.org/daf/anti-bribery/ConvCombatBribery_ENG.pdf.

(9)  www.unece.org/fileadmin/DAM/ceci/publications/ppp.pdf.

(10)  http://www.uncitral.org/pdf/english/texts/procurem/pfip/guide/pfip-e.pdf.

(11)  http://api.ning.com/files/Iumatxx-0jz3owSB05xZDkmWIE7GTVYA3cXwt4K4s3Uy0NtPPRgPWYO1lLrWaTUqybQeTXIeuSYUxbPFWlysuyNI5rL6b2Ms/PPPReferenceGuidev02Web.pdf.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/25


P8_TA(2015)0251

Is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix wara r-riforma tal-2007 (2014/2147(INI))

(2017/C 265/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-fondi operattivi u l-programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħaxix mir-riforma tal-2007 'l hawn (COM(2014)0112),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-futur tas-settur tal-Ortikoltura tal-Ewropa – strateġiji għat-tkabbir (2),

wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Is-settur tal-frott u tal-ħaxix tal-UE: Ħarsa ġenerali u l-perspettiva ta' wara l-PAK 2013”, imwettaq taħt l-awspiċji tal-Parlament Ewropew fl-2011,

wara li kkunsidra żewġ studji intitolati “Lejn regoli ġodda għas-settur tal-UE tal-frott u l-ħaxix”, li twettqu mill-Assemblée des Régions Européennes Légumières et Horticoles (AREFLH) u mill-Università ta' Wageningen rispettivament għal workshop tal-Parlament Ewropew li sar fit-22 ta' Jannar 2015,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali żleali (PKŻ) fil-katina ta' provvista alimentari bejn in-negozji (COM(2014)0472),

wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Analiżi komparattiva tal-għodod tal-ġestjoni tar-riskji taħt il-Farm Bill 2014 tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-PAK 2014-2020”, li sar taħt l-awspiċji tal-Parlament Ewropew fl-2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0170/2015),

A.

billi peress li l-politika tal-Unjoni tas-snin 1990 għas-settur tal-frott u l-ħaxix kienet iċċentrata fuq it-tisħiħ tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs);

B.

billi r-riforma tal-2007 kienet immirata biex issaħħaħ lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix billi tipprovdi firxa aktar estensiva ta' għodda li jippermettu, fost miżuri oħra, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tas-suq, kif ukoll it-tisħiħ u l-konċentrazzjoni tal-provvista, it-titjib tal-kwalità u l-kompetittività, l-adattament tal-provvista biex tikkorrispondi għas-suq, u l-forniment ta' appoġġ tekniku għal produzzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent;

C.

billi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma soġġetti għal għadd ta' restrizzjonijiet meta mqabbla mal-kumpaniji kummerċjali privati, bħalma huma restrizzjonijiet fuq l-użu ta' investimenti relatati mal-istruttura tad-dħul jew mal-ħtieġa li jsir bejgħ;

D.

billi huwa essenzjali li s-settur tal-frott u l-ħaxix jiġi appoġġjat fit-territorju kollu tal-Unjoni, minħabba l-importanza tiegħu f'dawk li huma valur miżjud u impjiegi, u meta jitqiesu l-benefiċċji tas-saħħa li dan is-settur jippreżenta permezz ta' dieti tajba għas-saħħa u bbilanċjati;

E.

billi l-appoġġ tal-Unjoni għall-POs u għall-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (APOs) huwa mmirat lejn it-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur, l-appoġġ għall-innovazzjoni, iż-żieda tal-produttività, it-tisħiħ tal-promozzjoni, it-titjib tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-bdiewa u t-treġġigħ lura ta' bilanċ fil-katina tal-provvista tal-ikel, filwaqt li jintegra wkoll l-interessi ambjentali fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u l-ħaxix u filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lis-sitwazzjoni tal-produtturi individwali;

F.

billi nħolqu inċentivi biex iħeġġu fużjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs) u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (APOs), kif ukoll kooperazzjoni transnazzjonali, bil-għan li tiġi żviluppata s-setgħa ta' negozjar tal-POs fil-katina tad-distribuzzjoni;

G.

billi, fil-livell tal-UE, il-maġġoranza tal-produtturi tal-frott u l-ħaxix huma azjendi żgħar jew ta' daqs medju;

H.

billi, skont studju tal-2011 dwar ir-reġim tal-frott u l-ħaxix imwettaq għall-Parlament Ewropew, l-POs għandhom jiġu mħeġġa peress li “azzjoni kollettiva fil-livell tal-produtturi u koordinament effettiv fi ħdan il-katina jidhru li huma prekundizzjonijiet għal kull strateġija ta' suċċess biex wieħed ilaħħaq mal-prezzijiet relattivi li qed jonqsu tal-produtturi”;

I.

billi l-POs u l-APOs fis-settur tal-frott u l-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv għall-finanzjament tal-programmi operattivi approvati mill-Istati Membri;

J.

billi tali fondi jiġu ffinanzjati bil-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-PO jew mill-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha u bl-assistenza finanzjarja tal-UE, u billi dan il-kofinanzjament irawwem l-impenn min-naħa tal-benefiċjarji u jgħin biex jiżgura li huma jagħmlu użu tajjeb mill-assistenza, minbarra li għandu effett multiplikatur;

K.

billi l-appoġġ finanzjarju taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) l-antika għall-investimenti tal-POs tal-frott u l-ħaxix li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti, kien ta' importanza kruċjali, speċjalment fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali, tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Ewropa tan-Nofsinhar, it-territorji u l-gżejjer extra-Ewropej;

L.

filwaqt li jinnota:

(a)

iż-żieda fir-rata ta' organizzazzjoni, fejn is-sehem tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix fl-UE kkummerċjalizzata mill-POs u l-APOs fl-2010 kien ta' madwar 43 % (34 % fl-2004);

(b)

l-attraenza mtejba tal-POs, fejn is-sehem tal-produtturi totali ta' frott u ħaxix li huma membri ta' POs żdied minn 10,4 % fl-2004 għal 16,5 % fl-2010; u

(c)

l-attraenza akbar tal-APOs kif tixhed iż-żieda rapida fl-għadd tagħhom, flimkien maż-żieda sostanzjali fl-għadd u fis-sehem tal-POs li huma membri ta' APOs.

M.

billi dawn iċ-ċifri għall-Unjoni kollha kemm hi huma medji li jirriflettu sitwazzjonijiet diverġenti ħafna bejn l-Istati Membri – jew anki sitwazzjonijiet nettament differenti fl-Istati Membri individwali; Billi dawn is-sitwazzjonijiet, li jirriflettu punti ta' tluq differenti fl-imbuttatura lejn it-twaqqif tal-POs, huma attribwibbli għal fatturi storiċi bbażati fuq il-livell akbar jew anqas ta' rieda murija mill-bdiewa fl-istabbiliment tal-PO, għall-istruttura tal-azjendi agrikoli, għal kundizzjonijiet tas-suq u ostakli amministrattivi differenti, għall-inadegwatezza tal-appoġġ li bħalissa qed jingħata kif ukoll għall-fatt li f'ħafna Stati Membri dan is-settur huwa ddominat minn produtturi żgħar;

N.

billi mill-konsultazzjoni pubblika dwar l-għażliet politiċi u l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom, imwettqa mill-Kummissjoni bejn l-4 ta' Ġunjuu d-9 ta' Settembru 2012, dwar ir-rieżami tar-reġim tal-UE għas-settur tal-frott u l-ħaxix, turi li l-maġġoranza ta' dawk li wieġbu huma favur li r-reġim ikompli, soġġett għal xi irfinamenti speċifiċi;

O.

billi fir-reġjuni fejn il-produtturi laħqu l-ogħla livelli ta' kompetittività, il-profittabilità, l-internazzjonalizzazzjoni, il-kwalità u s-sostenibilità ambjentali huma dawk li fihom il-livell ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni jkun l-ogħla;

P.

billi r-rata ta' organizzazzjoni fost il-produtturi tibqa' waħda baxxa bħala medja u konsiderevolment anqas mill-medja tal-UE f'ċerti Stati Membri, għalkemm din l-affermazzjoni ġenerali hija soġġetta għal kwalifika skont il-grad ta' modernizzazzjoni tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' kull żona; billi s-sospensjoni u t-tneħħija tar-rikonoxximent tal-POs, fattur li joħloq inċertezza fost il-produtturi, huwa fattur li jikkontribwixxi għall-medja baxxa;

Q.

billi, minkejja li l-għajnuna finanzjarja nazzjonali (Regolament (UE) Nru 1308/2013) kienet strument finanzjarju importanti f'dak li hu l-ikkonċentrar tal-provvista, hemm il-ħtieġa li tissaħħaħ l-effettività tagħha;

R.

billi r-rwol imwettaq mill-POs fil-ftuħ ta' swieq ġodda, il-promozzjoni tal-konsum jew l-investiment fl-innovazzjoni għandu impatt pożittiv ħafna fuq is-settur tal-frott u l-ħaxix kollu kemm hu;

S.

billi, fl-UE, is-settur tal-frott u l-ħaxix jirrappreżenta 18 % tal-valur totali tal-produzzjoni agrikola, juża biss 3 % tal-art ikkoltivata u għandu valur ta' aktar minn EUR 50 biljun;

T.

billi l-katina tal-provvista tal-frott u l-ħaxix għandha fatturat stmat ta' aktar minn EUR 120 biljun, b'madwar 550 000 impjegat u taġixxi bħala multiplikatur ekonomiku fil-livell Ewropew, peress li tistimola kemm id-domanda u kemm il-ħolqien ta' valur miżjud f'setturi ekonomiċi oħra;

U.

billi ż-żona agrikola totali tal-UE bl-għelejjel tal-frott u l-ħaxix naqset b'6 % bejn l-2003 u l-2010, li jindika li l-bdiewa qalbu għal għelejjel oħra jew, f'ħafna ħażijiet, telqu l-biedja għalkollox; billi, skont l-istudju tal-2015 tal-AREFLH, dan it-tnaqqis kien akbar fl-Ewropa tan-Nofsinhar milli fl-Ewropa tat-Tramuntana;

V.

billi l-volum tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix naqas ukoll fis-snin riċenti, filwaqt li l-valur tiegħu kellu t-tendenza li jibqa' stabbli f'termini reali, u laħaq it-EUR 48,25 biljun fl-2012, u minkejja dan ma kienx kapaċi joffri prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola skont l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-pagi;

W.

billi l-iżbilanċ fil-konsum jirrappreżenta problema mill-akbar għas-setturi tal-frott u l-ħaxix, fejn dawn l-aħħar ftit snin raw telf ta' produzzjoni; filwaqt li wieħed jiftakar fid-data minn Freshfel Europe li tindika li l-konsum tal-frott u l-ħaxix frisk fl-UE - 28 kien ta' 387 g l-ġurnata per capita fl-2012, jiġifieri tnaqqis ta' 8,7 % meta mqabbel mal-medja għall-perjodu tal-2007-11; billi dan it-tnaqqis jidher li jirrifletti xejriet fit-tul lejn konsum akbar ta' ikel ipproċessat u l-impatt tal-kriżi ekonomika;

X.

billi hemm 22 miljun tifel u tifla b'piż żejjed fi ħdan l-Unjoni Ewropea, filwaqt li l-adoloxxenti qed jikkonsmaw bħala medja 30 % sa 50 % biss tal-ammont rakkomandat kuljum ta' frott u ħaxix;

Y.

billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tirrakkomanda konsum minimu ta' 400 g ta' frott u ħaxix għall-prevenzjoni ta' mard kroniku bħalma hu l-mard tal-qalb, il-kanċer, id-dijabete u l-obeżità, fejn din tal-aħħar tinsab partikolarment fost it-tfal; billi, s'issa, erba' Stati Membri tal-UE biss issodisfaw din ir-rakkomandazzjoni;

Z.

billi fl-2012 l-UE kellha defiċit kummerċjali fil-frott u l-ħaxix, prinċipalment minħabba l-fatt li timporta wisq aktar frott milli tesporta, minħabba l-kosti għolja tal-produzzjoni;

AA.

billi l-istudju tal-2015 tal-AREFLH juri li s-suq tal-UE huwa relattivament miftuħ għall-importazzjonijiet, filwaqt li l-esportazzjonijiet Ewropej jiffaċċjaw ostakli tariffarji u non-tariffarji konsiderevoli fis-sħab kummerċjali, sitwazzjoni li żżomm lill-esportazzjonijiet milli jiddiversifikaw; billi, għalkemm l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jikkompetu direttament ma' prodotti simili tal-UE, l-istess standards ambjentali, tas-sikurezza tal-ikel u dawk soċjali ma jiġux applikati, f'ċerti każijiet, fil-koltivazzjoni tagħhom;

AB.

billi l-kriżijiet tas-suq iseħħu ta' spiss fis-settur tal-frott u l-ħaxix minħabba li produzzjoni żejda anke f'ammonti żgħar tista' toħloq waqgħat kbar fil-prezzijiet tal-produtturi; billi l-frott u l-ħaxix huma fil-biċċa l-kbira tagħhom prodotti li jitħassru u għalhekk għandhom jinbiegħu malajr, sitwazzjoni li tħalli lill-bdiewa f'dan is-settur f'pożizzjoni ta' negozjar strutturalment dgħajfa meta mqabbla mal-bejjiegħa bl-imnut ewlenin u l-proċessuri;

AC.

billi l-kriżi kkawżata mill-projbizzjoni Russa kellha, u se jkollha fil-futur, effetti negattivi sinifikanti fuq is-settur tal-frott u l-ħaxix, fejn produtturi f'dan is-settur sofrew xi wħud mill-akbar telfiet; billi l-importanza tal-eżistenza ta' POs b'saħħithom organizzati b'tali mod li jkunu kapaċi jittrattaw kollettivament sitwazzjonijiet mhux mistennija u avversi għandha tiġi enfasizzata, appoġġjata minn strumenti Komunitarji adegwati adattati għas-severità ta' kull kriżi jew, jekk meħtieġ, billi jiġu attivati l-miżuri eċċezzjonali previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

AD.

billi r-rapport tal-Kummissjoni jagħraf li l-istrumenti tal-prevenzjoni tal-kriżi tar-reġim tal-frott u l-ħaxix ftit li xejn ġew użati minn mindu saret ir-riforma tal-2007 u li huma wrew li ma kinux biżżejjed biex itaffu l-konsegwenzi ta' kriżijiet serji bħalma hi dik tal-E. coli jew dik attwali li qed tirriżulta mill-projbizzjoni Russa; billi, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, minbarra l-irtirar mis-suq, dawn huma amministrattivament diffiċli biex jiġu applikati minħabba r-regolamenti mhux ċari f'dan ir-rigward;

AE.

billi l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel, li taħtha jintuża għadd ta' frott u ħaxix lokali u staġjonali, attirat l-interess u għamlet suċċess;

AF.

billi l-possibilità li l-ħlas lura tal-kapital u tal-imgħax fuq is-selfiet meħuda biex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet isir eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-UE, taħt il-programmi operattivi, kienet strument importanti għall-ġestjoni tal-inċertezza tas-suq;

AG.

billi r-rapport tal-Kummissjoni jidentifika l-kumplessità tar-regoli u n-nuqqas taċ-ċertezza tad-dritt bħala dgħufijiet tar-reġim attwali tal-frott u l-ħaxix; billi l-Kummissarju Hogan impenja ruħu li jtejjeb ir-reġim fl-ewwel sena tal-mandat tiegħu, filwaqt li jqis id-differenzi kulturali u l-kuntrasti fir-realtajiet tas-suq bejn l-Istati Membri differenti u l-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività u lill-qawwa innovattiva tas-settur;

AH.

billi l-istudju tal-Università ta' Wageningen jikkonkludi li l-interpretazzjonijiet diverġenti tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-UE ħolqu inċertezza tad-dritt għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u għall-POs, li rriżultat f'piż amministrattiv akbar u l-biża' tat-teħid tar-riskji u l-ħolqot' diżinċentivi għat-twaqqif ta' POs;

AI.

billi proċeduri tal-awditjar ċari u prevedibbli huma essenzjali għall-funzjonament tar-reġim tal-frott u l-ħaxix; billi l-irduppjar fl-awditi konsekuttivi għandu jiġi evitat u m'għandhomx jitwettqu awditi ta' segwitu qabel l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun tat deċiżjoni definittiva dwar awditu preċedenti, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri ma jkollhomx għalfejn jagħmlu korrezzjonijiet akbar milli meħtieġa;

AJ.

billi r- Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli diġà ħa kont ta' għadd ta' elementi li jinsabu fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, u billi r-regoli attwalment fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jiġu stabilizzati;

AK.

billi l-proporzjonalità għandha taqdi parti essenzjali fit-tnaqqis tal-inċertezza tad-dritt fi ħdan ir-reġim tal-frott u l-ħaxix, peress li tiżgura li PO kollha kemm hi ma tkunx preġudikata mill-infrazzjoni imwettqa minn persuni ħatja individwalment;

AL.

billi l-POs spiss jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex isibu u jħarrġu amministraturi bil-ħiliet neċessarji għat-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali fl-ambjent kompetittiv tas-settur tal-kummerċ agrikolu; billi r-rapport tal-Kummisjoni jiddikjara li l-infiq fit-taħriġ u s-servizzi ta' konsulenza mill-POs kien wieħed baxx;

AM.

billi l-popolazzjoni tal-biedja fl-UE-28 qed tixjieħ malajr u billi, bħala medja, hemm bidwi wieħed biss taħt il-35 sena għal kull disa' bdiewa ta' età ta' aktar minn 55 sena;

1.

Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni, li jagħti stampa bilanċjata tal-evoluzzjoni tar-reġim tal-frott u l-ħaxix minn mindu saret ir-riforma tal-2007, jikkonferma l-validità tal-istruttura organizzattiva bażika għal dan is-settur u jidentifika l-oqsma fejn sar progress, bħalma huma l-konċentrazzjoni akbar ta' POs li qed ittejjeb il-pożizzjoni tas-settur fil-katina tal-provvista tal-ikel, filwaqt li jirreferi wkoll għall-problemi li jippersistu;

2.

Huwa tal-opinjoni li l-appoġġ għandu jikkumpensa għall-konsegwenzi negattivi – mill-perspettiva tas-suq – tar-restrizzjonijiet imposti fuq l-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

3.

Jilqa' l-miżuri li twettqu fir-reġim tal-frott u l-ħaxix fl-UE, maħsuba biex iżidu l-orjentament tas-suq fost il-kultivaturi tal-UE, iħeġġu l-innovazzjoni, jippromwovu l-frott u l-ħaxix, iżidu l-kompetittività tal-kultivaturi u jtejbu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità tal-prodott u l-aspetti ambjentali tal-produzzjoni, permezz ta' għotja ta' appoġġ lill-POs, assoċjazzjonijiet tal-PO u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali, anki billi jippromwovu l-formazzjoni ta' raggruppamenti li tnissel flussi ġodda ta' dħul li jissarfu f'investimenti ġodda;

4.

Jilqa' l-fatt li l-PAK il-ġdida baqgħet tħaddan fiha r-reġim tal-frott u l-ħaxix, filwaqt li jagħraf il-fatt li l-istrumenti eżistenti mhux dejjem kienu effikaċi, bħalma rrikonoxxiet il-Kummissjoni fid-dokument ta' konsultazzjoni pubblika tagħha bit-titolu 'Rieżami tar-Reġim tal-UE għas-Settur tal-Frott u l-Ħaxix', u għaldaqstant jappoġġja l-ħidma tal-Grupp Newcastle maħsub biex itejjeb ir-reġim tal-frott u l-ħaxix, li għandu jieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika tal-arranġamenti ġuridiċi li jirregolaw il-kooperattivi fl-Istati Membri, sabiex ma jiġix limitat il-ħolqien ta' POs ġodda, filwaqt illi jiġi rrispettat il-fatt li l-kultivaturi jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux parti mis-sistema tal-PO;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi biex jiġu ttrattati b'mod deċiżiv il-prattiki kummerċjali żleali (PKŻ) fil-katina tal-provvista tal-ikel li jkollhom impatt negattiv fuq il-qligħ tal-produtturi, inaqqsu d-dħul u jheddu l-vijabbiltà u s-sostenibilità tas-settur; iqis li l-prattiki kummerċjali żleali u l-pressjoni eżerċitata fuq il-produtturi, kemm jekk huma assoċjati u kemm jekk le, mill-ktajjen kbar tal-bejgħ bl-imnut, huma l-ostaklu ewlieni biex il-bdiewa tal-frott u l-ħaxix jaqilgħu dħul diċenti; jirrimarka li d-dgħufija tal-pożizzjoni tagħhom hija aggravata mill-fatt li l-prodotti tagħhom jistgħu jitħassru; iqis li l-problemi msemmija, bħalma huma l-abbandun tal-art jew it-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-bdiewa attivi, mhux ser jisparixxu meta l-profitti mill-produzzjoni jkunu biżżejjed biex jiġi ggarantit il-futur tal-professjoni u jiġu attirati ħaddiema żgħażagħ;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi regoli ċari tal-UE li jirregolaw il-prinċipji tal-prattika tajba fil-katina tal-provvista tal-ikel biex tiġi żgurata interpretazzjoni komuni tar-regoli fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri biex tiġi inkoraġġita l-kummerċjalizzazzjoni diretta tal-prodotti tal-PO; jemmen li l-kummerċjalizzazzjoni diretta hija alternattiva għas-settur kbir tal-bejgħ bl-imnut u l-valuri fundamentali tiegħu rigward ir-relazzjoni mal-ikel, l-agrikoltura u l-ambjent; iqis li l-prezzijiet tal-kummerċjalizzazzjoni diretta jinżammu aktar baxxi mill-prezzijiet tas-settur kbir tal-bejgħ bl-imnut eżattament minħabba l-eliminazzjoni tal-intermedjarji u tal-kosti marbuta mal-loġistika; iqis, f'dan ir-rigward, li t-tnaqqis tal-katina jiggarantixxi dħul ġust għall-bdiewa u jagħmilha possibbli li ssir il-ġlieda lill-prattiki kummerċjali żleali (PKŻ);

8.

Jinnota li bosta Stati Membri daħħlu miżuri biex jindirizzaw b'mod deċiżiv il-PKŻ u jitlob għal rispons ikkoordinat mill-UE biex jiġi msaħħaħ il-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti agrikoli;

9.

Jenfasizza l-importanza li l-istandards Ewropej tal-kwalità għal-prodotti ta' frott u ħaxix frisk jibqgħu jinżammu kif inhuma sabiex tiġi ggarantita kwalità konsistentement għolja fil-katina tal-provvista għall-benefiċċju tal-konsumatur finali;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkjarifika kif għandha l-ħsieb li tapplika l-Artikolu 209(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, b'tali mod li tiġi promossa aktar ċertezza tad-dritt dwar kif għandhom jintlaħqu l-objettivi spjegati fl-Artikolu 39 tat-TFUE, b'rispett strett tal-Artikolu 101 tat-TFUE fir-rigward tal-kompetizzjoni;

11.

Jinnota li l-grad ta' organizzazzjoni tas-settur, kif imkejjel mis-sehem tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix ikkummerċjalizzata mill-POs, żdied b'mod kostanti f'dawn l-aħħar snin fl-Unjoni kollha kemm hi, iżda li din iż-żieda tista' tiġi attribwita għal xi wħud mill-Istati Membri biss;

12.

Jenfasizza li, minkejja din iż-żieda, il-grad ta' organizzazzjoni fost il-produtturi jibqa' wieħed baxx bħala medja, u konsiderevolment taħt il-medja tal-UE f'ċerti Stati Membri, u li l-indirizzar ta' din il-problema huwa kruċjali għall-futur tar-reġim tal-frott u l-ħaxix, mhux l-anqas billi jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali sinifikanti; jenfasizza wkoll li dan il-livell baxx ta' organizzazzjoni mhuwiex megħjun mill-kumplessità tar-regoli tal-PO li rriżultat fis-sospensjoni u t-tneħħija tar-rikonoxximent tal-POs f'xi Stati Membri; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni treġġa' lura x-xejra ta' dan it-tnaqqis billi tissimplifika r-regoli tal-iskema biex l-POs jsiru aktar attraenti biex dak li jkun jissieħeb fihom;

13.

Jindika l-ħtieġa li tittejjeb ir-rata ta' organizazzjoni fis-settur, peress li hu evidenti li hi ogħla fir-reġjuni fejn il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni huma aktar modernizzati u indirizzati lejn l-esportazzjoni, filwaqt li hi l-aktar baxxa fil-pajjiżi li għal ħafna snin ma kellhomx l-opportunità li jużaw il-fondi operattivi;

14.

Iqis li huwa vitali li jiġi kkontemplat l-istabbiliment ta' strumenti għall-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-inizjattivi ta' suċċess li tnedew minn ċerti POs f'dak ir-rigward jeħtieġ li jkunu ċarament identifikabbli sabiex ikunu jistgħu jiġu replikati bnadi oħra kull meta dan ikun possibbli; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-kuxjenza u l-għarfien ta' POs pijunieri bħal dawn;

15.

Ifakkar li l-POs huma għodod li jitqiegħdu għad-disponibilità tal-produtturi sabiex ikunu jistgħu kollettivament jorganizzaw lilhom infushom fis-suq ħalli jkunu jistgħu isalvagwardjaw id-dħul tagħhom, u li l-POs huma partikolarment utli f'żoni ta' produzzjoni li jibagħtu l-prodotti tagħhom lejn żoni ta' konsum, iżda mhumiex użati wisq minn ċerti produtturi jew f'ċerti swieq lokali jew speċjalizzati;

16.

Jenfasizza f'dan il-kuntest li huwa importanti li jiżdied il-livell ġenerali ta' appoġġ għall-POs u li jiġu pprovduti inċentivi iktar b'saħħithom kemm għall-fużjoni ta' POs eżistenti f'APOs u l-ħolqien ta' oħrajn ġodda kemm f'kuntest nazzjonali u kemm f'dak internazzjonali, filwaqt li jitlob li l-investiment tal-għajnuna pprovduta biex jitwaqqfu POs ġodda jiġi mmonitorjat biex jiġi żgurat li qed tiġi investita b'mod effettiv b'modi li se jżidu d-dħul tal-produtturi membri;

17.

Iqis li huwa ta' dispjaċir li, f'ċerti Stati Membri, ir-rata ta' organizzazzjoni f'POs huwa estremament baxx u jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprijoritizzaw l-insistenza fuq il-promozzjoni tal-assoċjazzjoni tal-produtturi; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-karatteristiċi partikolari ta' dawk l-Istati Membri fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi hija baxxa;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex terġa' tistabbilixxi l-appoġġ finanzjarju għall-investimenti tal-POs tal-frott u l-ħaxix li jkunu għadhom kemm ġew stabbiliti; iqis li, mingħajr dan l-appoġġ, huwa estremament diffiċli biex l-organizzazzjonijiet stabbiliti jiksbu r-rikonoxximent mill-istat meħtieġ għall-operazzjoni tagħhom; iqis, għalhekk, li l-appoġġ huwa wieħed mill-aktar għodod effiċjenti sabiex jiġu żviluppati l-organizzazzjonijiet u tiżdied ir-rata ta' organizzazzjoni;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mis-simplifikazzjoni tal-PAK, biex tkompli ssaħħaħ aktar l-effettività ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dak li hu l-ikkonċentrar tal-provvista, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol ċentrali tagħhom fil-kummerċjalizzazzjoni fil-katina tal-provvista;

20.

Iqis li huwa essenzjali li jiġu pprovduti benefiċċji għal POs li jiddeċiedu li jieħdu membri żgħażagħ; jenfasizza li l-POs jistgħu jipprovdu opportunità għall-promozzjoni tat-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni rapida u armonizzata tad-dispożizzjonijiet relatati mal-frott u l-ħaxix min naħa, u mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali min-naħa l-oħra, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

22.

Itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li bħalissa huma 7,5 % biss tal-bdiewa fl-UE li huma taħt l-età ta' 35 sena u jemmen li POs li jiffunzjonaw tajjeb jiġbdu liż-żgħażagħ u jistgħu jwettqu rwol biex din ix-xejra demografika mhux sostenibbli tinqaleb bil-kontra;

23.

Jinnota l-ħtieġa li jiġu pprovduti inċentivi biex jgħollu l-livell tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-POs; iqis li aktar innovazzjoni tippermetti lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jsiru aktar kompetittivi u kapaċi jittrattaw il-mardiet mortali li qed jagħmlu dannu lill-agrikoltura Ewropea;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-POs jiġu mgħejuna jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom u jkunu involuti fir-riċerkar ta' swieq barranin ġodda;

25.

Jikkunsidra li hemm bżonn li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jsiru aktar attraenti billi titnaqqas il-burokrazija żejda u jittejjeb l-appoġġ mogħti lil dawn il-gruppi mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll billi jsir titjib fil-mekkaniżmi għall-ġestjoni tal-kriżijiet;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fir-rieżami li jmiss tagħha tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u bħala parti mill-aġenda tagħha ta' “simplifikazzjoni”, iżżid iċ-ċertezza tad-dritt għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, għall-POs u għall-APOs u tnaqqas il-piż amministrattiv impost fuqhom; Jenfasizza li dan ir-rieżami m'għandux ibiddel l-arkitettura bażika tar-reġim tal-frott u l-ħaxix jew ikun ta' ħsara għall-interessi jew il-qligħ tal-produtturi fis-settur;

27.

Jinnota bi tħassib li r-regoli tal-PO huma miftuħa għal interpretazzjoni wiesgħa mill-Awdituri tal-Kummissjoni, u dan iwassal għal grad għoli ta' inċertezza u jista' jħalli l-Istati Membri fir-riskju ta' projbizzjoni u ta' stħarriġ ġudizzjarju; jenfasizza wkoll li l-proċeduri tal-awditjar u l-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu b'mod aktar opportun u fil-perjodu taż-żmien tal-verifika miftiehem;

28.

Jitlob lill-Kummissjoni tnaqqas b'mod konsiderevoli il-perjodu ta' proċessar li matulu jsiru kontrolli tal-konformità;

29.

Jitlob lill-Kummissjoni, ukoll bil-għan li tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt tas-sistema, tirrazzjonalizza l-kontrolli u tiffukahom fuq il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni proprja ta' kull azzjoni jew miżura li hija approvata bħala parti mill-programm operattiv kif ukoll il-kost allokat lilhom, filwaqt li tistabbilixxi b'mod ċar x'qed jiġi kkontrollat u min huwa responsabbli biex iwettaq il-kontroll;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta' proporzjonalità b'rabta ma' penali u tiżgura li l-awditi jiġu konklużi fi ħdan perjodu stabbilit sabiex tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom;

31.

Jindika li l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat ir-reġim ta' assistenza u biex jiġu ġġustifikati l-applikazzjonijiet huma eċċessivi u mhumiex preċiżi, u huma soġġetti għal varjetà ta' verifiki minn sensiela ta' korpi amministrattivi li ta' spiss la jkunu konsistenti u lanqas preċiżi, u jwasslu biex ċerti tipi ta' sħab jabbandunaw ir-reġim u ċerti organizzazzjonijiet tal-produtturi jiddeċiedu li ma jippreżentawx programmi operattivi; jikkunsidra li, f'dan il-kuntest, hu essenzjali li l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tiġi ċċarata b'mod li tiggarantixxi s-sigurtà ġuridika tar-reġim u tipprevjeni l-inċertezza fost il-produtturi;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli għat-twaqqif ta' (assoċjazzjonijiet ta') POs transnazzjonali u b'mod partikolari r-regoli dwar ir-responsabbiltà u l-obbligazzjoni, sabiex tinħoloq ċertezza tad-dritt għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u għall-POs involuti;

33.

Jitlob li d-dmirijiet tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali jitwessgħu, speċjalment fl-oqsma ġeneriċi tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni u f'dak tal-edukar taċ-ċittadin-konsumatur, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ikel;

34.

Jenfasizza r-rwol tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fit-titjib tad-djalogu intern fi ħdan is-settur;

35.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-akbar organizzazzjonijiet tal-produtturi (madwar 18 % tal-POs kollha b'fatturat ta' aktar minn EUR 20 miljun) jirċievu madwar 70 % tal-assistenza finanzjarja tal-UE;

36.

Jikkunsidra li t-tnaqqis tal-kumplessità, inkluż fir-regoli għall-ħolqien ta' POs ġodda f'kuntest nazzjonali u internazzjonali, għandu jkun l-ewwel pass biex isiru aktar attraenti għall-bdiewa, mingħajr ma dak ikun ifisser l-iżvalutar tal-istruttura tal-PO għad-detriment tal-kapaċità tagħhom li jaġixxu b'mod effettiv fis-suq; jitlob li l-Kummissjoni tidentifika miżuri addizzjonali sabiex tiżdied l-attraenza tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, b'mod partikolari fl-Istati Membri b'livell baxx ta' organizzazzjoni;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta' proporzjonalità b'attenzjoni, billi tiżgura li l-iżbalji li jsiru minn individwi ma jiġux irkuprati mingħand il-membri kollha ta' organizzazzjoni tal-produtturi;

38.

Iqis li kwalunkwe simplifikazzjoni tal-proċedura ta' rikonoxximent m'għandhiex tkun għad-detriment ta' regolamenti nazzjonali li jiċċertifikaw il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-POs tal-frott u l-ħaxix, bħalma huma dawk applikati għall-koperattivi;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni ħalli fir-rieżami tagħha tar-reġim tal-frott u l-ħaxix tnaqqas il-piż amministrattiv għall-POs billi tabolixxi l-valutazzjonijiet ta' nofs il-perjodu mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali; jinnota li dawn il-valutazzjonijiet spiss jidduplikaw il-mistoqsijiet li jsiru lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rappurtar annwali tagħha u ma jipprovdu l-ebda benefiċċju ovvju; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mill-għan tagħha li tnaqqas il-burokrazija żejda, tnaqqas l-ammont ta' informazzjoni li hija titlob mingħand l-awtoritajiet nazzjonali u l-POs fir-rapporti annwali, u tiżgura li tinġabar biss id-data li fil-fatt tiġi użata mill-Kummissjoni biex timmonitorja effikaċja tal-iskema;

40.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament Delegat (UE) Nru 499/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li introduċa kontrolli aktar kumplessi fuq l-POs, inklużi penali sproporzjonati talli jonqsu milli jissodisfaw kriterji ta' rikonoxximent kumplessi; jenfasizza l-ħtieġa ta' proporzjonalità f'dak li għandu x'jaqsam mal-penali jekk nixtiequ ninkoraġġixxu koltivaturi ġodda jingħaqdu f'din l-iskema u nipprevjenu lill-Membri eżistenti milli jerġgħu jaħsbuha dwar il-parteċipazzjoni tagħhom;

41.

Iqis li l-kompetittività tal-POs tiddependi ħafna mill-ġestjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa azzjonijiet eżistenti jew tistabbilixxi azzjonijiet ġodda, inklużi miżuri ta' taħriġ u inizjattivi għall-iskambju ta' prattiki tajba, li jistgħu jtejbu l-ġestjoni tal-POs u l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fil-katina tal-provvista tal-ikel u tiżgura rwol imsaħħaħ għal imġiba orjentata lejn is-suq fi ħdan l-POs; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiġu mmaniġġjati minn persuni b'ħiliet ta' kummerċjalizzazzjoni li jkunu kapaċi jittrattaw sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-settur agrikolu;

42.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiffoka fuq mudelli ta' produzzjoni u distribuzzjoni li jkunu integrati fl-PO, u jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu disponibbli appoġġ ta' loġistika u ta' punti ta' bejgħ għall-prodotti tl-PO fir-reġjuni;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom bis-sħiħ bħala strumenti biex jiżdied id-dħul tal-produtturi;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra testendix id-dispożizzjonijiet għall-iffinanzjar ta' miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet (l-eliġibilità tal-ħlas lura tal-kapital u tal-imgħax fuq self għal għajnuna finanzjarja) kif ukoll għall-ilħuq tal-objettivi l-oħra li qed jilħqu l-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom;

45.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq azzjonijiet għat-trasferiment ta' know-how amministrattiv u strutturali dwar il-mod li bih huma organizzati PO, mill-Istati Membri b'livell għoli ta' POs lill-dawk b'livell baxx ta' POs;

46.

Josserva li l-prattiki li jirrispettaw l-ambjent għandhom jiġu mwettqa kontinwament u b'mod rigoruż u għalhekk għandu jiġi inkoraġġit il-fatt li jkompli jsir il-finanzjament ta' tali prattiki minn programm operazzjonali wieħed għal ieħor, u l-ambitu tal-intervent għandu jitwessa' biex jinkludi lil dawk il-produtturi li l-biċċiet ta' art tagħhom imissu ma' dawk maħduma minn membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi;

47.

Jikkunsidra li l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (APOs) jistgħu jwettqu rwol importanti fiż-żieda tas-setgħa tan-negozjar tal-bdiewa, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-inċentivi għall-istabbiliment ta' APOs, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jaġixxu minn perspettiva ġuridika, u tiddisponi għall-possibbiltà li lill-produtturi li mhumiex membri tal-POs jinġabru taħt l-umbrella tagħhom, bil-għan li jiġi previst rwol akbar għalihom fil-futur; jenfasizza li l-APOs jinsabu f'pożizzjoni mhux biss li jwettqu konċentrazzjoni u titjib effettivi tal-provvista, iżda wkoll li jagħtu prova ta' effiċjenza akbar fil-ġestjoni tal-interventi minħabba r-rwol ta' koordinazzjoni li huma mitluba jwettqu fuq il-livell operattiv;

48.

Iqis li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jeħtieġ li jiġu mħeġġa sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni aħjar tas-settur tal-frott u l-ħxejjex; iqis li tali organizzazzjonijiet jistgħu jaqdu rwol importanti fil-ħolqien ta' valur miżjud u l-kondiviżjoni tiegħu bejn il-partijiet differenti tas-settur, kif ukoll fir-rigward tal-kwalità, it-titjib sostenibbli tal-produzzjoni, u l-ġestjoni tas-suq u tal-kriżijiet;

49.

Jikkunsidra li l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (APOs) jistgħu jwettqu rwol importanti fl-antiċipar u l-ġestjoni ta' kriżijiet ta' tul ta' żmien qasir; jenfasizza l-benefiċċji tal-fatt li wieħed ikunu kapaċi jħajjar lill-produtturi li mhumiex membri ta' POs jissieħbu f'tali assoċjazzjonijiet b'mod volontarju, bil-għan li l-azzjonijiet kollettivi tal-produtturi jsiru aktar effiċjenti;

50.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-istruttura u l-funzjonament tal-POs u APOs huma bbażati fuq il-prinċipji tal-indipendenza u d-demokrazija, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka fost il-produtturi u ssir il-ġlieda lill-prattiki kummerċjali inġusti u lill-imġiba opportunistika;

51.

Jinsisti bil-qawwa li l-metodi ta' produzzjoni ta' pajjiżi terzi għall-esportazzjoni lejn l-UE jridu jipprovdu lill-konsumaturi Ewropej l-istess garanziji f'dawk li huma saħħa, sikurezza tal-ikel, trattament xieraq tal-annimali, żvilupp sostenibbli u standards soċjali minimi bħal dawk meħtieġa mill-produtturi tal-UE; iqis li dan ifisser li, fi kwalunkwe ftehim iffirmat ma' pajjiżi terzi, l-UE għandha timxi skont il-kriterju ta' reċiproċità ġenwina fir-rigward tal-aċċess għas-suq u l-konformità mar-regolamenti tal-produzzjoni li jirregolaw lill-produtturi tal-UE;

52.

Jenfasizza l-ħtieġa li jsir eħfef biex il-produtturi jiksbu aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tappoġġja lill-esportaturi tal-frott u l-ħaxix biex jingħeleb l-għadd dejjem jikber ta' ostakli non-tariffarji, bħalma huma xi standards fitosanitarji ta' pajjiżi terzi li jagħmlu l-esportazzjonijiet mill-UE diffiċli, jekk mhux impossibbli;

53.

Huwa tal-fehma li, sabiex tintlaħaq kompetizzjoni aktar ġusta mal-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Komunità, u bil-għan li tiġi stabbilita reċiproċità fl-istandards tas-saħħa tal-pjanti, l-UE għandha ssaħħaħ ir-reġim ta' kontroll tal-importazzjoni sabiex tqiegħdu fuq livell ugwali ma' dak applikat mill-maġġoranza l-kbira tas-sħab kummerċjali tagħha;

54.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-regolamenti orizzontali l-ġodda għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli adottati dan l-aħħar u l-objettiv li jiżdiedu l-fondi allokati sabiex jinstabu swieq ġodda l-aktar f'pajjiżi terzi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem biex ittejjeb l-istrument ta' promozzjoni fis-snin li ġejjin;

55.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha fin-negozjati kummerċjali ma' pajjiżi terzi għat-tneħħija tal-ostakli tariffarji u tas-saħħa tal-pjanti li ġew imposti fuq il-produzzjonijiet Ewropej, u b'hekk tagħmilha possibbli li jinfetħu swieq ġodda għall-frott u l-ħaxix tal-Komunità;

56.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika r-raġunijiet għall-użu minimu tal-istrumenti ta' prevenzjoni u mmaniġġar tal-kriżijiet (PMK) (16 % biss tal-POs użaw din ir-riżorsa, li rrappreżentat biss 2,8 % tal-għajnuna totali), li huma adattati biss biex jaffrontaw kriżijiet staġjonali minuri, u tikkunsidra kif tista' tittejjeb is-sitwazzjoni, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-eżempji tal-aħjar prattika u esperjenza fost l-POs eżistenti;

57.

Jitlob lill-Kummissjoni biex dejjem tuża preferenza għall-prodotti lokali bħala l-ewwel kejl tal-ġestjoni tal-kriżijiet sabiex tippromwovi u tipproteġi tas-suq uniku Ewropew u l-konsum tal-prodotti tal-Ewropa stess; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tkun preokkupata mill-qrib bil-għodod tal-ġestjoni tar-riskju, li huma assolutament meħtieġa biex tiġi żgurata l-produzzjoni agrikola ta' POs;

58.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal mekkaniżmu koordinat aħjar għall-irtirar mis-suq f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, sabiex jiġi pprevenut li l-kriżijiet tas-suq jinbidlu fi tfixkil serju u fit-tul li jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fid-dħul għall-bdiewa tal-frott u l-ħaxix;

59.

Jenfasizza li l-użu tal-mekkaniżmu tal-irtirar rriżulta li hu limitat u jqis li miżuri ta' ġestjoni tal-kriżijiet għandhom jiġu rieżaminati inkluż permezz ta': iż-żieda tal-perċentwal tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, l-aġġustar tal-prezzijiet ta' rtirar, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-produzzjoni, iż-żieda fil-volumi li jistgħu jiġu rtirati, u t-titjib tal-appoġġ, f'dawk li huma trasport u ppakkjar, għad-distribuzzjoni b'xejn ta' frott u ħaxix bil-ħsieb li tiġi pprovduta l-flessibilità biex l-appoġġ jiġi adattat għall-forma u s-severità ta' kull kriżi;

60.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħmilx kontribuzzjonijiet għal fondi mutwi eliġibbbli bħala miżuri ta' PĠK bil-għan li tipprovdi protezzjoni aħjar għall-bdiewa f'każ ta' kriżijiet fis-suq li jikkawżaw tnaqqijiet sostanzjali fid-dħul, iżda jqis li dawn il-fondi m'għandhom qatt jiġu mill-partita tal-baġit allokata għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali mill-Kummissjoni meta l-kriżi hija kkawżata minn kwistjonijiet li mhumiex marbuta ma' dan is-settur, bħalma hi l-projbizzjoni Russa; jemmen li, f'tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tfittex partiti oħra tal-baġit u tallokahom għat-tnaqqis tal-effetti negattivi ta' fuq is-settur tal-frott u l-ħaxix;

61.

Iqis li l-produtturi m'għandhomx iġarrbu l-ispiża tal-kriżijiet ikkawżati minn ċirkostanzi li mhumiex marbuta mas-settur agrikolu, bħalma hi l-projbizzjoni Russa fuq l-esportazzjonijiet tal-UE, li affettwat b'mod serju għadd kbir ta' produtturi tal-frott u l-ħaxix u saħansitra kompliet tgħarraq sitwazzjonijiet ta' kriżi tas-suq bħalma hi dik esperjenzata mis-settur tal-frott tal-għadma; jitlob li f'ċirkustanzi bħal dawn il-miżuri ta' appoġġ tal-Komunità jinżammu kif inhuma għal kemm ikun hemm bżonn sakemm is-sitwazzjoni normali tas-suq tiġi stabbilita kompletament mill-ġdid;

62.

Jenfasizza li, permezz tal-programmi operazzjonali tagħhom, l-POs jistgħu jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u jittejbu l-istandards tas-sikurezza tal-ikel; jilqa' l-objettivi ambjentali tal-iskema iżda jistieden lill-Kummissjoni tippermetti lill-POs jadattaw il-programmi operazzjonali tagħhom skont il-livell ta' maturità tagħhom kif ukoll jimmiraw il-fondi tagħhom fuq firxa usa' ta' miżuri mmirati biex iżidu l-kompetittività ġenerali tas-settur; jenfasizza li attenzjoni akbar fuq il-miżuri mmirati lejn l-innovazzjoni u l-valur miżjud għandha l-akbar potenzjal biex ittejjeb id-dħul tal-produtturi u b'hekk tagħmel lill-POs aktar attraenti biex jissieħbu fihom;

63.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskema ta' għajnuna li hemm fis-seħħ għad-distribuzzjoni ta' frott, ħaxix u ħalib fl-iskejjel, minħabba l-importanza tal-promozzjoni minn età żgħira ħafna ta' dieti tajba għas-saħħa u bbilanċjati, u tressaq lill-konsumaturi żgħażagħ eqreb lejn il-produtturi lokali;

64.

Iqis li huwa kruċjali li tittejjeb l-effettività tar-regolamenti Komunitarji li huma attwalment fis-seħħ għall-protezzjoni tal-pjanti kontra l-introduzzjoni ta' organiżmi ta' ħsara li joriġinaw minn barra l-UE; jirrimarka li dawn l-organiżmi qed isiru dejjem aktar komuni fl-UE minħabba livelli dejjem ogħla ta' kummerċ u spiss qed ikollhom effett detrimentali fuq is-settur tal-frott u l-ħaxix;

65.

Iqis li, bħal f'setturi oħra (bħalma hu dak tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ), l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jingħataw rwol f'li jiggarantixxu u jikkoordinaw il-komplementarjetà u l-koerenza tad-diversi skemi ta' appoġġ tal-UE, u b'hekk jiżguraw trasparenza akbar tas-sistema sabiex jiġu pprevenuti każijiet ta' finanzjament doppju;

66.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida jew regoli ta' politika li jiċċaraw il-kundizzjonijiet li taħthom l-POs jistgħu temporanjament jingħataw deroga mill- Artikolu 101(1) tat-TFUE abbażi tal-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jipprovdi lill-POs opportunità li jieħdu miżuri bil-għan li jistabbilizzaw is-settur matul perijodi ta' żbilanċ serju tas-swieq;

67.

Jenfasizza l-importanza ta' ktajjen tal-provvista qosra u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' swieq lokali għad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix;

68.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika r-riċerka u l-monitorjar fir-rigward tat-theddida li hemm għall-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix fl-UE minn speċijiet invażivi bħalma hija d-drosophilia tal-ġwienaħ makkjettata;

69.

Jiddeplora d-dgħufijiet segwenti li ġew identifikati fit-twaqqif ta' xi strateġiji nazzjonali: għadd wisq kbir ta' objettivi, nuqqas ta' miri predefiniti preċiżi għall-objettivi differenti, u b'mod partikolari l-effikaċja operattiva baxxa ħafna tal-istrumenti għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, prinċipalment b'rabta mal-assigurazzjoni tal-ħsad, il-promozzjoni u l-komunikazzjoni u l-irtirar ta' prodotti, l-aktar għax dawn iridu jiġu ffinanzjati għad-detriment ta' miżuri strutturali oħra u l-għajnuna għall-irtirar f'ħafna każijiet mhijiex biżżejjed, u anke minħabba l-ammont konsiderevoli ta' burokrazija żejda involut; jiddeplora l-fatt li dawn l-istrumenti jistgħu jaffrontaw biss kriżijiet tas-suq individwali u mhumiex biżżejjed għall-ġestjoni ta' kriżijiet fuq skala kbira bħal dik attwali li qed tiġi kkawżata mill-embargo Russu;

70.

Jara l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri preventivi bħala għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jifhmu u jikkalkolaw u jużaw b'mod korrett indikaturi tal-prestazzjoni predefiniti, u jisħaq fuq il-fatt li f'ħafna każijiet hemm għadd eċċessiv ta' indikaturi tal-prestazzjoni, sitwazzjoni li tagħmel il-proċedura estremament diffiċli kemm għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u kemm għall-amministrazzjoni; jemmen li f'dan il-kuntest ikun ferm aktar utli li jkun hemm anqas indikaturi li però jkunu aktar sinifikanti;

71.

Jemmen li t-tħeġġiġ ta' drawwiet fejn nieklu b'mod aktar san imur id f'id ma' fehim akbar dwar il-biedja u dwar kif l-ikel jiġi prodott u, jappoġġja, f'dan il-kuntest, l-objettiv tat-tisħiħ tad-dimensjoni edukattiva tal-programmi tal- ħaxix, il-frott u l-ħalib għall-iskejjel u jitlob li tiġi adottata mill-aktar fis possibbli l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl- istabbilimentiedukattivi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-parteċipazzjoni ftal-POs fl-iskema tal-frott għall-iskejjel bħala mezz biex tiġi inkoraġġita katina ta' provvista qasira u l-konsum mit-tfal ta' frott u ħaxix lokali u staġjonali;

72.

Iqis li l-muftieħ għall-analizzar tas-sitwazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix huwa l-evoluzzjoni tad-dħul tal-bdiewa tas-settur u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex twettaq studju li jiffoka fuq dan il-punt bil-għan li jiġi aċċertat jekk il-miżuri adottati, bħalma hu t-tisħiħ tal-POs, kinux verament effettivi;

73.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan urġenti ta' impjieg taż-żgħażagħ għas-settur agrikolu biex jiġi evitat it-tixjiħ tal-professjoni u l-abbandun konsegwenti tal-art u tal-produzzjoni;

74.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0205.


L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/35


P8_TA(2015)0252

Negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) (2014/2228(INI))

(2017/C 265/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE għan-negozjar dwar is-Sħubija Trans-Atlantika għall-Kummerċ u l-Investiment (TTIP) bejn l-UE u l-Istati Uniti adottati b'mod unanimu mill-Kunsill fl-14 ta' Ġunju 2013 (1) u li ġew iddeklassifikati u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kunsill fid-9 ta' Ottubru 2014,

wara li kkunsidra l-Artikoli 168 sa 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-prinċipju ta' prekawzjoni mnaqqax fl-Artikolu 191(2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti tas-26 ta' Marzu 2014 (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-20 ta' Marzu 2015 mill-Kummissarju Cecilia Malmström u r-Rappreżentant tal-Istati Uniti fil-qasam tal-Kummerċ, Michael Froman, fir-rigward tal-esklużjoni tas-servizzi pubbliċi fil-ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti;

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-TTIP tal-20 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-TTIP tal-21 ta' Novembru 2014 (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-16 ta' Novembru 2014 mill-President tal-Istati Uniti Barack Obama, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy, il-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-President Franċiż François Hollande, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi u l-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy, b'segwitu għal-laqgħa tagħhom fil-marġini tas-Summit tal-G20 fi Brisbane, l-Awstralja (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014 (5),

wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President Juncker tal-15 ta' Lulju 2014 indirizzati lill-Kummissjoni li jmiss u intitolati “Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku (6)”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kulleġġ tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2014 dwar it-trasparenza fin-negozjati tat-TTIP (C(2014)9052) (7), u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li saru bejn Membri tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom (C(2014)9051) u dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni li jaħdmu għal rashom (C(2014)9048), is-sentenzi u l-opinjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-350/12 P, 2/13, 1/09) dwar aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet u d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-6 ta' Jannar 2015 li tagħlaq l-inkjesta fuq inizjattiva proprja tagħha (OI/10/2014/RA) fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea dwar kif għandha tittratta t-talbiet għal informazzjoni u aċċess għal dokumenti (Trasparenza),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-3 ta' Diċembru 2014 mill-Kunsill tal-Enerġija bejn l-UE u l-Istati Uniti (8),

wara li kkunsidra l-approċċ integrat tal-UE fir-rigward tas-sikurezza fl-ikel (“mill-farm sal-furketta”), stabbilit fl-2004 (9),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 dwar il-konsultazzjoni pubblika fuq l-internet rigward il-protezzjoni tal-investiment u s-soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS) fit-TTIP (SWD(2015)0003),

wara li kkunsidra l-proposti testwali tal-UE mqiegħda fuq il-mejda għal diskussjoni mal-Istati Uniti fiċ-ċikli tan-negozjati dwar it-TTIP, b'mod partikolari dawk li ġew deklassifikati u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni, inter alia d-dokumenti ta' pożizzjoni tal-UE intitolati “Kwistjonijiet regolatorji tat-TTIP – l-industriji tal-inġinerija” (10), “Każ li jservi ta' test rigward l-ekwivalenza funzjonali: metodoloġija proposta għal ekwivalenza regolatorja awtomobilistika” (11), u “Kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli/xogħol u ambjent: dokument tal-UE li jiddeskrivi l-kwistjonijiet u l-elementi ewlenin għad-dispożizzjonijiet fit-TTIP” (12), u l-proposti testwali dwar l-ostakli tekniċi għall-kummerċ (OTK) (13), il-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS) (14), id-dwani u l-faċilitazzjoni kummerċjali (15), l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (16), id-dispożizzjonijiet possibbli rigward il-kompetizzjoni (17), id-dispożizzjonijiet possibbli rigward l-impriżi statali u l-impriżi li jingħataw drittijiet jew privileġġi speċjali jew esklużivi (18), id-dispożizzjonijiet possibbli rigward is-sussidji (19), is-soluzzjoni ta' tilwim (20), u d-dispożizzjonijiet inizjali rigward il-kooperazzjoni regolatorja (21),

wara li kkunsidra l-opinjoni dwar “Is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)” tal-Kumitat tar-Reġjuni (ECOS-V-063) adottata matul il-110 sessjoni plenarja (11-13 ta' Frar 2015), u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Ġunju 2014 dwar “Ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi kummerċjali u l-fehma tal-KESE dwar kooperazzjoni mtejba u ftehim ta' kummerċ ħieles eventwali bejn l-UE u l-Istati Uniti”,

wara li kkunsidra r-Rapport Inizjali Finali tat-28 ta' April 2014 minn ECORYS għall-Kummissjoni, intitolat “Valutazzjoni tal-Impatt fuq is-Sostenibilità tal-Kummerċ (VIS Kummerċ) b'appoġġ għan-negozjati rigward ftehim komprensiv dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika” (22),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2015 dwar l-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment (COM(2015)0127) (23),

wara li kkunsidra l-“Evalwazzjoni Dettaljata tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment” ippubblikata f'April 2014 minn CEPS għall-Parlament,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dik tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-Istati Uniti (24), dik tat-23 ta' Mejju 2013 dwar in-negozjati dwar il-ftehim UE-Stati Uniti dwar il-kummerċ u l-investiment (25), u dik tal-15 ta' Jannar 2015 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2013 (26),

wara li kkunsidra l-Artikoli 108(4) u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0175/2015),

A.

billi l-esportazzjonijiet permezz tal-kummerċ u t-tkabbir permezz ta' investimenti huma muturi kruċjali għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku li ma jirrikjedux investimenti min-naħa tal-gvern;

B.

billi l-PDG tal-UE hu dipendenti ħafna mill-kummerċ u mill-esportazzjonijiet u jibbenefika minn kummerċ u investiment ibbażati fuq ir-regoli u billi ftehim ambizzjuż u bbilanċjat mal-Istati Uniti għandu jkun ta' appoġġ għall-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Ewropa u jgħin biex jintlaħaq l-objettiv għall-2020 ta' żieda fil-PDG tal-UE ġġenerat mill-industrija minn 15 % għal 20 % billi jsaħħaħ il-kummerċ trans-Atlantiku kemm fil-prodotti, kif ukoll fis-servizzi; billi dan għandu l-potenzjal li joħloq opportunitajiet, speċjalment għall-SMEs, il-mikroimpriżi (bi qbil mad-definizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE), ir-raggruppamenti u n-netwerks ta' impriżi li jsofru sproporzjonalment aktar minn ostakli nontariffarji (ONT) minn kumpaniji li jkunu akbar, peress li dawn tal-aħħar ikollhom ekonomiji ta' skala li jippermettulhom aċċess aktar faċli għas-swieq fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; billi ftehim bejn l-akbar żewġ blokok ekonomiċi fid-dinja għandu l-potenzjal li joħloq standards, normi u regoli li se jiġu adottati fuq livell globali, li kieku jservu wkoll bħala vantaġġ għall-pajjiżi terzi u li kieku jipprevjenu frammentazzjoni ulterjuri tal-kummerċ dinji; billi, jekk ifallu n-negozjati għal ftehim, pajjiżi terzi oħra bi standards u valuri differenti minflok ikunu jistgħu jassumu dan ir-rwol;

C.

billi disa' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea diġà ffirmaw ftehim bilaterali mal-Istati Uniti, u minħabba f'hekk it-TTIP tista' tiġi ispirata minn prattika tajba u tippermetti li jiġu megħluba l-ostakli li ltaqgħu magħhom dawn l-Istati Membri;

D.

billi l-kriżijiet reċenti fil-fruntieri tal-UE u l-iżviluppi madwar id-dinja juru l-ħtieġa li jsir investiment fil-governanza globali u sistema bbażata fuq regoli u valuri;

E.

billi, minħabba ż-żieda fl-interkonnettività tas-swieq globali – huwa ta' importanza kruċjali li dawk li jfasslu l-politika jsawru u jippromwovu l-interazzjoni tas-swieq; billi regoli kummerċjali xierqa u t-tneħħija tal-ostakli mhux meħtieġa huma fundamentali biex jinħoloq valur miżjud waqt li tinżamm u tiġi żviluppata bażi industrijali b'saħħitha, kompetittiva u diversifikata fl-Ewropa;

F.

billi t-tentattivi tal-UE li tindirizza l-isfidi tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u s-sikurezza tal-konsumatur rriżultaw fi spejjeż regolatorji għoljin għall-impriżi tal-UE, flimkien ma' prezzijiet għoljin tal-materja prima għall-enerġija u tal-elettriku, li – jekk jibqgħu mhux indirizzati fit-TTIP – jistgħu jħaffu l-proċessi ta' delokalizzazzjoni, deindustrijalizzazzjoni u telf ta' impjiegi u b'hekk jheddu ir-riindustrijalizzazzjoni tal-UE u l-objettivi tagħha fil-qasam tal-impjiegi, u dan se jegħleb ukoll dawk l-objettivi politiki li r-regolamenti tal-UE qed ifittxu speċifikament li jilħqu;

G.

billi ftehim kummerċjali ddisinjat tajjeb jista' jikkontribwixxi biex jiġu utilizzati l-opportunitajiet tal-globalizzazzjoni; billi ftehim kummerċjali b'saħħtu u ambizzjuż m'għandux jiffoka biss fuq it-tnaqqis tat-tariffi u l-ONT, iżda għandu jkun ukoll għodda għall-protezzjoni tal-ħaddiema, tal-konsumaturi u tal-ambjent; billi ftehim kummerċjali b'saħħtu u ambizzjuż jikkostitwixxi opportunità għall-ħolqien ta' qafas billi jsaħħaħ ir-regolamentazzjoni biex tilħaq l-ogħla standards, bi qbil mal-valuri kondiviżi tagħna, biex b'hekk jipprevjeni d-dumping soċjali u ambjentali u jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fid-dawl tal-objettiv kondiviż ta' kompetizzjoni miftuħa fejn il-kundizzjonijiet ikunu l-istess għal kulħadd;

H.

billi, minkejja l-fatt li standards għolja komuni huma fl-interess tal-konsumaturi, għandu jiġi rikonoxxut li l-konverġenza tagħmel sens ukoll għall-impriżi, peress li l-ispejjeż ogħla li joriġinaw minn standards ogħla jistgħu jiġu kkumpensati aħjar minn żieda fl-ekonomiji ta' skala f'suq potenzjali ta' 850 miljun konsumatur;

I.

billi l-ftehimiet kummerċjali preċedenti wrew benefiċċji sinifikanti għall-ekonomija Ewropea, huwa diffiċli li jiġi vvalutat l-impatt reali tat-TTIP kemm fuq l-ekonomija tal-UE kif ukoll fuq dik tal-Istati Uniti u li jsiru previżjonijiet waqt li n-negozjati jkunu għadhom għaddejjin u l-istudji juru riżultati kontradittorji; billi t-TTIP waħedha mhux se ssolvi l-problemi ekonomiċi strutturali li ilhom jeżistu u l-kawżi sottostanti tagħhom fl-UE, iżda għandha titqies bħala element fi strateġija Ewropea aktar estensiva għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, u l-aspettattivi għat-TTIP għandhom ikunu proporzjonati għal-livell ta' ambizzjoni li se jintlaħaq fin-negozjati;

J.

billi l-konsegwenzi tal-embargo Russu wrew b'mod ċar ir-rilevanza ġeopolitika kontinwa tal-agrikoltura, l-importanza li jkun hemm aċċess għal firxa ta' swieq agrikoli differenti u l-ħtieġa għal sħubiji kummerċjali b'saħħithom u strateġiċi ma' sħab kummerċjali affidabbli;

K.

billi huwa importanti għall-agrikoltura Ewropea li jiġi żgurat ftehim kummerċjali ta' benefiċċju reċiproku mal-Istati Uniti b'mod li jsir progress fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Ewropa bħala attur fundamentali fis-suq globali mingħajr ma jiġu pperikolati l-istandards ta' kwalità attwali tal-prodotti agrikoli Ewropej u t-titjib ta' dawk l-istandards fil-ġejjieni, filwaqt li jiġi ppreżervat il-mudell agrikolu Ewropew u tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika u soċjali tiegħu;

L.

billi l-flussi tal-kummerċ u tal-investiment mhumiex fini fihom infushom u l-benessri taċ-ċittadini ordinarji, tal-ħaddiema u tal-konsumaturi, kif ukoll aktar opportunitajiet għall-impriżi bħala l-muturi tat-tkabbir u l-impjiegi, huma l-parametri referenzjarji għal ftehim kummerċjali; billi t-TTIP għandu jiġi kkunsidrat bħala mudell għal ftehim kummerċjali tajjeb li jwieġeb għal dawn ir-rekwiżiti sabiex iservi bħala eżempju għan-negozjati tagħna fil-ġejjieni ma' sħab kummerċjali oħra;

M.

billi ċertu grad ta' kunfidenzjalità hu rikjest fin-negozjati sabiex jinkiseb eżitu ta' kwalità għolja, u l-livell limitat ta' trasparenza li fih twettqu in-negozjati fil-passat wassal għal nuqqasijiet f'termini ta' kontroll demokratiku tal-proċess ta' negozjar;

N.

billi l-President Juncker tenna b'mod ċar fil-Linji Gwida politiċi tiegħu li huwa jixtieq ftehim kummerċjali bbilanċjat u raġonevoli mal-Istati Uniti u li – waqt li l-UE u l-Istati Uniti jistgħu jagħmlu pass 'il quddiem sinifikanti fir-rikonoxximent reċiproku tal-istandards tal-prodotti ta' xulxin u fil-ħidma lejn standards trans-Atlantiċi – l-UE mhux se tissagrifika l-istandards tagħha fl-oqsma tas-sigurtà (alimentari), tas-saħħa, tas-saħħa tal-annimali, soċjali, ambjentali u tal-protezzjoni tad-data u d-diversità kulturali tagħha; filwaqt li jfakkar li s-sigurtà tal-ikel li nieklu u l-protezzjoni tad-data personali tal-Ewropej u s-servizzi tagħha ta' interess ġenerali ma jistgħux jiġu nnegozjati sakemm l-għan ma jkunx il-ksib ta' livell ogħla ta' protezzjoni;

O.

billi hu importanti li tiġi żgurata konklużjoni sodisfaċenti tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar Safe Harbour u l-Ftehim Qafas dwar il-Protezzjoni tad-Data;

P.

billi l-President Juncker diġà ddikjara b'mod ċar fil-linji gwida politiċi tiegħu li mhux se jaċċetta li l-ġurisdizzjoni tal-qrati fl-Istati Membri tiġi limitata minn reġimi speċjali għal tilwim rigward investimenti; billi issa li r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika dwar il-protezzjoni tal-investimenti u l-ISDS fit-TTIP huma disponibbli, attwalment għaddej proċess ta' riflessjoni – waqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet – fi ħdan u bejn it-tliet istituzzjonijiet, waqt li jsiru skambji mas-soċjetà ċivili u s-settur kummerċjali, dwar l-aħjar mod kif għandhom jintlaħqu l-protezzjoni tal-investimenti u t-trattament ugwali tal-investituri waqt li jiġi żgurat id-dritt tal-istati li jirregolamentaw;

Q.

billi l-Parlament jappoġġa bis-sħiħ kemm id-deċiżjoni tal-Kunsill li jiddeklassifika d-direttivi għan-negozjar kif ukoll l-inizjattiva ta' trasparenza tal-Kummissjoni; billi d-dibattitu pubbliku mqanqal li sar fl-Ewropa kollha fir-rigward tat-TTIP wera l-ħtieġa biex in-negozjati għat-TTIP jiġu konklużi b'mod aktar trasparenti u inklużiv waqt li jqisu t-tħassib espress miċ-ċittadini Ewropej u jikkomunikaw ir-riżultati tan-negozjati lill-pubbliku ġenerali;

R.

billi t-taħditiet bejn l-Istati Uniti u l-UE ilhom għaddejjin minn Lulju 2013, iżda s'issa ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar test komuni;

S.

billi hu mistenni li t-TTIP ikun ftehim imħallat li jirrikjedi r-ratifika mill-Parlament Ewropew u t-28 Stat Membru tal-UE kollha kemm huma;

1.

Jemmen li l-UE u l-Istati Uniti huma sħab strateġiċi ewlenin; jisħaq fuq il-fatt li s-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) hija l-aktar proġett sinifikanti ta' dan l-aħħar bejn l-UE u l-Istati Uniti u għandha tagħti enerġija ġdida lis-sħubija trans-Atlantika kollha kemm hi, lil hinn mill-aspetti kummerċjali tagħha; jenfasizza li l-konklużjoni b'suċċess tiegħu hija ta' importanza politika kbira;

2.

Jindirizza, fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TTIP li għaddejjin attwalment, dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni:

(a)

rigward il-kamp ta' applikazzjoni u l-kuntest fuq livell usa':

(i)

li tiżgura li n-negozjati trasparenti dwar it-TTIP iwasslu għal ftehim dwar il-kummerċ u l-investiment ambizzjuż, komprensiv, ibbilanċjat u ta' standard għoli li kieku jippromwovi t-tkabbir sostenibbli, b'benefiċċji kondiviżi bejn l-Istati Membri, b'benefiċċji għal xulxin u reċiproċi bejn is-sħab, iżid il-kompetittività internazzjonali, u jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji tal-UE, b' mod partikolari l-SMEs, jappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini Ewropej, ikun ta' benefiċċju dirett għall-konsumaturi Ewropej; il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-ftehim huma aktar importanti mill-ħeffa li biha jitwettqu n-negozjati;

(ii)

li tenfasizza li waqt li n-negozjati dwar it-TTIP jikkonsistu minn negozjati dwar tliet oqsma ewlenin – it-titjib ambizzjuż tal-aċċess reċiproku għas-suq (għall-prodotti, is-servizzi, l-investiment u l-akkwist pubbliku fil-livelli kollha tal-gvern), it-tnaqqis tal-ONT u t-titjib tal-kompatibbiltà tar-reġimi regolatorji, u l-iżvilupp ta' regoli komuni biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet kondiviżi dwar il-kummerċ globali – dawn l-oqsma kollha għandhom l-istess importanza u jeħtieġ li jiġu inklużi f'pakkett komprensiv; it-TTIP għandha tkun ambizzjuża u vinkolanti fil-livelli kollha tal-gvern fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, il-ftehim għandu jwassal għal aċċess miftuħ ġenwin u dejjiemi tas-suq fuq bażi reċiproka u l-faċilitazzjoni kummerċjali fuq il-post, u għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-miżuri strutturali biex tinkiseb kooperazzjoni trans-Atlantika akbar waqt li jitħarsu l-istandards regolatorji u l-protezzjoni tal-konsumatur u jiġi pprevenut id-dumping soċjali, fiskali u ambjentali;

(iii)

li tibqa' tikkunsidra l-importanza strateġika tar-relazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Istati Uniti b'mod ġenerali u tat-TTIP b'mod partikolari, fost oħrajn bħala opportunità biex jiġu promossi l-prinċipji u l-valuri, b'għeruq f'qafas ibbażat fuq regoli, li l-UE u l-Istati Uniti jikkondividu u jħaddnu u li tfassal approċċ u viżjoni komuni għall-kummerċ globali, l-investiment u l-kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bħal standards għoljin, normi u regolamenti, sabiex tiġi żviluppata viżjoni trans-Atlantika aktar estensiva u grupp komuni ta' għanijiet strateġiċi; li żżomm f'moħħha l-fatt li minħabba d-daqs tas-suq trans-Atlantiku, it-TTIP hija opportunità biex jissawwar u jiġi regolat l-ordni tal-kummerċ internazzjonali bil-għan li jiġi żgurat li ż-żewġ blokok jiffjorixxu f'dinja interkonnessa;

(iv)

li tiżgura, b'mod speċjali minħabba l-iżviluppi pożittivi reċenti fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li ftehim mal-Istati Uniti se jservi bħala tarġa għal negozjati kummerċjali aktar estensivi u mhux b'mod preventiv jew b'oppożizzjoni għall-proċess fid-WTO; il-ftehimiet kummerċjali bilaterali u plurilaterali għandhom ġeneralment jiġu kkunsidrati bħala t-tieni l-aqwa għażla u m'għandhomx jipprevjenu li jsiru sforzi b'mod li jintlaħaq titjib sinifikanti fuq il-livell multilaterali; it-TTIP trid tiżgura sinerġiji mal-ftehimiet kummerċjali l-oħra li attwalment qed jiġu negozjati;

(v)

li żżomm f'moħħha li t-TFUE jiddefinixxi l-politika kummerċjali tal-UE bħala parti integrali mill-azzjoni esterna kumplessiva tal-Unjoni u li, għalhekk, tevalwa l-implikazzjonijiet tal-ftehim finali, filwaqt li tirrikonoxxi l-opportunitajiet, bħal aċċess għas-suq aktar faċli dovut għal standards trans-Atlantiċi komuni, u r-riskji, bħal pereżempju devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw minħabba l-erożjoni tal-preferenzi tariffarji;

(vi)

li tiżgura li l-ftehim jiggarantixxi rispett sħiħ tal-istandards tal-UE fil-qasam tad-drittijiet fundamentali permezz tal-inklużjoni ta' klawsola legalment vinkolanti u sospensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala parti standard mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma' pajjiżi terzi;

(b)

rigward l-aċċess għas-suq:

(i)

li tiżgura li l-offerti ta' aċċess għas-suq fl-oqsma differenti jkunu reċiproċi, ambizzjużi bl-istess mod u jirriflettu l-aspettattivi taż-żewġ partijiet, jissottolinja li l-proposti differenti għal dawn l-oqsma jridu jkunu bbilanċjati;

(ii)

li jkollha l-għan li telimina d-dazji tariffarji kollha, waqt li tirrispetta l-fatt li hemm għadd ta' prodotti industrijali u agrikoli sensittivi fuq iż-żewġ naħat li se jkollu jintlaħaq ftehim fir-rigward ta' listi eżawrjenti tagħhom matul il-proċess tan-negozjar; li jiġu previsti perjodi ta' tranżizzjoni u kwoti xierqa għall-aktar prodotti sensittivi u, fi ftit każijiet, l-esklużjoni tagħhom, filwaqt li jitqies il-fatt li f’ħafna każijiet, dawk il-prodotti għandhom spejjeż ogħla tal-produzzjoni fl-UE minħabba r-regoli tal-UE;

(iii)

sabiex klawżola ta' salvagwardja tiġi inkorporata fil-ftehim, kif inhu stabbilit b'mod ċar fil-mandat ta' negozjar, li kieku tiġi invokata fejn żieda fl-importazzjonijiet ta’ prodott partikolari thedded li tikkawża ħsara serja għall-produzzjoni domestika, b’referenza speċifika għall-produzzjoni tal-ikel u għas-setturi kimiċi, tal-materja prima u tal-azzar li huma intensivi fl-użu tal-enerġija u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju fl-UE;

(iv)

li tibqa' tikkunsidra li, peress li l-UE hija l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja, jeżistu interessi offensivi importanti għall-UE fis-settur tas-servizzi speċjalizzati ħafna, pereżempju fl-oqsma tal-inġinerija u servizzi professjonali oħra, tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi finanzjarji jew tat-trasport;

(v)

li żżid l-aċċess għas-suq għas-servizzi skont approċċ ibbażat fuq “lista ibrida”, li fir-rigward tal-aċċess għas-suq juża “listi pożittivi”, li permezz tagħhom is-servizzi li għandhom jinfetħu għall-kumpaniji barranin jissemmew b'mod espliċitu u s-servizzi ġodda jiġu esklużi waqt li jiġi żgurat li l-klawżoli possibbli ta' sospensjoni (“stand-still”) u ta' aġġustament predefinit (“ratchet”) japplikaw biss għad-dispożizzjonijiet nondiskriminatorji u jippermettu biżżejjed flessibbiltà sabiex is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jitqiegħdu mill-ġdid fil-kontroll pubbliku kif ukoll sabiex jitqies il-feġġien ta' servizzi ġodda u innovattivi, u li fir-rigward tat-trattament nazzjonali juża approċċ ibbażat fuq “listi negattivi”;

(vi)

in-negozjati għandhom jindirizzaw b'mod sinifikanti u jneħħu r-restrizzjonijiet attwali tal-Istati Uniti fuq is-servizzi tat-trasport marittimu u bl-ajru li huma l-proprjetà ta' negozji Ewropej bħala riżultat tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti, bħal pereżempju l-Jones Act, il-Foreign Dredging Act, il-Federal Aviation Act u l-Air Cabotage law tal-Istati Uniti, u fir-rigward tar-restrizzjonijiet ta' kapital fuq is-sjieda tal-linji tal-ajru minn barranin, li jxekklu serjament l-aċċess għas-suq għall-kumpaniji tal-UE kif ukoll l-innovazzjoni fl-Istati Uniti nnifisha;

(vii)

li tibni fuq id-dikjarazzjoni konġunta li tirrifletti l-impenn ċar tan-negozjaturi li jeskludu lis-Servizzi ta' Interess Ġenerali attwali u futuri, kif ukoll lis-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali mill-kamp ta' applikazzjoni tat-TTIP, (inklużi, iżda mhux biss, l-ilma, is-saħħa, is-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-edukazzjoni), biex tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali u, jekk ikun applikabbli, dawk lokali jżommu d-dritt sħiħ li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura fir-rigward tal-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-provvista ta' servizzi pubbliċi kif dispost fit-Trattati kif ukoll fil-mandat ta' negozjar tal-UE; din l-esklużjoni għandha tapplika irrispettivament minn kif jiġu pprovduti u ffinanzjati s-servizzi;

(viii)

li tirsisti ħafna biex tiżgura r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, b'mod speċifiku permezz tal-ħolqien ta' qafas ġuridiku mal-istati federali li jkollhom setgħat regolatorji f'dan il-qasam, b'mod li l-professjonisti mill-UE u l-Istati Uniti jitħallew jipprattikaw fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku u li tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-investituri, il-professjonisti, il-ħaddiema b'kapaċitajiet għoljin ħafna u t-tekniċi bejn l-UE u l-Istati Uniti fis-setturi koperti mit-TTIP;

(ix)

li żżomm f'moħħha li l-faċilitazzjoni tal-viżi għall-fornituri ta' servizzi u prodotti Ewropej hija element kruċjali biex jiġi sfruttat il-ftehim u biex tiżdied, fil-kuntest tan-negozjati, il-pressjoni politika fuq l-Istati Uniti biex tiggarantixxi reċiproċità sħiħa tal-viżi u trattament ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri tal-UE mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-Istati Uniti;

(x)

li tikkombina negozjati dwar l-aċċess għas-suq fir-rigward tas-servizzi finanzjarji mal-konverġenza fir-regolamentazzjoni finanzjarja fl-ogħla livell, sabiex tappoġġa l-introduzzjoni u l-kompatibbiltà ta' regolamentazzjoni meħtieġa b'mod li tissaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja, tiġi żgurata protezzjoni xierqa għall-konsumaturi ta' prodotti u servizzi finanzjarji u jiġu appoġġati l-isforzi ta' kooperazzjoni kontinwa f'forums internazzjonali oħrajn, bħall-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja; li tiżgura li dawn l-isforzi ta' kooperazzjoni ma jillimitawx is-sovranità regolatorja u superviżorja tal-UE u l-Istati Membri, inkluża l-kapaċità tagħhom li jipprojbixxu ċerti prodotti u attivitajiet finanzjarji;

(xi)

li tistabbilixxi kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE, l-Istati Membri u l-Istati Uniti, inklużi mekkaniżmi għal kooperazzjoni internazzjonali aktar effiċjenti bil-għan li jiġu stabbiliti standards globali ta' livell ogħla kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni finanzjarji u fiskali;

(xii)

li tiżgura li l-acquis tal-UE dwar il-privatezza tad-data ma jiġix kompromess permezz tal-liberalizzazzjoni tal-flussi ta' data, b'mod partikolari fil-qasam tal-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji, filwaqt li tirrikonoxxi r-rilevanza tal-flussi ta' data bħala s-sinsla tal-kummerċ trans-Atlantiku u tal-ekonomija diġitali; li tinkorpora, bħala punt fundamentali, dispożizzjoni orizzontali komprensiva, mhux ambigwa u awtonoma, ibbażata fuq l-Artikolu XIV tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), li teżenta għalkollox il-qafas ġuridiku eżistenti u futur tal-UE għall-protezzjoni tad-data personali mill-ftehim, mingħajr ebda kondizzjoni li jrid ikun konsistenti ma' partijiet oħra tat-TTIP; li tinnegozja dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-fluss ta' data personali biss jekk tkun garantita u rispettata l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, u li tikkoopera mal-Istati Uniti b'mod li l-pajjiżi terzi jitħeġġu jadottaw standards dwar il-protezzjoni tad-data ta' livell għoli simili madwar id-dinja;

(xiii)

li tibqa' tikkunsidra li l-approvazzjoni mogħtija mill-Parlament Ewropew għall-Ftehim TTIP finali tista' tiġi pperikolata sakemm l-attivitajiet ta' sorveljanza tal-massa ġenerali tal-Istati Uniti ma jiġux abbandunati għalkollox u tinstab soluzzjoni adegwata għad-drittijiet għall-privatezza tad-data, inklużi r-rimedju amministrattiv u r-rimedju ġudizzjarju, kif stabbilit fil-paragrafu 74 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Marzu 2014 (27);

(xiv)

li tiżgura li l-fiduċja bejn l-UE u l-Istati Uniti, li saritilha ħsara mill-iskandli ta' sorveljanza tal-massa, titreġġa' lura għal li kienet malajr u kompletament;

(xv)

li tinkludi kapitolu ambizzjuż rigward il-kompetizzjoni biex tiżgura li l-liġi dwar il-kompetizzjoni Ewropea tiġi rrispettata kif xieraq, b'mod partikolari fid-dinja diġitali; li tiżgura li l-kumpaniji privati jkunu jistgħu jikkompetu b'mod ġust mal-kumpaniji taħt sjieda jew kontroll tal-istat; li tiżgura li s-sussidji mill-istat lill-kumpaniji privati għandhom ikunu regolati u soġġetti għal sistema ta' kontroll trasparenti;

(xvi)

li tappella għal kompetizzjoni miftuħa fl-ekonomija diġitali u għall-iżvilupp ta' din l-ekonomija, li min-natura tagħha hi globali imma li għandha l-bażijiet ewlenin tagħha fl-UE u fl-Istati Uniti; li tenfasizza fin-negozjati li l-ekonomija diġitali trid tkun ċentrali għas-suq trans-Atlantiku, b'influwenza fl-ekonomija globali u fit-tiftiħ ulterjuri tas-swieq globali;

(xvii)

li tibqa' tikkunsidra, fir-rigward tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, li hu ta' importanza partikolari li t-TTIP tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti flimkien ma' aċċess ugwali u trasparenti bbażat fuq ir-reċiproċità għall-kumpaniji ta' servizzi tal-UE fir-rigward tas-suq tal-Istati Uniti u b'obbligu fuq il-fornituri ta' servizzi tal-Istati Uniti biex jirrispettaw u jikkonformaw mal-istandards tal-industrija u fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti u mad-drittijiet tal-konsumaturi rilevanti kollha, meta jkunu qed jipprovdu servizzi fl-Ewropa jew lil klijenti Ewropej;

(xviii)

li tiżgura, permezz ta' klawżola vinkolanti ġenerali applikabbli għall-ftehim kollu, f'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li l-partijiet jirriżervaw id-dritt tagħhom li jadottaw jew iżommu kwalunkwe miżura (b'mod partikolari dawk ta' natura regolatorja u/jew finanzjarja) fir-rigward tal-protezzjoni jew il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, bi qbil mal-Artikoli rilevanti kif stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu medjatiċi, irrispettivament mit-teknoloġija jew il-pjattaforma ta' distribuzzjoni użati u waqt li jibqa' jiġi kkunsidrat il-fatt li l-mandat mogħti lill-Kummissjoni Ewropea mill-Istati Membri jeskludi b'mod espliċitu s-servizzi awdjoviżivi;

(xix)

li tispeċifika li fil-ftehim m'hemm xejn li jaffettwa l-ħila tal-UE jew tal-Istati Membri tagħha li jissussidjaw u jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-industriji kulturali, kif ukoll lis-servizzi kulturali, edukattivi, awdjoviżivi u tal-istampa;

(xx)

li tikkonferma li s-sistemi ta' prezzijiet fissi għall-kotba u l-iffissar tal-prezzijiet għall-gazzetti u r-rivisti mhumiex se jiġu kkontestati mill-obbligi taħt il-ftehim dwar it-TTIP;

(xxi)

li tiżgura, permezz ta' klawżola ġenerali, id-dritt tal-Istati Membri tal-UE li jadottaw jew iżommu kwalunkwe miżura fir-rigward tal-forniment tas-servizzi edukattivi u kulturali kollha li jaħdmu mingħajr skop ta’ qligħ u/jew jirċievu finanzjament pubbliku fi kwalunkwe grad jew appoġġ mill-Istat fi kwalunkwe forma u li jiżguraw li l-fornituri barranin iffinanzjati privatament jilħqu l-istess kwalità u rekwiżiti ta’ akkreditament tal-fornituri domestiċi;

(xxii)

li, minħabba l-interess enormi min-naħa tal-kumpaniji Ewropej, b'mod speċifiku l-SMEs, fil-ksib ta' aċċess mhux diskriminatorju għall-kuntratti pubbliċi fl-Istati Uniti, kemm fil-livell federali kif ukoll fil-livell subfederali, pereżempju għas-servizzi tal-bini, l-inġinerija ċivili, l-infrastruttura tat-trasport u l-enerġija, u l-prodotti u s-servizzi, ikollha approċċ ambizzjuż għall-kapitolu rigward l-akkwist pubbliku, filwaqt li tirrispetta l-konformità tal-kapitolu mad-direttivi l-ġodda tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u dwar il-konċessjonijiet, bl-intenzjoni li titranġa, bi qbil mal-prinċipju ta' reċiproċità, id-diskrepanza kbira li teżisti attwalment fil-grad ta' ftuħ taż-żewġt iswieq tal-akkwist pubbliku fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, billi jinfetaħ b'mod sinifikanti s-suq tal-Istati Uniti (li għadu regolat mill-Buy American Act tal-1933) kemm fil-livell federali u kemm f'dak subfederali, abbażi tal-impenji li saru fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet li japplikaw attwalment bl-istess mod fil-livelli federali, statali u lokali fl-Istati Uniti; u li tistabbilixxi l-mekkaniżmi li jiggarantixxu li l-impenji li saru mill-awtoritajiet federali tal-Istati Uniti se jiġu onorati f'kull livell politiku u amministrattiv;

(xxiii)

li tiżgura, bil-għan li toħloq rekwiżiti proċedurali miftuħin, mhux diskriminatorji u prevedibbli li jiżguraw aċċess ugwali għall-kumpaniji tal-UE u tal-Istati Uniti, speċjalment l-SMEs, meta jkunu qed iressqu offerti għal kuntratti pubbliċi, li l-Istati Uniti żżid it-trasparenza fil-proċess ta' aġġudikazzjoni fis-seħħ fit-territorju tagħha;

(xxiv)

li tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-livell internazzjonali sabiex jiġu promossi l-istandards ta' sostenibbiltà komuni għall-akkwist pubbliku fil-livell federali u subfederali kollha tal-gvern, fost oħrajn fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi li ġie rivedut dan l-aħħar; u fl-adozzjoni u fir-rispett tal-istandards fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali mill-impriżi abbażi tal-Linji Gwida għal Impriżi Multinazzjonali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD);

(xxv)

li tiżgura li l-istati tal-Istati Uniti jiġu inklużi fil-proċess ta' negozjar b'mod li jinkisbu riżultati sinifikanti fit-tiftiħ tal-kuntratti għal akkwist pubbliku fl-Istati Uniti għall-kumpaniji tal-UE;

(xxvi)

li tkun konxja, fir-rigward tal-akkwist pubbliku, tan-natura sensittiva tal-oqsma tad-difiża u s-sigurtà u li tqis l-objettivi stabbiliti mill-Kapijiet ta' Stati u Gvernijiet matul il-Kunsill dwar id-Difiża tal-2013 biex jiġi promoss l-istabbiliment ta' suq Ewropew fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża u ta' bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB);

(xxvii)

li tiżgura li n-negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini jkollhom l-għan li jirrikonċiljaw l-approċċi tal-UE u tal-Istati Uniti u li jistabbilixxu regoli tal-oriġini effikaċi, biex b'hekk jiġi evitat li r-regoli tal-oriġini jiddgħajfu minn ftehimiet oħrajn u li tikkunsidra lin-negozjati bħala opportunità biex isir progress lejn standards komuni għal immarkar obbligatorju tal-oriġini ta' prodotti; minħabba l-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada u l-ammeljorament potenzjali tal-ftehim ta' kummerċ ħieles UE-Messiku, se jkun hemm bżonn li jiġu kkunsidrati l-possibbiltà u l-ambitu ta' akkumulazzjoni; li tibqa' tikkunsidra madankollu li l-għan tat-TTIP hu li tiffaċilita l-kummerċ fil-prodotti li jkunu ġew immanifatturati ġenwinament fl-Istati Uniti u fl-UE b’mod ġenwin u li ma tippermettix l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, u għalhekk se jkun hemm bżonn li l-esklużjonijiet ta' ċerti prodotti jiġu kkunsidrati speċifikament għal kull każ individwali u għandhom jingħataw esklużjonijiet minn kull tip ta' akkumulazzjoni għas-setturi sensittivi;

(xxviii)

li tiżgura li t-TTIP ikun ftehim miftuħ, u li tfittex modi kif is-sħab importanti, li jkollhom interess fin-negozjati dwar it-TTIP minħabba ftehimiet dwar Unjoni Doganali mal-UE jew mal-Istati Uniti, jistgħu jinżammu informati b'mod aktar attiv rigward l-iżviluppi;

(c)

rigward il-kooperazzjoni regolatorja u l-pilastru għall-koerenza u l-ONT:

(i)

li tiżgura li l-kapitolu tal-kooperazzjoni regolatorja jippromwovi ambjent ekonomiku trasparenti, effikaċi u prokompetittiv permezz tal-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-ostakli nontariffarji potenzjali għall-kummerċ fil-ġejjieni, li jolqtu lill-SMEs b'mod sproporzjonat, u tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-investiment waqt li jiġu żviluppati u garantiti l-ogħla livelli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà bi qbil mal-prinċipju ta' prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 TFUE, u tal-leġiżlazzjoni tal-konsumatur, tax-xogħol, ambjentali u tal-benessri tal-annimali u tad-diversità kulturali li teżisti fi ħdan l-UE; li tappoġġa, filwaqt li tirrispetta kompletament l-awtonomija regolatorja, l-istabbiliment ta' djalogu strutturat u kooperazzjoni bejn ir-regolaturi bl-iktar mod trasparenti possibbli u bl-involviment tal-partijiet interessati; li tinkludi dixxiplini trasversali dwar il-koerenza u t-trasparenza regolatorji għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' regolamenti effiċjenti, kosteffettivi, u aktar kompatibbli għall-prodotti u s-servizzi; jeħtieġ li n-negozjaturi fuq iż-żewġ naħat jidentifikaw u jkunu ċari ħafna dwar liema proċeduri u standards tekniċi huma fundamentali u ma jistgħux jiġu kompromessi, liema jistgħu jkunu s-suġġett ta' approċċ komuni, liema huma l-oqsma fejn ir-rikonoxximent reċiproku bbażat fuq standard għoli komuni u sistema b'saħħitha ta' sorveljanza tas-suq huma mixtieqa u liema huma dawk fejn sempliċiment huwa possibbli titjib fl-iskambju ta' informazzjoni, abbażi tal-esperjenza ta' diversi snin ta' diskussjonijiet f'diversi fora fosthom il-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku u l-Forum ta' Kooperazzjoni Regolatorja ta' Livell Għoli biex jiġi żgurat bl-istess mod li mhux se jaffettwa l-istandards li għad iridu jiġu stabbiliti f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni jew l-istandards huma differenti ħafna fl-Istati Uniti meta mqabbla mal-UE, bħal, pereżempju, fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni (qafas) eżistenti (pereżempju, REACH), jew l-adozzjoni ta' liġijiet ġodda (pereżempju, il-klonazzjoni), jew definizzjonijiet futuri li jaffettwaw il-livell ta' protezzjoni (pereżempju, il-kimiċi li jinterferixxu mas-sistema endokrinali); li tiżgura li kwalunkwe dispożizzjoni dwar kooperazzjoni regolatorja fit-TTIP ma tistabbilixxix rekwiżit proċedurali għall-adozzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati minnha u lanqas ma tagħti lok għal drittijiet infurzabbli f'dak ir-rigward;

(ii)

li tibbaża n-negozjati dwar il-miżuri tal-SPS u l-OTK fuq il-prinċipji ewlenin tal-ftehimiet multilaterali SPS u OTK u li tipproteġi l-istandards u l-proċeduri SPS Ewropej; li, l-ewwel nett, timmira lejn l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis sinifikanti tal-miżuri SPS eċċessivament iebsa, inklużi l-proċeduri ta' importazzjoni relatati; li tiżgura b'mod partikolari li l-approvazzjonijiet minn qabel, il-protokolli obbligatorji jew l-ispezzjonijiet ta' qabel l-approvazzjoni doganali ma jiġux applikati bħala miżura ta' importazzjoni permanenti; li tikseb aktar trasparenza u ftuħ, rikonoxximent reċiproku ta' standards ekwivalenti, skambji tal-aħjar prattiki, it-tisħiħ tad-djalogu bejn ir-regolaturi u l-partijiet interessati u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-korpi li jistabbilixxu l-istandards internazzjonali; li tiżgura fin-negozjati dwar il-miżuri tal-SPS u l-OTK, li l-istandards għoljin li jkunu ġew implimentati sabiex jiżguraw is-sikurezza tal-ikel, il-ħajja jew is-saħħa tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti fl-UE ma jiġu kompromessi bl-ebda mod;

(iii)

li tirrikonoxxi li fejn l-UE u l-Istati Uniti għandhom regoli differenti ħafna, ma jkunx hemm ftehim, bħal pereżempju fis-servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika, l-OĠM, l-użu ta' ormoni fis-settur bovin, ir-REACH u l-implimentazzjoni tiegħu, u l-ikklonjar ta' annimali għall-iskopijiet ta' trobbija, u għaldaqstant ma tinnegozjax fuq dawn il-kwistjonijiet;

(iv)

li tinkoraġġixxi lill-Istati Uniti tneħħi l-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet taċ-ċanga mill-UE;

(v)

rigward il-kapitolu dwar il-kooperazzjoni regolatorja orizzontali, li trawwem il-kooperazzjoni regolatorja bilaterali sabiex tevita d-diverġenza mhux meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġiji u s-servizzi ġodda, għall-benefiċċju tal-kompetittività u l-għażla tal-konsumatur tal-Ewropa u l-Istati Uniti; li dan tiksbu permezz ta' titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u li tippromwovi l-adozzjoni, u l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali, waqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, abbażi ta' preċedenti ta' suċċess bħal, pereżempju, l-istandards ISO jew taħt il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP.29) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE); li tiftakar li r-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-akbar numru possibbli ta' regolamenti dwar is-sikurezza tal-vetturi abbażi ta' livell ekwivalenti vverifikat ta' protezzjoni jkun wieħed mis-suċċessi l-aktar importanti tal-ftehim; li tiżgura li l-valutazzjoni tal-impatt preċedenti għal kull att regolatorju għandha tkejjel l-impatt tiegħu fuq il-konsumaturi u l-ambjent flimkien mal-impatt tiegħu fuq il-kummerċ u l-investiment; li tippromwovi l-kompatibbiltà regolatorja mingħajr ma tikkomprometti l-objettivi regolatorji u tal-politika leġittimi u l-kompetenzi tal-leġiżlaturi tal-UE u tal-Istati Uniti;

(vi)

li timmira li tkompli tiggarantixxi livell għoli ta' sikurezza tal-prodotti fi ħdan l-Unjoni filwaqt li tiġi eliminata d-duplikazzjoni żejda tal-ittestjar li tikkawża ħela ta' riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-prodotti b'riskju baxx;

(vii)

li tindirizza kwistjonijiet doganali li jmorru lil hinn mir-regoli tal-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO (TFA) u tenfasizza li, sabiex tinkiseb it-tneħħija reali tal-piż amministrattiv, hemm bżonn li ssir ħidma lejn livell massimu ta' allinjament regolatorju fir-rigward tal-politiki u l-prattiki doganali u dawk relatati mal-fruntieri;

(viii)

li tiddefinixxi b'mod ċar, fil-kuntest tal-kooperazzjoni regolatorja futura, liema miżuri jikkonċernaw l-OTK u l-piżijiet u l-formalitajiet amministrattivi duplikati jew obsoleti u liema huma marbuta ma' standards u regolamenti fundamentali, jew ma' proċeduri li jaqdu objettiv ta' politika pubblika;

(ix)

li tirrispetta bis-sħiħ is-sistemi regolatorji stabbiliti fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku, kif ukoll ir-rwol tal-Parlament Ewropew fi ħdan il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u l-iskrutinju demokratiku tiegħu fuq il-proċessi regolatorji tal-UE fil-ħolqien tal-qafas għal kooperazzjoni futura waqt li, fl-istess ħin, tiżgura l-ogħla trasparenza u tibqa' tissorvelja l-involviment ibbilanċjat tal-partijiet interessati fi ħdan il-konsultazzjonijiet inklużi fl-iżvilupp ta' proposta regolatorja u mhux li jiddewwem il-proċess leġiżlattiv Ewropew; li tispeċifika r-rwol, il-kompożizzjoni u l-istatus ġuridiku tal-Korp ta' Kooperazzjoni Regolatorja, waqt li tqis il-fatt li kwalunkwe applikazzjoni diretta u mandatorja tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu tkun timplika ksur tal-proċeduri ta' leġiferazzjoni stabbiliti fit-Trattati; li timmonitorja wkoll li tinżamm kompletament preżervata l-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jilleġiżlaw il-politiki tagħhom stess, b'mod partikolari l-politiki soċjali u ambjentali;

(d)

rigward ir-regoli:

(i)

li tgħaqqad in-negozjati dwar l-aċċess għas-suq u l-kooperazzjoni regolatorja mal-istabbiliment ta' regoli u prinċipji ambizzjużi, waqt li tibqa' tikkunsidra li kull pilastru għandu sensittivitajiet speċifiċi, rigward kwistjonijiet bħal, iżda mhux biss, l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija, l-SMEs, l-investiment u l-impriżi b'sjieda statali;

(ii)

li tiżgura li l-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli jkun vinkolanti u infurzabbli u jkollu l-għan li jilħaq ir-ratifika, l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ u effettivi tat-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-kontenut tagħhom, l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO kif ukoll il-ftehimiet ambjentali internazzjonali ewlenin; id-dispożizzjonijiet iridu jkunu mmirati biex itejbu ulterjorment il-livelli ta' protezzjoni tal-istandards fil-qasam tax-xogħol u f'dak ambjentali; kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli ambizzjuż jeħtieġ jinkludi wkoll regoli dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva abbażi tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u djalogu mas-soċjetà ċivili strutturat b'mod ċar;

(iii)

li tiżgura li l-istandards fil-qasam tax-xogħol u f'dak ambjentali ma jkunux limitati għall-kapitolu rigward il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli iżda bl-istess mod jiġu inklużi f'oqsma oħra tal-ftehim, bħall-investiment, in-negozju fis-servizzi, il-kooperazzjoni regolatorja u l-akkwist pubbliku;

(iv)

li tiżgura li l-istandards fil-qasam tax-xogħol u f'dak ambjentali jkunu infurzabbli, billi tibni fuq l-esperjenza tajba tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles eżistenti mill-UE u l-Istati Uniti u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali; li tiżgura li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol u l-konformità magħhom ikunu suġġetti għal proċess effikaċi ta' monitoraġġ, li jinvolvi lis-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u għas-soluzzjoni ġenerali ta' tilwim li tapplika għall-ftehim kollu;

(v)

li tiżgura, b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l-impjegati tal-kumpaniji trans-Atlantiċi, reġistrati taħt il-liġi tal-Istati Membri tal-UE, ikollhom aċċess għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni f'konformità mad-direttiva Ewropea dwar il-kunsill tax-xogħlijiet;

(vi)

li tiżgura li l-impatt fuq l-ekonomija, l-impjiegi, is-soċjetà u l-ambjent tat-TTIP jiġi eżaminat ukoll permezz ta' valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibbiltà (VIS) ex-ante komprensiva u oġġettiva b'rispett sħiħ tad-Direttiva tal-UE dwar il-VIS, b'involviment ċar u strutturat mill-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluża s-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni twettaq studji tal-impatt fil-fond komparattivi għal kull Stat Membru u evalwazzjoni tal-kompetittività tas-setturi tal-UE u l-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti bil-għan li tagħmel previżjonijiet dwar telf ta' impjiegi u qligħ fis-setturi milquta f'kull Stat Membru, fejn l-ispejjeż ta' aġġustament jistgħu jiġu koperti parzjalment permezz ta' finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri;

(vii)

li żżomm l-objettiv li tiddedika kapitolu speċifiku għall-enerġija, inkluża l-materja prima industrijali; li tiżgura li matul in-negozjati, iż-żewġ naħat jeżaminaw modi biex jiffaċilitaw l-esportazzjonijiet tal-enerġija, biex b'hekk it-TTIP tkun tista' tabolixxi kwalunkwe restrizzjoni jew impediment eżistenti ta' esportazzjoni fuq il-fjuwils, inkluż l-LNG u ż-żejt mhux raffinat, bejn iż-żewġ sħab kummerċjali, bil-għan li joħolqu suq tal-enerġija kompetittiv, trasparenti u nondiskriminatorju u b'hekk jappoġġaw id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, li tikkontribwixxi għas-sigurtà ta' provvista u twassal għal prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi; jenfasizza li jeħtieġ li dan il-kapitolu għall-enerġija jintegra garanziji ċari li l-istandards ambjentali tal-UE u l-miri tagħha fil-qasam tal-azzjoni klimatika m'għandhomx jiddgħajfu; li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti biex jintemmu l-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-fjuwil għall-avjazzjoni kummerċjali skont l-impenji tal-G20 biex is-sussidji għall-fjuwils fossili jitneħħew gradwalment;

(viii)

li tiżgura li d-dritt ta' kull sieħeb li jirregola l-esplorazzjoni, l-isfruttament u l-produzzjoni tas-sorsi ta' enerġija għandu jibqa' mhux mimsus minn kwalunkwe ftehim, iżda għandu jiġi applikat il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ladarba jiġi deċiż l-isfruttament; li tibqa' tikkunsidra li xejn fil-ftehim m'għandu jdgħajjef deċiżjonijiet demokratiċi leġittimi nondiskriminatorji fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija, f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni; li tiżgura li l-aċċess għall-materja prima kif ukoll għall-enerġija għandu jingħata wkoll fuq bażi nondiskriminatorja għall-kumpaniji mill-UE jew mill-Istati Uniti u l-istandards tal-kwalità għall-prodotti tal-enerġija jridu jiġu rrispettati, inklużi dawk għal prodotti tal-enerġija relatati mal-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet ta' CO2 bħal dak stabbilit fid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil;

(ix)

li tiżgura li t-TTIP tappoġġa l-użu u l-promozzjoni ta' prodotti u servizzi ekoloġiċi, inkluż billi jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tagħhom, u tissimplifika l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tagħhom biex b'hekk tisfrutta l-potenzjal konsiderevoli għal kisbiet ambjentali u ekonomiċi li toffri l-ekonomija trans-Atlantika u tikkomplementa n-negozjati plurilaterali li għaddejjin fuq il-Ftehim dwar il-Prodotti Ekoloġiċi bil-għan li tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tisħin globali u għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda fl-“ekonomija ekoloġika”;

(x)

li tiżgura li t-TTIP sservi bħala forum għall-iżvilupp ta' standards ta' sostenibbiltà komuni ambizzjużi u vinkolanti għall-produzzjoni tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li dejjem jitqiesu l-istandards eżistenti u jiġu applikati fuq iż-żewġ naħat, standards bħad-direttivi tal-UE dwar it-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn u li tesplora modi biex issaħħaħ il-kooperazzjoni dwar ir-riċerka rigward l-enerġija, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-promozzjoni ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u li jirrispettaw l-ambjent;

(xi)

li tiżgura li t-TTIP tikkontribwixxi għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, b'mod partikolari permezz ta' kooperazzjoni bejn il-partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU);

(xii)

li tiżgura li t-TTIP tinkludi kapitolu speċifiku dwar l-SMEs abbażi tal-impenn konġunt taż-żewġ partijiet fin-negozjati u li jkollha l-għan li toħloq opportunitajiet ġodda fl-Istati Uniti għall-SMEs Ewropej (inklużi l-mikroimpriżi), fuq il-bażi tal-esperjenza reali rrappurtata mill-esportaturi SMEs, pereżempju bl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni doppja, bl-istabbiliment ta' sistema ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet dwar ir-regolamenti differenti u l-aħjar prattiki, bl-iffaċilitar tal-aċċess għal skemi ta' appoġġ għall-SMEs, bl-introduzzjoni ta' proċeduri “preferenzjali” fil-fruntieri jew bl-eliminazzjoni tat-tariffi speċifiċi li, għal raġunijiet ta' protezzjoni, ikunu relattivament għoljin meta mqabbla ma' tariffi oħra ('tariff peaks') u li għadhom jeżistu; għandha tistabbilixxi mekkaniżmi għaż-żewġ naħat biex jaħdmu flimkien sabiex tiġi faċilitata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-kummerċ u l-investiment trans-Atlantiċi, pereżempju permezz ta' “punt uniku ta' servizz” komuni għall-SMEs bil-partijiet interessati fil-qasam tal-SMEs jiżvolġu rwol ewlieni fl-istabbiliment tiegħu, li kieku jkun jipprovdi l-informazzjoni speċifika li jeħtieġu biex jesportaw lejn, jimportaw minn u jinvestu fl-Istati Uniti, inkluż dwar dazji doganali, taxxi, regolamenti, proċeduri doganali u opportunitajiet tas-suq;

(xiii)

li tiżgura li t-TTIP tinkludi kapitolu komprensiv dwar l-investiment li jinkludi dispożizzjonijiet kemm dwar l-aċċess għas-suq kif ukoll dwar il-protezzjoni tal-investiment, filwaqt li tirrikonoxxi li l-aċċess għall-kapital jista' jistimula l-impjiegi u t-tkabbir; il-kapitolu dwar l-investiment għandu jkollu l-għan li jiżgura trattament nondiskriminatorju għall-kumpaniji mill-Ewropa u mill-Istati Uniti li jkunu jridu jistabbilixxu ruħhom fit-territorji ta' xulxin, waqt li titqies in-natura sensittiva ta' xi setturi speċifiċi; dawn għandhom ifittxu li jsaħħu l-Ewropa bħala destinazzjoni għall-investiment, iżidu l-fiduċja għall-investiment mill-UE fl-Istati Uniti u jindirizzaw ukoll l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-investituri billi jirreferu, inter alia, għall-prinċipji tal-OECD għall-impriżi multinazzjonali u l-prinċipji tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem bħala l-parametri referenzjarji;

(xiv)

li tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment ikunu limitati għad-dispożizzjonijiet ta' wara l-istabbiliment u jiffukaw fuq it-trattament nazzjonali, l-aktar nazzjon favorit, it-trattament ġust u ekwu u l-protezzjoni kontra l-esproprjazzjoni diretta u indiretta, inkluż id-dritt għal kumpens fil-pront, adegwat u effikaċi; l-istandards ta' protezzjoni u d-definizzjonijiet ta' investitur u ta' investiment għandhom jitfasslu b'mod ġuridiku preċiż biex jipproteġu d-dritt għal regolamentazzjoni fl-interess pubbliku, jiċċaraw it-tifsira ta' esproprjazzjoni indiretta u jipprevjenu t-talbiet bla bażi u frivoli; it-trasferiment liberu tal-kapital għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-trattati tal-UE u għandu jinkludi konċessjoni prudenzjali mhux limitata biż-żmien fil-każ ta' kriżijiet finanzjarji;

(xv)

li tiżgura li l-investituri barranin jiġu trattati b'mod nondiskriminatorju, filwaqt li ma jibbenefikawx minn aktar drittijiet mill-investituri domestiċi, u tissostitwixxi s-sistema ISDS b'sistema ġdidagħar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati, li tkun soġġetta għall-prinċipji u l-iskrutinju demokratiċi, fejn il-każijiet potenzjali jiġu trattati b'mod trasparenti minn imħallfin professjonali indipendenti maħtura pubblikament f'seduti pubbliċi u li tkun tinkludi mekkaniżmu ta' appell, fejn il-konsistenza tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tkun żguratal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-UE u tal-Istati Membri tiġi rispettata u fejn l-interessi privati ma jkunux jistgħu jdgħajfu l-objettivi tal-politika pubblika;

(xvi)

li tiżgura li t-TTIP tinkludi kapitolu ambizzjuż, bilanċjat u modern dwar oqsma definiti b'mod preċiż tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi r-rikonoxximent u l-protezzjoni mtejba tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, u tirrifletti livell ta' protezzjoni ġust u effiċjenti, mingħajr ma tfixkel il-ħtieġa tal-UE li tirriforma s-sistema tagħha tad-drittijiet tal-awtur u filwaqt li tiżgura bilanċ ġust bejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-interess pubbliku, b'mod partikolari l-ħtieġa li tippreżerva l-aċċess għal mediċini bi prezz raġonevoli billi tkompli tappoġġa l-flessibilitajiet tat-TRIPS;

(xvii)

li tqis li huwa importanti ħafna li l-UE u l-Istati Uniti jibqgħu impenjati u involuti fid-diskussjonijiet globali u multilaterali dwar l-armonizzazzjoni tal-privattivi permezz tal-entitajiet internazzjonali eżistenti, u għaldaqstant iwissi kontra t-tentattivi biex jiġu introdotti dispożizzjonijiet fir-rigward tad-dritt sostantiv dwar il-privattivi, b'mod partikolari b'rabta ma' kwistjonijiet relatati mal-ammissibilità għar-reġistrazzjoni ta' privattiva u l-perjodi ta' grazzja, fit-TTIP;

(xviii)

li tiżgura li l-kapitolu dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà ta' intermedjarji fuq l-internet jew dwar sanzjonijiet kriminali bħala għodda għall-infurzar, billi dawn ġew miċħuda preċedentement mill-Parlament, inkluż it-trattat propost tal-ACTA;

(xix)

li tiżgura rikonoxximent sħiħ u protezzjoni ġuridika b'saħħitha tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE u miżuri li jindirizzaw l-użu mhux xieraq u informazzjoni u prattiċi qarrieqa; li tiggarantixxi t-tikkettar, it-traċċabbiltà u l-oriġini ġenwina ta' dawn il-prodotti għall-konsumaturi u l-protezzjoni tal-għarfien tal-produtturi bħala parti essenzjali minn ftehim ibbilanċjat;

(e)

rigward it-trasparenza, l-involviment tas-soċjetà ċivili, il-komunikazzjoni fil-livell pubbliku u dak politiku:

(i)

li tissokta fl-isforzi li għaddejjin biex tiżdied it-trasparenza fin-negozjati billi tagħmel aktar proposti ta' negozjati disponibbli għall-pubbliku ġenerali, li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti;

(ii)

li tittraduċi dawn l-isforzi għal trasparenza f'riżultati prattiċi sinifikanti, inter alia billi tilħaq arranġamenti man-naħa tal-Istati Uniti biex tittejjeb it-trasparenza, inkluż l-aċċess għad-dokumenti kollha tan-negozjati għall-Membri tal-Parlament Ewropew, inklużi t-testi konsolidati, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm il-kunfidenzjalità xierqa, sabiex il-Membri tal-Parlament u l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżviluppaw diskussjonijiet kostruttivi mal-partijiet interessati u l-pubbliku; li tiżgura li ż-żewġ partijiet fin-negozjati għandhom jiġġustifikaw kull rifjut li jiżvelaw proposta ta' negozjar;

(iii)

li tippromwovi involviment dejjem eqreb mal-Istati Membri, li kienu responsabbli għall-mandat ta' negozjar li wassal biex il-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti, bl-għan li jitrawwem l-involviment attiv tagħhom fit-titjib tal-komunikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-benefiċċji possibbli tal-ftehim għaċ-ċittadini Ewropej, skont l-impenn li ttieħed fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-20 ta' Marzu 2015, sabiex jiġi żgurat dibattitu pubbliku wiesa' u bbażat fuq il-fatti dwar it-TTIP fl-Ewropa bl-għan li jiġi esplorat it-tħassib ġenwin madwar il-ftehim;

(iv)

li ssaħħaħ l-involviment kontinwu u trasparenti tagħha ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati matul il-proċess tan-negozjati; jinkoraġġixxi lill-partijiet interessati kollha jipparteċipaw b'mod attiv u jressqu inizjattivi u informazzjoni rilevanti għan-negozjati;

(v)

li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvolvu lill-parlamenti nazzjonali b'konformità mal-obbligi kostituzzjonali rispettivi tagħhom, li tipprovdi l-appoġġ kollu meħtieġ għall-Istati Membri biex iwettqu dan il-kompitu u li ssaħħaħ l-komunikazzjoni lill-parlamenti nazzjonali, bil-għan li l-parlamenti nazzjonali jinżammu infurmati b'mod adegwat dwar in-negozjati li għaddejjin;

(vi)

li tibni fuq l-involviment mill-qrib mal-Parlament u tfittex djalogu strutturat u saħansitra eqreb, li se jkompli jissorvelja mill-qrib il-proċess ta' negozjati u se jinvolvi ruħu flimkien mal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-Kungress u l-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti, kif ukoll mal-partijiet interessati fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku sabiex jiżgura eżitu li jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini fl-UE, fl-Istati Uniti u lil hinn minnhom;

(vii)

li tiżgura li t-TTIP u l-implimentazzjoni futura tagħha jkunu akkumpanjati minn approfondiment tal-kooperazzjoni parlamentari trans-Atlantika, fuq il-bażi u bl-użu tal-esperjenza tad-Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi, biex fil-futur ikun hemm qafas politiku usa' u mtejjeb sabiex jiġu żviluppati approċċi komuni, tissaħħaħ is-sħubija strateġika u titjieb il-kooperazzjoni globali bejn l-UE u l-Istati Uniti;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni u, għall-informazzjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Amministrazzjoni u l-Kungress tal-Istati Uniti.


(1)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11103-2013-DCL-1/mt/pdf

(2)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/ec/141920.pdf

(3)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/145906.pdf

(4)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-14-1820_en.htm

(5)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-79-2014-INIT/mt/pdf

(6)  http://ec.europa.eu/priorities/docs/pg_mt.pdf

(7)  http://ec.europa.eu/news/2014/docs/c_2014_9052_en.pdf

(8)  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-2341_en.htm

(9)  http://ec.europa.eu/dgs/health_consumer/information_sources/docs/from_farm_to_fork_2004_en.pdf

(10)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153022.pdf

(11)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153023.pdf

(12)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153024.pdf

(13)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153025.pdf

(14)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153026.pdf

(15)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153027.pdf

(16)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153028.pdf

(17)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153029.pdf

(18)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153030.pdf

(19)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153031.pdf

(20)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/january/tradoc_153032.pdf

(21)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/february/tradoc_153120.pdf

(22)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/may/tradoc_152512.pdf

(23)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153259.pdf

(24)  ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 53.

(25)  Testi adottati, P7_TA(2013)0227.

(26)  Testi adottati, P8_TA(2015)0009.

(27)  Testi adottati, P7_TA(2014)0230.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/48


P8_TA(2015)0264

Inzjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Nisfruttaw il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi (2014/2238(INI))

(2017/C 265/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi: Jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika għall-ħolqien tal-impjiegi” (COM(2014)0446),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs” (COM(2014)0440),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta’ skart żero għall-Ewropa” (COM(2014)0398),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “L-isfruttament tal-potenzjal fir-rigward ta’ impjiegi li joffri t-tkabbir ekoloġiku” (SWD(2012)0092),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2010 dwar “Politiki dwar impjiegi għal ekonomija kompetittiva, b’livell baxx ta’ karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ekoloġika”,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni Pjan ta’ azzjoni ekoloġiku għall-SMEs u l-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi”,

wara li kkunsidra l-istudju tal-OECD/Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali tal-2014 dwar “Impjiegi u Ħiliet aktar Ekoloġiċi, Studji tal-OECD dwar it-Tkabbir Ekoloġiku”,

wara li kkunsidra l-Analiżi tal-Osservatorju Ewropew tal-Impjieg ta’ April 2013 dwar “Il-promozzjoni ta’ impjiegi ekoloġiċi matul il-kriżi: manwal tal-aħjar prattiki fl-Ewropa 2013”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2011 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol/Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali dwar “Ħiliet għall-impjiegi ekoloġiċi: viżjoni globali: rapport ta’ sinteżi bbażat fuq studju ta’ 21 pajjiż”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2010 taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali dwar “Ħiliet għall-impjiegi ekoloġiċi – rapport ta’ sinteżi Ewropew”,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Eurofound dwar ir-Relazzjonijiet u s-Sostenibbiltà Industrijali: ir-rwol tal-imsieħba soċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika (2011), l-Ekoloġizzazzjoni tal-Ekonomija Ewropea: risponsi u inizjattivi mill-Istati Membri u l-imsieħba soċjali (2009), u l-Ekoloġizzazzjoni tal-Industriji fl-UE: nantiċipaw u nimmaniġġjaw l-effetti fuq il-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi (2013),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-OECD, CFE-LEED tat-8 ta’ Frar 2010 dwar “Impjiegi u ħiliet ekoloġiċi: l-implikazzjonijiet tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima għas-suq tax-xogħol lokali”,

wara li kkunsidra d-definizzjoni ta’ impjieg ekoloġiku mill-ILO u l-UNEP bħala kwalunkwe impjieg diċenti li jikkontribwixxi għall-ippreservar jew ir-restawr tal-kwalità tal-ambjent, kemm fl-agrikoltura, l-industrija, is-servizzi u l-amministrazzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar l-Ekoinnovazzjoni – impjiegi u tkabbir permezz tal-politika ambjentali (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi ta’ ekonomija sostenibbli ġdida (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0204/2015),

A.

billi x-xejriet globali bħall-użu ineffiċjenti tar-riżorsi, il-pressjoni mhux sostenibbli fuq l-ambjent, u t-tibdil fil-klima jinsabu qrib limiti li, ladarba jinqabżu, ma jistgħux jiġu evitati l-impatti irreversibbli fuq is-soċjetajiet tagħna u l-ambjent naturali, u l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi dejjem jikbru huma sfida għas-soċjetatjiet;

B.

billi r-rapport tal-2015 tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea enfasizza li l-miżuri attwali mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu għanijiet relatati mal-konservazzjoni tal-bijodiversità, it-tnaqqis fl-użu tal-karburanti fossili, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-evitar tal-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u dik tal-ambjent;

C.

billi n-nuqqas ta’ rispons ta’ politika koerenti biex jiġu ttrattati dawn l-isfidi komuni jwassal għar-riskju li ma tiġix sfruttata parti sinifikanti mill-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli ta’ tranżizzjoni ekoloġika u soċjalment inklużiva;

D.

billi b’rispons għal dawn it-theddidiet, qed naraw l-iżvilupp ta’ setturi ġodda, bidliet fi ħdan ħafna setturi oħrajn u tnaqqis f’xi setturi, bħal dawk li jniġġsu b’mod qawwi; billi hemm il-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq l-innovazzjoni u fuq modi biex jitnaqqas it-tniġġis; billi, fir-rigward ta’ xi setturi li sejrin lura, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-forza tax-xogħol f’termini ta’ taħriġ mill-ġdid u impjiegi alternattivi; billi l-investimenti f’dawk l-oqsma li ngħataw prijorità fl-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi Ekoloġiċi, inklużi r-riċiklaġġ, il-bijodiversità, l-effiċjenza enerġetika, il-kwalità tal-arja u t-teknoloġiji kollha tal-enerġija rinnovabbli bħalma huma l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, għandhom il-potenzjal li jtejbu b’mod sinifikanti l-ħolqien tal-impjiegi, anke f’żoni skarsament popolati;

E.

billi, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, is-settur tal-prodotti u s-servizzi ekoloġiċi kiber b’aktar minn 50 % bejn l-2000 u l-2011, u ġġenera aktar minn 1,3 miljun impjieg u billi, skont il-kalkoli tal-Kummissjoni, ekonomija tal-enerġija rinnovabbli se toħloq 20 miljun impjieg ġdid fl-Ewropa sal-2020; billi politika tal-UE ambizzjuża u koerenti u l-investiment fl-enerġiji rinnovabbli, il-ġestjoni tal-foresti, l-agrikoltura sostenibbli u l-ħarsien tal-ħamrija (biex tiġi evitata u miġġielda l-instabbiltà idroloġika) għandhom il-potenzjal li jagħtu spinta sinifikanti lill-ħolqien tal-impjiegi;

F.

billi l-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli huwa mnaqqax fit-Trattat ta’ Lisbona, u l-infurzar ta’ dan jimplika li l-kwistjonijiet ambjentali jiġu ttrattati fl-istess livell bħal dawk ekonomiċi u soċjali;

G.

billi l-istrateġija UE2020 għall-promozzjoni tal-ekonomiji intelliġenti, sostenibbli u inklużivi tirrikonoxxi r-rwol ewlieni ta' tranżizzjoni lejn ekonomiji ekoloġiċi u soċjalment ġusti;

H.

billi r-riġiditajiet tas-suq tax-xogħol qed jimpedixxu l-ħolqien tal-impjiegi, filwaqt li suq tax-xogħol kompetittiv tal-UE jista’ jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-impjiegi tal-Ewropa 2020;

I.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom, fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima f’Cancun fl-2010, biex jiżguraw “tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol li toħloq xogħol diċenti u impjiegi ta’ kwalità”; billi tranżizzjoni ġusta għal kulħadd lejn ekonomija ambjentalment sostenibbli teħtieġ li tiġi ġestita sew biex tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ impjieg fit-tul u sostenibbli għal kulħadd – inklużi, iżda mhux limitat għal, impjiegi kwalifikati ħafna – l-inklużjoni soċjali u l-eradikazzjoni tal-faqar;

J.

billi l-ħames pilastri ta’ “Tranżizzjoni ġusta” jinkludu: konsultazzjoni/vuċi tat-trade unions; investiment f'impjiegi ekoloġiċi u diċenti; ħiliet ekoloġiċi; rispett għad-drittijiet tax-xogħol u tal-bniedem; u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u l-komunitajiet li jkunu fuq quddiem nett fit-tranżizzjoni minn livell għoli għal livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

K.

billi parteċipazzjoni qawwija mill-ħaddiema fit-tranżizzjoni hija essenzjali bl-għan li tiżdied il-kuxjenza ambjentali u jkun hemm fehim tal-ħtieġa għal effiċjenza fir-riżorsi u li jitnaqqas l-impatt tagħna fuq l-ambjent;

L.

billi l-potenzjal għat-tkabbir fl-impjiegi ekoloġiċi huwa mfixkel minn nuqqas fil-ħiliet u skwilibriju kkawżati minn numru ta’ fatturi, inklużi l-varjabbiltà fil-kurrikulu fir-rigward tas-sostenibbiltà, it-tnaqqis li ġie identifikat f’setturi partikolari, in-nuqqas ta’ studenti bil-ħiliet STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) u tal-IT meħtieġa, u konċentrazzjoni tal-ġeneru f’xi setturi minflok ugwaljanza bejn il-ġeneri;

M.

billi hemm evidenza li l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija u tar-riżorsi u l-iżvilupp tal-katina tal-provvista permezz ta' strateġija industrijali ċara, kif ukoll it-trasferimetn tat-taxxa minn fuq ix-xogħol lejn sorsi oħra, għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ħolqien tal-impjiegi;

N.

billi l-Ewropa tinsab f’kompetizzjoni globali, u l-ispejjeż affordabbli tal-enerġija, il-kompletar tas-suq intern tal-UE u ambjent imtejjeb tal-investiment għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien ta’ impjiegi għandhom rwol deċiżiv;

O.

billi ċerti setturi, bħar-rinnovament tal-bini b’mod effiċjenti fl-enerġija, huma speċifiċi għas-sit u ma jistgħux jiġu offshored jew jiġu rilokati;

P.

billi l-inċertezza u n-nuqqas ta’ koerenza fid-direzzjoni politika u n-nuqqas ta’ objettivi ċari jfixklu l-investiment, l-iżvilupp tal-ħiliet, ir-R&Ż u għalhekk ifixklu l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ impjieg;

Q.

billi kuxjenza soċjetarja akbar dwar l-importanza tal-ħtieġa għal ekonomija ekoloġika ttejjeb il-possibilitajiet ta’ impjieg;

R.

billi objettivi ċari, fissi, fuq perjodu ta’ żmien medju sa perjodu ta’ żmien fit-tul, inklużi l-miri tal-UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u t-tniġġis, jistgħu jkunu muturi importanti għall-bidla, u billi r-regolamentazzjoni tal-UE wkoll għandha rwol importanti f’dan ir-rigward; billi investiment immirat, anke fl-iżvilupp tal-katini ta’ provvista fi ħdan l-UE, li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi għandu jiġi minn, u jkun konsistenti ma’, qafas ta’ politika ċar;

S.

billi s-settur pubbliku u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jista’ jkollhom rwol importanti fil-faċilitazzjoni tat-tranżizzjonijiet lejn ekonomija ekoloġika u l-ħolqien ta’ swieq tax-xogħol inklużivi;

T.

billi l-Ekotikketta, l-EMAS, l-APE u skemi simili jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

U.

billi l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju huma wieħed mill-ikbar ġeneraturi ta’ impjiegi fl-UE, jirrappreżentaw konsiderevolment aktar minn 80 % tal-impjiegi kollha u kienu minn ta’ quddiem f’ħafna setturi “ekoloġiċ”, iżda jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet partikolari biex jantiċipaw il-ħiliet meħtieġa u fit-twettiq tal-potenzjal ta’ impjiegi;

V.

billi l-Linji Gwida Integrati huma aspett ewlieni tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg tal-Istati Membri u jiffurmaw il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u billi għandhom isejsu l-objettivi tal-Ewropa 2020, notevolment l-objettiv tal-impjiegi, inter alia billi jippromwovu l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità anke permezz tal-impjiegi ekoloġiċi;

W.

billi jeħtieġ li n-nisa jibbenefikaw bl-istess mod mill-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi adatti, u jeħtieġ li s-“saqaf tal-ħġieġ” jinkiser;

X.

billi n-nisa jintlaqtu b'mod sproporzjonat mill-kriżi u mill-politiki ta' awsterità, u billi l-impjiegi ekoloġiċi taw prova ta' iktar reżistenza għall-kriżijiet minn tipi oħra ta' impjieg;

Y.

billi setturi b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju aktarx ikollhom produttività tax-xogħol ogħla, u l-ishma tal-pagi kellhom inqas tnaqqis f’dawn is-setturi milli fl-iktar 15-il industrija li jniġġsu;

Z.

billi d-data tal-Ewrobarometru dwar xogħol ekoloġiku fl-SMEs turi li l-iffrankar tal-enerġija, it-tnaqqis tal-iskart u t-tnaqqis tal-użu ta’ materja prima huma miżuri li saru ekonomikament vantaġġjużi;

Lejn ekonomija ekoloġika – l-opportunitajiet għas-suq tax-xogħol

1.

Jenfasizza li tranżizzjoni lejn soċjetajiet u ekonomiji sostenibbli, inklużi mudelli sostenibbli ta’ konsum u produzzjoni, tiġġenera l-potenzjal kemm biex jinħolqu impjiegi ġodda ta’ kwalità kif ukoll biex l-impjiegi eżistenti jiġu ttrasformati f’impjiegi ekoloġiċi kważi fis-setturi kollha u fil-katina tal-valur kollha; mir-riċerka sal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-forniment ta’ servizz, u f’setturi ta’ teknoloġija avvanzata ekoloġika ġdida bħalma huma l-enerġiji rinovabbli kif ukoll l-industriji tradizzjonali bħalma huma dik tal-manifattura u tal-kostruzzjoni, jew l-agrikoltura u s-sajd, jew is-setturi tas-servizzi bħat-turiżmu, il-forniment tal-ikel, it-trasport u l-edukazzjoni; jenfasizza, fl-istess ħin, li minbarra li joħloq għadd kbir ta’ impjiegi, l-investiment fl-enerġiji rinnovabbli u fl-użu effiċjenti tal-enerġija jikkontribwixxi għaż-żamma tal-kompetittività ekonomika u industrijali tal-Ewropa u għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-Ewropa fuq l-enerġija;

2.

Jenfasizza li żewġ terzi tas-servizzi pprovduti min-natura, inklużi l-art għammiela u l-ilma u l-arja nodfa, qegħdin jonqsu, u t-tisħin globali u t-telf tal-bijodiversità huma qrib il-limiti li jekk jinqabżu ma jkunux jistgħu jiġu evitati impatti irriversibbli fuq is-soċjetajiet tagħna u l-ambjent naturali;

3.

Jirrimarka li t-tkabbir ekonomiku kontinwu huwa possibbli biss jekk jittieħed kont tal-limitazzjonijiet tal-ambjent; jenfasizza l-fatt, f'dan il-kuntest, li ekonomija ekoloġika u ċirkolari tista' tipprovdi soluzzjonijiet għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija u għas-soċjetà b'mod ġenerali;

4.

Jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni ambjentali, kif ukoll it-titjib tal-integrazzjoni ambjentali u l-koerenza politika bejn il-politiki settorjali differenti fl-UE, huma essenzjali għal mobilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal marbuta mal-ekonomija ekoloġika u għalhekk għall-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

5.

Jinnota li fir-rapport tagħha tal-2015, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tirrimarka li l-miżuri attwali mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet relatati mal-konservazzjoni tal-bijodiversità, it-tnaqqis fl-użu tal-karburanti fossili, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-evitar tal-impatt tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u l-kwalità tal-ambjent;

6.

Jinnota li t-tranżizzjoni għandha potenzjal sinifikanti biex toħloq impjiegi lokali li ma jistgħux jiġu rilokati, u f’oqsma li ma jistgħux jiġu offshored, u f'setturi milquta mill-kriżi bħas-settur tal-kostruzzjoni; jinnota li hemm evidenza qawwija li t-tranżizzjoni ekoloġika, fl-aħħar mill-aħħar, se jkollha impatt pożittiv fuq l-impjiegi, u dan jirrifletti l-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi sostenibbli bħall-iffrankar tal-enerġija jew il-biedja organika jirrikjedu aktar ħaddiema mill-attivitajiet li qegħdin jissostitwixxu u jista' jkollhom il-potenzjal li jippermettu lil reġjuni jsiru aktar awtosuffiċjenti;

7.

Iqis li għandha tiġi adottata definizzjoni miftiehma ta’ “impjiegi ekoloġiċi”, ibbażata fuq dik tal-ILO u tal-Konferenza Internazzjonali tal-Esperti tal-Istatistika;

Tranżizzjoni ġusta u ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità

8.

Jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li r-ristrutturar għandu jitwettaq b’mod soċjalment responsabbli, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa ta’ ristrutturar u innovazzjoni tal-kumpaniji;

9.

Jemmen li huwa kruċjali, sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal nett tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika, li l-forza tax-xogħol eżistenti tagħna tiġi pprovduta bl-opportunitajiet xierqa biex tikseb il-ħiliet ġodda meħtieġa għall-ekonomija ċirkolari;

10.

Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu politiki għas-sigurtà u r-riabilitazzjoni tal-bini pubbliku biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u jitnaqqas il-konsum;

11.

Jistieden lill-Istati Membri, u fejn xieraq il-Kummissjoni, biex jimpenjaw ruħhom favur “pjan direzzjonali ta’ tranżizzjoni ġusta” biex jilħqu miri ambjentali ambizzjużi bil-promozzjoni tal-aspetti li ġejjin: protezzjoni soċjali u remunerazzjoni xierqa, impjiegi fit-tul u kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u sani, investiment immexxi mill-gvern fi programmi ta' edukazzjoni, taħriġ u ħiliet, ir-rispett għad-drittijiet tax-xogħol u t-tisħiħ tal-informazzjoni, il-konsultazzjoni u drittijiet ta’ parteċipazzjoni tal-ħaddiema fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw l-iżvilupp sostenibbli, u rappreżentanza effettiva tal-forza tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jippruvaw jilħqu dawn l-għanijiet;

12.

Ifakkar li l-Istrateġija riveduta tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza għandha tikkunsidra żviluppi speċifiċi f'setturi ġodda meta xieraq;

13.

Jenfasizza li l-antiċipazzjoni tal-bidla fl-impjieg teħtieġ ġestjoni proattiva ta’ trasformazzjoni u ġbir aħjar ta’ data ta’ kwalità għolja dwar il-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol, bl-involviment ta’ istituzzjonijiet Ewropej ta’ edukazzjoni għolja, u li l-ippjanar fit-tul huwa essenzjali biex tiġi żgurata tranżizzjoni effettiva u żieda fl-impjiegi; jenfasizza r-rwol importanti li għandhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika fl-edukazzjoni, l-infrastruttura, l-appoġġ għan-negozji lokali u l-ħolqien ta’ impjiegi stabbli b’salarji regolati mill-ftehimiet kollettivi jew mezzi oħra permessi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali; billi d-djalogu soċjali huwa element essenzjali tal-ġestjoni tat-trasformazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-gvernijiet reġjonali u lokali u l-imsieħba soċjali biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom u jittrattaw din l-isfida kollettivament, filwaqt li jqisu l-prinċipju ta' sussidjarjetà;

14.

Jinnota li r-rwol tal-imsieħba soċjali fit-tranżizzjoni lejn l-impjiegi ekoloġiċi beda jiżdied b’mod gradwali fis-snin li għaddew, iżda jfakkar li għandu jsir iktar biex jinbena djalogu soċjali dejjiemi u sostenibbli li jista’ jgħin sabiex jiġu ssodisfati l-isfidi li ġġib magħha l-bidla lejn ekonomija kompetittiva, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta’ karbonju u effiċjenti fir-riżorsi;

15.

Jenfasizza l-importanza tal-gvernijiet nazzjonali fil-promozzjoni tad-djalogu soċjali settorjali, speċjalment fl-industriji ekoloġiċi ġodda emerġenti, u anke fl-iżgurar tal-inklużjoni tal-SMEs;

16.

Jinnota li xi reġjuni qed jiffaċċjaw aktar sfidi minn oħrajn minħabba l-konċentrazzjoni ġeografika tal-industriji intensivi fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi u ta’ industriji li jniġġsu, jew ta’ livelli għoljin ta’ faqar jew qgħad; jistieden lill-Istati Membri u lill-gvernijiet lokali u reġjonali appoġġjati mill-Unjoni Ewropea biex jikkollaboraw mal-imsieħba soċjali u b’mod kollettiv jimplimentaw biss pjanijiet direzzjonali ta’ tranżizzjoni ġusti, inklużi mekkaniżmi ta’ solidarjetà għal tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ġusta tal-ekonomiji lokali u reġjonali, filwaqt li jappoġġaw il-komunitajiet u l-ħaddiema affettwati mill-bidla u b’hekk inaqqsu l-insigurtà minħabba ċ-ċaqliq tal-impjiegi u jiżguraw li t-talbiet għal ħiliet ġodda tax-xogħol jiġu ssodisfati;

17.

Jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tat-tkabbir tal-impjiegi fl-ekonomija ekoloġika u aktar impjiegi diċenti u inklużivi permezz ta’:

investiment ekoloġiku,

l-isfruttament tas-saħħa tal-akkwist pubbliku, inkluż l-użu tal-klawżoli soċjali u ambjentali fl-akkwist pubbliku,

il-ħolqien ta’ sħubijiet, fosthom mal-istituzzjonijiet tat-taħriġ, biex jitjieb it-tqabbil bejn l-impjiegi u l-ħiliet fis-swieq tax-xogħol lokali,

l-appoġġ kemm għall-SMEs ekoloġiċi kif ukoll għall-ekoloġizzazzjoni tal-SMEs,

l-istabbiliment ta’ programmi ta’ impjieg ekoloġiċi inklużivi li jiżguraw li l-gruppi vulnerabbli jikkapitalizzaw ukoll fuq it-tkabbir ekoloġiku;

18.

Jinnota l-evidenza li tenfasizza l-importanza tal-involviment tal-maniġment mal-forza tax-xogħol biex tiġi żgurata parteċipazzjoni sostanzjali minnhom fil-kisba ta’ dawn il-bidliet permezz ta’ sħubija soċjali; jirrakkomanda l-involviment ta’ “rappreżentanti ekoloġiċi” tat-trade unions li jaħdmu mal-impjegaturi dwar it-tisħiħ tal-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija u ż-żieda tas-sostenibilità fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ immirat għall-inizjattivi konġunti bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi għall-ekoloġizzazzjoni tal-industriji;

19.

Iqis li għandhom jiġu żviluppati proġetti pilota b'appoġġ għal xi wħud minn dawn l-objettivi;

20.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tuża l-Iskemi Mmirati ta’ Mobbiltà fil-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) biex tippromwovi l-mobbiltà tax-xogħol għal min ifittex impjieg;

Ħiliet għall-impjiegi ekoloġiċi

21.

Jilqa’ l-għodod għall-iżvilupp tal-ħiliet u t-tbassir tal-ħtiġijiet tal-ħiliet proposti mill-Kummissjoni; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp tal-ħiliet għandu jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-ħiliet STEM li, b’mod wiesa’, huma aktar utli f’ekonomija; jenfasizza, madankollu, li huma meħtieġa azzjoni u investiment aktar ambizzjużi; jemmen li sabiex jiġu antiċipati l-ħtiġijiet tal-ħiliet futuri, il-partijiet ikkonċernati kollha fis-suq tax-xogħol iridu jkunu involuti sew fil-livelli kollha;

22.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit bank tad-data li jelenka korsijiet ta’ taħriġ u offerti ta’ xogħol relatati mal-impjiegi ekoloġiċi, bl-għan li titjieb il-kwalità ta’ informazzjoni, pariri u gwida disponibbli dwar il-karrieri u l-ħiliet meħtieġa biex jiġu kapitalizzati l-opportunitajiet ta’ impjieg ipprovduti mill-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ġbir tad-data jsir fl-oqsma ekoloġiċi kollha, fosthom dawk li bħalissa huma injorati, bħat-trasport pubbliku u s-settur tal-bejgħ bl-imnut; jitlob lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tipprovdi appoġġ lill-uffiċċji nazzjoanli tal-istatistika u lis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg (SPI), u filwaqt li ssaħħaħ l-użu ta' għodod ta' mudellar kwantitattiv, tinkorpora l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-ġbir tad-data b'rabta mas-setturi kollha tal-impjieg ekoloġiku;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi perspettiva tal-ġeneru fl-iżvilupp ta' ġbir, diżaggregazzjoni u analiżi ġodda tad-data, bħal ħidma mwettqa permezz tal-għodda ekonometrika FIDELIO, jew ma' partijiet ikkonċernati bħall-Konferenza Internazzjonali tal-Esperti tal-Istatistika dwar ix-Xogħol;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa għal enfasi akbar fuq it-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-ħiliet permezz tat-tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-ħiliet;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tgħin fit-tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-ħiliet permezz tal-aġġornament tal-kwalifiki u l-edukazzjoni u l-kurrikulu ta’ taħriġ korrispondenti fil-livell tal-UE;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tenfasizza l-użu akbar tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni bħall-ESCO li jistgħu jintużaw biex jiġu identifikati diskrepanzi fil-ħiliet;

28.

Jenfasizza l-importanza ta’ sinerġiji aħjar bejn sistemi tal-edukazzjoni u impjiegi ekoloġiċi ġodda emerġenti permezz ta’ koordinazzjoni aħjar bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u unions tal-impjegaturi u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn;

29.

Jistieden lill-Istati Membri, il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jadottaw u jimplimentaw, flimkien mal-imsieħba soċjali u l-fornituri tat-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-istrateġiji ta' antiċipazzjoni bl-għan tat-titjib tal-ħiliet ġeneriċi, settorjali u speċifiċi għall-okkupazzjoni; jenfasizza ulterjorment l-importanza tas-sħubijiet u l-fiduċja bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, in-negozji, l-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet;

30.

Jinnota li dawn l-istrateġiji għandhom jinkludu valutazzjoni bir-reqqa t-tip u l-livell ta’ impjiegi ekoloġiċi li għandhom jinħolqu u l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa, li jwasslu għall-antiċipazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ diskrepanzi tal-ħiliet u programmi ta’ taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja mmirati li jiffukaw fuq it-tqabbil tal-ħiliet u l-impjiegi bl-għan li jiżdiedu l-impjiegi; jenfasizza l-ħtieġa li fl-istrateġiji jiġu attivament inklużi kemm il-ħaddiema spustati kif ukoll il-ħaddiema bi ftit kwalifiki li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni mis-suq tax-xogħol, billi jiġi żgurat li t-taħriġ fil-ħiliet ikun immirat, aċċessibbli u bla ħlas għal dawn il-ħaddiema;

31.

Jinnota li ċ-CEDEFOP jipproponi li l-adattament tal-kurrikuli u l-inklużjoni tas-sensibilizzazzjoni ambjentali, b’fehim tal-iżvilupp sostenibbli u l-effiċjenza fin-negozju, huma aħjar mill-proposta ta’ programmi ġodda ta’ taħriġ;

32.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jintegraw l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetenzi u l-ħiliet ambjentali fis-sistemi tat-taħriġ u tal-edukazzjoni, b’mod partikolari bit-tisħiħ tas-sistemi tal-ETV (edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali) u billi ċ-ċentri ta’ riċerka jiġu mħeġġa jiżviluppaw teknoloġiji, proġetti u privattivi għal prodotti ekoloġiċi, b’kollaborazzjoni ma’ kumpaniji ekoloġiċi ġodda; iħeġġeġ l-iskambju ta’ ideat bejn iċ-ċentri ta’ riċerka u netwerks ta’ kumpaniji u professjonisti; ifakkar fl-importanza tal-ħiliet tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u l-ħtieġa li jiġi żgurat li aktar nisa jistudjaw is-suġġetti STEM;

33.

Jitlob strateġija ambizzjuża sabiex jinħolqu impjiegi sostenibbli, anke billi jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet b’enfasi partikolari fuq l-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-ħiliet ta’ ekonomija aktar ekoloġika;

34.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ mill-iżvilupp ta’ dan is-settur, sabiex joħolqu apprendistati bi kwalifiki għoljin li jipprovdu liż-żgħażagħ b’għarfien u taħriġ speċjalizzat, u biex jgħinu sabiex jiġu ttrattati l-livelli għoljin ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu, meta jagħmlu t-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ekoloġika, il-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet għal opportunitajiet aħjar ta’ tagħlim tul il-ħajja, speċjalment f’oqsma li għandhom potenzjal kbir li jipprovdu għadd sinifikanti ta’ impjiegi ekoloġiċi ġodda, bħax-xjenza, ir-riċerka, l-inġinerija, it-teknoloġija diġitali u t-teknoloġiji ġodda, bl-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa fis-soċjetà, jitneħħew l-istereotipi tal-ġeneru u jiġu pprovduti impjiegi li jikkorrispondu bis-sħiħ mal-ħtiġijiet u l-ħiliet partikolari tan-nisa;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex b'mod sistematiku jinkludu perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' politiki għall-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi fil-livelli kollha, sabiex jiġi żgurat li jiġu garantiti opportunitajiet indaqs, filwaqt li jitqiesu l-isfidi għall-ħolqien tal-impjiegi ekoloġiċi f'żoni rurali; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu sforzi ulterjuri biex jippermettu lin-nisa jipparteċipaw bis-sħiħ fil-formulazzjoni tal-politiki, fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' impjiegi ekoloġiċi li jinkludu ħiliet ekoloġiċi;

37.

Jitlob lill-Kummissjoni tati bidu għal dibattitu pubbliku dwar il-kunċett ta' 'edukazzjoni għal żvilupp sostenibbli' u tippromwovih, b'enfasi speċjali fuq l-edukazzjoni tal-bniet u n-nisa; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu politiki li jħeġġu parteċipazzjoni ogħla tan-nisa fl-edukazzjoni fis-suġġetti u fl-intraprenditorija STEM, u jorbtu l-aġenda dwar l-impjiegi ekoloġiċi mal-għoti tas-setgħa lin-nisa permezz tal-edukazzjoni; jitlob li jkun hemm miżuri li jħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ETV u fl-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja fis-setturi ekoloġiċi;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija Ewropa 2015-2020 għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri li tqis il-miri dwar ir-rati ta' impjieg tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

39.

Jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni mmirata mill-awtoritajiet u s-servizzi pubbliċi biex jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati kollha fis-suq tax-xogħol, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u tal-impjegati, biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jkollhom mekkaniżmi fis-seħħ biex iħarrġu l-persunal fl-awtoritajiet u s-servizzi tal-impjieg biex il-ħiliet għall-impjiegi ekoloġiċi jiġu integrati fil-politiki dwar is-suq tax-xogħol u biex jiġu żviluppati l-mezzi ta’ valutazzjoni tal-impatt ta’ dan it-taħriġ; jenfasizza l-importanza li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni Ewropej jallinjaw il-programmi tagħhom għall-ħtiġijiet tal-ekonomija ekoloġika u s-suq tax-xogħol b’mod ġenerali;

40.

Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ ambjent regolatorju li jħeġġeġ l-innovazzjoni fl-ekonomija ekoloġika;

Koerenza tal-politika biex jiġi żviluppat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi tal-ekonomiji sostenibbli

41.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw oqfsa regolatorji, fiskali u finanzjarji ambizzjużi, fit-tul u integrati għall-investiment sostenibbli u jħeġġu l-innovazzjoni, sabiex b’hekk jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi ta’ dawn it-tibdiliet; jenfasizza li l-politiki għandhom jiġu żviluppati f’qafas ta’ orizzonti fit-tul li jinkludi objettivi kif ukoll indikaturi li jkejlu l-progress lejn l-ilħuq tagħhom;

42.

Jenfasizza li l-koordinazzjoni fil-Kummissjoni u bejn il-ministeri rilevanti fil-livell nazzjonali hija importanti biex jinħoloq qafas għall-bidla komprensiv u bbażat fuq gvern sħiħ li jkun kapaċi jiddedika l-attenzjoni meħtieġa għall-effetti distributtivi tat-tranżizzjoni;

43.

Jinnota li s-suċċess jew il-falliment tal-Inizjattiva għal Impjiegi Ekoloġiċi huwa dipendenti fuq il-livell ta’ ambizzjoni tal-objettivi vinkolanti tal-Kummissjoni għall-enerġija rinovabbli u l-effiċjenza enerġetika, u fuq l-investiment fit-teknoloġiji tal-enerġija rinovabbli u l-programmi ta’ effiċjenza enerġetika li l-Istati Membri impenjaw ruħhom dwarhom;

44.

Jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri huma responsabbli għal politiki konsistenti li jippromwovu l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u jżidu l-effiċjenza enerġetika bl-għan li jiskattaw l-iżvilupp lokali u reġjonali u l-ħolqien ta’ impjiegi lokali ta' kwalità; jenfasizza li l-investiment fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika jista' jsir wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ ħolqien ta’ impjiegi fl-Ewropa fis-snin li ġejjin;

45.

Jirrimarka li l-awtosuffiċjenza territorjali fl-enerġija għadha wieħed mill-objettivi fit-tul tal-politika ekonomika u tal-enerġija tal-UE; jinsisti, barra minn hekk, fuq il-fatt li d-dimensjoni territorjali tal-investimenti għandha assolutament tiġi kkunsidrata għax din tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni territorjali tal-UE li tgħaqqad il-bliet u l-kampanja;

46.

Jilqa’ l-inklużjoni mill-Kummissjoni tal-impjiegi diċenti fil-mandat ta’ negozjar tal-UE għat-taħditiet tal-COP 21 ta’ Pariġi, li jibnu fuq il-ftehim ta' Cancun-2010 u l-inizjattivi sussegwenti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-aġenda ta' ‘tranżizzjoni ġusta’ tibqa' parti lmill-pożizzjoni ta’ negozjar tagħha;

47.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu miri mandatorji għall-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, u jappoġġaw iċ-ċertifikati bojod bħala strument li jiffaċilita l-ilħuq tal-miri ta' ffrankar tal-enerġija tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ, u jinfurzaw, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u jibqgħu impenjati biex, mill-inqas, jintlaħqu l-miri tal-2030 dwar l-effiċjenza enerġetika;

48.

Jappoġġa l-impenji tal-UE, li f’kollaborazzjoni ma’ msieħba internazzjonali oħrajn, tippromwovi tranżizzjoni globali ġusta lejn ekonomija ekoloġika inklużiva;

49.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġodda tal-leġiżlazzjoni riveduta tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, u jikkunsidraw li jeżaminaw jekk l-introduzzjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fil-politiki dwar l-akkwist pubbliku tistax tagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija ekoloġika; jenfasizza li l-inċertezzi legali li fadal relatati mal-użu ta’ klawsoli soċjali u ambjentali fl-akkwist pubbliku jistgħu jiġu ċċarati;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex is-settur tat-tiswija jerġa' jitqajjem, billi dan iwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda li, skont in-natura tagħhom stess, ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

51.

Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw il-kontribut tas-servizzi pubbliċi għat-tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija sostenibbli, notevolment billi jiżguraw b’mod proattiv li s-servizzi bħall-komunikazzjoni, l-enerġija, it-trasport, l-iskart u l-immaniġġjar tal-ilma jitwasslu b’mod sostenibbli;

52.

Jesprimi diżappunt kbir rigward l-irtirar tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-ekonomija ċirkolari, li d-dispożizzjonijiet tiegħu kienu mistennija joħolqu sa 180 000 impjieg fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart tal-UE biss; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tirrispetta r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, tonora l-impenn tagħha li tipproponi, mill-aktar fis possibbli, leġiżlazzjoni ambizzjuża dwar l-iskart li tkopri t-tnaqqis upstream, miri ġodda għar-riċiklaġġ, u definizzjoni mill-ġdid tal-kriterji għall-kalkolu tal-kwantità ta’ materjal li fil-fatt jiġi riċiklat;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tikkunsidra l-introduzzjoni ta' kriterji intiżi biex jinċentivaw lin-negozji li jkollhom ċiklu ta' rimi ta' skart virtwuż u sostenibbli għall-ambjent;

54.

Jirrikonoxxi li l-fatt li ssir rabta bejn il-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-monitoraġġ u l-protezzjoni tal-bijodiversità fl-azjendi agrikoli u, sussegwentement, l-użu ta' tikkettar intelliġenti għall-prodotti agrikoli biex jiġi mmarkat l-impatt ambjentali tagħhom, sabiex tiġi stimulata d-domanda tal-konsumaturi għal prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-bijodiversità, jirrappreżenta potenzjal sinifikanti għall-impjiegi ekoloġiċi fiż-żoni rurali tal-UE;

55.

Jinnota li l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti għandha potenzjal reali li toħloq l-impjiegi filwaqt li tikkontribwixxi b'mod attiv għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-bijodiversità;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża s-Semestru tal-UE u l-eżami tal-istrateġija Ewropa 2020 biex tappoġġa l-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar impjiegi u impronti ekoloġiċi iżgħar, u jitlob studji dettaljati u indipendenti dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' trasferiment tal-piżijiet tat-taxxa (p.e. mit-tassazzjoni fuq ix-xogħol għat-tassazzjoni fuq l-ambjent), kif ukoll l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji sal-2020;

57.

Jenfasizza li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu trasferiment minn fuq ix-xogħol għal sorsi oħra, u li tali trasferiment tat-taxxa għandu jkollu l-għan li jibdel l-imġiba rigward it-tniġġis, iżda m’għandux ikollu riperkussjonijiet mhux mixtieqa fuq is-sistemi tas-sigurtà soċjali jew impatt sproporzjonat fuq dawk b'introjtu baxx;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu gradwalment is-sussidji diretti u indiretti li huma ta' ħsara għall-ambjent, fosthom, iżda mhux limitat għal, dawk għall-karburanti fossili; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mudelli li jistgħu jiġu implimentati mill-Istati Membri għal trasferiment tat-tassazzjoni minn fuq ix-xogħol għal fuq it-tniġġis ambjentali, u li jitqies l-impatt ambjentali ta' prodotti u servizzi fl-ispirtu tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lill-Istati Membri li jistgħu jikkontribwixxu għall-isforzi biex irawmu l-impjieg ekoloġiku u jnaqqsu l-impatti ekoloġiċi; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tintegra b'mod proattiv il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u dawk relatati mal-klima fis-Semestru Ewropew sabiex tappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi;

59.

Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu sussidji mmirati u/jew eżenzjonijiet mit-taxxa għal negozji ġodda, u għal intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, li jipprovdu oġġetti u servizzi li joffru valur miżjud ambjentali għoli, inkluż il-kontenut tal-karbonju mnaqqas b'mod ġenerali;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri juru aktar koerenza u koeżjoni fil-politiki tagħhom u jieħdu aktar impenji politiċi sostanzjali fl-ogħla livell f’oqsma relatati, bħat--taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni ġġedded l-impenn tagħha għall-istrateġija Ewropa 2020 u toħroġ mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard mill-2015 ir-rieżami ta’ nofs it-term tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tikkonferma mill-ġdid il-miri fis-Semestru Ewropew, b’kont meħud tat-tabella ta' valutazzjoni għal żbilanċi makroekonomiċi u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi objettivi soċjali u ambjentali aktar ambizzjużi għall-2030 u l-2050; jenfasizza li monitoraġġ eżatt, b’bażi metodoloġika u kondiviż tal-impjiegi ekoloġiċi jista’ jgħin ukoll lill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-effikaċja tal-politiki ambjentali u tax-xogħol tagħhom, u jsaħħaħ l-għodod żviluppati fil-livell Ewropew fl-intraċċar tal-progress u l-monitoraġġ tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi skont Ewropa 2020.

62.

Jenfasizza l-opportunitajiet li l-pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija 2030 jipprovdi fil-ħolqien tal-impjiegi u r-rwol futur li l-leġiżlazzjoni ambjentali se jkollha fl-ilħuq tal-għanijiet ambjentali fit-tul tal-UE u fil-ħolqien tal-imġjiegi u t-tkabbir ekoloġiku;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis l-innovazzjoni bħala l-pedament tal-industrija Ewropea u tiżviluppa strateġiji attivi biex jiġi żgurat li t-tranżizzjonijiet soċjali jiġu ġestiti sew u l-benefiċċji jiġu mifruxa mal-Ewropa kollha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw l-emerġenza ta’ katini ta’ provvista u netwerks tal-industrija ġodda fl-effiċjenza tar-riżorsi, il-prodotti u s-servizzi permezz ta’ politika industrijali sostenibbli u inċentivi għat-trasformazzjoni tas-suq;

64.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jippreparaw l-ekonomiji tagħhom għal futur b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija, filwaqt li jittieħed kont tar-riskju possibbli tar-rilokazzjoni tal-impjiegi u l-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-impatt tal-politiki dwar il-klima;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi internazzjonali biex joħolqu politika ambjentali globali li tista’ tillimita l-ħsara kkawżata mill-offshoring tal-produzzjoni industrijali barra l-UE u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għar-riforma tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) tal-UE mill-aktar fis possibbli, billi jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu protetti l-industriji esposti għal riskju sinifikanti ta' “rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju”;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-impjiegi ekoloġiċi fl-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija;

Investiment fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli

68.

Jenfasizza l-fatt li jeħtieġ li tiġi applikata l-aħjar taħlita ta’ interventi min-naħa tal-provvista u tad-domanda, li tirriżulta billi l-ħolqien tal-impjiegi jiġi kkombinat ma’ politiki tas-suq tax-xogħol attivi li jaqblu, li jkunu speċifiċi għall-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali differenti;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, anke fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, l-investimenti ta’ kwalità mmirati lejn il-ġenerazzjoni ta’ benefiċċji soċjetali u ekonomiċi bħall-impjiegi ta’ kwalità sostenibbli, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-edukazzjoni ta’ kwalità u l-innovazzjoni biex tiġi promossa t-tranżizzjoni ekoloġika u jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffukaw l-investiment f’żoni b’impatt pożittiv fuq is-suq tax-xogħol bl-għan li jinħolqu l-impjiegi sostenibbli bi protezzjoni soċjali sħiħa u li jiġi miġġieled il-qgħad; jenfasizza li l-proġetti ffinanzjati għandhom jikkontribwixxu għall-istrateġija UE2020 b’mod li jista’ jitkejjel; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li l-ħolqien tal-impjiegi fis-setturi ekoloġiċi baqa’ pożittiv matul ir-reċessjoni;

70.

Jenfasizza l-fatt li l-investiment fl-effiċjenza enerġetika jista' jippromwovi l-ħolqien ta’ impjiegi lokali u l-iżvilupp ekonomiku lokali u jnaqqas il-faqar enerġetiku, u li l-iżgurar tal-effiċjenza fl-enerġija fil-bini huwa l-mod l-aktar kosteffettiv li jiġu offruti soluzzjonijiet fit-tul għall-faqar enerġetiku, li jolqot lil madwar 125 miljun ruħ fl-Ewropa, u element importanti biex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti ta’ enerġija Ewropea u biex jinħolqu impjiegi ekoloġiċi; itenni li l-iżgurar tas-sikurezza tal-bini huwa wkoll kruċjali f’dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-inizjattiva tagħha dwar “Finanzjament Għaqli għal Bini Intelliġenti” mill-aktar fis possibbli;

71.

Jirrakkomanda li l-objettivi tal-klima, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika għandhom jitqiesu bħala miri ta' investiment u prinċipji ewlenin għal azzjoni politika;

72.

Iwissi kontra l-appoġġ għal attivitajiet li jġorru impatti ambjentali u soċjali negattivi peress li jfixklu l-koerenza politika meħtieġa biex ikun massimizzat il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi ekoloġiċi;

73.

Jirrakkomanda li l-investiment ta’ kwalità fis-servizzi pubbliċi ewlenin bħall-komunikazzjoni, l-enerġija, it-trasport u l-immaniġġjar tal-iskart u tal-ilma jkun immirat sabiex jiġu appoġġati proċeduri ta’ akkwist pubbliku sostenibbli u l-integrazzjoni tal-ħiliet ekoloġiċi;

74.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet taħt il-qafas legali għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u sorsi oħrajn ta’ finanzjament tal-UE għall-promozzjoni ta’ proġetti sostenibbli li jrawmu l-impjiegi ekoloġiċi, u jagħmlu l-finanzjament u l-istrumenti finanzjarji tal-UE faċilment aċċessibbli kemm jista’ jkun għall-awtoritajiet lokali, b’regoli sempliċi, ċari u limiti minimi ta’ finanzjament minimu aċċessibbli;

75.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw ir-reviżjoni postelettorali tal-2016 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) bħala opportunità biex jippromwovu t-tranżizzjoni iżjed ekoloġika tal-ekonomiji tagħna;

76.

Jinnota li l-appoġġ tal-FSE huwa disponibbli biex jiġi megħjun it-tkabbir ekoloġiku ekonomiku u tal-impjiegi u jħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali u lis-servizzi nazzjonali rilevanti jikkunsidraw li jużaw dan il-finanzjament aktar attivament sabiex jiġi promoss il-ħolqien ta’ impjiegi ekoloġiċi ekonomikament ġustifikati u ekonomikament sostenibbli;

77.

Jinnota li xi Stati Membri għamlu progress konsiderevoli fl-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija, u jħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri jrawmu l-kondiviżjoni tal-ideat, l-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattiki f’dan il-qasam sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel;

78.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-settur privat jużaw strumenti bħalma huma l-Ekodisinn, l-Ekotikketta, l-EMAS u l-akkwist pubbliku ekoloġiku (APE), minħabba li jistgħu jappoġġaw l-ekonomija ekoloġika u b'hekk jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għodod ta' gwida biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli tas-suq għall-adozzjoni sħiħa ta' dawn l-istrumenti volontarji;

79.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiffukaw aktar attenzjoni fuq l-implimentazzjoni tal-immaniġġjar ambjentali u s-sistemi tal-awditjar ekoloġiċi bbażati fuq l-istandard Ewropew (ISO 14000);

Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

80.

Jappoġġa l-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġika għall-SMEs u l-azzjonijiet orjentati għall-SMEs, inkluż l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew tal-Eċċellenza fl-Effiċjenza fir-Riżorsi li jagħti pariri u jassisti lill-SMEs li jkunu jridu jtejbu il-prestazzjoni fl-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom, jappoġġa l-intraprenditorija ekoloġika, jisfrutta l-opportunitajiet għal katini tal-valur aktar ekoloġiċi u jiffaċilita l-aċċess għas-suq għall-SMEs u l-mikrointrapriżi ekoloġiċi; iqis li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u l-assistenza teknika huma kruċjali għall-parteċipazzjoni attiva tal-SMEs fl-ekonomija ċirkolari;

81.

Ifakkar li l-SMEs għandhom potenzjal enormi biex joħolqu l-impjiegi, partikolarment impjiegi għaż-żgħażagħ, u jippromwovu sistema doppja ta’ taħriġ vokazzjonali u skemi ta’ apprendistat;

82.

Jirrikonoxxi li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jista' jgħin lill-intrapriżi mikro, żgħar, u ta' daqs medju jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet li jinvolvu grad għoli ta' innovazzjoni ambjentali u soċjali;

83.

Jinnota li d-data tal-Ewrobarometru dwar xogħol ekoloġiku fl-SMEs turi li l-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-iskart u l-użu ta' materja prima saru ekonomikament vantaġġużi;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni tistimula mudelli ġodda tan-negozju, bħal intrapriżi kooperattivi, biex iżidu l-effiċjenza tal-produzzjoni u l-proċessi tad-distribuzzjoni, jadottaw soluzzjonijiet innovattivi ħalli jiffrankaw ir-riżorsi u joffru prodotti u servizzi aktar sostenibbli;

85.

Jirrimarka li l-SMEs jistgħu joħolqu tkabbir u impjiegi biss jekk ikunu disponibbli wkoll opportunitajiet ta’ inċentivi favorevoli permezz tal-ekonomija ekoloġika;

86.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-inċentivi ekoloġiċi għall-SMEs ikollhom impatt sinifikanti fejn l-aktar li jkollhom bżonn;

87.

Jinnota li l-SMEs u l-mikrointrapriżi huma l-muturi ewlenin tal-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa; jenfasizza li l-SMEs u l-mikrointrapriżi jiffaċċjaw sfidi partikolari fl-isfruttament tal-oppurtunitajiet ta’ impjieg ta' tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-finanzi, it-taħriġ u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni ambizzjuża sabiex jipprovdu l-appoġġ biex jiġi faċilitat il-ħolqien tal-impjiegi ekoloġiċi fl-SMEs u l-mikrointrapriżi, inklużi l-informazzjoni mmirata, is-sensibilizzazzjoni, l-assistenza teknika u l-aċċess għall-finanzi u l-miżuri ta’ taħriġ;

88.

Jirrimarka li katina tal-valur iktar ekoloġika, li tinvolvi manifattura mill-ġdid, tiswija, manutenzjoni, riċiklaġġ u disinn ekoloġiku, tista’ tipprovdi bosta opportunitajiet kummerċjali għal ħafna SMEs;

o

o o

89.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0584.

(2)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.

(3)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 6.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/59


P8_TA(2015)0265

L-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2015/2058(INI))

(2017/C 265/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Monterrey (2002), il-Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f'Doha (2008), id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi (2005) u l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Akkra (2008),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 68/204 u 68/279 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li se ssir f'Addis Ababa (l-Etjopja) mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015,

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat ta' Esperti tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet tat-Taxxa (1),

wara li kkunsidra l-Mudell ta' Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tassazzjoni Doppja bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw (2) ,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' April 2010 bit-titolu “It-Taxxa u l-Iżvilupp, Kooperazzjoni ma' Pajjiżi li qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta' Governanza Tajba fi Kwistjonijiet tat-Taxxa” (COM(2010)0163),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2015 bit-titolu “Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015” (COM(2015)0044),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2015 dwar it-trasparenza fiskali kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa (COM(2015)0136),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-taxxa u l-iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-promozzjoni ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013, dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta' prattiki ta' negozju responsabbli, inkluż ir-rwol tal-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Rapport tal-UE tal-2013 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 TFUE, li jistabbilixxi li l-qerda tal-faqar hija l-objettiv prinċipali tal-politika tal-UE għall-iżvilupp u l-prinċipju tal-koerenza fil-politiki għall-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0184/2015),

A.

billi l-flussi finanzjarji illeċiti, jiġifieri l-flussi finanzjarji privati kollha maħruġa 'l barra li ma jkunux irreġistrati u li jinvolvu kapital gwadanjat, trasferit jew użat illegalment, tipikament joriġinaw minn attivitajiet ta' evażjoni u evitar tat-taxxa, bħal ipprezzar ta' trasferimenti abbużiv, kontra l-prinċipju li t-taxxi għandhom jitħallsu fejn jinħolqu l-profitti, u billi ġie identifikat li l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa huma ostakli ewlenin għall-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku għall-iżvilupp mit-testi u l-konferenzi internazzjonali ewlenin kollha dwar il-finanzjament għall-iżvilupp;

B.

billi, skont ir-Rapport ta' Global Financial Integrity għall-2014, flimkien, l-investiment dirett barrani (IDB) u l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) bejn l-2003 u l-2012 kienu jirrapreżentaw ammont kemmxejn inqas mill-flussi illeċiti li ħarġu 'l barra; billi l-flussi finanzjarji illeċiti jirrappreżentaw madwar għaxar darbiet l-ammont ta' flus għall-għajnuna li jirċievu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li għandu jkun immirat lejn il-qerda tal-faqar, il-benessri u l-iżvilupp sostenibbli, u jirrappreżentaw delokalizzazzjoni tal-kapital illeċita mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li hu stmat li annwalment jilħaq USD 1 triljun;

C.

billi l-ġenerazzjoni ta' dħul pubbliku mill-industriji ta' estrazzjoni hi essenzjali għall-istrateġiji ta' żvilupp ta' ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-anqas żviluppati, iżda l-potenzjal li joffru l-industriji ta' estrazzjoni biex tingħata spinta għad-dħul fiskali fil-biċċa l-kbira mhux qed jiġi sfruttat sew, minħabba l-inadegwatezza tar-regoli dwar it-taxxa jew id-diffikultajiet biex jiġu infurzati, peress li l-arranġamenti bejn il-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-kumpaniji ta' estrazzjoni normalment ikunu ad hoc u jiġu nnegozjati mingħajr trasparenza u linji gwida ċari;

D.

billi l-eżistenza ta' setturi informali kbar fl-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw tagħmilha kważi impossibbli li jkun hemm tassazzjoni fuq bażi wiesgħa, u billi fil-pajjiżi fejn proporzjon kbir tal-popolazzjoni jgħix fil-faqar, sehem konsiderevoli tal-PDG mhuwiex taxxabbli;

E.

billi skemi fiskali ġusti, ibbilanċjati sew, effiċjenti u trasparenti jipprovdu finanzjament vitali lill-gvernijiet biex ikopru d-drittijiet taċ-ċittadini għal servizzi pubbliċi bażiċi, bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni għal kulħadd, u billi politiki fiskali ridistributtivi effikaċi jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-effett tal-inugwaljanzi li dejjem jikbru fuq min hu l-iktar fil-bżonn;

F.

billi, skont l-UNCTAD, madwar 30 % tal-kapital ta' investiment korporattiv transkonfinali ġie mgħoddi minn pajjiżi ta' tranżitu qabel laħaq id-destinazzjoni tiegħu bħala assi produttivi;

G.

billi d-dħul mit-taxxa korporattiva jikkostitwixxi sehem importanti tal-introjtu nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u għaldaqstant dawn jintlaqtu b'mod partikolari mill-evitar tat-taxxa fil-livell korporattiv, u billi fis-snin li għaddew il-pajjiżi li qed jiżviluppaw kontinwament baxxew ir-rati tat-taxxa korporattiva;

H.

billi r-rifuġji fiskali u l-ġurisdizzjonijiet fejn tapplika s-segretezza bankarja li jippermettu li l-informazzjoni bankarja jew finanzjarja tinżamm privata, flimkien mal-iskemi ta' “żero taxxi” biex jiġbdu l-kapital u d-dħul li kellu jiġi intaxxat f'pajjiżi oħra, jiġġeneraw kompetizzjoni fiskali dannuża, idgħajfu l-ekwità tas-sistema fiskali u jfixklu l-kummerċ u l-investiment, u dan jolqot b'mod partikolari lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'telf stmat ta' USD 189 biljun fi dħul fiskali kull sena;

I.

billi t-tassazzjoni tista' tkun sors ta' dħul affidabbli u sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u toffri l-vantaġġ tal-istabilità meta mqabbla mal-mekkaniżmi ta' finanzjament għall-iżvilupp tradizzjonali bħas-self konċessjonarju, dejjem sakemm ikun hemm skema ta' tassazzjoni bbilanċjata sew, effiċjenti u trasparenti, amministrazzjoni fiskali effikaċi u effiċjenti għall-promozzjoni tal-konformità fiskali, u użu tad-dħul pubbliku li jkun hemm l-obbligu li jingħata rendikont dwaru u li jkun responsabbli;

J.

billi l-benefiċċji potenzjali ta' tassazzjoni u politiki fiskali effikaċi u trasparenti jmorru oltre ż-żieda fir-riżorsi disponibbli għat-trawwim tal-iżvilupp, u jkollhom effett pożittiv dirett fuq il-governanza tajba u l-bini ta' stati permezz ta' tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tal-istat tad-dritt u tal-kuntratt soċjali bejn il-gvern u ċ-ċittadin, b'mod li jinħoloq kollegament reċiproku bejn it-taxxi, is-servizzi pubbliċi u soċjali, u l-isforzi għall-promozzjoni tal-istabilità tal-baġits governattivi, biex b'hekk tiġi promossa l-indipendenza fit-tul mill-assistenza barranija u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħallew ikunu reattivi u responsabbli fir-rigward tal-objettivi nazzjonali u jassumu s-sjieda tal-għażliet politiċi tagħhom;

K.

billi l-ħtieġa għal żieda fid-dħul domestiku saret aktar urġenti b'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika;

L.

billi l-ammont ta' riżorsi miġbura mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku qed jiżdied b'rata stabbli, u sar progress importanti f'dan il-qasam bl-għajnuna ta' donaturi internazzjonali;

M.

billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċjaw restrizzjonijiet politiċi, amministrattivi u tekniċi kbar biex iżidu d-dħul mit-taxxi bħala riżultat ta' riżorsi finanzjarji u umani insuffiċjenti biex jinġabru t-taxxi, kapaċità amministrattiva dgħajfa biex tiġi trattata l-kumplessità tal-ġbir tat-taxxi mill-kumpaniji transnazzjonali, nuqqas ta' kapaċitajiet u infrastruttura għall-ġbir tat-taxxi, telf ta' persunal imħarreġ mill-amministrazzjonijiet fiskali, korruzzjoni, nuqqas ta' leġittimità tas-sistema politika, nuqqas ta' parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni fiskali internazzjonali, distribuzzjoni inġusta tad-dħul u governanza fiskali fqira;

N.

billi, waqt li l-kuntest globali attwali ta' liberalizzazzjoni kummerċjali u t-tneħħija gradwali tal-ostakli kummerċjali f'dawn l-aħħar deċennji żied l-ammont ta' prodotti nnegozjati fuq livell transkonfinali, ħoloq ukoll diffikultajiet għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiddependu b'mod qawwi fuq it-taxxi mill-kummerċ, speċjalment il-pajjiżi l-anqas żviluppati, biex jikkompensaw għat-tnaqqis fit-taxxi kummerċjali u għall-bidla lejn tipi oħra ta' riżorsi domestiċi, b'mod partikolari taħlita fiskali bbilanċjata sew;

O.

billi, f'dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda fl-għadd ta' trattati fiskali bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw li ntużaw biex titnaqqas it-tassazzjoni fit-trasferimenti finanzjarji transkonfinali, b'mod li jiġu mminimizzati l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u jinħolqu kanali possibbli li permezz tagħhom il-kumpaniji multinazzjonali jistgħu jevitaw it-tassazzjoni; billi valutazzjoni tal-impatt riċenti li saret mill-awtoritajiet fin-Netherlands ikkonkludiet li s-sistema fiskali ta' dak il-pajjiż iffaċilitat l-evitar tat-taxxa minn ras il-għajn, b'mod li d-dividendi u l-imgħax mitlufin mid-dħul mit-taxxa minn ras il-għajn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw kienu bejn EUR 150–550 miljun kull sena (11);

P.

billi, komparattivament, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġbru sostanzjalment anqas dħul mill-ekonomiji avvanzati (bi proporzjon bejn it-taxxa u l-PDG ta' 10–20 %, meta mqabbel ma' firxa bejn it-30–40 % għall-ekonomiji fl-OECD) u huma kkaratterizzati minn bażijiet fiskali estremament stretti; billi hemm potenzjal konsiderevoli għat-twessigħ tal-bażijiet fiskali u għaż-żieda tal-ammont ta' dħul mit-taxxa b'mod li jiġu pprovduti l-mezzi meħtieġa għar-responsabilitajiet governattivi essenzjali;

Q.

billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw qed jipprovaw jiġbdu l-investiment prinċipalment billi joffru diversi inċentivi u eżenzjonijiet fiskali li ma jkunux trasparenti u ma jknunux ibbażati fuq analiżi xierqa tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji, b'mod li ta' spiss ma jirnexxilhomx jiġbdu investimenti reali u sostenibbli, iqiegħdu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'kompetizzjoni kontra xulxin biex joffru l-aktar trattament fiskali favorevoli, u jwasslu għal eżiti insodisfaċenti fir-rigward ta' sistemi fiskali effikaċi u effiċjenti u għal kompetizzjoni fiskali dannuża;

R.

billi l-Istati Membri diġà impenjaw lilhom infushom biex jallokaw 0,7 % tal-ING tagħhom lill-ODA u billi l-ammont ta' għajnuna b'appoġġ għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi għadu baxx – jirrappreżenta anqas minn wieħed fil-mija tal-ODA totali fl-2011 – u hu stmat li 0,1 % (USD 118,4 miljun) biss tal-ODA kien iddedikat għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fi kwistjonijiet fiskali fl-2012;

S.

billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw ma jistgħux jilħqu lanqas il-livell minimu tat-taxxa meħtieġ biex jiffinanzjaw il-funzjonament bażiku tagħhom, is-servizzi pubbliċi tagħhom u l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar;

T.

billi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u l-istituzzjonijiet ta' finanzjament għall-iżvilupp tal-Istati Membri jappoġġaw lill-kumpaniji privati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw direttament billi jipprovdu self jew indirettament billi jappoġġaw lil intermedjarji finanzjarji bħall-banek privati u l-fondi ta' ekwità privati, li mbagħad isellfu dawk il-flus mislufin lil impriżi jew jinvestu fihom;

U.

billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu rrappreżentati aħjar fl-istrutturi u l-proċeduri ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa b'mod li jkunu jistgħu jipparteċipaw b'kundizzjonijiet ta' parità fil-formulazzjoni u r-riforma tal-politiki fiskali globali;

V.

billi l-Kumitat ta' Esperti dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet tat-Taxxa hu korp sussidjarju tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali li jagħti attenzjoni speċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni;

W.

billi l-ġbir ta' biżżejjed livelli ta' finanzi pubbliċi jista' jaqdi rwol deċiżiv fil-promozzjoni ta' soċjetajiet aktar ekwi li jirrifjutaw id-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa u li jipprovdu appoġġ speċjali għat-tfal u gruppi vulnerabbli oħra;

1.

Jappella lill-Kummissjoni biex minnufih tressaq pjan ta' azzjoni ambizzjuż, fil-forma ta' komunikazzjoni, bħala appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u bħala għajnuna biex iwaqqfu sistemi fiskali ġusti, ibbilanċjati sew, effiċjenti u trasparenti, waqt li jqisu l-ħidma mwettqa mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD qabel il-Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f'Addis Ababa, l-Etjopja, li se ssir bejn it-13 u s-16 ta' Lulju 2015, u l-impatt tat-trattati fiskali internazzjonali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

2.

Jinsisti li mobilizzazzjoni effikaċi tar-riżorsi domestiċi u tisħiħ tas-sistemi fiskali se jkunu fattur indispensabbli biex jinkiseb il-qafas għal wara l-2015 li se jissostitwixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), li jirrappreżenta strateġija vijabbli biex tingħeleb id-dipendenza fuq l-għajnuna barranija fit-tul, u li sistemi fiskali effiċjenti u ġusti huma kruċjali għall-qerda tal-faqar, għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, għal governanza tajba u għall-bini ta' stati; ifakkar li ċerti attivitajiet ekonomiċi transnazzjonali affetwaw il-kapaċità tal-pajjiżi li jiġġeneraw dħul governattiv domestiku u li jagħżlu l-istruttura ta' tassazzjoni tagħhom, waqt li ż-żieda fil-mobilità tal-kapital, flimkien mal-użu tar-rifuġji fiskali, alteraw ħafna l-kundizzjonijiet għat-tassazzjoni; jesprimi wkoll tħassib rigward il-livell ta' korruzzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza fl-amministrazzjonijiet pubbliċi li jxekklu l-investiment tad-dħul fiskali fil-bini ta' stati, f'servizzi pubbliċi jew f'infrastruttura pubblika;

3.

Jikkonstata li, meta jitqiesu bħala proporzjon tal-PDG, ir-riżorsi fiskali għadhom baxxi fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dan qed jagħmilhom partikolarment vulnerabbli għal attivitajiet ta' evażjoni u evitar tat-taxxa min-naħa ta' kontribwenti u kumpaniji individwali; jisħaq fuq il-fatt li dan jirrappreżenta telf finanzjarju konsiderevoli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jinkoraġġixxi l-korruzzjoni u jagħmel ħsara lill-politika tal-UE dwar l-iżvilupp, u li t-teħid ta' miżuri xierqa fil-livell nazzjonali, f'dak tal-UE u f'dak internazzjonali kontra dawn il-prattiki għandu jkun prijorità ewlenija għall-UE u għall-Istati Membri tagħha, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet li jaffaċċjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiksbu aċċess għad-dħul fiskali tagħhom; jikkunsidra li l-UE għandha tiżvolġi rwol ta' tmexxija fit-tiswiq tal-isforzi internazzjonali favur il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, fejn għandha tiggwida bl-eżempju tagħha, u li għandha tikkoopera mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jikkontrobattu l-prattiki ta' evitar aggressiv tat-taxxa min-naħa ta' ċerti kumpaniji transnazzjonali, kif ukoll biex isibu modijiet li jgħinuhom jifilħu għall-pressjonijiet biex jinvolvu ruħhom f'kompetizzjoni fiskali;

Pjan ta' Azzjoni għall-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri konkreti u effikaċi biex tappoġġa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-oqfsa tal-amministrazzjoni fiskali reġjonali, bħall-Forum Afrikan għall-Amministrazzjoni Fiskali u ċ-Ċentru Inter-Amerikan tal-Amministrazzjonijiet Fiskali, fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, fl-iżvilupp ta' politiki fiskali ġusti, ibbilanċjati sew, effiċjenti u trasparenti, fil-promozzjoni tar-riformi amministrattivi u fit-tkabbir tas-sehem, f'termini ta' għajnuna u żvilupp, tal-assistenza finanzjarja u teknika lill-amministrazzjonijiet fiskali nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jargumenta li dan l-appoġġ għandu jingħata biex jissaħħu l-aġenziji ġudizjarji u l-aġenziji kontra l-korruzzjoni f'dawn il-pajjiżi; jappella biex jingħaqad l-għarfien espert tas-settur pubbliku mill-Istati Membri u l-pajjiżi benefiċjarji bil-għan li jissaħħu l-attivitajiet koperattivi waqt li jkun hemm riżultati preliminari konkreti għall-pajjiżi benefiċjarji; jappoġġa l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' ħidma, sessjonijiet ta' taħriġ, missjonijiet ta' esperti, żjarat ta' studju u konsulenza;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti post fuq quddiem fl-aġenda lill-governanza tajba fil-kwistjonijiet tat-taxxa, u lil ġbir tat-taxxa li jkun ġust, ibbilanċjat sew, effiċjenti u trasparenti fid-djalogu politiku (fuq livell ta' politika, żvilupp u kummerċ) tagħha, u fil-ftehimiet kollha ta' koperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi sħab, waqt li ssaħħaħ is-sjieda u r-responsabilità domestika billi trawwem ambjent fejn il-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv għall-formulazzjoni u s-sorveljanza tal-baġits nazzjonali, anke fir-rigward tad-dħul domestiku u l-kwistjonijiet tat-taxxa, u tappoġġa r-rwol tas-soċjetà ċivili fl-iżgurar ta' skrutinju pubbliku tal-governanza fiskali, inter alia billi jiġu stabbiliti sistemi effikaċi għall-protezzjoni tal-informaturi u s-sorsi ġurnalistiċi;

6.

Jappella b'urġenza biex l-informazzjoni rigward is-sjieda benefiċjarja ta' kumpaniji, trusts u istituzzjonijiet oħra titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f'formati informatiċi miftuħin b'mod li l-kumpaniji tal-isem anomini u entitajiet ġuridiċi paragonabbli ma jitħallewx jintużaw għall-ħasil ta' flus, għall-finanzjament ta' attivitajiet illegali jew terroristiċi, għas-satar tal-identità ta' individwi korrotti u kriminali, u għall-ħabi tas-serq ta' fondi pubbliċi u l-qligħ minn traffikar illegali u evażjoni tat-taxxa illegali; jemmen barra minn hekk li l-pajjiżi kollha għandhom tal-anqas jadottaw u jimplimentaw kompletament ir-rakkomandazzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja;

7.

Japella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jinfurzaw il-prinċipju li jeħtieġ li l-kumpaniji multinazzjonali kwotati jew mhux kwotati mill-pajjiżi u s-setturi kollha, u speċjalment dawk il-kumpaniji fil-qasam tal-estrazzjoni tar-riżorsi, jadottaw bħala standard is-sistema ta' rapportar separat għal kull pajjiż speċifiku, li tirrikjedi li, bħala parti mir-rapportar annwali tagħhom u b'mod separat għal kull pajjiż speċifiku fir-rigward ta' kull territorju fejn joperaw, jippubblikaw l-ismijiet tas-sussidjarji kollha u l-prestazzjoni finanzjarja rispettiva tagħhom, l-informazzjoni fiskali rilevanti, l-assi u n-numru ta' impjegati, u biex jiżguraw li din l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, waqt li jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi billi jeskludu l-mikroimpriżi; jappella lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva biex temenda b'dan il-mod lid-Direttiva dwar il-Kontabilità; ifakkar li t-trasparenza pubblika hija pass importanti biex is-sistema fiskali attwali tiġi rranġata u tiżdied il-fiduċja pubblika; jappella lill-OECD biex tirrakkomanda li l-mudell propost tagħha għal rapportar separat għal kull pajjiż speċifiku jiġi ppubblikat mill-korporazzjonijiet multinazzjonali kollha, sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tat-taxxa kollha fil-pajjiżi kollha jkun jista' jkollhom aċċess għal informazzjoni eżawrjenti, li tippermettilhom jivvalutaw ir-riskji tal-ipprezzar tat-trasferimenti u jidderminaw l-aktar mod effikaċi biex jużaw ir-riżorsi ta' awditjar; jissottlinja li l-eżenzjonijiet u l-vantaġġi fiskali mogħtija lill-investituri barranin permezz ta' trattati fiskali bilaterali jipprovdu lill-korporazzjonijiet multinazzjonali b'vantaġġ kompetittiv inġust fir-rigward tad-ditti domestiċi, speċjalment l-impriżi żgħar u ta' daqs medju;

8.

Jappella biex jiġu riveduti l-kundizzjonijiet u r-regolamenti fiskali li joperaw taħthom l-industriji estrattivi; jappella lill-UE biex iżżid l-assistenza tagħha lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'appoġġ għall-objettiv li l-estrazzjoni tar-riżorsi naturali tiġi intaxxata b'mod adegwat, biex b'hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-gvernijiet ospitanti fin-negozjati biex jiksbu redditu aħjar mill-bażi tagħhom ta' riżorsi naturali, u tiġi stimolata d-diversifikazzjoni tal-ekonomija tagħhom; jappoġġa l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u l-estensjoni tagħha għad-ditti produtturi u l-kumpaniji li jinnegozjaw fi prodotti komoditarji;

9.

Jilqa' l-adozzjoni ta' mekkaniżmu ta' Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni, għodda fundamentali għat-titjib tat-trasparenza u l-kooperazzjoni fuq livell globali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jirrikonoxxi, madankollu, li hemm bżonn jitkompla l-appoġġ f'termini ta' finanzi, għarfien espert tekniku u ħin biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità meħtieġa biex jibagħtu u jipproċessaw l-informazzjoni; jisħaq, għaldaqstant, fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-Istandard Globali tal-OECD dwar l-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni jkun jinkludi perjodu ta' tranżizzjoni għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li jirrikonoxxi li, jekk dan l-istandard isir reċiproku, dawk il-pajjiżi li ma jkollhomx ir-riżorsi u l-kapaċità li jwaqqfu l-infrastruttura meħtieġa għall-ġbir, il-ġestjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rikjesta jistgħu effettivament jiġu esklużi; jikkunsidra barra minn hekk li għandu jiġi previst standard uniku dwar il-konfidenzjalità;

10.

Jappella biex, sal-aħħar tal-2015, jiġu stabbiliti definizzjoni maqbula fil-livell internazzjonali tar-rifuġji fiskali, pieni għall-operaturi li jagħmlu użu minnhom u lista sewda tal-pajjiżi, inklużi dawk fl-UE, li ma jiġġieldux l-evażjoni tat-taxxa jew li jaċċettawha jappella lill-UE biex tappoġġa r-rikonverżjoni ekonomika ta' dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jservu ta' rifuġji fiskali; jitlob lil dawk l-Istati Membri b'dipendenzi u territorji li mhumiex parti mill-Unjoni biex jaħdmu mal-amministrazzjonijiet ta' dawn iż-żoni favur l-adozzjoni tal-prinċipji tat-trasparenza fiskali u biex jiżguraw li l-ebda wieħed minnhom ma jservi ta' rifuġju fiskali;

11.

Jappella lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jiżguraw li, meta jkunu qed jinnegozjaw trattati fiskali u trattati dwar l-investiment ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, id-dħul jew il-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet transkonfinali jiġu intaxxati fil-pajjiż ta' oriġini fejn jiġi estratt jew jinħoloq il-valur; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-fatt li l-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tan-NU jiżgura tqassim ġust tad-drittijiet ta' tassazzjoni bejn il-pajjiżi ta' oriġini u l-pajjiżi ta' residenza; jisħaq fuq il-fatt li meta jkunu qed jinnegozjaw trattati fiskali, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-koerenza fil-politiki għall-iżvilupp stabbilita fl-Artikolu 208 TFUE;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha biex, skont l-eżempju ta' xi Stati Membri, iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt tal-politiki fiskali Ewropej fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jikkondividu “l-aħjar prattiki”, b'mod li jsaħħu l-koerenza fil-politiki għall-iżvilupp u jtejbu l-prattiki attwali, u biex iqisu aħjar ir-riperkussjonijiet negattivi fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ħtiġijiet speċjali ta' dawk il-pajjiżi; jilqa', f'dan il-kuntest, il-Pjan ta' Azzjoni rivedut tal-Kummissjoni dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, li għandu jiġi ppreżentat fl-2015, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jilħqu qbil malajr rigward Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva;

13.

Jappoġġa b'mod qawwi l-firxa ta' inizjattivi internazzjonali eżistenti favur riforma tas-sistema globali, inkluża l-inizjattiva tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS), iffokati fuq iż-żieda fil-parteċipazzjoni min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istrutturi u l-proċeduri tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-kumitat tan-NU dwar it-tassazzjoni jiġi trasformat f'korp intergovernattiv ġenwin mgħammar aħjar u b'biżżejjed riżorsi addizzjonali, fi ħdan il-qafas tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU, b'mod li jiġi żgurat li l-pajjiżi kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw f'kundizzjonijiet ta' parità fil-formulazzjoni u r-riforma globali tal-politiki globali fil-qasam tat-taxxa; jisħaq fuq il-fatt li għandhom jiġu kkunsidrati sanzjonijiet kemm għall-ġurisdizzjonijiet mhux koperattivi u kemm għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fi ħdan rifuġji fiskali;

14.

Jisħaq fuq il-fatt li livelli ta' finanzi pubbliċi suffiċjenti jistgħu jikkontribwixxu għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri u jipprovdu mezz ta' appoġġ għat-tfal u l-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà b'modijiet aħjar, u jirrikonoxxi li, waqt li l-evażjoni tat-taxxa jkollha impatt fuq il-benessri tal-individwi, tikkawża ħsara b'mod speċjali lill-familji fqar u bi dħul aktar baxx, li f'ħafna minnhom hemm rappreżentanza sproporzjonata ta' nisa;

15.

Jikkonstata bi tħassib li ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw isibu rwieħhom f'pożizzjoni dgħajfa ħafna meta jiġu biex jinnegozjaw ma' xi investituri diretti barranin; hu tal-fehma li għandu jiġi rikjest li l-kumpaniji jieħdu impenji preċiżi f'termini tar-riperkussjonijiet pożittivi li jista' jkollhom l-investimenti tagħhom fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku lokali u/jew nazzjonali tal-pajjiż ospitanti; jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet sħab, biex jiżguraw li l-inċentivi fiskali ma jikkostitwixxux alternattivi addizzjonali li jwasslu għall-evitar tat-taxxa; jissottlinja li l-inċentivi għandhom isiru aktar trasparenti u, idealment, jiġu orjentati lejn il-promozzjoni tal-investiment fl-iżvilupp sostenibbli;

16.

Jappella lill-BEI u lill-BERŻ, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-finanzjament għall-iżvilupp, biex jissorveljaw u jiżguraw li l-kumpaniji jew entitajiet ġuridiċi oħra li jirċievu appoġġ ma jipparteċipawx f'evażjoni u evitar tat-taxxa billi jinteraġixxu ma' intermedjarji finanzjarji stabbiliti f'ċentri offshore u f'rifuġji fiskali, jew billi jiffaċilitaw il-flussi ta' kapital illeċiti, u biex iqawwu l-politiki tagħhom dwar it-trasparenza billi, pereżempju, iqiegħdu r-rapporti u l-investigazzjonijiet kollha tagħhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; jappella lill-BEI biex japplika l-prinċipju ta' “diliġenza dovuta”, billi jirrikjedi li r-rapportar isir b'mod separat għal kull pajjiż speċifiku, jintraċċa l-każi ta' sjieda benefiċjarja u jikkontrolla l-ipprezzar tat-trasferimenti b'mod li jiżgura t-trasparenza tal-investimenti u jipprevjeni l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

o

o o

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  http://www.un.org/esa/ffd/tax/

(2)  http://www.un.org/esa/ffd/tax/unmodel.htm

(3)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0205.

(5)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 37.

(6)  ĠU C 341 E, 16.12.2010, p. 29.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0394.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2014)0163.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2014)0059.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2014)0251.

(11)  “Kwistjonijiet ta' evalwazzjoni fil-finanzjament għall-iżvilupp: analiżi tal-effetti tal-politika tan-Netherlands dwar it-taxxa korporattiva fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw”, studju kkummissjonat mid-Dipartiment għall-Evalwazzjoni tal-Politika u l-Operazzjonijiet (IOB) tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tan-Netherlands, Novembru 2013


Il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2015

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/65


P8_TA(2015)0266

Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI))

(2017/C 265/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa” (COM(2014)0398),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini” (COM(2014)0445),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs: Għajnuna għall-SMEs biex isarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju” (COM(2014)0440);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar it-Tibdil fil-Klima li tħares ’il quddiem” (COM(2015)0080),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nibnu s-Suq Uniku għall-Prodotti Ekoloġiċi – Niffaċilitaw tagħrif aħjar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet” (COM(2013)0196),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa” (COM(2012)0060),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi” (COM(2011)0571),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011)0021),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar l-Ekoinnovazzjoni – impjiegi u tkabbir permezz tal-politika ambjentali (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar strateġija Ewropea għall-iskart tal-plastik fl-ambjent (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar strateġija effettiva tal-materja prima għall-Ewropa (4),

wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent,

wara li kkunsidra l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli tal-UE (2006) u r-rieżami tal-2009,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ambjent dwar “Tħaddir tas-Semestru Ewropew u l-Istrateġija Ewropa 2020 – Reviżjoni ta’ nofs it-terminu” tat-28 ta’ Ottubru 2014,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ sinteżi mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar “L-Ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2015”,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB),

wara li kkunsidra l-Inkjesta tal-UNEP (Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent) dwar it-Tfassil ta’ Sistema Finanzjarja Sostenibbli,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi tal-UNEP dwar “Riskji Ambjentali u Sfidi tal-Flussi u Ċikli Antropoġeniċi tal-Metalli” (2013),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi tal-UNEP dwar “Diżakkoppjament tal-użu tar-riżorsi naturali u l-impatti ambjentali mit-tkabbir ekonomiku” (2011),

wara li kkunsidra l-petizzjoni “Stop Food Waste in Europe!”

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 (5),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta’ Frar 2015, (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0215/2015),

A.

billi l-użu eċċessiv tar-riżorsi huwa l-kawża ewlenija ta’ diversi perikli ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni, id-deforestazzjoni, it-telf tal-bijodiversità u d-dgħajfien tas-servizzi tal-ekosistemi; billi l-ekonomija dinjija tuża daqs 1,5 pjaneti f’riżorsi biex tipproduċi output globali u tassorbi l-iskart u din iċ-ċifra hija stmata li tilħaq l-ekwivalenti ta’ żewġ pjaneti f’riżorsi sal-2030;

B.

billi l-Ewropa hija aktar dipendenti fuq ir-riżorsi importati minn kwalunkwe reġjun ieħor fid-dinja u billi ħafna riżorsi se jkunu eżawriti fi żmien relattivament qasir; billi l-kompetittività tal-Ewropa tista’ tiżdied b’mod sinifikanti billi jkollha aktar valur miżjud minn riżorsi fl-ekonomija u tippromwovi provvista sostenibbli ta’ materjali minn sorsi Ewropej; billi barra minn hekk, bħala kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima, is-sħubiji għall-innovazzjoni bejn l-industrija u l-qasam tal-ġestjoni tal-iskart u r-riċerka għar-riċiklabbiltà ta’ materja prima importanti għandhom jissaħħu;

C.

billi l-bidla għal ekonomija ċirkolari hija essenzjalment kwistjoni ta’ ekonomija, li tikkonċerna l-aċċess għall-materja prima, jew id-disponibbiltà tagħha, ir-riindustrijalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-Ewropa, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u l-isfidi tal-klima, l-insikurezza tal-enerġija u l-iskarsezza tar-riżorsi; billi l-investiment f’ekonomija ċirkolari għalhekk jista’ jkun kompletament kompatibbli mal-aġenda tal-Kummissjoni għall-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività u għandu l-potenzjal li joħloq sitwazzjoni vantaġġjuża għall-partijiet interessati kollha involuti;

D.

billi l-effiċjenza tar-riżorsi għandha tikkunsidra wkoll u tkun koerenti ma’ tħassib dwar sostenibbiltà usa inklużi dimensjonijiet ambjentali, etiċi, ekonomiċi u soċjali;

E.

billi l-miri u l-azzjonijiet ta’ prijorità definittivi stabbiliti fis-Seba' Programm ta’ Azzjoni Ambjentali huma ta’ natura vinkolanti;

F.

billi l-Programm Ambjentali tal-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) sab li “l-effikaċja ambjentali ta’ approċċi volontarji hija ta’ spiss dubjuża, u l-effiċjenza ekonomika hija ġeneralment baxxa” (7);

G.

billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari teħtieġ tibdil sistemiku, li jaffettwa lill-partijiet interessati kollha fil-katina tal-valur, u innovazzjonijiet sostanzjali fit-teknoloġija, in-negozji u s-soċjetà b’mod ġenerali;

H.

billi ċ-ċittadini, in-negozji żgħar u l-awtoritajiet pubbliċi lokali għandhom rwol speċjali biex jiżguraw l-effiċjenza tar-riżorsi u jippromwovu d-diżakkoppjament bejn it-tkabbir ekonomiku u l-konsum tar-riżorsi;

I.

billi ekonomija ċirkolari li tiffunzjona sew teħtieġ negozji kompetittivi, u billi n-negozji huma fihom infushom il-forzi fit-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari;

J.

billi huwa importanti li l-SMEs jitpoġġew fil-qalba tal-istrateġija tal-effiċjenza tar-riżorsi peress li jammontaw għal 99 % tal-intrapriżi tal-UE u jimpjegaw 2/3 mill-forza tax-xogħol;

K.

billi pakkett ta’ ekonomija ċirkolari Ewropew ambizzjuż joħloq opportunitajiet ta’ negozju, jiżgura aċċess għall-materja prima, itawwal l-użu produttiv tagħha (permezz tal-użu mill-ġdid, manifatturar mill-ġdid, riċiklaġġ jew bħala partijiet li jinbidlu), jiggarantixxi proċessi ta’ riċiklaġġ ta’ kwalità għolja ladarba tasal għal tmiem ħajjitha, kif ukoll jittratta l-prodotti sekondarji kollha u l-iskart bħala flussi ta’ riżorsi ta’ valur għal aktar użu;

L.

billi l-provvista sostenibbli u responsabbli ta’ materja prima primarja hija kruċjali sabiex tinkiseb effiċjenza tar-riżorsi u jintlaħqu l-objettivi ta’ ekonomija ċirkolari;

M.

billi jeħtieġ li jiġu żviluppati swieq għall-materja prima sekondarja sabiex jintlaħqu objettivi dwar l-effiċjenza fir-riżorsi u ekonomija ċirkolari;

N.

billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni ripetutament biex tistabbilixxi indikaturi u miri għall-effiċjenza fir-riżorsi;

O.

billi l-eliminazzjoni ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, li għalihom hemm jew ser jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali dwar il-prodotti kimiċi, għandha rwol ċentrali fil-bini ta’ ekonomija ċirkolari;

P.

billi d-data tal-Eurostat dwar l-ipproċessar tal-iskart urban fl-UE 28 turi b’mod ċar li għad m'hemmx kundizzjonijiet ekwi fil-politika tal-iskart u li l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti tinvolvi sfidi sinifikanti;

Q.

billi bħala medja, 40 % biss mill-iskart solidu jintuża mill-ġdid jew jiġi riċiklat, il-bqija jintrema kollu fil-miżbliet jew jinħaraq;

R.

billi l-produzzjoni u l-konsum ta’ prodotti tal-ikel agrikoli jammontaw għal sehem sinifikanti mill-użu tar-riżorsi, b’impatti sinifikanti fuq l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali; billi jinħtieġu soluzzjonijiet sostenibbli biex jindirizzaw l-ineffiċjenzi fir-riżorsi tal-ikel b’mod olistiku;

S.

billi t-tneħħija tas-sussidji ta’ ħsara għall-ambjent, inklużi s-sussidji diretti u indiretti għall-karburanti fossili, tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod sostanzjali, tgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u tippermetti l-adozzjoni tal-ekonomija ċirkolari;

1.

Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa' (COM(2014)0398); japprova l-approċċ tal-Kummissjoni rigward it-tfassil u l-innovazzjoni favur ekonomija ċirkolari, l-istabbiliment ta' qafas ta’ politika biex tappoġġa l-effiċjenza fir-riżorsi, l-iffissar ta’ mira dwar l-effiċjenza fir-riżorsi kif deskritt fil-komunikazzjoni u d-deskrizzjoni ta’ qafas politiku speċifiku biex l-SMEs ikunu jistgħu jsarrfu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet tan-negozju ambjentalment sostenibbli; jenfasizza li jinħtieġu miżuri leġiżlattivi għal tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta ambizzjuża dwar ekonomija ċirkolari sal-aħħar tal- 2015, kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2015;

2.

Jenfasizza li l-indirizzar tal-iskarsezza tar-riżorsi jeħtieġ it-tnaqqis fl-estrazzjoni u l-użu tar-riżorsi u diżakkoppjament assolut tat-tkabbir mill-użu tar-riżorsi naturali – bidla sistemika li teħtieġ backcasting tal-azzjonijiet meħtieġa minn perspettiva ta’ sostenibbiltà għall-2050 u t-teħid ta' azzjoni immedjata;

3.

Jenfasizza l-produzzjoni u l-konsum bħala oqsma li għandhom jiġu indirizzati b’tali mod li tkun żgurata l-koerenza mal-miri ta’ żvilupp sostenibbli usa';

4.

Ifakkar li, minkejja titjib fl-użu effiċjenti tar-riżorsi li diġà seħħ, tkabbir kontinwu fil-produzzjoni sebaq dawn il-kisbiet fl-effiċjenza u l-estrazzjoni tar-riżorsi għadha qed tiżdied b’mod drammatiku madwar id-dinja, għalhekk hemm ħtieġa urġenti għal tnaqqis globali fl-estrazzjoni u l-użu tar-riżorsi sabiex jingħeleb l-effett ta’ riperkussjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri xierqa;

5.

Ifakkar li l-ilma, kemm bħala riżorsa naturali użata fi proċessi ta’ produzzjoni kif ukoll bħala beni pubbliku, għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu kkalkulati ċ-ċifri tal-konsum ta’ materja prima u għandu jintuża b’mod effiċjenti;

6.

Jenfasizza li t-titjib tal-użu tar-riżorsi permezz ta' rekwiżiti tad-disinn aħjar u permezz ta' leġiżlazzjoni dwar l-iskart li tiżgura ċaqliq 'il fuq fil-ġerarkija tal-iskart (biex b'hekk titrawwem il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ), jistgħu jġibu ammont sostanzjali ta' tfaddil nett għan-negozji tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi, stmat għal EUR 600 biljun, jew 8 % tal-fatturat annwali, filwaqt li jnaqqsu l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra annwali bi 2-4 %; jenfasizza li jekk il-produttività tar-riżorsi tiżdied bi 30 % sal-2030, din tista' tagħti spinta lill-PDG bi kważi 1 % u toħloq 2 miljun impjieg addizzjonali sostenibbli (8); ifakkar li l-effiċjenza fir-riżorsi hija objettiv ta' prijorità tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stimulati l-produzzjoni u d-domanda tal-konsumatur għall-prodotti u servizzi sostenibbli ambjentalment permezz ta' politiki li jippromwovu d-disponibbiltà, l-affordabilità, il-funzjonalità u l-attraenza tagħhom;

7.

Huwa konvint li t-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi jeħtieġ kemm miżuri leġiżlattivi u inċentivi ekonomiċi, l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni u aktar finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll bidliet soċjali u fl-istil tal-ħajja; jirrimarka li tinħtieġ varjetà ta’ strumenti f'diversi livelli ta’ politika, b’kunsiderazzjoni tas-sussidjarjetà;

8.

Jemmen li l-implimentazzjoni ta’ ekonomija ċirkolari sħiħa teħtieġ l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, ir-reġjuni, il-bliet, il-komunitajiet lokali, l-SMEs, l-NGOs, ir-rappreżentanti tal-industrija, it-tradeunions u ċ-ċittadini rilevanti kollha;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali matul l-iżvilupp sħiħ tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari;

10.

Jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, il-perċezzjonijiet u l-involviment taċ-ċittadini huma kruċjali għal tranżizzjoni b'suċċess għal ekonomija ċirkolari; jinnota li għandhom jiġu ddedikati l-attenzjoni u r-riżorsi meħtieġa għall-edukazzjoni u l-informazzjoni, għall-promozzjoni ta' mudelli ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli, u jenfasizza l-benefiċċji ta' tranżizzjoni għal għal ekonomija ċirkolari effiċjenti fir-riżorsi;

11.

Jirrimarka li t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari teħtieġ forza tax-xogħol imħarrġa u li l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom iqisu l-ħtieġa ta’ ħiliet ekoloġiċi;

12.

Jenfasizza li ċerti strumenti finanzjarji favur l-ekonomija ċirkolari huma diġà fis-seħħ fuq livell Ewropew, b’mod partikolari permezz tal-programmi Orizzont 2020 u Life+, u li, jekk jintużaw tajjeb, jippermettu li jiġu promossi l-ekoinnovazzjoni u l-ekoloġija industrijali fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-Ewropa;

13.

Jenfasizza li ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà fit-tul huma kruċjali sabiex jiftħu l-potenzjal tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi għall-ekonomija ċirkolari biex imexxu l-investimenti lejn ekonomija sostenibbli;

14.

Jenfasizza li tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u ċirkolari għandha tikkombina miri ambjentali ambizzjużi ma' rekwiżiti soċjali b'saħħithom, inklużi l-promozzjoni ta' xogħol deċenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol sani u sikuri (i.e. l-assigurazzjoni li l-ħaddiema ma jkunux esposti għal sustanzi ta' ħsara fuq il-post tax-xogħol);

15.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas legali aktar koerenti għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, li jkopri ċ-ċiklu ta’ produzzjoni komplet mill-forniment sostenibbli sal-irkupru fl-aħħar tal-ħajja;

Indikaturi u miri

16.

Jenfasizza li sal-2050 l-użu ta’ riżorsi tal-UE jeħtieġ li jkun sostenibbli u li dan jirrikjedi, inter alia, tnaqqis assolut fil-konsum tar-riżorsi għal livelli sostenibbli, abbażi ta' kejl affidabbli tal-konsum tar-riżorsi tul il-katina kollha tal-provvista, applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart, implimentazzjoni ta’ utilizzazzjoni f’kaskata tar-riżorsi, b’mod partikolari fl-użu tal-bijomassa, forniment responsabbli u sostenibbli, il-ħolqien ta’ ċirku magħluq għal riżorsi mhux rinnovabbli, iż-żieda fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fi ħdan il-limiti ta’ tiġdid tagħhom, it-tneħħija gradwali ta’ sustanzi tossiċi, b’mod partikolari fejn jeżistu jew se jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali dwar is-sustanzi kimiċi, sabiex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ ċikli ta’ materjali mhux tossiċi, u t-titjib tal-kwalità tas-servizzi tal-ekosistema;

17.

Ifakkar li fl-2012 il-Parlament kien diġà talab indikaturi ċari, solidi u li jistgħu jitkejlu għall-attività ekonomika li jikkunsidraw it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u effiċjenza fir-riżorsi mill-perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja u li dawn l-indikaturi jintużaw bħala bażi għal inizjattivi leġiżlattivi u miri ta’ tnaqqis konkreti;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2015, tipproponi indikatur ewlieni u tabella ta’ sottoindikaturi dwar l-effiċjenza fir-riżorsi, inklużi servizzi tal-ekosistema; jinnota li l-użu ta’ dawn l-indikaturi armonizzati għandhom ikunu legalment vinkolanti mill-2018, u dawn għandhom ikejlu l-konsum tar-riżorsi, inklużi l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u tal-industrija u jqisu ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi u għandhom ikunu bbażati fuq il-metodoloġija tal-impronta, li tkejjel għall-inqas l-użu tal-art, l-ilma u l-materjali u l-karbonju;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, sa tmiem l-2015, tipproponi mira sal-2030 l-effiċjenza fir-riżorsi fil-livell tal-UE tiżdied bi 30 % meta mqabbla mal-livelli tal-2014, kif ukoll miri individwali għal kull Stat Membru; jenfasizza li, qabel ma l-miri tal-effiċjenza fir-riżorsi jistgħu jiġu implimentati, iridu jiġu appoġġati b'indikaturi;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ta’ indikaturi ta' effiċjenza fir-riżorsi permezz ta’ konvenzjonijiet internazzjonali sabiex ikun possibbli li jsir paragun bejn l-industriji u l-ekonomiji u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet indqas, kif ukoll tappoġġa d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi;

21.

Jenfasizza li dawn l-indikaturi għandhom jiġu inklużi fis-Semestru Ewropew u fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha;

Politika tal-prodotti u ekodisinn

22.

Jenfasizza l-importanza ta’ politika tal-prodotti maħsuba sew li żżid it-tul mistenni tal-ħajja tal-prodotti, id-durabbiltà, il-kapaċità tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ; jirrimarka li l-ammont ta’ riżorsi użati minn prodott matul il-ħajja tiegħu kif ukoll ir-riparabbiltà, il-possibbiltà ta' użu mill-ġdid u riċiklabbiltà tiegħu huma determinati l-aktar matul il-fażi tad-disinn; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi approċċ orjentat lejn iċ-ċiklu tal-ħajja fil-politiki tal-prodotti, b'mod partikolari billi tistabbilixxi metodi armonizzati għall-valutazzjoni tal-impronti ambjentali tal-prodotti;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tippreżenta programm ta’ ħidma ambizzjuż, u biex b’mod komprensiv u b’ambizzjoni, timplimenta r-rekwiżiti tal-ekodisinn tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn eżistenti f'miżuri ta' implimentazzjoni ġodda u aġġornati, u tibda bl-adozzjoni immedjata ta’ miżuri diġà abbozzati;

24.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi rieżami tal-leġiżlazzjoni dwar l-ekodisinn u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra dwar il-politika tal-prodotti sa tmiem l-2016, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, li jinkorpora l-bidliet essenzjali li ġejjin: it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn biex ikopri l-gruppi ta’ prodotti ewlenin kollha, mhux biss prodotti relatati mal-enerġija; l-inklużjoni gradwali tal-karatteristiċi rilevanti kollha tal-effiċjenza fir-riżorsi fir-rekwiżiti mandatorji għad-disinn tal-prodotti; l-introduzzjoni ta’ passaport tal-prodott mandatorju bbażat fuq dawn ir-rekwiżiti; l-implimentazzjoni ta’ awtomonitoraġġ u verifika minn parti terza biex jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw ma’ dawn l-istandards; u d-definizzjoni ta’ rekwiżiti orizzontali dwar, inter alia, id-durabbiltà, ir-riparabbiltà, il-possibbiltà ta' użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, abbażi ta’ analiżi kostijiet-benefiċċji, il-possibilità li jiġu definiti valuri minimi ta’ materjal irriċiklat fi prodotti ġodda fir-reviżjoni futura tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri kontra l-obsolexxenza ppjanata u tiżviluppa aktar sett ta’ standards tal-prodotti għall-ekonomija ċirkolari, li jinkludu r-rinnovament u t-tiswija, l-iffaċilitar taż-żarmar, u l-użu effiċjenti tal-materja prima, ir-riżorsi rinnovabbli u l-materjali riċiklat fil-prodotti;

27.

Ifakkar li għall-iskopijiet tat-tfassil ta’ ekonomija ċirkolari ta’ suċċess, għandhom rwol importanti wkoll id-disponibbiltà ta’ komponenti standardizzati u modulari, id-disinn għaż-żarmar u għal prodotti ta’ ħajja twila u l-proċessi ta’ produzzjoni effiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet rilevanti sabiex jiġi żgurat li l-prodotti jkunu durabbli u jkun faċli li jiġu mtejba, jintużaw mill-ġdid, jiġu restawrati, jissewwew, jiġu riċiklati u jiżżarmaw għal riżorsi ġodda, u li partijiet li fihom sustanzi perikolużi jkunu identifikati b’mod ċar f’manwali tal-prodotti sabiex tkun iffaċilitata s-separazzjoni ta’ dawk il-partijiet qabel ir-riċiklaġġ;

28.

Jinnota li huwa kruċjali li titqajjem is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u li jiżdied ir-rwol proattiv tagħhom;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-estensjoni tal-garanziji minimi għall-oġġetti tal-konsum durabbli, sabiex jiġi estiż it-tul mistenni tal-ħajja tal-prodotti, u biex jiġi ċċarat li, skont id- Direttiva 1999/44/KE, il-bejjiegħa ta' prodotti għall-konsumatur għandhom jeżaminaw id-difetti matul l-ewwel sentejn tal-garanzija ġuridika u jimponu ħlas fuq il-konsumatur biss jekk id-difett kien ikkawżat minn użu mhux xieraq;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri xierqa dwar id-disponibilità tal-ispare parts sabiex tiġi żgurata t-tiswija tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) jżidu l-isforzi tagħhom biex jissostitwixxu s-sustanzi ta' tħassib kbir u jirrestrinġu s-sustanzi li jġibu magħhom riskji mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fil-kuntest tar-REACH, mhux l-inqas bħala mezz biex ikun issodisfat ir-rekwiżit tas-Seba' Pjan ta' Azzjoni għall-Ambjent ħalli jkunu żviluppati ċikli ta' materjal mhux tossiku biex b'hekk l-iskart irriċiklat ikun jista' jintuża bħala sors ewlieni u affidabbli ta' materja prima fi ħdan l-Unjoni; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tneħħi b'mod immedjat il-moratorju unilaterali tagħha fuq l-ipproċessar ta' rakkomandazzjonijiet mill-ECHA fir-rigward tal-inklużjoni ta' sustanzi ta' tħassib kbir fl-Anness XIV tar-REACH, u minflok tipproċedi malajr bl-inklużjoni ta' dawn is-sustanzi; jenfasizza li, skont il-ġerarkija tal-iskart fejn il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ u li, għaldaqstant, ir-riċiklaġġ m'għandux jiġġustifika t-tkomplija tal-użu ta' sustanzi tradizzjonalment perikolużi;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jissostitwixxu s-sustanzi perikolużi fil-kuntest tad-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku bil-għan li jiġu stabbiliti ċikli ta' materjal mhux tossiku;

33.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu sorveljanza effikaċi tas-suq biex jiġi żgurat li kemm il-prodotti Ewropej u kemm dawk importati jkunu konformi mar-rekwiżiti fir-rigward tal-politika tal-prodott u l-ekodisinn; iħeġġeġ lill-Istati Membri, li biex tkun żgurata din is-sorveljanza effikaċi tas-suq, javvanzaw mingħajr dewmien fil-proċedura leġislattiva dwar l-eżami tar-Regolament dwar is-sorveljanza tas-suq; jinnota li kwalunkwe dewmien ulterjuri se jkun ta' ħsara għall-interessi tan-negozji u taċ-ċittadini;

Lejn skart żero

34.

Jenfasizza l-analiżi tal-Kummissjoni li turi li l-adozzjoni ta' miri ġodda dwar l-iskart toħloq 180 000 impjieg ġdid, tagħmel l-UE aktar kompetittiva u tnaqqas id-domanda għal riżorsi skarsi li jiswew ħafna flus (9); jiddispjaċih bl-irtirar tal-proposta leġislattiva dwar l-iskart (10), iżda fit-tħabbira tal-Viċi President Timmerman waqt is-sessjoni parzjali tal-Parlament f'Diċembru 2014, jara l-opportunità għal Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari ġdid u aktar ambizzjuż;

35.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissottometti l-proposta mħabbra dwar l-eżami tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart sal-aħħar tal-2015, tapplika b'diliġenza l-ġerarkija tal-iskart, u tinkludi l-punti li ġejjin:

definizzjonijiet ċari u mhux ambigwi;

l-iżvilupp ta' miżuri għall-prevenzjoni tal-iskart;

l-istabbilment ta' miri vinkolanti ta' tnaqqis tal-iskart għall-iskart muniċipali, kummerċjali u industrijali li għandhom jinkisbu sal-2025;

l-istabbiliment ta' standards minimi ċari għar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-kosteffettività tal-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi;

l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ħlas skont kemm tarmi (“pay-as-you-throw-principle”) għal skart residwu flimkien ma' skemi obbligatorji ta' ġbir separat għall-karta, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ biex tiġi ffaċilitata l-kwalità għolja tar-riċiklaġġ ta' materjali; l-introduzzjoni obbligatorja ta' ġbir separat għal bijoskart sal-2020;

iż-żieda tar-riċiklaġġ/tal-preparazzjoni għall-miri tal-użu mill-ġdid għal mill-inqas 70 % tal-iskart solidu muniċipali u 80 % riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ sal-2030, ibbażat fuq metodu solidu ta' rapportar li jipprevjeni r-rapportar ta' skart li ntrema (fil-miżbliet jew inċinerat) bħala skart riċiklat, billi jintuża l-istess metodu armonizzat għall-Istati Membri kollha bi statistiċi vverifikati esternament; obbligu għar-riċiklaturi biex jirrapportaw dwar l-“input” ta' kwantitajiet ta' skart li jmur fl-impjant għas-separazzjoni kif ukoll dwar l-“output” ta' kwantità ta' materjali riċiklati li ġejjin mill-impjanti għar-riċiklaġġ;

tillimita b'mod strett l-inċinerazzjoni, bi jew mingħajr l-irkupru tal-enerġija, sal-2020, għal skart mhux riċiklabbli u mhux bijodegradabbli;

tnaqqis vinkolanti u gradwali ta' kull rimi fil-miżbliet, implimentat b'koerenza mar-rekwiżiti għar-riċiklaġġ, fi tliet stadji (2020, 2025 u 2030), li jwassal għal projbizzjoni fuq ir-rimi fil-miżbliet kollu, ħlief għal ċerti skart perikoluż u skart residwali li għalihom il-fatt li jintremew fil-miżbliet huwa l-aktar għażla tajba mil-lat ambjentali;

it-tħeġġiġ tal-Istati Membri biex jintroduċu imposti fuq ir-rimi fil-miżbliet u l-inċinerazzjoni;

36.

Jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tal-miri tal-politika tal-iskart Ewropej, mhux biss f'termini ta' ċertezza ġuridika, il-prevedibbiltà u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, iżda wkoll fit-termini tal-iżgurar li l-ambjent tal-għajxien taċ-ċittadini kollha tal-UE jkun protett u mtejjeb;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq l-istess miri għall-Istati Membri kollha biex tiżgura livell ugwalment għoli ta' ħarsien ambjentali madwar l-UE u biex ma jiġix imminat is-suq uniku;

38.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġislazzjoni u l-miri eżistenti dwar l-iskart huma implimentati bis-sħiħ u b'mod xieraq, inkluż b'mod partikolari l-obbligu ta' skemi ta' ġbir separat, sabiex tiżgura li l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jintlaħqu miri eżistenti u biex jiġu stabbiliti miżuri li jappoġġjaw lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ l-istrumenti t-tajba ħalli jintlaħqu l-miri skont l-iskadenzi;

39.

Jenfasizza li, sabiex isir l-aħjar użu tal-kapaċitajiet ta' immaniġġjar tal-iskart disponibbli fl-UE, ippjanar u kondiviżjoni ta' informazzjoni aħjar huma meħtieġa biex jiġu evitati l-kapaċitajiet żejda;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvestiga l-fattibbiltà li jiġi propost qafas regolatorju għal tħaffir fil-miżbliet imtejjeb sabiex jiġi permess l-irkupru ta' materja prima sekondarja preżenti fil-miżbliet eżistenti u biex jiġi eżaminat l-iżvilupp ta' sistema ta' permessi ambjentali għall-industrija tar-riċiklaġġ;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura aktar trasparenza u kontrolli aħjar biex jiġi evitat it-trasport bil-baħar ta' skart lejn pajjiżi bi standards ambjentali u soċjali aktar baxxi minn dawk fl-UE;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, itejbu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-esportazzjoni illegali tal-iskart ta' wara l-konsumatur;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għal programmi nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart u tfassal sett ta' miri u indikaturi li kapaċi jagħmlu l-prestazzjoni individwali tal-Istati Membri komparabbli;

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-isfidi speċifiċi tal-iskart u tieħu azzjoni kif enfasizzat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (COM(2014)0398); jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-fondi tal-UE huma mobilizzati biex jgħinu fil-kisba tal-objettivi tal-immaniġġjar integrat tal-iskart bħall-ġbir separat u l-iżvilupp ta' infrastruttura tar-riċiklaġġ;

45.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi mira biex jitnaqqas l-iskart tal-baħar b'50 % sal- 2025 meta mqabbla mal-livelli tal-2014;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu fformulati miri għall-ġbir u r-riċiklaġġ ta' metalli kritiċi speċifiċi fid-dawl tal-iskarsità dejjem tikber tagħhom u bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuqhom;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, sa tmiem l-2015, miri, miżuri u strumenti li jindirizzaw b'mod effiċjenti l-ħela tal-ikel, inkluż l-istabbiliment ta' mira vinkolanti għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel ta' mill-inqas 30 % sal-2025 fis-setturi tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut/id-distribuzzjoni, tas-servizz tal-ikel/l-ospitalità u fis-settur tal-unitajiet domestiċi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien fl-Istati Membri ta' konvenzjonijiet li jipproponu li s-settur alimentari tal-konsumatur jiddistribwixxi prodotti mhux mibjugħin lil assoċjazzjonijiet tal-karità; jistieden lill-Kummissjoni, li meta tkun qed twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar proposti leġislattivi rilevanti ġodda, tevalwa l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-ħela tal-ikel;

Bini Sostenibbli

48.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini” (COM(2014)0445); iqis li huwa meħtieġ approċċ iddedikat għall-kostruzzjoni bbażat fuq pjan direzzjonali u fuq l-objettivi fit-tul tiegħu;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u r-rekwiżiti fis-settur tal-bini u tiżviluppa aktar il-qafas tal-politika dwar l-effiċjenza fir-riżorsi — dan jinkludi l-iżvilupp tal-indikaturi, l-istandards u l-metodi u r-rekwiżiti ta' kwalità dwar l-użu tal-art u l-ippjanar urban, l-arkitettura, l-inġinerija strutturali, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, l-adattabilità, l-effiċjenza enerġetika, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ; jirrileva li l-indikaturi fuq il-bini sostenibbli għandhom jinkludu wkoll infrastruttura ekoloġika, bħal soqfa ekoloġiċi; jenfasizza l-importanza ta' viżjoni olistika għall-istokk tal-bini tal-Ewropa, b'objettivi ċari u ambizzjużi fuq perjodu ta' żmien medju u twil u pjanijiet direzzjonali għall-implimentazzjoni ta' din il-viżjoni;

50.

Iqis li l-kwalità tal-arja ta' ġewwa u l-benessri u l-bżonnijiet soċjali tal-utenti għandhom jiġu integrati f'valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-bini;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, fi ħdan il-qafas tal-indikaturi ġenerali dwar l-effiċjenza fiddser-riżorsi, indikaturi biex tivvaluta s-sostenibbiltà tal-bini matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom, bl-użu tal-istandards u l-metodi eżistenti u fuq il-bażi ta' approċċ ta' sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

52.

Jitlob lill-Kummissjonitiddetermina jekk il-prinċipji u l-istandards BAT (l-aqwa tekniki disponibbli) jistgħux jiġu estiżi biex jinkorporaw il-materjali u l-partijiet kollha tal-bini, u biex tiżviluppa passaport tal-bini bbażat fuq iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini;

53.

Iqis li, billi 90 % tal-ambjent mibni tal-2050 diġà jeżisti, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti u inċentivi speċjali għas-settur tar-rinnovazzjoni sabiex sal-2050 tittejjeb l-impronta enerġetika tal-bini jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija fuq terminu twil għar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti u biex ittejjeb ir-rwol tal-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali introdotti bid-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

54.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-titjib tar-riċiklaġġ permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura għall-ġbir selettiv u r-riċiklaġġ fl-industrija tal-kostruzzjoni;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-potenzjal tal-verifiki ta' qabel it-twaqqigħ (jiġifieri valutazzjoni ta' bini qabel id-dekostruzzjoni jew it-twaqqigħ biex jiġu deskritti l-materjali preżenti u jiġi definit liema frazzjonijiet jistgħu jiġu separati għar-riċiklaġġ) u l-għażla fuq il-post ta' materjali riċiklabbli (l-għażla fuq il-post normalment tagħti materja prima sekondarja ta' purità ogħla minn riċiklaġġ mhux fuq il-post u tista' tgħin biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport, pereżempju bit-tgħaffiġ/ikkumpattar fuq il-post);

56.

Jinnota li l-konkrit huwa wieħed mill-materjali l-aktar użati fl-industrija tal-kostruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltajiet li jiżdied ir-riċiklaġġ tal-konkrit fil-kostruzzjoni, kif inhu l-każ fil-Ġermanja u fl-Iżvizzera;

L-iżvilupp ta’ swieq għall-materja prima sekondarja

57.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri li jinċentivaw u jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ swieq għall-materja prima sekondarja ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ negozju bbażat fuq l-użu mill-ġdid ta’ materja prima sekondarja;

58.

Jikkunsidra li qafas ta’ politika fit-tul u prevedibbli jgħin biex jistimola l-livell ta’ investimenti u l-azzjoni meħtieġa biex jiġu żviluppati bis-sħiħ swieq għal teknoloġiji aktar ekoloġiċi u jiġu promossi soluzzjonijiet kummerċjali sostenibbli. jenfasizza li l-indikaturi u l-miri tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, ibbażati fuq il-ġbir ta’ dejta b’saħħitha, jipprovdu l-gwida meħtieġa għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-oqsma pubbliċi u privati għat-trasformazzjoni tal-ekonomija;

59.

Jenfasizza li huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu l-ħolqien ta' progammi ta' simbjożi industrijali li jappoġġjaw sinerġiji industrijali għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, u li jgħinu lill-kumpaniji – b'mod partikolari lill-SMEs – jiskopru kif l-enerġija, l-iskart u l-prodotti sekondarji tagħhom jistgħu jservu ta' riżorsi għall-oħrajn; jiġbed l-attenzjoni lejn kunċetti simili, bħal “minn nieqa sa nieqa” u l-ekoloġija industrijali;

Miżuri oħra

60.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi proċeduri ta’ akkwist pubbliku li fihom prodotti użati mill-ġdid, imsewwija, manifatturati mill-ġdid, irranġati u prodotti u soluzzjonijiet oħra sostenibbli u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi għandhom jiġu preferuti, u jekk dawn ma jkunux preferuti, għandu japplika l-prinċipju “ikkonforma jew spjega”;

61.

Jenfasizza l-ħtieġa għal qafas fiskali skont il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, li jipprovdi s-sinjali t-tajba għall-investiment fl-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-immodernizzar tal-proċessi ta' produzzjoni u l-manifattura ta' prodotti li jissewwew aktar u li jservu aktar; jitlob li jsir progress f'dan il-qasam biex jiġi segwit mill-Istati Membri bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew (11);

62.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistudja u tipproponi miżuri relatati mat-tassazzjoni, bħall-VAT imnaqqsa fuq prodotti riċiklati, użati mill-ġdid u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

63.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni Ekoloġika għal Intrapriżi Żgħar u Medji;

64.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas tal-politika dwar in-nutrijenti sabiex jitjieb ir-riċiklaġġ, titrawwem l-innovazzjoni, jitjiebu l-kundizzjonijiet tas-suq, u biex l-użu sostenibbli tagħhom jiddaħħal sew fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-fertilizzanti, l-ikel, l-ilma u l-iskart;

65.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta komunikazzjoni dwar l-ikel sostenibbli, li ġiet posposta bosta drabi sa mill-2013, matul l-ewwel nofs tal-2016; jenfasizza li, minħabba li l-produzzjoni u l-konsum tal-ikel jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-użu tar-riżorsi, li l-komunikazzjoni għandha b’mod olistiku tindirizza l-ineffiċjenzi fl-użu tar-riżorsi fil-katina alimentari u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ politika sostenibbli tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta ż-żieda fl-użu ta’ imballaġġ tal-ikel li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, inkluż valutazzjoni tal-fattibbiltà li l-imballaġġ tal-ikel jiġi sostitwit gradwalment b’materjali kompostabbli, bijodegradabbli u bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi f’konformità mal-istandards Ewropej;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjattaforma permanenti ta’ effiċjenza fir-riżorsi, inklużi l-partijiet interessati relevanti kollha, sabiex tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-applikazzjoni tal-aħħar sejbiet tar-riċerka, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-emerġenza ta’ sintesi industrijali u ekosistemi industrijali ġodda;

67.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi grupp ta’ ħidma finanzjarju sostenibbli bejn is-setturi u inter-DĠ sabiex l-indikaturi tal-effiċjenza fir-riżorsi jiġu inklużi fil-livell tal-kumpanija billi jiġu integrati r-rappurtar u l-kontabbiltà filwaqt li tiġi rrispettata l-kunfidenzjalità ta’ ċerta informazzjoni kummerċjali; jitlob lill-Kummissjoni wkoll biex teżamina kif tinkorpora l-effiċjenza fir-riżorsi u r-riskji ambjentali fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-rekwiżiti kapitali tal-banek, fost oħrajn, sabiex tiġi żviluppata sistema ta’ assigurazzjoni komprensiva għall-perikli ambjentali u biex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-prodotti ta’ investiment, b'valutazzjoni tal-impatt xierqa; jemmen li f’dan ir-rigward il-Kummissjoni se tibbenefika mill-kooperazzjoni mal-“Inkjesta dwar id-Disinn ta’ Sistema Finanzjarja Sostenibbli” tal-UNEP; jistieden lill-Kummissjoni tistudja inizjattivi volontarji eżistenti fl-Istati Membri għal skop ta’ skambju possibbli tal-aħjar prattika;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni, peress li l-provenjenza sostenibbli u responsabbli tal-materja prima ewlenija hija ta’ importanza kritika għall-kisba tal-effiċjenza fir-riżorsi u biex jintlaħqu l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, biex tirrevedi r-rakkomandazzjonijiet tal-politika tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi għall-iżvilupp ta’ standards ta’ provenjenza sostenibbli għal materjali ta’ prijorità u komoditajiet; f’dan ir-rigward, jinnota l-appoġġ konġunt tal-Parlament u tal-Kunsill għall-proposti tal-Kummissjoni dwar provenjenza responsabbli ta’ metalli u minerali minn żoni ta’ kunflitt;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-definizzjoni tagħha ta’ materja prima “kruċjali”, filwaqt li tikkunsidra aħjar l-impatti u riskji ambjentali relatati mal-estrazzjoni u l-ipproċessar tagħhom kif ukoll il-potenzjal tagħhom għal sostituzzjoni minn materjali sekondarji;

70.

Jenfasizza li l-finanzjament tal-UE, inkluż finanzjament permezz tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), Orizzont 2020, il-fondi ta’ koeżjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment, għandhom jiġu mmobilizzati biex jippromovu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu gradwalment is-sussidji kollha li huma ta’ ħsara għall-ambjent, inklużi dawk għall-ġenerazzjoni tal-enerġija minn frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali permezz tal-inċinerazzjoni skont id-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tas-sussidji diretti u indiretti għall-karburanti fossili;

71.

Jitlob biex il-finanzjament allokat għall-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs tal-UE (COSME), l-Orizzont 2020, u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ikunu aktar iffokati fuq l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet sostenibbli, innovattivi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u fuq mudelli kummerċjali ġodda (bħall-kiri jew sistemi ta' servizz ta' prodotti), u li jtejbu l-effiċjenza tad-disinn u l-materjal tal-prodott fil-prestazzjoni tal-prodott u l-proċessi;

72.

Jenfasizza kif ir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ewropa, u li huwa meħtieġ li jikkontribwixxu, fi ħdan l-Orizzont 2020, għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jistgħu juru u jittestjaw fil-qasam is-sostennibbiltà ekonomika u ambjentali tal-ekonomija ċirkolari; jenfasizza, fl-istess waqt, li bl-adozzjoni ta’ approċċ sistematiku, dawn il-proġetti jistgħu jiffaċilitaw l-abbozzar ta’ regolament li jwassal għall-innovazzjoni u eħfef biex jiġi implimentat, billi jidentifikaw inċertezzi regolatorji, ostakoli u/jew lakuni li jistgħu jfixklu l-iżvilupp ta’ mudelli tan-negozju bbażati fuq l-effiċjenza tar-riżorsi;

73.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża l-aġenda diġitali u t-teknoloġija tal-informazzjoni fil-potenzjal sħiħ tagħhom biex tippromwovi l-effiċjenza fir-riżorsi u t-trasformazzjoni f’ekonomija ċirkolari;

74.

Jenfasizza li l-UE għandha ekonomija miftuħa, involuta f'importazzjonijiet u esportazzjonijiet f'suq globali; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-isfida globali tat-tnaqqis ta' riżorsi fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv il-ħidma tal-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi fi ħdan il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), u jinvestigaw kwistjonijiet ta' riżorsi kritiċi dinjija u jiżviluppaw soluzzjonijiet prattiċi għal dawk li jfasslu l-politika, l-industrija u s-soċjetà;

75.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-azzjoni neċessarja fil-livell internazzjonali biex ittejjeb it-traċċabbiltà tal-prodotti;

76.

Jenfasizza li ż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tista' tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija u l-faqar enerġetiku, li jolqot madwar 125 miljun ċittadin Ewropew; josserva li jaqbel li l-effiċjenza enerġetika titqies bħala unità separata ta' sors ta' enerġija, li t-tkabbir tagħha jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-iżvilupp tal-industrija tal-UE, għall-ħolqien tal-impjiegi u l-moderazzjoni tal-kontijiet tal-enerġija tan-nies;

77.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti u prevista qed tfixkel l-ekonomija ċirkolari, mudelli ta’ negozju innovattivi eżistenti jew il-ħolqien ta’ oħrajn ġodda, bħal ekonomija ta’ kera jew ekonomija ta' kondiviżjoni/kollaborattiva, jew jekk ikun hemm ostakli istituzzjonali jew finanzjarji f’dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb tali leġiżlazzjoni u jindirizzaw dawn l-ostakoli fejn meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-leġiżlazzjoni relatata bil-ħsieb li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u biex iżżid il-konsistenza bejn l-istrumenti eżistenti u l-iżvilupp tal-approċċ ta’ quddiem nett;

78.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara l-aspetti relevanti tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-UE fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari li tiċċara l-kompromess bejn ir-riskji ta’ kollużjoni tas-suq u l-ħtieġa li tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn il-manifatturi u l-fornituri tagħhom;

79.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-miżuri kollha deskritti hawn fuq u biex tipproponi l-passi li jmiss sal-2018;

o

o o

80.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0584.

(2)  Test adottat, P7_TA(2014)0016.

(3)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 59.

(4)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 21.

(5)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU C 140, 28.4.2015, p. 37.

(7)  Il-Programm Ambjentali tal-OECD, “Approċċi volontarji għal politika ambjentali”, 2003.

(8)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014 bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: programm ta' skart żero għall-Ewropa" (COM(2014)0398).

(9)  Id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014, li fih sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja l-proposta għal direttiva li temenda d-Direttivi dwar l-iskart (SWD(2014)0208).

(10)  Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1999/31/KE dwar il-miżbla ta' skart, 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2014)0397).

(11)  Baġit Europe, 2015, Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi b’Appoġġ tas-Semestru Ewropew Il-proċess, paġna 6, http://www.foes.de/pdf/2015-02-25_CSR%20Recommendations_FINAL.pdf.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/76


P8_TA(2015)0268

Il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (2015/2634(RSP))

(2017/C 265/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2015 bit-titlu “Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali” (COM(2015)0063),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2014 bit-titlu “Settur Finanzjarju Riformat għall-Ewropa” (COM(2014)0279),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2014 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-Rieżami tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (1),

wara li kkunsidra r-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (COM(2014)0509 dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u COM(2014)0508 dwar il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS)),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea (COM(2014)0168),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-26 ta' Novembru 2014 tal-Kummissjoni bit-titolu 'Pjan ta' Investiment għall-Ewropa' (COM(2014)0903),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-Green Paper “Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali” (O-000075/2015 – B8-0564/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-finanzjament fit-tul tal-ekonomija Ewropea enfasizza “l-ħtieġa li jitjieb l-aċċess għas-swieq tal-kapital permezz ta’ sorsi ġodda ta’ finanzjament” ufl-istess waqt innota li ’l-banek kummerċjali x’aktarx jibqgħu sors ewlieni ta’ finanzjament u li huwa fundamentali għall-Istati Membri li jistabbilixxu sorsi ġodda biex jikkomplementaw mekkaniżmi stabbiliti u jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ finanzjament, filwaqt li jipprovdu qafas regolatorju u superviżorju xieraq immirat lejn il-ħtiġijiet tal-ekonomija reali’;

B.

billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta’ Marzu 2014 bit-titlu ‘Il-Finanzjament fit-Tul tal-Ekonomija Ewropea’ esplorat possibbiltajiet biex tindirizza azzjonijiet konkreti għad-diversifikazzjoni tal-finanzjament, tiżviluppa s-swieq Ewropej tal-kapital u ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għall-SMEs, pereżempju fl-oqsma tas-swieq tal-ekwità u tal-bonds korporattivi, it-titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti, il-bonds koperti u l-pjazzament privat;

C.

billi, kif iddikjara l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, l-ewwel prijorità strateġika tal-Kummissjoni hi li “ssaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u tistimola l-investiment bil-għan li jinħolqu l-impjiegi”;

D.

billi s-swieq kapitali li ma kinux regolati u kontrollati biżżejjed kienu raġuni ewlenija għalfejn faqqgħet il-kriżi finanzjarja; billi kwalunkwe proposta ġdida, b’mod partikolari dwar it-titolizzazzjoni, għandha tirrifletti dan il-fatt kif jixraq;

E.

billi, wara l-kriżi finanzjarja, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea introduċew għadd ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni maħsuba biex iżommu dan it-tip ta’ kriżi milli terġa’ tinqala’, u joħolqu ambjent ta’ stabbiltà finanzjarja li hija essenzjali għal tkabbir tassew sostenibbli; u din il-leġiżlazzjoni għandha titqies bħala l-qafas li fih issir l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, mhux ostaklu għaliha;

F.

billi tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-swieq kapitali jista’ jwassal għal inqas spejjeż tal-kapital filwaqt li jtejjeb l-allokazzjoni tiegħu u b’hekk jiġi appoġġat it-tkabbir tan-negozji, speċjalment l-SMEs, u l-ħolqien tal-impjiegi fi ħdan l-UE;

G.

billi bħalissa diversi istituzzjonijiet tal-UE u s-settur privat qed jiżviluppaw soluzzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu żviluppati aktar is-swieq kapitali, pereżempju fil-qasam tat-titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti, il-pjazzament privat, il-finanzjament tal-ekwità, il-bonds koperti Ewropej u l-offerti pubbliċi inizjali;

H.

billi kwalunkwe sforz regolatorju preċedenti (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (DRK), id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) II/u r-Regolament dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR) jeħtieġ jiġi komplementat u żviluppat aktar permezz ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali;

Kuntest ekonomiku

1.

Jinnota li l-investimenti fl-ekonomija reali fl-Ewropa naqsu relattivament matul diversi għexieren ta’ snin, minkejja żieda kbira fid-daqs tas-settur finanzjarju Ewropew u dinji matul l-istess perjodu; jirrimarka li l-ekonomija reali għadha tiddependi ħafna fuq il-banek, u dan jagħmel l-ekonomija vulnerabbli għal restrizzjoni tas-self mill-banek;

2.

Jinnota li l-intervent pubbliku massiv minn mindu bdiet il-kriżi, ikkawżat li s-settur finanzjarju falla, irriżulta f’ammont kbir ta’ likwidità u, madankollu dan ma wassalx għal żieda fid-domanda min-naħa tal-ekonomija reali għall-finanzjament;

3.

Jinnota li qabel il-kriżi l-Ewropa kellha biżżejjed flussi transfruntiera, iżda dawn kienu kkonċentrati f’self interbankarju u f’dejn li sikwit kien għand investituri b’livell għoli ta’ ingranaġġ, u dan wassal għal trasferiment tar-riskji fi ħdan is-suq intern;

4.

Jinnota li filwaqt li l-irkupru tal-istabbiltà tas-settur bankarju fl-UE sar prijorità fil-konfront tal-finanzjament tal-investiment fit-tul u tal-ekonomija reali;

5.

Jirrimarka li hemm stokk kbir ta’ kapital miżmum inattiv għand is-settur tal-assigurazzjoni li għandu jintuża b’mod aktar effettiv billi jittejjeb il-qafas regolatorju permezz ta’ rieżami tar-rekwiżiti kapitali għal ċerti investimenti magħmula mis-settur tal-assigurazzjoni;

6.

Minkejja l-opportunitajiet li joffri s-suq kapitali tal-UE mfassal tajjeb, ma nistgħux naħarbu l-fatt li hemm ostakoli kbar f’oqsma oħra bħat-tassazzjoni, speċjalment prattiki li jinċentivaw id-dejn fuq l-ekwità, l-insolvenza u l-liġi dwar il-kontabilità. F’dawn l-oqsma, l-armonizzazzjoni tal-UE mhux se ġġib żieda awtomatika fil-benefiċċji. F’dan il-kuntest, m’hemmx bżonn ta’ estensjoni tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (IFRS) fl-Ewropa;

7.

Jenfasizza li l-livell ta’ integrazzjoni finanzjarja naqas minħabba l-kriżi: il-banek u l-investituri reġgħu lura lejn is-swieq ta’ pajjiżhom;

8.

Jenfasizza li d-domanda u l-provvista jistgħu jitħeġġu billi tinħoloq il-fiduċja fl-ekonomija reali permezz ta’ impenji ċari fil-livell tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jitrawwem ambjent ta' investiment pożittiv u ċertezza legali għall-investituri, biex jitfasslu objettivi fit-tul għal qafas leġiżlattiv li jistabbilizza, kompetittiv u favorevoli għat-tkabbir, u biex jiġi inċentivat u diversifikat l-investiment fl-infrastruttura, u b’hekk il-kumpaniji jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul;

9.

Jirrikonoxxi li l-ġejjieni tal-Ewropa huwa marbut mas-setgħa ta’ innovazzjoni tagħha; apparti qafas regolatorju li jiffavorixxi l-innovazzjoni, aċċess sempliċi, adegwat u diversifikat tan-negozji għall-finanzjament huwa kruċjali sabiex jinħoloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

10.

Jinnota li t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-finanzjament għan-negozji Ewropej irid jinbena fuq stabbiltà ekonomika u finanzjarja msaħħa, u dan jinkludi l-implimentazzjoni ta’ riformi fl-Istati Membri kollha;

11.

Jenfasizza li s-swieq kapitali imperfetti wasslu għal ipprezzar ħażin tar-riskju u għal skonnessjoni bejn ir-redditu mixtieq u r-riskji reali meħuda, u dan wassal biex fis-swieq trabbiet attitudni negattiva lejn entitajiet bħal SMEs; jemmen li wieħed mill-objettivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandu jkun li tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq u tkun żgurata relazzjoni ġusta, xierqa u ekonomikament soda bejn ir-riskji u r-redditi fis-swieq kapitali tal-UE;

Approċċ Ewropew Ġenwin

12.

Jemmen li filwaqt li, pereżempju, l-Istati Uniti rkuprat mill-kriżi finanzjarja iktar malajr mill-UE, parzjalment minħabba sistema finanzjarja iktar diversifikata, l-Unjoni Ewropea għandha bżonn li tibni l-verżjoni ġenwina tagħha stess ta’ unjoni tas-swieq kapitali, li tista’ tislet mill-esperjenzi minn imkejjen oħra tad-dinja iżda mhux sempliċiment tirreplikahom; Jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li jiġi żviluppat approċċ sensibbli għar-rikonoxximent ta’ ugwaljanza jew standards simili ta’ pajjiżi terzi bil-għan li tiġi ggarantita l-kompatibbiltà bejn is-swieq finanzjarji Ewropej u internazzjonali;

13.

Jemmen li approċċ Ewropew ġenwin għas-swieq kapitali għandu jqis kif xieraq l-iżviluppi internazzjonali biex l-Ewropa tibqa’ attraenti għall-investituri internazzjonali billi tevita diverġenzi żejda u duplikazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni;

14.

Jenfasizza li filwaqt li l-Ewropa tfaddal aktar mill-Istati Uniti bħala perċentwali tal-PDG (20 % u 17 % rispettivament), il-livell ta’ tfaddil miżmum f’fondi mutwi tal-UE jammonta għal 50 % biss tal-livell tal-Istati Uniti, waqt li t-tfaddil miżmum f’fondi tal-pensjoni jammonta għal 35 % biss; jindika wkoll li fl-UE, is-swieq tal-ekwità, is-swieq tal-bonds korporattivi u t-titolizzazzjoni jirrappreżentaw 60 %, 35 % u 20 % tal-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti, rispettivament;

15.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tqis il-kompożizzjoni ekonomika u kulturali differenti tas-settur tal-SMEs ta’ kull Stat Membru sabiex tipprevjeni kwalunkwe konsegwenza mhux intenzjonata li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali li tista’ taggrava l-iżbilanċi eżistenti fl-aċċess għall-finanzjament bejn l-Istati Membri;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi approċċ Ewropew biex issaħħaħ id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament u tal-investimenti f’negozji Ewropej, permezz ta’ unjoni tas-swieq kapitali li tibni fuq il-karatteristiċi u l-interdipendenza tas-swieq bankarji u s-swieq kapitali Ewropej, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-mudell Ewropew għall-finanzjament tan-negozji, u l-ħtieġa li jiġu żviluppati sorsi affidabbli mhux bankarji ta’ finanzjament għat-tkabbir, u li dawn ikunu kkomplementati b’modi biex il-parteċipanti tas-suq jiġbru d-dejn, l-ekwità u l-kapital ta’ riskju direttament mis-suq; jinnota li l-Kummissjoni m’għandhiex neċessarjament tiddependi biss fuq evalwazzjonijiet bejn il-pari ma’ ġurisdizzjonijiet oħra; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li d-differenzi kulturali m’għandhomx jiġu injorati, u jeħtieġ li jiġu pprovduti tweġibiet adegwati sabiex dawn jingħelbu; jemmen ukoll li l-Kummissjoni għandha tqis l-aħħar żviluppi teknoloġiċi fir-riformi tagħha tas-swieq kapitali;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-diversità bejn il-mudelli tan-negozju u s-swieq finanzjarji tal-Istati Membri jistgħu jkunu elementi pożittivi li jkun tajjeb li jiġu mħarsa għall-Ewropa kollha kemm hi;

18.

Jenfasizza l-fatt li t-tnedija ta’ unjoni tas-swieq kapitali u l-leġiżlazzjoni sottostanti għandha tkun mmirata lejn il-funzjonament tas-swieq kapitali fl-UE kollha, it-tlestija tas-Suq Uniku u t-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli; jenfasizza li, wara l-kriżi, ittieħdu passi dwar is-superviżjoni tas-settur bankarju li, għalissa, ma ġewx estiżi fis-swieq kapitali; jenfasizza li jeżistu differenzi bejn is-setturi finanzjarji, u dan ifisser li jinħtieġu soluzzjonijiet differenti; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti għal attivitajiet ta’ finanzjament simili, u li l-għan ewlieni għas-setturi kollha jrid jkun li titjieb l-allokazzjoni tal-kapital fl-ekonomija Ewropea u li jsir użu aħjar mill-istokkijiet kapitali li llum huma inattivi;

19.

Jenfasizza li għal dan l-għan, jeħtieġ li ssir valutazzjoni soda u komprensiva, li tqis l-effett kumulattiv fuq is-swieq kapitali Ewropej tal-fajls kollha li tressqu f’dawn l-aħħar snin; dan jimplika wkoll rieżami b’reqqa dwar jekk hux meħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid ir-rekwiżiti kapitali stretti applikati fis-settur tal-banek u tal-assigurazzjoni;

20.

Jenfasizza li inizjattivi favur unjoni tas-swieq kapitali m’għandhomx jivvintaw ir-rota mill-ġdid, iżda jirrikonoxxu li l-finanzjament għan-negozji fl-Ewropa hu bbażat fuq strutturi stabbiliti storikament u żviluppati sew, li minkejja l-limiti tagħhom, urew li kienu ta’ suċċess u reżiljenti fil-konfront tal-kriżijiet, u li aktar diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta’ toroq ġodda jistgħu jkunu siewja biex jiżguraw li tipi differenti ta’ negozji jkollhom aċċess komplementari għall-finanzjament;

21.

Jinnota li l-mezzi ta’ finanzjament tradizzjonali permezz tal-banek sikwit ma jappoġġawx l-intrapriżi innovattivi u l-SMEs; jenfasizza li n-nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament għall-SMEs huwa wieħed mill-akbar ostakli għat-tkabbir fl-UE; jenfasizza li, filwaqt li għall-SMEs dejjem hu diffiċli li jiksbu l-kreditu mill-banek, jinħtieġu alternattivi għall-finanzjament mill-banek, b'mod partikolari billi jittejjeb l-ambjent tan-negozju għall-kapital ta’ riskju, il-fondi bejn il-pari (peer-to-peer), il-pjazzament privat, it-titolizzazzjoni tas-self tal-SMEs u l-promozzjoni ta’ unjonijiet tal-kreditu, iżda wkoll permezz tal-istandardizzazzjoni tar-regoli dwar is-sħubiji pubbliċi-privati (PPPs) fl-UE kollha;

22.

Jenfasizza l-fatt li allokazzjoni kapitali aktar effiċjenti fi ħdan l-UE mhux dejjem twassal għal żieda fil-flussi kapitali transfruntiera; ifakkar li l-ħolqien ta’ bżieżaq fis-settur immobiljarju f’xi Stati Membri qabel il-kriżi kien, sa ċertu punt, ir-riżultat ta’ flussi kapitali eċċessivi;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu identifikati l-istrutturi finanzjarji eżistenti li taw prova li huma effikaċi u għaldaqstant għandhom jinżammu, u l-istrutturi li jeħtieġu titjib strutturali; iqis li strutturi effikaċi għandhom ukoll jiġu promossi għall-istituzzjonijiet finanzjarji lokali u diċentralizzati;

24.

Ifakkar is-suċċess tal-inizjattivi fl-UE kollha, bħal dik tal-intrapriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), li ppermettew l-iżvilupp tal-fondi ta’ investiment tal-UE, li joperaw b’passaport fl-Istati Membri, b’assi ta’ kważi EUR 8 triljun; jemmen li d-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFM) hija eżempju tajjeb ukoll;

25.

Jilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ELTIF); iqis li l-Fondi Ewropej tal-Investiment fit-tul (ELTIF) jistgħu jirreplikaw il-progress li sar mal-UCITS, billi titħeġġeġ allokazzjoni akbar ta’ kapital għal proġetti fit-tul li jeħtieġu finanzjament, bħal fis-setturi tal-infrastruttura u l-enerġija, b’mod partikolari fil-livell transfruntier; jistieden lill-Kummissjoni tistudja kif fit-tul, il-programmi ta’ investiment straordinarju, bħall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), jintrabtu b'mod effikaċi mal-fondi regolari tal-UE; Iqis li l-investituri istituzzjonali għandhom jiġu mistiedna jikkontribwixxu fondi taħt il-ġestjoni tagħhom fis-swieq kapitali Ewropej; jemmen li l-investituri istituzzjonali u l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jidħlu fis-suq jeħtieġ li jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

26.

Ifakkar fil-ħidma preċedenti dwar l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji, bħall-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (1999), ir-rapport Giovannini u r-rapport de Larosière, u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq dawn ir-rapporti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tagħha;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, il-qagħda attwali tas-swieq kapitali fil-fond, biex tivvaluta, f’analiżi ekonomika komprensiva, fejn u sa liema punt jeżistu ostakli fl-UE kollha għall-investiment permezz tas-swieq kapitali, u jistedinha wkoll tindika b’liema mezz, inklużi l-approċċi mhux leġiżlattivi u bbażati fuq is-suq, dawn l-ostakli jistgħu jitneħħew jew jiġu minimizzati; jemmen li din l-analiżi hi prekundizzjoni biex l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tirnexxi; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef dan il-proċess;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika r-riskji transfruntiera fis-swieq finanzjarji u kapitali fl-UE kkawżati minn differenzi istituzzjonali, legali u regolatorji bejn l-Istati Membri, u biex dawn jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri effikaċi sabiex jiġu razzjonalizzati l-flussi kapitali transfruntiera u biex titnaqqas it-tendenza fost l-investituri li jiffavorixxu s-suq domestiku;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis ukoll il-lat tal-provvista, u b’mod partikolari tanalizza u tindirizza r-raġunijiet oriġinali għalfejn l-investituri bl-imnut jew l-investituri istituzzjonali ma jistgħux jimmobilizzaw u jittrasformaw biżżejjed kapital biex isaħħu s-servizzi finanzjarji individwali u l-investiment fit-tul fl-ekonomija reali;

30.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tippromwovi l-edukazzjoni finanzjarja kemm tal-investituri kif ukoll tal-kumpaniji bħala utenti tas-swieq kapitali; ittejjeb id-disponibbiltà tad-dejta u r-riċerka tal-UE permezz ta’ standardizzazzjoni u titjib fil-ġbir tad-dejta, sabiex tagħti lok lill-kumpaniji u lill-investituri jifhmu l-ispejjeż u l-benefiċċji komparattivi ta’ servizzi differenti offruti mill-parteċipanti tas-swieq kapitali;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja modi biex jitnaqqsu l-asimmetriji fl-informazzjoni fis-swieq kapitali ta’ intrapriżi żgħar u medji, u tinvestiga s-suq għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-ostakli għal min jidħol ġdid; jenfasizza l-idea ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu indipendenti Ewropej li joffru klassifikazzjonijiet li huma wkoll effettivi għan-nefqa għal investimenti żgħar;

32.

Jilqa’ t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tirrevedi d-Direttiva dwar il-Prospetti bil-għan li tindirizza n-nuqqasijiet tal-qafas tal-prospetti attwali; jisħaq fuq l-importanza li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tiegħu billi b’mod proporzjonali jelimina l-piżijiet amministrattivi għall-emittenti u l-elenkar tal-kumpaniji fil-Borża, b’mod partikolari fir-rigward tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja; huwa tal-fehma li jista’ jkun utli li jiġu investigati modi aħjar ta’ kif ir-rekwiżiti jiġu adattati skont it-tip ta’ assi u/jew investituri u/jew emittenti; jenfasizza li t-trasparenza għandha tissaħħaħ u l-ispejjeż ta' tranżazzjoni għandhom jitnaqqsu jekk l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta tkun ġiet standardizzata u tkun disponibbli b’mod diġitali;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tispjega b’aktar ċarezza kif l-Unjoni tas-Swieq Kapitali ser tinteraġġixxi maż-żewġ pilastri l-oħra tal-Pjan ta’ Investiment Ewropew, jiġifieri l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment;

34.

Jisħaq fuq l-importanza li l-inizjattivi marbuta mas-swieq kapitali jiġu integrati ma’ aġendi tal-politika oħrajn, bħall-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali u r-riformi li għaddejjin bħalissa fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva, bil-għan li jkun hemm koerenza u konsistenza bejn id-diversi inizjattivi regolatorji u mhux regolatorji, u b’hekk jiġu massimizzati l-effetti sekondarji pożittivi ta’ politiki differenti dwar it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

L-elementi kostitwenti ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali

35.

Huwa tal-fehma li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha ssegwi approċċ gradwali u li l-prijoritajiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandhom ikunu tlieta: l-ewwel nett, biex jinċentivaw l-aktar allokazzjoni effiċjenti ta’ tfaddil billi jintensifikaw u jiddiversifikaw is-sorsi ta’ finanzjament disponibbli għan-negozji u biex joffru iżjed għażliet ta’ investiment, aktar trasparenza u diversifikazzjoni tal-portafoll għal min ifaddal u għall-investituri; it-tieni nett, sabiex jippermettu mitigazzjoni akbar tar-riskji permezz tal-ħolqien ta’ swieq transfruntiera, isaħħu r-reżiljenza tas-sistema kontra l-effetti negattivi ta’ kriżijiet finanzjarji severi u jnaqqsu l-impatt ta’ xokkijiet idjosinkratiċi; it-tielet nett, biex jiżguraw li jkun hemm mezz komplimentari effikaċi għall-finanzjament tal-ekonomija reali;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni, fejn meħtieġ, biex tressaq proposti għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni attwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u d-ditti tal-awditjar, bil-għan li żżid u tikkompleta l-protezzjoni tal-investitur;

37.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu eliminati l-ostakli eżistenti għall-finanzjament transfruntier, speċjalment għall-SMEs, bil-għan li jrawmu l-benefiċċji tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għal negozji ta’ kull daqs fiż-żoni ġeografiċi kollha;

38.

Jissottolinja li prinċipju fundamentali għall-bini ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali jeħtieġ ikun li tingħata aktar attenzjoni lill-utenti aħħarin tas-swieq kapitali, jiġifieri l-kumpaniji u l-investituri, u li jiġi rikonoxxut il-fatt li s-swieq jeżistu għall-kumpaniji u l-investituri; jemmen, għaldaqstant, li l-politiki tal-UE għandhom jiżguraw li s-swieq kapitali jipprovdu lill-kumpaniji aċċess aħjar għall-kapital u lill-investituri jipprovdulhom opportunitajiet ta’ tfaddil varjati, trasparenti u bi prezz li jista' jintlaħaq;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti konsistenti bil-għan li tiżgura li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali timxi id f’id ma’ strateġija ċara biex jiġu affrontati l-effetti kontroproduttivi tas-sistema bankarja parallela;

40.

Jenfasizza li, bil-għan li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, l-inizjattivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandhom jimmiraw li jillimitaw il-kumplessità, filwaqt li jżidu l-effiċjenza u jnaqqsu l-ispiża tal-katina ta’ intermedjazzjoni bejn min ifaddal u l-investimenti, għandhom issaħħu l-għarfien tal-utent aħħari dwar il-katina ta’ intermedjazzjoni u l-istruttura tal-ispejjeż, issaħħu l-protezzjoni tal-investitur, jiżguraw l-istabbiltà tal-katina tal-intermedjazzjoni b’regoli prudenzjali adegwati u jiżguraw li l-intermedjarji jistgħu jfallu u jiġu sostitwiti mingħajr wisq tfixkil għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali;

41.

Jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li tevalwa l-impatt ġenerali tar-regolament finanzjarju, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni ta’ dawn l-aħħar ħames snin; jisħaq fuq il-ħtieġa li prijoritajiet imsemmija hawn fuq jiġu kkunsidrati meta jsiru r-reviżjonijiet tar-regolamenti finanzjarji eżistenti;

42.

Jisħaq li l-finanzjament bankarju u r-rwol intermedjarju tal-banek fis-swieq kapitali huma pilastri importanti tal-finanzjament tan-negozju; jenfasizza li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha tkun ibbażata fuq kif għandu jiġi kkomplementat ir-rwol fundamentali tal-banek, u mhux fuq kif dawn għandhom jiġu spostati, peress li l-finanzjament bankarju għandu jkomplu jkollu rwol ċentrali fil-finanzjament tal-ekonomija Ewropea; Jisħaq fuq ir-rwol importanti tal-istrateġija “relationship banking” fil-finanzjament ta’ mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u intrapriżi medji, li tista’ tintuża wkoll biex jiġu pprovduti metodi alternattivi ta’ finanzjament; ifakkar fid-dimensjoni strateġika b’saħħitha u diversifikata tas-settur bankarju Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-aċċess għal self bankarju għall-SMEs fl-Unjoni, u jistedinha wkoll tindirizza l-ostakli mhux xierqa;

43.

Jenfasizza l-fatt li l-SMEs għandu jkollhom disponibbli l-usa’ għażla ta’ strutturi ta’ finanzjament, b’tali mod li huma jkollhom għażla ta’ alternattivi ta’ finanzjament ta’ livelli ta’ kumplessità u spejjeż differenti, inkluż is-self ipotekarju u l-finanzjament ibbażat fuq it-titolizzazzjoni;

44.

Jissottolinja l-ħtieġa li jitrawwem ambjent fejn aktar tfaddil tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji jiġi dirett lejn vetturi li jinvestu fis-swieq kapitali, u fejn l-investituri huma mħeġġa biex jallokaw il-kapital lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa ta’ salvagwardji adegwati, speċjalment għall-unitajiet domestiċi, sabiex jiġi żgurat għarfien sħiħ dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-investimenti fis-swieq kapitali; Jisħaq fuq l-importanza tal-espansjoni tal-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni finanzjarja bil-għan li tittejjeb il-fiduċja tal-investituri fis-swieq kapitali, b’mod partikolari l-investitur fil-livell tal-konsum; jenfasizza wkoll li l-edukazzjoni finanzjarja għandha tkun immirata lejn l-SMEs, u tgħallimhom kif jużaw is-swieq kapitali;

45.

Jenfasizza li inizjattivi tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali għandhom jippermettu lil min jissellef ikollu aċċess għall-fondi minn sorsi bbażati fuq is-suq, filwaqt li jappoġġaw aktar id-diversità fil-forom tas-self, bħall-ekwità u l-bonds korporattivi, kif ukoll forom indiretti ta’ finanzjament fejn il-banek u s-swieq jiffunzjonaw flimkien;

46.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi ffaċilitat paragun li jinftiehem tal-għażliet ta’ investiment disponibbli għall-atturi finanzjarji bil-għan li tiġi stabbilita Unjoni tas-Swieq Kapitali effiċjenti; jitlob, f’dan ir-rigward, li jissaħħaħ il-qafas komuni biex jiġu żgurati l-komparabbiltà u t-trasparenza fost id-diversi strumenti finanzjarji, b’mod partikolari permezz ta’ implimentazzjoni xierqa tal-miżuri previsti għal dan il-għan fid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID), id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni (IMD) u l-prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIP); jisħaq fuq l-importanza ta’ koerenza leġiżlattiva b’mod ġenerali u bejn il-fajls msemmija qabel b’mod partikolari, bil-għan li jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u jiġu żgurati l-ogħla standards dwar il-protezzjoni tal-investitur fis-swieq kollha;

47.

Jemmen li Unjoni tas-Swieq Kapitali għandha toħoloq ambjent regolatorju adegwat li jtejjeb l-aċċess transfruntier għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji li jkunu qed ifittxu strutturi tal-kreditu, il-kważi-ekwità u l-ekwità, bil-għan li jippromwovi t-tkabbir ta’ mudelli ta’ finanzjament mhux bankarju, inkluż il-finanzjament kollettiv u s-self bejn il-pari; jemmen li l-iżvelar ta’ tali informazzjoni għandu jsir fuq bażi volontarja għall-SMEs; jissottolinja li r-regoli tal-protezzjoni tal-investitur għandhom japplikaw għall-mudelli ta’ finanzjament kollha bl-istess mod, irrispettivament minn jekk humiex parti minn mudelli ta’ finanzjament bankarju jew mudelli ta’ finanzjament mhux bankarju; iqis li tali ambjent jirrikjedi wkoll aktar reżiljenza sistemika u s-superviżjoni ta’ intermedjarji finanzjarji sistemiċi barra s-settur bankarju;

48.

Jemmen li l-istandardizzazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji u l-aċċessibbiltà tagħhom fis-suq intern jistgħu jservu bħala għodda xierqa biex jgħinu jsaħħu l-likwidità, isaħħu l-funzjonament tas-suq uniku, u jippermettu ħarsa ġenerali komprensiva u superviżjoni tas-swieq kapitali Ewropej, u dan filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aħjar prattiki ta’ standards eżistenti tal-Istati Membri; jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm il-possibbiltà li jingħataw strumenti finanzjarji mfassla apposta li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ emittenti individwali u investituri individwali;

49.

Ifakkar li ħarsa storika ġenerali tal-pjan ta’ azzjoni għas-servizzi finanzjarji titlob li jitqiesu żewġ lakuni li dehru wara l-implimentazzjoni tiegħu, jiġifieri l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat b’reqqa l-impatt speċjali fuq il-funzjonament taż-żona tal-euro tal-miżuri mfassla fil-qafas tas-suq intern u l-ħtieġa li tittejjeb b’mod parallel l-integrazzjoni tas-suq u tas-sorveljanza; jistieden lill-Kummissjoni, hi u tfassal il-Pjan ta’ Azzjoni, biex tislet il-lezzjonijiet kollha meħtieġa minn dan il-preċedent;

50.

Jenfasizza li l-oqfsa ġuridiċi u superviżorji għandu jkollhom rwol fundamentali biex jiġu evitati t-teħid ta’ riskju eċċessiv u l-instabbiltà fis-swieq finanzjarji; jenfasizza li proġett ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali b’saħħtu jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn superviżjoni soda nazzjonali u mal-UE kollha, inklużi strumenti makroprudenzjali adegwati; jemmen li fost l-għażliet possibbli, jista’ jiġi attribwit rwol aktar b’saħħtu lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fit-titjib tal-konverġenza supeviżorja;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa r-riskji ta’ finanzjament ta’ kreditu bbażat fuq is-suq kapitali u l-esperjenzi rilevanti meta nqalgħet il-kriżi finanzjarja 2007/2008, u biex jindirizzaw il-problemi li nibtu minnha;

Inqarrbu s-swieq kapitali lejn l-SMEs

52.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tibdiliet u ż-żidiet possibbli mal-qafas regolatorju eżistenti għall-intermedjarji finanzjarji għandhom jimmiraw li jneħħu l-ostakli għad-dħul għall-intermedjarji żgħar u medji, u li jtejbu l-aċċess għall-finanzjament b’mod partikolari għal start-ups innovattivi u kumpaniji żgħar u medji, u jiżguraw standards prudenzjali proporzjonati għar-riskju;

53.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (COM(2014)0213); b’mod partikolari, li din il-proposta tista’ tkun mezz biex jiġi appoġġat ambjent attraenti għall-azzjonisti billi ttejjeb l-effiċjenza tal-katina ta' investiment fl-ekwità; jisħaq li qafas sod u prattikabbli għal governanza korporattiva jista' jsaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali;

54.

Jenfasizza li s-sofistikazzjoni tas-swieq kapitali m’għandhiex tispiċċa teskludi l-SMEs, li huma l-intrapriżi li l-aktar jeħtieġu aċċess għal finanzjament komplementari, b’mod partikolari fl-Istati Membri li qed iħabbtu (jew ħabbtu) wiċċhom ma' diffikultajiet ekonomiċi; jenfasizza li ambjent pożittiv għal finanzjament ta’ SMEs ta’ suċċess jinkludi l-ħtieġa għal kundizzjonijiet ekonomiċi u regolatorji li jieħdu ħsieb l-interessi tal-SMEs, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali; b’mod partikolari, jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni lill-possibbiltà ta’ simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-aċċess għall-offerti pubbliċi inizjali mill-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja, filwaqt li jiġi żgurat li jibqa’ jkun hemm kriterji sodi għall-valutazzjoni tar-reżiljenza u l-eliġibilità tan-negozji għal offerta pubblika inizjali; jistieden lill-Kummissjoni tistudja x’jista’ jsir aktar biex tgħin lill-SMEs biex jattiraw l-investiment;

55.

Ifakkar li n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-SMEs huwa wieħed mill-akbar ostakli għall-investiment f’dan it-tip ta’ kumpanija; jitlob għal riflessjoni fil-fond dwar modi u mezzi biex jittejjeb l-aċċess tal-investituri għal informazzjoni trasparenti u komparabbli dwar l-SMEs, filwaqt li kemm jista’ jkun jiġi llimitat il-piż addizzjonali impost fuq dawn il-kumpaniji;

56.

Iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ bażi ta’ finanzjament varjata u attraenti fis-swieq pubbliċi Ewropej għall-intrapriżi ta’ kull daqs, filwaqt li jiġi promoss il-kunċett “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” fir-regolament finanzjarju tal-UE li jolqot lill-Emerging Growth Companies (Kumpaniji Emerġenti bi Tkabbir) u r-reviżjoni tar-regolament finanzjarju tal-UE bil-għan li jitnaqqsu b'30-50 % l-ispejjeż amministrattivi tal-elenkar tal-kumpaniji fil-Borża;

57.

Jemmen li, minħabba l-importanza tal-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, l-opportunitajiet ta’ finanzjament mhux bankarji eżistenti, bħalma huma l-iżvilupp ta’ swieq sekondarji speċjalizzati (eż. swieq għat-tkabbir tal-SMEs) u ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata għandhom jiġu sfruttati aħjar; jilqa’ l-inizjattiva sabiex jitwaqqaf suq ta’ titolizzazzjoni sostenibbli u trasparenti permezz tal-iżvilupp ta’ qafas regolatorju speċifiku b’definizzjoni uniformi ta’ titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja, flimkien ma’ metodi effikaċi għall-monitoraġġ, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskju; jenfasizza, madankollu, li l-SMEs jikkostitwixxu grupp varjat ħafna u din it-titolizzazzjoni mhijiex l-uniku strument disponibbli; jistieden, għaldaqstat, lill-Kummissjoni biex tuża firxa wiesgħa ta’ approċċi u biex tirrifletti dwar varjetà wiesgħa ta’ ċentri biex jittejjeb il-finanzjament għall-SMEs;

58.

Jappoġġa suġġerimenti biex jittejbu l-possibbiltajiet għall-aċċess għad-data għall-kumpaniji Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs; jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin, għall-fatt li l-ispejjeż tad-dejta tas-suq huma żgħar meta mqabbla mal-ispejjeż ta’ transazzjoni globali;

59.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità għall-monitoraġġ tat-tipi, il-volumi u t-tendenzi fl-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni simili għal dawk bankarji mwettqa barra s-settur bankarju rregolat u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa biex jiġi żgurat li dawn huma soġġetti għall-prinċipju ta’ “l-istess riskji, l-istess regoli”;

60.

Jinnota li l-ekwità privata u l-kapital ta’ riskju joffru alternattivi interessanti għall-finanzjament, b’mod partikolari għan-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti addizzjonali li jibnu fuq l-esperjenza li nkisbet permezz tal-Fondi ta' Kapital ta' Riskju Ewropej u l-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kbar tas-swieq ta’ kapital ta’ riskju fl-UE, bħalma huwa n-nuqqas ta’ informazzjoni għall-investituri; jemmen li l-iżvilupp ta’ bażi tad-data dedikata għall-ġbir, fuq bażi volontarja, ta’ informazzjoni dwar l-SMEs u l-istart-ups tista’ tkun għodda utli għall-għoti ta’ informazzjoni lill-investituri, u b’hekk eventwalment twessa’ l-firxa ta’ parteċipanti fis-suq u ssaħħaħ ulterjorment is-swieq ta’ kapital ta’ riskju fost l-Istati Membri;

61.

Jilqa’ l-isforzi ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ swieq ta’ pjazzament privat permezz ta’ dokumenti u definizzjonijiet standardizzati, filwaqt li jiġi żgurat li l-investituri potenzjali jkunu infurmati biżżejjed dwar ir-riskji u l-benefiċċji ta’ din il-forma ta’ investiment;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe żvilupp ta’ proposti ġodda dwar “fond ta’ fondi” bħala parti mill-Unjoni ta’ Swieq Kapitali ma jwassalx għal lakuni fil-valutazzjoni u l-ġestjoni globali ta’ riskji sistemiċi u speċifiċi;

63.

Jinsisti fuq il-ħtieġa, waqt il-bini ta’ Unjoni ta’ Swieq Kapitali, li tissaħħaħ u tittejjeb il-koordinazzjoni tal-UE fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-G20, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO), il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) u l-Kumitat ta’ Basel;

Il-ħolqien ta’ ambjent regolatorju tal-UE koerenti għas-swieq kapitali

64.

Jissottolinja wkoll l-importanza ta’ finanzjament tal-ekwità li jista’ jgħin fil-mitigazzjoni tar-riskju u t-tnaqqis ta’ livelli eċċessivi ta’ dejn u ingranaġġ fis-sistemi finanzjarji; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu u jindirizzaw ir-regolamentazzjoni tqila wisq għall-finanzjament tal-ekwità ta’ kumpaniji privati; jisħaq fuq l-importanza li jiġi indirizzat l-iżbilanċ fiskali bejn id-dejn u l-ekwità;

65.

Huwa konxju mill-fatt li d-differenzi bejn ir-regoli ta’ insolvenza jikkomplikaw il-ħolqien ta’ gruppi ta’ assi transfruntiera u għaldaqstant tal-proċess ta’ titolizzazzjoni; jinnota, f’dan ir-rigward, is-suġġeriment tal-Kummissjoni biex tiġi indirizzata l-insolvenza transfruntiera safejn hu meħteġ biex tinkiseb Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona tajjeb; jitlob li jitwaqqaf qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għal entitajiet mhux bankarji, b’mod partikolari l-entitajiet ta' kontroparti ċentrali;

66.

Ifakkar fir-rwol tas-sistemi ta’ pagamenti u ta’ saldu tat-titoli għas-suq tat-titolizzazzjoni u jitlob li titwaqqaf infrastruttura ta’ suq Ewropew għal dan l-iskop, u jappella wkoll għal monitoraġġ koordinat u aktar armonizzat tal-infrastruttura kritika tas-suq, b’mod partikolari l-possibilità li jinħoloq repożitorju tad-dejta għat-titolizzazzjoni, li jirreġistra l-parteċipanti ta’ kull titolizzazzjoni, jittraċċa l-iskoperturi aggregati u l-flussi bejn il-parteċipanti tas-suq, iwettaq monitoraġġ tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-inizjattiva ta’ politika u jindividwa l-bżieżaq emerġenti possibbli u jnaqqas l-asimmetriji fl-informazzjoni;

67.

Jisħaq fuq il-ħtieġa, fid-dawl tar-rwol tal-ICT, li tiġi indirizzata t-theddida ta’ attakki ċibernetiċi u li s-sistema finanzjarja kollha ssir reżiljenti għal attakki bħal dawn;

68.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-komparabilità u l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja fir-rigward tal-qafas attwali dwar l-istandards kontabilistiċi, anki b’perspettiva globali u b’attenzjoni lejn mudelli ta’ valwazzjoni konservattiva u l-proporzjonalità tar-rekwiżiti; jifhem li l-liġi Ewropea dwar il-kontabbiltà, li ġie rivedut dan l-aħħar, l-ewwel irid jiġi vvalutat fil-prattika;

69.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsiru valutazzjoni tal-impatt u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni addizzjonali, inklużi l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni; jinnota li l-leġiżlazzjoni l-ġdida mhux dejjem se tkun ir-rispons tal-politika xieraq għal dawn l-isfidi, u li l-approċċi mhux leġiżlattivi u bbażati fuq is-swieq, kif ukoll, f’xi każijiet, is-soluzzjonijiet nazzjoniali li diġà jeżistu, għandhom jiġu eżaminati; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-proporzjonalità fil-leġiżlazzjoni relevanti bil-għan li ssaħħaħ l-effetti pożittivi għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;

70.

Jemmen li l-elementi kostitwenti għal Unjoni ta’ Swieq Kapitali li jiffunzjona għalkollox għandhom jiġu stabbiliti mhux aktar tard mill-2018; itenni d-domanda għal analiżi komprensiva tas-sitwazzjoni attwali fis-swieq kapitali tal-UE u tax-xkiel eżistenti fl-UE biss; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha fuq il-pjan ta’ azzjoni u tressaq proposti leġiżlattivi u mhux leġislattivi mill-aktar fis possibbli bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ suq kapitali uniku tal-UE għalkollox integrat sa tmiem l-2018;

71.

Jinnota li l-ambjent diġitali li qed jiżviluppa għandu jitqies bħala opportunità biex tittejjeb il-prestazzjoni u l-valur provdut mill-industrija tas-swieq kapitali lill-intrapriżi, l-investituri u lis-soċjetà b’mod ġenerali;

o

o o

72.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u lill-Kunsill.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2014)0202.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0161.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/84


P8_TA(2015)0269

L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP))

(2017/C 265/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 16, 20, 67, 68, 70-72, 75, 82 – 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 10(1), 11, 12, 21, 47-50, 52 u 53 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (COM(2015)0185),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573) u Operational Guidance on taking account of Fundamental Rights in Commission Impact Assessments (Gwida Operattiva fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni (SEC(2011)0567),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12, li annullat id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (1)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2012) (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar it-tiġdid tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna tal-UE (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Frar 2015 dwar miżuri kontra t-terroriżmu (6),

wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu fil-plenarja tat-28 ta’ April 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (O-000064/2015 – B8-0566/2015 u O-000065/2015 – B8-0567/2015),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2)tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-theddidiet għas-sigurtà interna tal-Unjoni saru aktar kumplessi, ibridi, asimmetriċi, nonkonvenzjonali, internazzjonali, jevolvu b'mod rapidu u li diffiċli tipprevedihom, u jmorru lil hinn mill-kapaċità ta' kwalunkwe Stat Membru individwali, u għalhekk jirrikjedi aktar minn qatt qabel reazzjoni tal-UE koerenti, komprensiva, b’ħafna saffi u kkoordinata li tqis għalkollox ir-rispett għad-drittijiet fundamentali;

B.

billi l-iżvilupp ta’ politika tas-sigurtà tal-UE hija responsabilità kondiviża li tirrikjedi sforzi koordinati u allinjati mill-Istati Membri kollha, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, huwa mfassal bil-ħsieb ta’ għanijiet komuni u huwa bbażata fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; billi bil-għan li jinkisbu l-aqwa riżultati, l-implimentazzjoni konkreta ta’ dawn l-għanijiet u prijoritajiet kondiviżi għandha tiġi assoċjata ma’ diviżjoni ċara tal-kompiti bejn il-livell tal-UE u l-livell nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u b’sorveljanza parlamentari u ġudizzjarja b’saħħitha u effettiva;

C.

billi l-eċċezzjoni tas-sigurtà nazzjonali inkluża fl-Artikolu 4(2) tat-TUE ma tistax tintuża biex l-aġenziji tas-sigurtà nazzjonali jkunu permessi jużurpaw l-interessi, inklużi l-interessi ekonomiċi, ta’ Stati Membri oħra, id-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tagħhom u l-liġijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi b’mod aktar ġenerali;

D.

billi għandha tinġibed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jinsiltu l-lezzjonijiet mill-ħafna ksur tan-normi u valuri Ewropej u universali fil-kuntest tal-kooperazzjoni tas-sigurtà interna u esterna wara 9/11;

E.

billi l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma objettivi li għandhom jiġu segwiti b’mod parallel; billi, bil-għan li jinkisbu l-libertà u l-ġustizzja, il-miżuri tas-sigurtà għandhom għalhekk dejjem jirrispettaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali skont il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità u għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza demokratika u obbligu ta’ rendikont kif xieraq; billi d-dimensjoni tal-ġustizzja u tal-prevenzjoni mhijiex koperta biżżejjed fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà;

F.

billi għadd ta’ kawżi fundamentali tal-kriminalità, bħalma huma l-inugwaljanza, il-faqar, il-vjolenza razzjali u xenofobika u d-delitti ta’ mibegħda li qed jiżdiedu, ma jistgħux jiġu indirizzati b’miżuri ta’ sigurtà biss, iżda jeħtieġ li jiġu indirizzati f’kuntest ta’ politika usa’, inkluża l-politika soċjali, dik tal-impjiegi, dik edukattiva, dik kulturali u dik esterna mtejba;

G.

billi l-aspett ta’ prevenzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà hija partikolarment essenzjali f’perjodu ta’ inġustizzji ekonomiċi u soċjali li qed jikbru u li jdgħajfu l-patt soċjali u l-effettività tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet pubbliċi; billi miżuri alternattivi għall-ħabs minn naħa waħda u miżuri ta’ reintegrazzjoni min-naħa l-oħra, b’mod partikolari rigward reati minuri, għandhom ikunu element importanti ta’ tali politiki ta’ prevenzjoni;

H.

billi, meta skada l-perjodu ta’ tranżizzjoni li jiddisponi għalih il-Protokoll 36 anness mat-Trattati, il-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kisbu setgħat sħaħ fir-rigward ta' dawk li qabel kienu l-istrumenti ġuridiċi tat-tielet pilastru, li jespandu l-obbligu ta' rendikont fir-rigward tad-drittijiet demokratiċi u fundamentali fuq il-miżuri meħuda li kellhom rwol importanti fit-tiswir taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

I.

billi ċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità iffaċilitata miċ-ċibernetika jaffettwaw is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE, is-suq intern u l-proprjetà intellettwali u l-prosperità tal-Unjoni Ewropea; billi, pereżempju, il-botnets bħala forma ta’ ċiberkriminalità jaffettwaw miljuni ta’ kompjuters u eluf ta’ miri fl-istess ħin;

J.

billi l-linja bejn is-sigurtà interna u esterna qegħda kulma jmur issir inqas ċara, ħaġa li tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri li tirriżulta f’approċċ komprensiv u multidimensjonali;

K.

billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sostenn u l-protezzjoni tal-vittmi kollha tat-terroriżmu u tal-kriminalità fl-UE kollha bħala parti importanti tal-aġenda tas-sigurtà;

1.

Jieħu nota tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għall-perjodu tal-2015-2020 kif proposta mill-Kummissjoni u l-prijoritajiet stabbiliti fiha; iqis li, minħabba l-isfidi li l-Unjoni Ewropea qiegħda tiffaċċja bħalissa, it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata transfruntiera u ċ-ċiberkriminalità huma t-theddidiet l-aktar serji li jirrikjedu azzjonijiet ikkoordinati fil-livell nazzjonali, dak tal-UE u dak globali; jirrimarka li l-Aġenda għandha tiġi strutturata b’mod flessibbli biex tirreaġixxi għall-isfidi ġodda li jistgħu jinqalgħu fil-futur;

2.

Itenni l-ħtieġa li jiġu indirizzati aktar il-kawżi fundamentali tal-kriminalità, inklużi l-inugwaljanza, il-faqar u d-diskriminazzjoni; jisħaq barra minn hekk fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi adegwati għall-assistenti soċjali, l-uffiċjali tal-pulizija lokali u nazzjonali u l-uffiċjali ġudizzjarji li l-baġits tagħhom ġew imnaqqsa sew f'xi Stati Membri;

3.

Jitlob li jinstab il-bilanċ xieraq bejn il-politiki ta' prevenzjoni u l-miżuri repressivi sabiex jiġu protetti l-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jenfasizza li l-miżuri ta’ sigurtà għandhom dejjem jittieħdu skont il-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali bħalma huma d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni u l-assoċjazzjoni u l-proċess dovut tal-liġi; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex meta tkun qed timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, tieħu kont kif dovut tas-sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data (sentenza fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12), li tirrikjedi li l-istrumenti kollha jkunu konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità, tan-neċessità u tal-legalità, u tinkludi s-salvagwardji xierqa tal-obbligu ta’ rendikont u r-rikors ġudizzjarju; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bis-sħiħ l-impatt ta’ din is-sentenza fuq kwalunkwe strument li jinvolvi ż-żamma ta' data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

4.

Ifakkar li bil-għan li tkun attriċi kredibbli fil-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali kemm internament u kemm esternament, l-Unjoni Ewropea għandha tibbaża l-politiki tas-sigurtà tagħha, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u s-sħubijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà fuq approċċ komprensiv li jintegra l-fatturi kollha li jwasslu lin-nies biex jinvolvu ruħhom fit-terroriżmu jew fil-kriminalità organizzata, u b’hekk tintegra l-politiki ekonomiċi u soċjali li jiġu żviluppati u implimentati b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u suġġetti għall-kontroll ġudizzjarju u demokratiku u valutazzjonijiet dettaljati;

5.

Jilqa’ l-għażla tal-Kummissjoni li tibbaża l-Aġenda fuq il-prinċipji tar-rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li għandhom jiġu ggarantiti permezz ta' sorveljanza ġudizzjarja xierqa, aktar trasparenza, obbligu ta’ rendikont u kontroll demokratiku, applikazzjoni u implimentazzjoni aħjar tal-istrumenti ġuridiċi eżistenti, approċċ interaġenziji u transettorjali aktar konnessu rabtiet akbar bejn id-dimensjonijiet interni u esterni tas-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkonformaw strettament ma’ dawn il-prinċipji fl-implimentazzjoni tal-Aġenda; jirrimarka li l-Parlament se jqiegħed dawn il-prinċipji fil-qalba tal-monitoraġġ tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Aġenda;

6.

Jilqa’ l-enfasi speċifika magħmula fl-Aġenda fuq id-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari l-impenn tal-Kummissjoni li tivvaluta b’mod strett kwalunkwe miżura tas-sigurtà li hija tipproponi, mhux biss biex isir magħruf sa liema punt il-miżura tkun laħqet l-objettivi tagħha, iżda wkoll għall-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tinvolvi fil-valutazzjoni tagħha l-korpi u l-aġenziji rilevanti kollha, u b’mod partikolari l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, is-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Europol u l-Eurojust; jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar din il-valutazzjoni, sabiex il-Parlament ikun jista’ jwettaq is-sorveljanza demokratika tiegħu b’mod effettiv;

7.

Ifakkar f’dan ir-rigward fil-kundanna tiegħu ta’ miżuri li jinvolvu l-ġbir vast u sistematiku bil-massa tad-data personali ta’ persuni innoċenti, b’mod partikolari minħabba l-effetti potenzjalment severi fuq id-drittijiet ta’ proċess ġust, in-nondiskriminazzjoni, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-istampa, tal-l-ħsieb u tal-kelma, u l-libertà tal-għaqda u l-assoċjazzjoni, u li jinvolvu potenzjali sinifikanti ta’ użu abbużiv ta’ informazzjoni miġbura kontra avversarji politiċi; jesprimi dubji severi rigward is-siwi tal-miżuri ta’ sorveljanza tal-massa peress li spiss jitfgħu xibka wiesgħa wisq u għalhekk jirriżultaw f’wisq pożittivi u negattivi foloz; iwissi dwar il-periklu li l-miżuri ta’ sorveljanza tal-massa jaħbu l-ħtieġa ta’ investiment f’miżuri tal-infurzar tal-liġi li forsi jkunu inqas għalja, aktar effettivi u inqas intrużivi;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal jiġi rispettat fil-leġiżlazzjoni kollha relatata mas-sigurtà;

9.

Jinnota li l-UE m'għandhiex definizzjoni miftiehma ta’ “sigurtà nazzjonali”, fatt li joħloq lakuna mhux ċara fl-istrumenti ġuridiċi tal-UE li fihom referenzi għal “sigurtà nazzjonali”;

10.

Jemmen li bil-għan li ċ-ċittadini jkollhom aktar fiduċja fil-politiki tas-sigurtà, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-kontroll demokratiku fil-proċess tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li b’mod regolari tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda; itenni l-intenzjoni tiegħu li jorganizza eżerċizzji ta’ monitoraġġ regolari, f’kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, tal-implimentazzjoni xierqa u l-progress tal-Aġenda; jinnota b’interess il-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Forum Konsultattiv tal-UE dwar is-Sigurtà; jitlob li dan il-Forum jiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati relevanti kollha u jistenna b’ħerqa li jirċievi aktar informazzjoni dettaljata dwaru, b’mod partikolari rigward ir-rwol, il-kompiti, il-kompożizzjoni u s-setgħat eżatti tiegħu u l-involviment tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fih;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu s-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri; jinnota li l-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Ombudsman m’għandhomx setgħat biżżejjed biex iwettqulivell effettiv ta’ skrutinju tal-politiki tas-sigurtà Ewropej;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu pjan direzzjonali – jew mekkaniżmu simili – malajr kemm jista' jkun biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u operattiva tal-Aġenda, iressquh lill-Parlament u jibdew l-implimentazzjoni tiegħu fis-sitt xhur li ġejjin; jemmen li approċċ tat-tip “ċiklu tal-politika tal-UE” (b’identifikazzjoni u valutazzjoni ta’ theddidiet u vulnerabilitajiet komuni, l-iffissar ta’ prijoritajiet politiċi u l-iżvilupp ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi, implimentazzjoni effettiva b’miri, kalendarji u riżultati ċari, u valutazzjoni) jista’ jiddisponi għall-koerenza u l-kontinwità meħtieġa fl-implimentazzjoni tal-Aġenda, kemm-il darba l-Parlament ikun involut kif xieraq fl-iffissar tal-prijoritajiet politiċi u l-objettivi strateġiċi; jistenna b’ħerqa li jkompli jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet ulterjorment mal-Kummissjoni u l-Kumitat Permanenti għall-kooperazzjoni operattiva dwar is-sigurtà interna (COSI);

13.

Jilqa’ l-prinċipju sottostanti tal-Aġenda li jiġu applikati u implimentati bis-sħiħ l-istrumenti eżistenti fil-qasam tas-sigurtà qabel ma jiġu proposti oħrajn ġodda; itenni l-ħtieġa ta’ kondiviżjoni aktar malajr u effiċjenti tad-data u tal-informazzjoni relevanti, suġġetta għas-salvagwardji xierqa ta’ protezzjoni tad-data u l-privatezza; jiddeplora, madankollu, il-fatt li minkejja għadd kbir ta’ appelli mill-Parlament, għadha ma saritx valutazzjoni tal-effikaċja tal-istrumenti eżistenti tal-UE – anke fid-dawl tat-theddidiet ġodda għas-sigurtà li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE – u tal-lakuni li fadal; jemmen li tali eżerċizzju huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-politika ta’ sigurtà Ewropea hija effiċjenti, meħtieġa, proporzjonata, koerenti u komprensiva; jistieden lill-Kummissjoni tagħti tali valutazzjoni operattiva tal-istrumenti, ir-riżorsi u l-finanzjament eżistenti tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna bħala miżura ta’ prijorità taħt il-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda; itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jivvalutaw b'mod komprensiv l-implimentazzjoni tal-miżuri li ġew adottati fil-qasam tas-sigurtà interna qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, billi jużaw il-proċedura li jiddisponi għaliha l-Artikolu 70 tat-TFUE;

14.

Jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-ġestjoni tal-fruntieri bħala aspett essenzjali tal-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu; jenfasizza li s-sigurtà tal-fruntieri tal-UE għandha tissaħħaħ permezz ta' kontrolli sistematiċi mal-bażijiet ta' data eżistenti, bħall-SIS; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta l-proposta riveduta tagħha dwar Fruntieri Intelliġenti sal-bidu tal-2016;

15.

Jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni għal approċċ interaġenziji u transettorjali aktar konness u l-miżuri proposti għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-prattiki tajba u għaż-żieda fil-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u mal-aġenziji tal-UE; itenni t-talba tiegħu għal użu akbar tal-istrumenti u l-bażijiet ta’ data eżistenti bħalma huma s-SIS u l-ECRIS, u tal-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex taċċelera l-konklużjoni tal-arranġamenti ta' ħidma pendenti ta' bejn l-aġenziji; jinnota b’dispjaċir li l-Aġenda ma tiddisponix għal għadd biżżejjed ta’ miżuri konkreti bil-għan li jsaħħu d-dimensjoni tal-ġustizzja tagħha; jitlob għall-integrazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-aspetti kollha tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, inkluż billi jiġu msaħħa d-drittijiet tal-persuni ssuspettati u akkużati, tal-vittmi u tax-xhud u billi tittejjeb l-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti ta’ rikonoxximenti reċiproku tal-UE;

16.

Jappoġġa bis-sħiħ il-prijorità tal-Kummissjoni li tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw aktar il-fiduċja reċiproka, jisfruttaw bis-sħiħ l-għodod eżistenti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jrawmu l-kooperazzjoni operattiva transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza l-importanza ta’ tali kooperazzjoni operattiva transfruntiera, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr proposta leġiżlattiva li temenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (7) biex jiġu armonizzati l-kriterji ta' twissija u jsiru twissijiet obbligatorji rigward persuni misjuba ħatja jew issuspettati b'terroriżmu;

18.

Jilqa’ l-valutazzjoni mħabbra tal-Kummissjoni tal-ħtieġa u l-valur miżjud potenzjali ta’ Sistema ta’ Indiċi Ewropea tar-Rekords tal-Pulizija (EPRIS) biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transfruntier għall-informazzjoni miżmuma fir-rekords tal-pulizija nazzjonali u jappoġġja bis-sħiħ il-varar ta’ proġett pilota ppjanat minn grupp ta' Stati Membri biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għat-tfittxijiet transfruntiera awtomatizzati fl-indiċijiet nazzjonali fuq bażi ta’ sistema “hit”/“no-hit”; jenfasizza l-importanza ta’ aċċess transfruntier għall-informazzjoni, b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ mal-fruntieri;

19.

Jenfasizza l-importanza tal-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (SIK) biex jiġu investigati każijiet speċifiċi ta’ natura transfruntiera u jistieden lill-Istati Membri jużaw din l-għodda ta’ suċċess b’mod aktar regolari; jistieden lill-Kummmissjoni tiżviluppa proposti għal qafas ġuridiku li jippermetti l-istabbiliment ta’ SIK semipermanenti jew permanenti biex jindirizzaw theddidiet persistenti, b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri, bħalma huma t-traffikar tad-drogi, t-traffikar tal-bnedmin, u l-gangs tal-muturi;

20.

Jiddispjaċih li strumenti bħalma huma l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali għadhom mhux qed jintużaw b’mod sistematiku fil-każijiet transfruntieri xierqa kollha, u jappella għal iżjed sforzi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni f’dan il-qasam;

21.

Jenfasizza li teżisti defiċjenza fis-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji nazzjonali tal-intelligence; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li s-sorveljanza demokratika u ġudizzjarja hija mxekkla ħafna mir-regola dwar partijiet terzi fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti;

22.

Jinnota li l-linja bejn is-sigurtà esterni u interna qed issir dejjem aktar vaga u jilqa’, għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li d-dimensjonijiet interni u esterni tal-politika tas-sigurtà jaħdmu flimkien; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw regolarment l-impatt tal-Aġenda dwar l-istrateġija tas-sigurtà esterna tal-UE u vice versa, inklużi l-obbligi tar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-valuri u l-prinċipji demokratiċi inklużi fil-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali li huma rratifikaw jew iffirmaw; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu aktar ir-rabtiet, is-sinerġiji u l-koerenza bejn dawn it-tnejn, speċjalment fl-indirizzar tat-theddidiet ġodda, trasversali u ibridi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa, filwaqt li jiġu rispettati l-valuri tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament kull azzjoni oħra immirata li tiżviluppa r-rabta bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-politika tas-sigurtà u l-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà, sabiex il-Parlament ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ skrutinju demokratiku flimkien mal-parlamenti nazzjonali;

23.

Jenfasizza l-importanza u l-puntwalità tal-eżami strateġiku kontinwu mill-VP/HR, fdati lilha mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, li għandu jwassal għall-adozzjoni ta' Strateġija Ewropea ta' Sigurtà ġdida; strateġija wiesgħa inklużi kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà għandha tidentifika u tiddeskrivi l-interessi tal-UE, il-prijoritajiet u l-objettivi, eżistenti u theddidiet li qed jevolvu, l-isfidi u l-opportunitajiet, u l-istrumenti tal-UE u l-mezzi biex dawn jintlaħqu;

24.

Jitlob li jkun hemm klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem qawwija ħafna fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, speċjalment fl-Afrika ta’ Fuq u r-reġjun tal-Golf fir-rigward tal-kooperazzjoni għas-sigurtà; jappella li tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux demokratiċi b’passat ħażin fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

25.

Jenfasizza l-importanza kruċjali li jiġu indirizzati l-kawżi oriġinali tal-kunflitti armati, l-estremiżmu u l-faqar f’pajjiżi terzi, peress li dawn joħolqu sfidi ta’ sigurtà għall-UE; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom ta’ appoġġ lil stati inklużivi, pluralistiċi u li jiffunzjonaw tajjeb li għandhom soċjetà ċivili soda u vijabbli li għandhom il-ħila joffru l-libertà, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-impjieg liċ-ċittadini tagħhom;

26.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tippreżenta abbozz ta’ pożizzjoni komuni dwar l-użu ta’ drones armati f’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Frar 2014 dwar l-użu ta’ drones armati (8);

27.

Jirrikonoxxi t-talba urġenti tal-Kummissjoni biex tiġi finalizzata l-ħidma fuq l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR tal-UE; itenni l-impenn tiegħu li jaħdem għall-finalizzazzjoni tagħha sa tmiem is-sena; jenfasizza li d-Direttiva dwar il-PNR għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-istandards tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li tipprovdi għodda effiċjenti fil-livell tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja dan il-proċess billi tipprovdi kwalunkwe element addizzjonali relevanti għall-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ Direttiva dwar il-PNR tal-UE; jitlob li kwalunkwe proposta ġejjiena għall-ħolqien ta’ għodod ġodda fil-qasam tas-sigurtà, bħall-PNR, sistematikament tinkludi mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri;

28.

Jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-importanza ewlenija tal-appoġġ għal azzjonijiet relatati mat-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni u x-xogħol importnati tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) f’dan il-qasam; iqis li l-programmi ta’ taħriġ u skambji għall-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi għandhom importanza sinifikanti għat-trawwim ulterjuri ta’ kultura Ewropea ta’ infurzar tal-liġi u prattiki tajba f’dan il-qasam; jemmen li jinħtieġ aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-sigurtà, anke fil-qasam tal-prevenzjoni;

29.

Jindika li s-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tinbidel rapidament titlob li jkun hemm approċċ flessibbli u li kapaċi jadatta u jirreaġixxi, l-iżvilupp ta' kapaċitajiet tekniċi u rieżami regolari tal-azzjonijiet ta' prijorità stabbiliti fl-Aġenda; jindika, f’dan ir-rigward, li jista’ jintuża l-Artikolu 222 tat-TFUE li jesiġi li l-Kunsill Ewropew regolarment iwettaq valutazzjoni tat-theddidiet għall-Unjoni, inter alia billi jibni fuq il-valutazzjonijiet eżistenti tat-theddidiet imwettqa mill-istati Membri u l-Europol, u li jinforma lill-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali dwar l-eżitu tagħhha u s-segwitu tagħha;

Terroriżmu

30.

Jilqa’ l-miżuri deskritti fl-Aġenda għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, biex jiġi ttrattat b’mod determinat il-finanzjament tat-terroriżmu, biex tiġi miġġielda t-theddida ta’ ċittadini u residenti tal-UE li jivvjaġġaw barra mill-UE għal skopijiet ta’ terroriżmu (“ġellieda barranin”) u għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni; jinnota li l-istruttura ġdida proposta taċ-Ċentru Ewropew kontra t-Terroriżmu li għandu jinħoloq fi ħdan il-Europol u jistieden lill-Kummissjoni tiċċara aktar ir-rwol, il-kompiti, is-setgħet u l-iskrutinju preċiżi tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata sorveljanza demokratika u ġudizzjarja adegwata fil-livelli xierqa, inkluż permezz tar-reviżjoni kontinwa tal-mandat tal-Europol; jenfasizza li żieda fil-qsim tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri hi kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li dan għandu jsir fuq bażi aktar strutturali;

31.

Jikkundanna kwalunkwe analiżi li twassal għal konfużjoni bejn it-terroriżmu, in-nuqqas ta’ sigurtà, l-iżlam u l-migranti;

32.

Ifakkar fid-dawl tal-attakki terroristiċi reċenti f'Brussell, Pariġi, Kopenħagen u St Quentin Fallavier, il-bżonn urġenti għall-UE biex tevalwa aħjar it-theddid kontra s-sigurtà tal-UE u biex tiffoka fuq oqsma ta' prijorità immedjata fil-ġlieda kontra t-terroriżmu: it-tisħiħ tas-sigurtà fil-fruntieri tal-UE, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riferiment fuq l-internet, u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, kif ukoll iż-żieda tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u servizzi ta' intelligence;

33.

Ifakkar fl-importanza kruċjali ta' traċċar u t-tfixkil ta' flussi finanzjarji, inkluż flussi finanzjarji mhux-Swift, fil-ġlieda kontra n-netwerks terroristiċi u l-gruppi tal-kriminalità organizzata; jilqa' l-isforzi li saru biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ġusta u bbilanċjata fil-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (PRFT);

34.

Jenfasizza li t-theddida ta' terroriżmu mrawwem domestikament fl-UE qed tilħaq livelli ġodda perikolużi minn mindu fundamentalisti Iżlamiċi ħadu f'idejhom l-art fis-Sirja u fl-Iraq u għamlu kampanja ta' propaganda dinjija biex jingħaqdu ma' ġiħadisti u biex iwettqu attakki ġewwa l-fruntieri tal-UE;

35.

Jenfasizza li l-indirizzar tat-theddida li jirrappreżentaw il-ġellieda barranin u t-terroriżmu b’mod ġenerali teħtieġ approċċ b’diversi saffi li jinvolvi l-indirizzar komprensiv tal-fatturi sottostanti bħalma huma r-radikalizzazzjoni, l-iżvilupp tal-koeżjoni soċjali u l-inklużività u l-iffaċilitar tar-reintegrazzjoni permezz tal-promozzjoni tat-tolleranza politika u reliġjuża, l-analiżi u l-kontrobilanċ tat-tixwix online għat-twettiq ta’ atti terroristiċi, il-prevenzjoni tat-tluq ta’ persuni biex jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi, il-prevenzjoni u l-waqfien tar-reklutaġġ u l-parteċipazzjoni fil-kunflitti armati, l-interruzzjoni tal-appoġġ finanzjarju lil organizzazzjonijiet terroristiċi u lil individwi li jkollhom il-għan li jingħaqdu magħhom, l-iżgurat ta’ prosekuzzjoni ġuridika soda fejn xieraq u l-għoti tal-għodod xierqa lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex dawn iwettqu dmirijiethom b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Istati Membri tiżviluppa strateġija ġenwina fir-rigward tal-ġellieda Ewropej – strateġija li attwalment mhix inkuża fl-Aġenda dwar is-Sigurtà – u b’mod partikolari dawk li jirritornaw minn żoni ta’ kunflitt li jixtiequ jħallu l-organizzazzjonijiet terroristiċi li rreklutawhom u juru r-rieda li jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà; iqis li għandha ssir enfasi speċjali fuq is-sitwazzjoni ta’ ġellieda Ewropej żgħażagħ;

37.

Itenni l-impenn tiegħu li jiżgura l-obbligu ta’ rendikont għal ksur massiv tad-drittijiet fundamentali bl-iskuża tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari fil-kuntest tal-konsenja u taż-żamma illegali ta’ priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA, permezz ta’ investigazzjonijiet miftuħa u trasparenti; jitlob li tingħata protezzjoni li dawk lil jiżvelaw tali ksur, bħalma huma l-ġurnalisti u l-informaturi;

Radikalizzazzjoni

38.

Jaqbel li l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni għandha tkun prijorità għall-UE; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ miżuri aktar konkreti fl-Aġenda biex tiġi indirizzata r-radikalizzazzjoni fl-Ewropa u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti u komprensiva biex tintensifika l-miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti, biex jiħi pprevenut it-tixrid ta’ ideoloġiji estremisti u jiġu promossi l-integrazzjoni u l-inklużjoni; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN), li jlaqqa’ flimkien l-atturi relevanti kollha involuti f’inizjattivi li jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni fil-livell lokali, u tikkjarifika l-mandat, il-kompiti u l-kamp ta’ applikazzjoni taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tar-RAN il-ġdid propost; jirrakkomanda li l-istruttura tiegħu tinkludi wkoll lill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet, fil-livell lokali u nazzjonali, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni prattika tar-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-esperti u mill-partijiet ikkonċernati; jappella għal miżuri aktar kuraġġużi biex tiġi indirizzata b’mod determinat ir-radikalizzazzjoni fuq l-Internet u l-użu ta’ siti web tal-Internet u l-midja soċjali għat-tixrid ta’ ideoloġiji radikali fl-Ewropa; jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ Unità tal-Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet fil-Europol sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġjati fl-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ kontenut estremist vjolenti fuq l-Internet bil-kooperazzjoni tal-industrija, u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament tiegħu; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ miżuri konkreti li jsaħħu r-rwol tal-Internet bħala għodda ta’ sensibilizzazzjoni kontra r-radikalizzazzjoni, u b’mod partikolari għat-tixrid proattiv ta’ kontronarrativi, fuq l-internet, sabiex tiġi miġġielda l-propaganda terroristika;

39.

Jirrimarka li politika tas-sigurtà ta’ suċċess jeħtieġ tindirizza l-fatturi sottostanti tal-estremiżmu, bħalma huma r-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, permezz tal-promozzjoni tat-tolleranza politika u reliġjuża, l-iżviluppar tal-koeżjoni soċjali u l-inklużività u l-iffaċilitar tar-reintegrazzjoni;

40.

Jemmen li għandhom jiġu żviluppati riċerka estensiva u miżuri konkreti, bl-appoġġ finanzjarju u operattiv tal-Kummissjoni, sabiex jiġu promossi u kondiviżi maċ-ċittadini Ewropej kollha, b’mezzi ta’ komunikazzjoni effettivi, il-valuri komuni tagħna tat-tolleranza, il-pluraliżmu, ir-rispett tal-libertà tal-kelma u tal-kuxjenza, u d-drittijiet fundamentali tagħna b’mod ġenerali; iqis li l-Aġenda għandha wkoll tissottolinja l-ħtieġa li jiġu miġġielda kunċetti żbaljati dwar reliġjonijiet, b’mod partikolari l-Iżlam, li fihom infushom m’għandhomx rwol fir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu;

41.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda reċenti fl-inċidenti ta’ delitti ta’ mibegħda, anke online, kontra ċittadini Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jipproteġu liċ-ċittadini tagħhom minn attakki futuri u jipprevjenu t-tixwix għall-mibegħda u kwalunkwe att ta’ intolleranza bbażata fuq l-oriġini, it-twemmin jew ir-reliġjon, anke permezz ta’ ħidma edukattiva mmirata lejn iż-żgħażagħ u l-promozzjoni ta’ djalogu inklużiv;

Kriminalità organizzata

42.

Jaqbel li t-traffikar tal-bnedmin huwa fenomenu li jeħtieġ li jiġi indirizzat b’mod aktar effettiv fil-livell Ewropew; jirrifjuta bil-qawwa, madankollu, kwalunkwe rabta bejn il-migrazzjoni irregolari u t-terroriżmu; jirrimarka li n-nuqqas ta’ mezzi legali lejn l-UE sabiex dak li jkun ifittex protezzjoni jiġġenera domanda kostanti għal mezzi irregolari, u b’hekk jitpoġġew f’periklu migranti vulnerabbli li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

43.

Jenfasizza l-gravità tal-kriminalità organizzata fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin; jiġbed l-attenzjoni lejn il-livelli estremi ta’ vjolenza u brutalità mwettqa mill-kriminali fuq dan il-grupp partikolarment vulnerabbli; jilqa’ l-qafas eżistenti u jaqbel fuq il-bżonn ta’ strateġija post-2016 li tinvolvi lill-Europol u lill-Eurojust bl-għarfien speċifiku tagħhom f’dan il-qasam;

44.

Jirrikonoxxi li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata teħtieġ azzjoni Ewropea qawwija; jappoġġja d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza din il-kwistjoni b'mod determinat; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, biex tistabbilixxi kooperazzjoni soda fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, iżda wkoll kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi għall-prevenzjoni tad-dħul klandestin ta’ migranti sabiex jiġu evitati traġedji ġodda fil-Mediterran;

45.

Jirrimarka li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-iżviluppi fil-kriminalità organizzata transfruntiera fir-rigward tat-traffikar tal-armi, it-traffikar tal-bnedmin, u l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ drogi illeċiti; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenda tirrikonoxxi l-karattru dinamiku tal-problema tad-droga, u b’mod partikolari r-rabta tagħha mal-kriminalità organizzata u t-theddida dejjem tevolvi ta’ innovazzjoni fis-suq fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ drogi kemm ġodda kif ukoll stabbiliti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ adozzjoni rapida tal-pakkett propost dwar sustanzi psikoattivi ġodda u jħeġġeġ lill-Kunsill jagħmel progress dwar dan;

46.

Jemmen li, minbarra l-istrumenti tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà għandha tinkludi mekkaniżmi ta’ protezzjoni għall-vittmi ta’ dawn id-delitti serji sabiex tiġi pprevenuta aktar vittimizzazzjoni; jinnota li l-protezzjoni tal-vittmi għandha tiġi meqjusa bħala għodda importanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, minħabba li din tibgħat messaġġ ċar lit-trasgressuri li s-soċjetà mhix se ċċedi għall-vjolenza u li f’kull waqt u ħin se ssalvagwardja l-vittmi u d-dinjità tagħhom;

Ċiberkriminalità

47.

Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet terroristiċi u l-gruppi tal-kriminalità organizzata qegħdin kulma jmur aktar jużaw l-ispazju ċibernetiku biex jiffaċilitaw il-forom kollha tal-kriminalità u li ċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità ffaċilitata permezz taċ-ċibernetika jikkostitwixxu theddida maġġuri għaċ-ċittadini tal-UE u għall-ekonomija tal-UE; jinnota li ċ-ċiberkriminalità teħtieġ approċċ ġdid għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-infurzar tal-liġi fl-era diġitali; jinnota li l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jżidu l-impatt taċ-ċiberkriminalità fl-iskala u l-veloċità u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi bir-reqqa tas-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji u l-kapaċitajiet ġuridiċi u tekniċi tagħhom, online u offline, sabiex tippermettilhom jindirizzaw b’mod determinat iċ-ċiberkriminalità b’mod effettiv, filwaqt li jissottolinja li l-miżuri ta’ infurzar kollha għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, ikunu meħtieġa u proporzjonati u jirrispettaw id-dritt tal-UE u dak nazzjonali; jistieden b’mod partikolari lill-Kummissjoni tiżgura li d-dritt għall-użu tal-kriptaġġ jibqa’ intatt fl-Unjoni Ewropea kollha u li, waqt li l-interċettazzjoni ta' komunikazzjonijiet fil-kuntest ta' investigazzjoni mill-pulizija jew proċedura ġudizzjarja tkun dejjem possibbli bl-awtorizzazzjoni ġudizzjarja xieraq, m'għandha tiġi implimentata l-ebda miżura mill-Istati Membri li tinterferixxi mad-dritt tal-individwi li jużaw il-kriptaġġ; jitlob lill-Kummissjoni tagħti lill-Unità tal-Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet tal-Europol ir-riżorsi addizzjonali meħtieġa għall-funzjonament tiegħu, aktar milli tipproċedi permezz ta’ riallokazzjonijiet interni tal-impjiegi, inkluż għall-persunal taċ-Ċentru Ewropew kontra ċ-Ċiberkriminalità (EC3), li jeħtieġ li ma jitħalliex nieqes mill-persunal;

48.

Jenfasizza l-importanza essenzjali tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex l-UE tibqa’ aġġornata dwar il-bidliet fil-ħtiġijiet ta’ sigurtà; jenfasizza l-importanza ta’ industrija tas-sigurtà kompetittiva tal-UE biex tikkontribwixxi għall-awtonomija tal-UE fis-sigurtà; itenni t-talba tiegħu għal awtonomija mtejba fis-sigurtà tal-IT tal-UE u l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati dispożittivi tas-sigurtà u servizzi magħmula fl-UE għall-infrastruttura kritika u s-servizzi pubbliċi;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ stat ta’ tħejjija adegwata dwar ir-riskji marbuta maċ-ċiberkriminalità serja sabiex tittejjeb ir-reżiljenza kontra l-attakki ċibernetiċi;

50.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ix-xogħol li sar minn EC3 fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità transnazzjonali serja u l-kriminalità ffaċilitata permezz taċ-ċibernetika; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-EC3 fl-appoġġ għall-Istati Membri, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal; itenni t-tħabbiriet magħmula mill-Kummissjoni biex l-EC3 jingħata l-esperti u l-baġit meħtieġa sabiex jingħataw spinta l-oqsma ta’ kooperazzjoni Ewropea li għadhom ma ġewx indirizzati mindu nħoloq fl-2013;

51.

Jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni sħiħa ta' miżuri eżistenti relatati mal-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal online, biex tivvaluta jekk għodod leġiżlattivi ulterjuri humiex meħtieġa, u biex teżamina jekk l-Europol għandux biżżejjed kompetenzi, riżorsi u persunal biex ikun jista' jindirizza dan id-delitt terribbli;

Finanzjament

52.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-abbozz ta’ baġit tal-Kummissjoni għall-2016 jiddisponi għal żieda fil-baġit tal-Europol ta’ madwar EUR 1,5 miljun biss, u dan ma jagħtihx ir-riżorsi meħtieġa biex iwaqqaf, kif ippjanat fl-Aġenda, Ċentru Ewropew Kontra t-Terroriżmu u Unità tal-Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet;

53.

Jilqa’ d-dikjarazzjoni magħmula mill-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, Frans Timmermans, fil-Parlament Ewropew, li l-Kummissjoni se tallinja r-riżorsi finanzjarji disponibbli mal-prijoritajiet tal-Aġenda; jerġa’ jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jiġi żgurat li l-aġenziji relevanti tal-UE jkunu mgħammra b’riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex iwettqu bis-sħiħ il-kompiti attwali u ġejjiena tagħhom skont l-Aġenda; bi ħsiebu jkompli jiskrutinja mill-qrib l-implimentazzjoni, u jivvaluta l-ħtiġijiet ġejjiena tal-Fond għas-Sigurtà Interna fil-livell tal-UE u dak nazzjonali;

o

o o

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93.

(2)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 45.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2014)0173.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2014)0230.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2014)0102.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0032.

(7)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(8)  P7_TA(2014)0172.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/93


P8_TA(2015)0270

Sitwazzjoni fil-Jemen

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen (2015/2760(RSP))

(2017/C 265/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Marzu 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-1 ta' April 2015 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar l-impatt tal-ġlied fil-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Mejju 2015 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar it-tregwa proposta fil-Jemen,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-3 ta' Lulju 2015 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar il-kriżi fil-Jemen,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015 dwar il-Jemen,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2014 (2011), 2051 (2012), 2140 (2014), 2201 (2015) u 2216 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Mejju 2015 tal-Kopresidenti tal-24 Laqgħa Konġunta Ministerjali u tal-Kunsill bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-Unjoni Ewropea (GCC-UE),

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Paċi u Sħubija Nazzjonali tal-21 ta' Settembru 2014, id-dokument tal-eżiti tal-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali tal-25 ta' Jannar 2014 u l-inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf tal-21 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kriżi attwali fil-Jemen hija konsegwenza tal-fatt li gvern wieħed wara l-ieħor naqas milli jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tal-Jemen għad-demokrazija, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-istabbiltà u s-sigurtà; billi dan in-nuqqas ħoloq il-kundizzjonijiet ideali biex ifaqqa' kunflitt vjolenti, minħabba l-ineżistenza ta' gvern inklużiv u ta' kondiviżjoni ġusta tal-poter u minħabba l-fatt li t-tensjonijiet numerużi bejn it-tribujiet, in-nuqqas kbir ta' sigurtà u l-paraliżi ekonomika tal-pajjiż ġew injorati b'mod sistematiku;

B.

billi l-kunflitt attwali fil-Jemen infirex għal 20 minn 22 gvernaturat; billi, skont l-aħħar ċifri kkonsolidati tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bejn id-19 ta' Marzu u l-5 ta' Mejju 2015 inqatlu mill-inqas 1 439 persuna, filwaqt li 5 951 oħra, ħafna minnhom persuni ċivili, sfaw midruba; billi minn mindu beda l-ġlied inqatlu madwar 3 000 persuna, u ndarbu aktar minn 10 000;

C.

billi l-Jemen hu wieħed mill-ifqar pajjiżi fil-Lvant Nofsani, b'rati għolja ta' qgħad u illitteriżmu u nuqqas ta' servizzi bażiċi; billi 20 miljun ruħ bħalissa jinsabu fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, inkluż madwar 9,4 miljun tifel u tifla Jemeniti, aktar minn 250 000 rifuġjat u 335 000 persuna spostata internament;

D.

billi l-iżviluppi reċenti jġorru magħhom riskji kbar għall-istabbiltà tar-reġjun, b'mod partikolari dik tal-Qarn tal-Afrika, tal-Baħar l-Aħmar u tal-Lvant Nofsani kollu kemm hu;

E.

billi, fis-26 ta' Marzu 2015, koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija li tinkludi l-Bahrain, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Marokk, il-Qatar, is-Sudan u l-Emirati Għarab Magħquda tat bidu għal operazzjoni militari fil-Jemen kontra r-ribelli tal-moviment Houthi, fuq talba tal-President tal-Jemen Abd-Rabbu Mansour Hadi; billi din il-koalizzjoni allegatament qed tuża l-cluster bombs, li huma pprojbiti internazzjonalment, u billi bħalissa dan qed jiġi investigat mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem;

F.

billi l-azzjonijiet ta' gruppi armati u forzi affiljati mal-Houthis ikkawżaw għadd kbir ta' vittmi ċivili fil-Jemen, inkluż bl-użu ta' munizzjonijiet ta' kontra l-inġenji tal-ajru li joqtlu u jimmankaw persuni ċivili hekk kif jisplodu wara li jinżlu f'żoni popolati;

G.

billi, f'diversi okkażjonijiet, f'attakki mill-ajru mwettqa mill-koalizzjoni militari mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen inqatlu persuni ċivili, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali li jesiġi li jittieħdu l-passi kollha possibbli biex jiġi evitat jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' vittmi ċivili;

H.

billi, minbarra l-attakki mill-ajru, l-Arabja Sawdija imponiet imblokk navali fuq il-Jemen li kellu effetti drammatiċi fuq il-popolazzjoni ċivili, bi 22 miljun ruħ – kważi 80 % tal-popolazzjoni – fi bżonn urġenti ta' provvisti tal-ikel, ilma u mediċini;

I.

billi fil-15 ta' Ġunju 2015, fid-dawl tat-taħditiet ta' paċi tan-NU, is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon appella għal pawża umanitarja mġedda għal mill-inqas ġimagħtejn matul ir-Ramadan, biex l-assistenza kritika tkun tista' tasal għand il-Jemeniti kollha fil-bżonn, iżda billi ma ntlaħaqx ftehim; billi fid-19 ta' Ġunju 2015 il-partijiet belliġeranti tal-Jemen naqsu milli jilħqu ftehim ta' waqfien mill-ġlied matul taħditiet diplomatiċi nnegozjati mill-Mibgħut Speċjali tan-NU Ismail Ould Cheikh Ahmed;

J.

billi fit-30 ta' Ġunju 2015 madwar 1 200 priġunier, inklużi persuni suspettati li jifformaw parti minn Al-Qaeda, ħarbu mill-ħabs ċentrali fil-belt ta' Taiz; billi f'April 2015 madwar 300 priġunier kienu diġà ħarbu minn ħabs ieħor fil-provinċja ta' Hadramout; billi fil-Jemen qed iseħħu attakki terroristiċi, bħall-attakki tas-17 ta' Ġunju 2015 f'San'a meta fost l-oħrajn ġew attakkati tliet moskej, li rriżultaw f'għadd ta' persuni mejta u midruba;

K.

billi fl-1 ta' Lulju 2015 in-NU ddikjarat is-sitwazzjoni fil-Jemen bħala emerġenza tat-tielet livell, l-ogħla fuq l-iskala; billi, skont il-pjan ta' emerġenza, in-NU se tipprova tilħaq 11,7 miljun ruħ li huma l-aktar fil-bżonn; billi s-sistema tas-saħħa jingħad li qed tiffaċċja ''kollass imminenti'', bl-għeluq ta' mill-inqas 160 faċilità tas-saħħa, minħabba n-nuqqas ta' sigurtà u nuqqas ta' fjuwil u provvisti;

L.

billi 15,9 miljun ruħ fil-Jemen huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja; billi l-aktar tfal vulnerabbli mhux se jkollhom aċċess għas-servizzi nutrizzjonali jew tal-kura tas-saħħa li għandhom bżonn minħabba n-nuqqas kbir ta' sigurtà li jeżisti;

M.

billi 9,9 miljun tifel u tifla ntlaqtu ħażin ħafna mill-kunflitt, u minn Marzu 2015 'l hawn inqatlu 279 tifel u tifla u ndarbu 402 oħra; billi mill-inqas 1,8 miljun tifel u tifla tilfu l-aċċess għall-edukazzjoni peress li l-iskejjel kellhom jagħlqu minħabba l-kunflitt, u dan ipoġġihom f'riskju akbar li jiġu reklutati jew użati minn gruppi armati u jagħmilhom suxxettibbli għal forom oħra ta' abbuż; billi, skont l-UNICEF, sa terz mill-ġellieda kollha fil-Jemen huma tfal, u tal-inqas 140 minnhom ġew reklutati bejn is-26 ta' Marzu u l-24 ta' April 2015 biss; billi ġie kkonfermat li, fl-2014, 156 tifel u tifla ġew reklutati u użati minn gruppi armati; billi fl-2015 din iċ-ċifra diġà rduppjat;

N.

billi l-UNICEF tikkalkula li aktar minn nofs miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin jinsabu f'riskju li jiżviluppaw malnutrizzjoni akuta serja, filwaqt li 1,2 miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin jinsabu f'riskju ta' malnutrizzjoni akuta moderata – żieda ta' kważi d-doppju mill-bidu tal-kriżi 'l hawn;

O.

billi s-sistema tas-saħħa tinsab f'xifer kollass, u l-interruzzjoni tas-servizzi tat-tilqim qed tpoġġi madwar 2,6 miljun tifel u tifla taħt il-15-il sena f'riskju li taqbadhom il-ħosba u 2,5 miljun tifel u tifla f'riskju li taqbadhom id-dijarea – kundizzjoni potenzjalment fatali li tinfirex malajr fi żminijiet ta' kunflitt u ta' spostament tal-popolazzjonijiet; billi d-deni dengue qed jiżdied, m'hemmx kura biżżejjed għall-mard kroniku, u l-persunal u l-provvisti mediċi qed jitwaqqfu milli jaslu għand il-persuni li għandhom jilħqu;

P.

billi l-pajjiż dalwaqt jispiċċalu l-fjuwil, u billi dan diġà qiegħed jillimita t-tqassim tal-għajnuna u ma jdumx ma jwassal għal nuqqas potenzjalment fatali ta' ilma, peress li l-Jemen ibati minn nixfa kbira u għall-provvista tal-ilma tiegħu jiddependi kompletament fuq pompi tal-bjar fondi li jaħdmu bil-fjuwil;

Q.

billi l-Jemen huwa affettwat direttament mill-kriżi umanitarja fil-Qarn tal-Afrika wkoll, hekk kif aktar minn 250 000 rifuġjat, l-aktar mis-Somalja, huma maqbudin fil-pajjiż u qed jgħixu f'kundizzjonijiet prekarji; billi, barra minn hekk, il-Jemen qed jospita madwar miljun migrant Etjopjan, skont il-kalkoli tal-gvern;

R.

billi, peress li s-sitwazzjoni tas-sigurtà qed teħżien, l-organizzazzjonijiet umanitarji rrilokaw ħafna mill-persunal internazzjonali tagħhom barra mill-pajjiż; billi huma ftit l-organizzazzjonijiet li għadhom jistgħu joperaw fil-Jemen u l-attivitajiet tagħhom huma limitati ħafna;

S.

billi l-Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP) bbenefikat mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Jemen, u qiegħda tespandi l-preżenza tagħha u tkabbar l-għadd u l-iskala tal-attakki terroristiċi tagħha;

T.

billi l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS)/Daesh stabbilixxa l-preżenza tiegħu fil-Jemen u wettaq attakki terroristiċi kontra l-moskej Xiiti, bil-qtil ta' mijiet ta' persuni; billi huwa mistenni li kemm l-AQAP u l-ISIS/Daesh se jisfruttaw in-nuqqas tas-sigurtà tal-Jemen sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom u jippjanaw attakki kontra l-forzi tas-sigurtà Jemeniti, kontra l-Houthi u kwalunkwe preżenza tal-Punent;

U.

billi l-eskalazzjoni tal-kunflitt armat qed thedded lill-patrimonju kulturali tal-Jemen; billi fit-2 ta' Lulju 2015 il-Kumitat għall-Patrimonju Dinji qiegħed żewġ siti fil-Jemen fil-Lista ta' Patrimonju Dinji fil-Periklu: il-Belt Antika ta' San'a u l-Belt Antika Fortifikata ta' Shibam;

V.

billi l-UE imponiet embargo fuq l-armi u aktar sanzjonijiet immirati kontra mexxej Houthi u iben l-ex President Ali Abdullah Saleh; billi żewġ membri oħra tal-moviment Houthi, flimkien mal-ex President, tqiegħdu taħt l-istess restrizzjonijiet minn Diċembru 2014;

W.

billi, fl-2015, id-dipartiment għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) tal-Kummissjoni Ewropea alloka EUR 25 miljun biex jgħin lill-komunitajiet madwar il-pajjiż affettwati minn malnutrizzjoni akuta, kunflitt u spostament furzat; billi, fl-2014, il-finanzjament totali mill-UE, mill-Istati Membri u l-Kummissjoni flimkien, għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, kien jammontaw għal EUR 100,8 miljun, li minnhom EUR 33 miljun kienu mill-ECHO;

X.

billi l-appell umanitarju rivedut tan-NU talab USD 1,6 biljun, iżda madwar 10 % biss minn din iċ-ċifra huwa attwalment iffinanzjat;

1.

Huwa mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni politika, tas-sigurtà u dik umanitarja fil-Jemen, li qed tiddeterjora b'mod mgħaġġel; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt itemmu l-użu tal-vjolenza immedjatament; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; jenfasizza li l-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha li tkompli tappoġġja lill-Jemen u l-poplu Jemenit;

2.

Jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu għall-unità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen, u jsostni lill-poplu tal-Jemen;

3.

Jikkundanna l-azzjonijiet destabilizzanti u vjolenti unilaterali meħuda mill-Houthi u l-unitajiet militari leali lejn l-ex President Saleh; jikkundanna wkoll l-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija u l-imblokk navali li hija imponiet fuq il-Jemen, li wasslu għal eluf ta' mwiet, li komplew jiddestabbilizzaw lill-Jemen, li ħolqu kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-espansjoni ta' organizzazzjonijiet terroristiċi u estremisti bħall-ISIS/Daesh u l-AQAP, u li qegħdin jaggravaw sitwazzjoni umanitarja diġà kritika;

4.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-Jemen, b'mod partikolari l-Houthis, jaħdmu biex isolvu d-differenzi ta' bejniethom permezz tad-djalogu u l-konsultazzjoni; jistieden lill-atturi reġjonali kollha jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv mal-partijiet Jemeniti sabiex titnaqqas il-kriżi u tiġi evitata aktar instabbiltà reġjonali; jistieden lill-partijiet kollha jżommu lura milli jattakkaw siti ta' patrimonju kulturali u bini b'bumbardamenti jew b'attakki mill-ajru, jew milli jużawhom għal skopijiet militari;

5.

Jilqa' l-fatt li l-UE tenniet mill-ġdid l-impenn u d-determinazzjoni sodi tagħha biex tindirizza t-theddida tal-gruppi estremisti u terroristiċi, bħall-AQAP, u biex ma tħallihomx jieħdu aktar vantaġġ mis-sitwazzjoni preżenti;

6.

Jikkundanna kull forma ta' vjolenza u kull tentattiv jew theddida li tintuża l-vjolenza biex jiġu intimidati dawk li qed jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet bin-NU bħala intermedjarja; jenfasizza li d-djalogu politiku inklużiv negozjat min-NU għandu jkun proċess immexxi mill-Jemen, bl-intenzjoni li tiġi nnegozjata soluzzjoni politika bbażata fuq konsensus għall-kriżi tal-Jemen skont l-inizjattiva tal-GCC u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni tagħha, l-eżiti tal-Konferenza Nazzjonali għad-Djalogu komprensiv, il-Ftehim ta' Paċi u Sħubija Nazzjonali u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

7.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-attakki terroristiċi mwettqa mill-ISIS/Daesh kontra moskej Xiiti f'San'a u Saada, li fihom inqatlu u ndarbu mijiet ta' persuni, flimkien mal-ideoloġija settarja estrema li tirfed dawn l-atti kriminali;

8.

Huwa allarmat bl-abbiltà tal-AQAP li tibbenefika mis-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà li qed tiddeterjora fil-Jemen; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt juru bil-provi impenn sod u determinazzjoni għall-ġlieda kontra gruppi estremisti u terroristiċi bħall-ISIS/Daesh u l-AQAP, bħala kwistjoni tal-ogħla prijorità;

9.

Jikkundanna r-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-partijiet tal-kunflitt;

10.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tan-NU u tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, biex jagħmluha ta’ intermedjarji għan-negozjati ta' paċi bejn il-partijiet; jappoġġja l-isforzi tal-Oman fil-kisba ta' waqfien mill-ġlied bejn il-Houthi u l-forzi leali lejn il-Gvern tal-Jemen bħala l-ewwel pass lejn soluzzjoni politika negozjata;

11.

Jenfasizza li jista' jkun hemm biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt; iħeġġeġ, għalhekk, lill-partijiet Jemeniti kollha jaħdmu biex isolvu d-differenzi ta' bejniethom permezz ta' djalogu, kompromess u qsim tal-poter, li jwasslu għall-formazzjoni ta' gvern ta' unità nazzjonali sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi, jiġi evitat kollass ekonomiku u finanzjarju u tiġi indirizzata kriżi umanitarja;

12.

Jappella għal pawża umanitarja sabiex jiġi permess li għajnuna li tista' ssalva l-ħajjiet tilħaq il-poplu Jemenit b'mod urġenti; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jiffaċilitaw l-għoti ta' għajnuna umanitarja fil-partijiet kollha tal-Jemen, kif ukoll aċċess rapidu, sikur u bla xkiel li jippermetti lill-atturi umanitarji jilħqu lin-nies li jinsabu fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, inkluża dik medika, f’konformità mal-prinċipji ta’ imparzjalità, newtralità u indipendenza; ifakkar, ukoll, li għalhekk huwa essenzjali li l-aċċess tat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen jiġi ffaċilitat aktar;

13.

Jistieden lin-naħat kollha jikkonformaw mal-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, biex jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u biex ma jattakkawx direttament infrastrutturi ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma, u ma jużawx binjiet ċivili għal skopijiet militari, u biex jaħdmu b'mod urġenti man-NU u l-organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex iwasslu l-għajnuna lil dawk fil-bżonn;

14.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU, u jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji; jistieden lill-komunità internazzjonali tikkontribwixxi għall-appell umanitarju rivedut tan-NU;

15.

Jitlob investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar il-vjolazzjonijiet kollha allegati tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali;

16.

Jinnota l-progress li sar fil-Kumitat għat-Tfassil tal-Kostituzzjoni u jitlob kostituzzjoni inklużiva u trasparenti li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Jemenit u li tirrifletti l-eżiti tal-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali, u jitlob li jiġi organizzat referendum dwar l-abbozz tal-kostituzzjoni, kif ukoll elezzjonijiet ġenerali fil-ħin, sabiex jiġi evitat deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni umanitarja u ta' sigurtà fil-Jemen;

17.

Ifakkar li l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin hija dritt fundamentali, u jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe vjolenza jew diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-reliġjon jew it-twemmin fil-Jemen; itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi kollha mmirati lejn il-promozzjoni tad-djalogu u r-rispett reċiproku bejn il-komunitajiet reliġjużi u oħrajn; jappella biex l-awtoritajiet reliġjużi kollha jippromwovu t-tolleranza u jieħdu inizjattivi kontra l-mibegħda, is-settarjaniżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti u estremista;

18.

Jistieden lill-VP/RGħ, flimkien mal-Istati Membri, jiksbu appoġġ fi ħdan in-NU, b’mod urġenti, għal pjan internazzjonali fuq skala kbira, biex jiżguraw il-provvista tal-ilma tal-Jemen, peress li tali azzjoni tista' tkun essenzjali biex potenzjalment iġġib proċess ta' paċi għal konklużjoni b’suċċess u tagħti lill-popolazzjoni l-prospett li tista' ttejjeb l-agrikoltura, titma' lilha nnifisha u terġa' tibni l-pajjiż;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-Gvern tal-Jemen.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/98


P8_TA(2015)0271

Sfidi tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u prospettivi għal stabbiltà politika

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-isfidi fir-rigward tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u l-prospettivi ta' stabbiltà politika (2014/2229(INI))

(2017/C 265/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, u l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar dan il-ftehim (1),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tat-12 ta' Diċembru 2003 u d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni tal-11 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tat-8 ta' Marzu 2011 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Siġurtà u tal-Kummissjoni bit-titolu "Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran (COM(2011)0200),

wara li kkunsidra s-Sħubija ta' Deauville varata mill-G8 fl-okkażjoni tas-Summit tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern f'Deauville fil-21 ta' Mejju 2011;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-25 ta' Mejju 2011 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Siġurtà u tal-Kummissjoni dwar risposta ġdida għal viċinat f'evoluzzjoni (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tas-6 ta' Frar 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Elementi għal strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh” (JOIN(2015)0002),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata fit-tielet laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab f'Ateni fil-11 ta' Ġunju 2014, kif ukoll il-memorandum ta' qbil iffirmat fi Brussell fid-19 ta' Jannar 2015 bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u s-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Paċi u s-Sigurtà fl-Iraq, li saret f'Pariġi fil-15 ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Novembru 2014 dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Diċembru 2014 relatati ma' strateġija reġjonali tal-Unjoni Ewropea għas-Sirja u l-Iraq,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-9 ta' Frar 2015 relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar l-approċċ tal-UE rigward l-Iran (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar “Il-Kummerċ għall-Bidla: L-Istrateġija Kummerċjali u ta' Investiment tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran wara r-rivoluzzjonijiet tar-Rebbiegħa Għarbija” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-11 ta' Marzu 2014 tal-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja u l-offensiva IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Libja (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-attakki u ħtif reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari tal-Assirjani (11),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tat-23 ta' Marzu 2015 fi Brussell bejn ir-rappreżentati tal-muniċipalitajiet Libjani, konvokata mill-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja u organizzata mill-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-laqgħa bejn l-UE u l-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar organizzata minn Spanja, mill-Presidenza Latvjana u mill-UE biex jiddiskutu l-futur tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li saret f'Barċellona fit-13 ta' April 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jawtorizzaw l-aċċess transfruntier u trasversali tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Unitit u tas-sħab tagħha għall-għoti tal-għajnuniet umanitarji fis-Sirja mingħajr kunsens tal-Istat,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0193/2015),

A.

billi l-kunflitti fis-Sirja, fl-Iraq, fil-Jemen u fil-Libja u ż-żieda fit-tensjonijiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq huma għejun ewlenin ta' destabbilizzazzjoni ta' tali reġjun; billi teżisti konnessjoni bejn il-fronti għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-Lvant Nofsani u fis-Saħel, u tali fronti jinsabu viċin ż-żona sensibbli tal-Qarn tal-Afrika; billi r-riperkussjonijiet ta' tali sitwazzjoni għas-sigurtà tar-reġjun kollu huma diżastrużi inkwantu jippreġudikaw fit-tul l-iżvilupp politiku u ekonomiku, l-infrastrutturi kritiċi tiegħu u l-koeżjoni demografika tar-reġjun; billi r-riskji li dawn l-iżviluppi joħolqu għas-sigurtà, għaċ-ċittadini u għall-interessi Ewropej huma gravi; billi hemm numru għoli ta' vittmi ċivili u atti ta' terrur kommessi kontra ċ-ċivili; billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju, partikolarment kontra l-minoranzi etniċi u reliġjużi huma gravi; billi dawn il-kunflitti jagħtu lok għal kriżi umanitarja gravi li tikkawża spostamenti konsiderevoli ta' popolazzjonijiet u tikkawża kundizzjonijiet ta' ħajja estremament diffiċli għar-rifuġjati u għall-popolazzjonijiet li jilqgħuhom; billi hemm diffikultajiet persistenti sabiex tinstab strateġija koerenti għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u jiġu organizzati djalogi inklużivi ma' bosta atturi leġittimi u affidabbli;

B.

billi l-konsegwenzi differenti tar-rewwixti Għarab fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll il-kumplessità u l-bżonn imperattiv tal-ġlieda kontra l-ISIS u organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn, huwa neċessarju li tiġi riveduta l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fid-dawl tas-sitwazzjoni l-ġdida li nħolqot; billi jeħtieġ li l-pressjoni fuq ir-reġimi awtoritarji tiġi intensifikata għall-introduzzjoni ta' politiki inklużivi; billi l-għan ta' stabbilizzazzjoni tar-reġjun mhuwiex biss kwistjoni ta' sigurtà iżda wkoll waħda ekonomika, politika u soċjali li titlob li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiżviluppaw politiki strateġiċi, globali u multifattorjali u kooperazzjoni mal-atturi tar-reġjun fuq medda medja u twila;

C.

billi l-organizzazzjoni terroristika tal-ISIL/Da'esh tat bidu għal kampanji sistematiċi ta' tindif etniku fil-parti tat-Tramuntana tal-Iraq u tas-Sirja, u kkommettiet delitti tal-gwerra, fosthom qtil sommarju tal-massa u serq ta' persuni, kontra minoranzi etniċi u reliġjużi; billi n-NU diġà rrapportaw il-qtil immirat, il-konverżjonijiet furzati, il-serq ta' persuni, il-bejgħ ta' nisa, it-tjassir ta' nisa u tfal, ir-reklutaġġ ta' minuri għal attentati suwiċidi, abbuż sesswali u fiżiku u tortura; billi l-komunitajiet Insara, Yazidi, Turkmeni, Shabaki, Kaka'i, Sabej u Xiiti, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti, kienu fil-mira tal-ISIL/Da'esh;

D.

billi l-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq jinsabu f'sitwazzjoni ta' taqlib ġeopolitiku li jirriskja li jbiddel radikalment u b'mod mhux mistenni l-bilanċi reġjonali; billi hemm żieda fir-ritmu tal-kriżijiet u tal-kunflitti, b'dimensjoni politika, etnika u settarja, iż-żieda fil-qawwa tal-gruppi paramilitari u d-dgħufija jew il-waqgħa ta' ċerti Stati jew reġimi tar-reġjun; billi kaġun ta' dan qegħdin jinkisru ħafna drittijiet tal-bniedem; bill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq kif ukoll il-komunità internazzjonali għandhom interess komuni ta' sigurtà rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostenn għar-riformi demokratiċi u inklużivi awtentiċi fir-reġjun;

E.

billi l-kunflitti fl-Iraq u fis-Sirja, bħall-kunflitt fil-Jemen u fil-Libja, qegħdin jaggravaw it-tensjonijiet reġjonali u internazzjonali; billi l-kawża reliġjuża u etnika qiegħda tiġi strumentalizzata għal interessi politiċi u tal-poter; billi dan joħloq riskju ta' konfront bejn is-Sunniti u x-Xiiti lil hinn mid-dimensjoni ġeografika immedjata tiegħu;

F.

billi t-Tuneżija hija l-aktar eżempju notevoli ta' demokratizzazzjoni wara r-rewwixti Għarab iżda ntlaqtet minn attakk terroristiku pproklamat mill-ISIL/Da'esh fit-18 ta' Marzu 2015, fatt li jfakkar il-bżonn ta' sostenn b'saħħtu u kontinwu favur il-pajjiżi tar-reġjun, partikolarment it-Tuneżija;

G.

billi f'konformità mal-linji gwida tal-UE tal-2008 dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tkun element fundamentali tad-djalogu politiku u dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-pajjiżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq; billi l-involviment u l-emanċipazzjoni tan-nisa fl-isferi pubbliċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq huma essenzjali biex titrawwem l-istabbiltà, il-paċi u l-ġid ekonomiku fit-tul; billi l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet permezz tal-edukazzjoni hija ċentrali fil-promozzjoni tar-rwol tagħhom f'dawn l-isferi kollha; billi d-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi jistgħu jiżvolġu rwol importanti fl-emanċipazzjoni tan-nisa fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

H.

billi l-influwenza tal-Istati Membri fir-reġjuni hija diżugwali; billi hemm bżonn li l-influwenza tal-Unjoni Ewropea tiżdied; billi l-istabbiltà politika u ekonomika fit-tul tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq tirrappreżenta kwistjoni strateġika fundamentali għall-Unjoni; billi l-Unjoni, bħala tali, tiżvolġi rwol ewlieni fil-promozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u tal-governanza demokratika fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

I.

billi fl-imgħoddi, l-għajnuna tal-UE ddestinata lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq batiet minn frammentazzjoni eċċessiva u ma setgħetx tirrispondi malajr biżżejjed għall-bżonnijiet politiċi u ekonomiċi tal-pajjiżi kkonċernati, b'hekk tali inadegwatezza ppreġudikat il-kapaċità tal-UE li tiżvolġi rwol ewlieni fir-reġjun;

J.

billi fl-imgħoddi, l-assistenza tal-UE fil-konfront tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, partikolarment fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), applikat spiss wisq l-istess kunċett strateġiku indifferenzjat, mingħajr ma qieset biżżejjed is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiżi kkonċernati u mingħajr ma identifikat il-partijiet tas-soċjetà ċivili li kellhom bżonn assistenza fil-qasam tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kapaċitajiet; billi t-tentattivi ta' demokratizzazzjoni li saru wara r-rewwixti tar-“Rebbiegħa Għarbija” jeħtieġu appoġġ attiv abbażi ta' approċċ fit-tul;

K.

billi t-taqlib fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq għandu riperkussjonijiet fuq il-kapaċità tal-UE li tippromwovi l-valuri politiċi u democratiċi tagħha; billi dan it-taqlib għandu effett fuq l-iżvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi tal-UE mal-pajjiżi kkonċernati u jistgħu jpoġġu f'periklu s-sigurtà enerġetika tal-UE,

L.

billi kienet imġiegħla tirreaġixxi urġentement għall-kriżijiet sussegwenti fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, li ma kinitx kapaċi tantiċipa minkejja l-bosta sinjali, l-UE ma kinitx kapaċi tanalizza l-elementi fundamentali jew issib tarf il-kumplessità tas-sitwazzjoni, l-aspettattivi u l-prospetti tar-rewwixti Għarab tal-2011; billi, fuq kollox, l-UE ma kinitx kapaċi tirrispondi għall-ħtieġa ta' strateġija fit-tul ħafna biex issostni u tassisti tranżizzjoni demokratika reali, żvilupp ekonomiku u stabbiltà politika; wara li kkunsidra li, fuq il-bażi tal-mandat tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) nediet proċess essenzjali ta' riflessjoni strateġika; billi proċess wiesa' ta' konsultazzjoni tnieda mill-Kummissjoni Ewropea, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għar-reviżjoni tal-PEV; billi l-ħolqien tas-SEAE offra l-possibbiltà ta' analiżi politika u strateġika b'approċċ ta' pajjiż pajjiż li għandu jkun fattur fundamentali fl-ippjanar tal-assistenza għall-pajjiżi tar-reġjun, inkluż l-ambitu tal-PEV;

M.

billi l-UE, biex tkun tista' teżerċita influwenza pożittiva fuq il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, trid tkun tista' toffri aktar minn sempliċi prospettiva ta' kooperazzjoni ekonomika, partikolarment sħubija politika u strateġika fuq skala kbira;

N.

billi l-attakki li seħħew bejn is-26 u t-30 ta' Ġunju fit-Tuneżija, il-Kuwajt u l-Jemen, li tagħhom d-Da'esh/ISIL ħa r-responsabbiltà, qatlu 92 persuna u darbu bosta mijiet ta' oħrajn; billi dawn l-attakki jenfasizzaw għal darb'oħra l-bżonn li l-isfidi tas-sigurtà u n-nuqqas ta' stabbiltà politika fir-reġjun jiġu indirizzati b'mod effiċjenti;

Naffrontaw it-theddid u l-kwistjoni tas-sigurtà

1.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jaffrontaw il-kawżi primarji tas-sitwazzjoni li qiegħda taqleb għall-agħar b'pass mgħaġġel fir-reġjun kollu tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, permezz ta' approċċ olistiku u ambizzjuż; isostni l-kampanja internazzjonali kontra l-ISIL/Da'esh u jilqa' pożittivament l-impenn tas-sħab tal-koalizzjoni biex jaħdmu flimkien fl-ambitu ta' strateġija komuni; japprezza, partikolarment, l-azzjoni li ħadu l-Istati Membri tal-UE parteċipanti fil-koalizzjoni internazzjonali kontra l-ISIS, kemm fil-forma ta' attakki militari kif ukoll permezz ta' parteċipazzjoni loġistika, finanzjarja u umanitarja; jappella iżda għal żieda fil-mobilizzazzjoni fl-isferi kollha u jenfasizza l-bżonn ta' azzjonijiet artikolati aħjar; josserva li tali azzjonijiet jistgħu jkunu utilment ikkoordinati taħt l-awspiċji tal-UE, jekk neċessarju fil-qafas ta' operazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) u, għal dan il-għan, jistieden lill-UE tiżviluppa kapaċità operattiva suffiċjenti u toħloq difiża Ewropea tassew komuni; jissottolinja, madankollu, li l-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh, il-Front al-Nusra u l-gruppi terroristiċi l-oħrajn trid issib risposta mfassla apposta bbażata fuq id-differenzi politiċi u transreġjonali; jistieden lill-UE tassumi r-rwol ta' faċilitatur prinċipali tad-djalogu reġjonali u tinvolvi lill-parti interessati kollha tar-reġjun, fosthom il-Lega tal-Istati Għarab, l-Arabja Sawdija, l-Eġittu, it-Turkija u l-Iran; ifakkar fl-importanza li tingħata risposta lir-rikjesti leġittimi tal-popolazzjonijiet lokali, partikolarment dawk espressi fir-Rebbiegħa Għarbija tal-2011, bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà fit-tul tar-reġjun; josserva t-tħabbira reċenti tal-Lega tal-Istati Għarab dwar il-formazzjoni ta' unità permanenti ta' risposta rapida, iddestinata partikolarment li tiġġieled lill-ISIS u lill-gruppi terroristiċi emerġenti l-oħrajn;

2.

Jissottolinja l-importanza ta' preżenza politika kostanti tal-UE, fl-ogħla livell possibbli, biex jiġi żgurat djalogu politiku strateġiku fit-tul u dibattitu komuni veru mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq dwar l-esiġenzi tagħhom biex jiksbu stabbiltà reġjonali; jenfasizza li l-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tesprimi ruħha b'leħen wieħed biss se tippermettilha tkun attur effikaċi fuq ix-xena internazzjonali; jistieden għaldaqstant lill-UE toħloq malajr politika barranija tassew komuni b'koordinament mill-qrib bejn l-azzjonijiet interni u esterni; jistieden lill-VP/RGħ taħdem mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE jew mal-personalitajiet politiċi rikonoxxuti mill-atturi reġjonali biex jiġi żgurat, taħt l-awtorità tagħha u f'isem l-Unjoni, djalogu kostanti ta' livell għoli mal-pajjiżi tar-reġjun; ifakkar fil-bżonn li jiġu identifikati l-pajjiżi sħab kruċjali u li noqogħdu fuqhom biex tkun żgurata stabbiltà politika u ta' sigurtà fit-tul;

3.

Jissottolinja l-importanza u n-neċessità ta' implimentazzjoni effikaċi tal-inizjattivi segwenti matul l-2015: sostenn għall-proġetti u attivitajiet ta' bini tal-kapaċitajiet mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti, promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali, indirizzar tal-fatturi sottostanti u l-kriżijiet li għaddejjin u tisħiħ tas-sħubija mal-pajjiżi kruċjali, billi anki jissaħħaħ id-djalogu politiku mal-Lega tal-Istati Għarab, mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, mal-Unjoni Afrikana u ma' strutturi pertinenti oħrajn ta' koordinament reġjonali, bħall-G5 Sahel;

4.

Jinsisti fuq il-fatt li l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq huma fundamentali għas-sigurtà tal-UE; ifakkar li l-ISIL/Da'esh u l-organizzazzjonijiet terroristiċi l-oħrajn kellhom għeruqhom fl-Iraq u fis-Sirja għal bosta snin u jimmiraw li jistabbilixxu influwenza reġjonali; josserva li r-rebħiet tal-grupp huma r-riżultat ta' kriżijiet istituzzjonali, demokratiċi u ta' sigurtà f'dawn il-pajjiżi u tal-porożità tal-fruntieri komuni tagħhom; jenfasizza li l-kapaċità ta' reklutaġġ u l-espansjoni tal-ISIL/Da'esh u tal-Front al-Nusra huma alimentati mill-kriżijiet ekonomiċi, politiċi, soċjali u kulturali li laqtu lir-reġjun; jistieden lill-UE tivvaluta l-kawżi primarji tar-radikalizzazzjoni u tittrattahom b'mod globali, permezz ta' approċċ ibbażat fuq is-sigurtà, il-kapaċità ta' governanza demokratika u l-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u kulturali, li fl-inklużività jsib wieħed mill-prinċipji gwida tiegħu, f'kollaborazzjoni mad-dinja Għarbija; jemmen li fin-nuqqas ta' soluzzjoni konkreta u sostenibbli għal dawn il-problemi, kwalunkwe azzjoni intiża li telimina t-theddida tal-ISIL/Da'esh jew minn gruppi terroristiċi oħrajn se tiltaqa' ma' diffikultajiet akbar u persistenti;

5.

Jieħu nota tal-allokazzjoni ta' biljun euro previsti fil-qafas tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea bit-titolu “Elementi għal strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh”, li minnhom 400 miljun huma ddedikati għall-għajnuna umanitarja; jilqa' favorevolment it-tentattivi biex l-assistenza umanitarja tiġi kalibrata skont l-esiġenzi speċifiċi marbuta mal-ġeneru u mal-età; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-Ġordan u lil-Libanu li, fi proporzjon mal-popolazzjoni tagħhom, qegħdin jassorbu l-ogħla perċentwal ta' rifuġjati; jissottolinja kemm huwa importanti li dawn iż-żewġ pajjiżi jaġevolaw il-passaġġ sikur tar-rifuġjati fit-territorju tagħhom u jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement; ifakkar ukoll fil-konsegwenzi li l-kriżi tar-rifuġjati għall-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan tal-Iraq (KRG); huwa mħasseb dwar il-fatt li l-kampijiet tar-rifuġjati, minħabba l-kundizzjonijiet ta' faqar estrem u privazzjoni tagħhom, jistgħu jsiru ċentri ta' radikalizzazzjoni; jemmen li dawn jikkostitwixxu, maż-żmien, fatturi ta' destabbilizzazzjoni għall-pajjiżi li jilqgħu, u għaldaqstant jitlob li jinstabu soluzzjonijiet fit-tul li jgħinu sew lir-rifuġjati kif ukoll lill-pajjiżi li jilqgħuhom; jistieden lill-UE taħdem mas-sħab l-oħra, partikolarment l-UNHCR u mal-UNICEF, biex tittratta l-problemi persistenti fil-kampijiet tar-rifuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom fl-Iraq, fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija, speċjalment fir-rigward tan-nuqqas ta' istruzzjoni għaż-żgħażagħ u għat-tfal; jilqa' l-fondi maħsuba għall-popolazzjonijiet ospitanti mill-istrateġija l-ġdida u mill-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (IcSP); jistieden lill-Istati Membri tal-UE jżidu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati f'termini ta' riżorsi finanzjarji u risistemazzjoni tar-rifuġjati l-aktar vulnerabbli;

6.

Josserva ż-żieda kontinwa fl-applikazzjonijiet għall-asil li ġejjin mis-Sirja u mill-Iraq u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jilqgħu lil min qiegħed ifittex l-asil u jittrattaw malajr l-akkumulu ta' każijiet pendenti;

7.

Jilqa' pożittivament l-involviment ta' ċerti pajjiżi tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fil-koalizzjoni internazzjonali kontra l-ISIL/Da'esh; iħeġġeġ lill-gvernijiet u lill-komunità internazzjonali jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jipprevjenu l-finanzjament tat-terroriżmu internazzjonali u tal-gwerer fis-Sirja u fil-Libja; itenni l-appell tiegħu lill-pajjiżi kollha tar-reġjun biex jimpedixxu lill-individwi u lill-entitajiet pubbliċi u privati milli jiffinanzjaw jew jaġevolaw il-finanzjament ta' organizzazzjonijiet terroristiċi jew individwi Sirjani jew kumpaniji affiljati mal-Gvern Sirjan attwalment sottopost għas-sanzjonijiet tal-UE, li għandhom ikunu biżżejjed severi; jappella għall-parteċipazzjoni fl-iskemi għall-kooperazzjoni reġjonali fil-monitoraġġ tal-movimenti tal-kapital, bil-ħolqien ta' kollaborazzjoni bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u l-istituzzjonijiet tal-UE; jissottolinja l-bżonn urġenti li tiddaħħal sistema effiċjenti ta' sanzjonijiet ikkoordinata mal-Lega tal-Istati Għarab, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf biex jintemm il-finanzjament tal-ISIL/Da'esh mingħand atturi internazzjonali u tintemm il-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt prodott illegalment mill-organizzazzjoni terroristika; jissottolinja wkoll, f'dan ir-rigward, il-bżonn urġenti ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali mal-fruntiera tat-Turkija, tal-Iraq u tas-Sirja biex lill-ISIL/Da'esh jiġi impedit li jbigħ iż-żejt illegali;

8.

Jenfasizza l-importanza ta' djalogu strateġiku strutturat fit-tul mal-Lega tal-Istati Għarab, mal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; japprezza f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni adottata f'Ateni fil-11 ta' Ġunju 2014 kif ukoll il-memorandum ta' qbil ta' Jannar 2015, u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jenfasizza l-importanza kruċjali tal-organizzazzjoni ta' summits frekwenti bejn l-UE u l-Lega tal-Istati Għarab, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; jinsisti fuq ir-rwol ċentrali li l-Lega tal-Istati Għarab għandu jkollha fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet; jemmen li dawn il-kriżijiet jenfasizzaw il-bżonn li l-Istati tal-Lega tal-Istati Għarab ibiddlu din l-organizzazzjoni f'korp deċiżjonali reali kapaċi jadotta deċiżjonijiet vinkolanti; josserva l-kooperazzjoni strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf; jenfasizza li l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf jista' jeżerċita influwenza politika pożittiva fil-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-kunflitti fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

9.

Jenfasizza bl-istess intensità l-importanza ta' djalogi reġjonali mat-Turkija u mal-Iran; jilqa' pożittivament il-ftehim li ntlaħaq dan l-aħħar mill-UE3+3 u l-Iran dwar il-programm nukleari ta' dan tal-aħħar, u jawspika li jissarraf fi ftehim komprensiv finali sat-terminu maqbul; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri, fl-eventwalità ta' ftehim finali dwar il-kwistjoni nukleari, iwettqu konsultazzjonijiet fil-fond mal-Iran u jiggarantixxu, fl-istess ħin, l-impenn tiegħu lejn in-nonproliferazzjoni sal-konferma tal-korpi internazzjonali rilevanti, fosthom l-IAEA; iħeġġeġ, għal dan l-għan, lill-UE timpenja ruħha attivament fil-promozzjoni ta' miżuri għall-bini tal-fiduċja bejn l-Iran u l-Arabja Sawdija; jenfasizza l-bżonn li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mat-Turkija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; jinsisti fuq ir-rwol importanti li t-Turkija tista' tiżvolġi, bħala membru tan-NATO, fil-ġlieda kontra l-ISIL/Da'esh u fis-stabbilizzazzjoni tal-Iraq u tas-Sirja; jistieden lit-Turkija tiċċara ċerti ambigwitajiet u tiżvolġi bis-sħiħ ir-rwol tagħha ta' stabbilizzatur fir-reġjun billi tikkontrolla b'mod effikaċi l-fruntiera tagħha mas-Sirja u tassumi rwol aktar attiv fil-ġlieda kontra d-Da'esh/ISIL, f'kooperazzjoni mal-UE;

10.

Jistieden lill-pajjiżi fir-reġjun jastjenu milli jesportaw it-terroriżmu u l-armi fil-pajjiżi ġirien billi dan jaf ikompli jiddestabbilizza s-sitwazzjoni f'dawk il-postijiet;

11.

Ifakkar fil-bżonn li jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-issuktar tat-taħditiet ta' paċi bejn Iżrael u l-Awtorità Palestinjana biex tinstab soluzzjoni definittiva għall-kunflitt b'tali mod li ż-żewġ pajjiżi jkunu jistgħu jgħixu maġenb xulxin f'kundizzjonijiet ta' paċi u sigurtà, abbażi tal-konfini tal-1967 u b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati skont id-dritt internazzjonali; jesprimi għal darb'oħra t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora malajr fl-Istrixxa ta' Gaża; huwa inkwetat immensament dwar il-politika tal-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent; huwa inkwetat ferm bl-istall fid-djalogu u bit-tensjonijiet krexxenti bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jappella għal sforzi serji u kredibbli miż-żewġ naħat, mill-UE u mill-komunità internazzjonali f'dan is-sens; jilqa' favorevolment u jsostni d-determinazzjoni tar-Rappreżentant Għoli Mogherini li, skont hi, l-UE trid tintensifika l-impenn tagħha fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u tasserixxi ruħha bħala faċilitatur; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jastjenu minn kwalunkwe azzjoni li tista' taggrava s-sitwazzjoni fil-forma ta' inċitament, provokazzjoni, użu eċċessiv ta' forza jew ritaljazzjoni; itenni s-sostenn totali tiegħu favur l-inizjattiva ta' paċi Għarbija tal-2002 u jistieden lil-Lega tal-Istati Għarab u lil Iżrael jattwawha; jissottolinja li l-inklużjoni tal-Lega tal-Istati Għarab tkun tagħmel ħafna ġid għal kwakunkwe dibattitu dwar l-issuktar tal-proċess ta' paċi u l-kontroll amministrattiv u politiku tal-Istrixxa ta' Gaża min-naħa tal-Awtorità Palestinjana; jissottolinja r-rwol determinati li żvolġa l-Eġittu huwa u jikseb il-waqfien mill-ġlied definittiv fil-kunflitt bejn Ħamas u Iżrael fis-sajf tal-2014; jitlob lid-donaturi internazzjonali jirrispettaw l-impenji li ħadu fil-Konferenza tal-Kajr ta' Ottubru 2014;

12.

Jesprimi appoġġ sħiħ favur l-azzjonijiet konkreti meħuda mill-UE fil-qafas ta' PSDK b'saħħitha għall-promozzjoni tal-istabbiltà u tas-sigurtà fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jiddeplora l-fatt li l-missjonijiet PSDK u l-operazzjonijiet stazzjonati fir-reġjun (EUBAM Libya, EUPOL COPPS u EUBAM Rafah) huma żgħar wisq u ma jikkorrispondux bil-kbir mal-isfidi ta' sigurtà fir-reġjun; jappella favur rivalutazzjoni strateġika ta' dawn l-iskjeramenti; jinnota li l-UE, fil-qafas tal-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, jista' jkollha rwol importanti fl-għoti ta' assistenza u taħriġ speċifiċi f'kompetenzi speċifiċi fil-qasam tar-riforma tal-ġustizzja kriminali, tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u tad-diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR), tas-sorveljanza fil-fruntieri, tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni u tal-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi, tad-drogi u tal-bnedmin; jagħmel appell għal attenzjoni partikolari fuq il-Libja; jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu u tal-kooperazzjoni mal-Lega tal-Istati Għarab u mal-Unjoni Afrikana sabiex il-pajjiżi sħab ikunu jistgħu jiżviluppaw kompetenzi u jkollhom ir-riżorsi militari u umani neċessarji biex jiġġieldu l-estremiżmu;

13.

Jopponi bil-qawwa l-użu tad-drones fil-qtil extraġudizzjarju u extraterritorjali ta' dawk suspettati b'atti ta' terroriżmu u jitlob li l-użu tad-drones għal dan il-għan jiġi pprojbit;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jirrispettaw il-projbizzjoni tat-tortura kif minqux partikolarment mill-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti li l-maġġor parti ta' dawn il-pajjiżi ffirmat u ratifikat; itenni li l-konfessjonijiet miksuba bil-forza taħt tortura ma għandhomx validità u jikkundanna ir-rikors għal tali prattika;

15.

Jesprimi tħassib minħabba l-fatt li l-varji kriżijiet politiċi tar-reġjun naqqsu l-kapaċità ta' intelligence tal-Istati Membri; ifakkar fl-importanza kruċjali tal-promozzjoni ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fi ħdan qafas tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali; jappella għal kooperazzjoni sistematika u effikaċi bejn dawn il-pajjiżi u ma' Europol u Interpol, biex jingħataw għajnuna ħalli jiżviluppaw l-istrutturi u r-riżorsi neċessarji fil-qasam tal-antiterroriżmu, tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, billi jinħolqu sistemi ta' difiża integrati indirizzati prinċipalment lejn il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' kull individwu involut, bil-kundizzjoni li jkunu stabbiliti salvagwardji adegwati għad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza d-djalogu 5+5, li jissupplimenta l-azzjoni tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) u jippermetti ħidma fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà; jissottolinja l-bżonn li jiġu mvinċija n-nuqqasijiet persistenti fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinazzjoni tal-ġellieda barranin; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jakkomunaw ir-riżorsi tagħhom, isaħħu l-mekkaniżmi eżistenti (Frontex, Eurosur) u jistabbilixxu reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) Ewropew bil-għan li jitjiebu l-kontrolli mal-fruntieri esterni tal-UE; jisħaq fuq il-kollaborazzjoni attiva bejn il-ministri tal-affarijiet barranin u tal-intern għandha tissaħħaħ, b'mod partikolari rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni;

16.

Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt fis-Sirja; isostni li soluzzjoni sostenibbli teħtieġ proċess politiku inklużiv bi tmexxija Sirjana li twassal għal tranżizzjoni, fuq il-bażi tal-Komunikat ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 u konformi mar-riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-għan li tinżamm l-għaqda, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiż; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforz tal-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana intiża li twessa' l-bażi tal-affiljati tagħha u tikkollabora mal-gruppi tal-oppożizzjoni, anki permezz tal-impenn reċenti mal-Kumitat Nazzjonali ta' Koordinament intiż li jiddefinixxi l-viżjoni tal-oppożizzjoni għat-tranżizzjoni politika; isostni l-isforzi tal-mibgħut speċjali ta-NU, Staffan de Mistura, biex jintemmu l-kunflitti armati u jerġa' jitnieda d-djalogu politiku; jenfasizza l-importanza li tiġi salvagwardata u appoġġata l-oppożizzjoni demokratika Sirjana; ifakkar fin-neċessità tal-obbligu li jingħata kont għad-delitti kontra l-umanità, għad-delitti tal-gwerra u għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem kommessi mir-reġim ta' Bashar Al-Assad matul il-kunflitt;

17.

Jappella biex kwalunkwe inizjattiva intiża li ttemm il-ġlied fis-Sirja tqis l-esiġenzi tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, dan tal-aħħar japplika matul żminijiet ta' gwerra u ta' paċi, kif ukoll tad-dritt kriminali internazzjonali; jistieden lill-Unjoni Ewropea żżid il-pressjoni fuq ir-reġim ta' Assad biex jirrispetta r-riżoluzzjoni 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tintensifika l-isforzi tagħha biex tforni l-għajnuna umanitarja, anki fiż-żoni kkontrollati mill-oppożizzjoni moderata Sirjana u tgħin fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom; jilqa' pożittivament l-impenji meħuda matul il-konferenza III tal-Kuwajt u jistieden lill-UE u lid-donaturi internazzjonali l-oħrajn jirrispettaw l-impenji finanzjarji tagħhom bħala tweġiba għall-kriżi Sirjana; isostni r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni intiża li tinkoraġġixxi r-ristabbiliment tal-amministrazzjoni u tas-servizzi pubbliċi fir-reġjuni devastati tas-Sirja, u jappella b'urġenza biex tingħata l-għajnuna għar-rikostruzzjoni ta' Kobane;

18.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja tas-Sirja minn erba' snin 'l hawn; josserva li l-aċċess umanitarju naqas bħala konsegwenza ta' tfixkil intenzjonat tal-għajnuna li għandu jitwaqqaf minnufih; josserva bi tħassib serju li n-numru ta' nies li jgħixu fiż-żoni diffiċli jew impossibbli biex l-aġenziji tal-għajnuna jilħquhom, matul dawn l-aħħar sentejn, kważi rdoppja;

19.

Jirrimarka li l-istupru tal-gwerra kontra n-nisa u l-bniet ġie dokumentat, partikolarment fis-Sirja, fl-Iraq, u fit-territorji kkontrallati mid-Da'esh; iħeġġeġ sabiex vittmi femminili ta' stupru fil-kuntest ta' kunflitt armat jiġu offruti l-firxa sħiħa ta' servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-abort, f'faċilitajiet umanitarji ffinanzjati mill-UE, f'konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, mar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u mal-Artikolu 3 komuni għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, biex tiġi garantita l-kura medika kollha neċessarja mitluba mill-persuni midruba u morda mingħajr ebda distinzjoni sfavorevoli;

20.

Jisħaq fuq il-bżonn li l-Gvern tal-Iraq jippromwovi l-qsim tar-responsabbiltajiet politiċi, tal-poter u tal-qligħ miż-żejt b'mod inklużiv, li jixraq li jħaddan l-komunitajiet reliġjużi u etniċi kollha ta' tali pajjiż u, b'mod speċifiku, il-minoranzi Sunniti; jitlob li din is-sistema ta' qsim tkun kundizzjoni essenzjali għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iraq; jistieden lill-Gvern tal-Iraq jagħti protezzjoni lill-minoranzi etniċi u reliġjużi mill-aktar fis possibbli, jipprevjeni lill-milizzji Xiiti milli jeżerċitaw vjolenza kontra l-minoranzi Sunniti u jforni lir-rifuġjati li ħarbu mit-terrur tal-ISIS b'kenn sikur u b'għajnuna essenzjali; josserva li l-ftehim li ntlaħaq mill-Gvern tal-Iraq u mill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan tal-Iraq (KRG) u jħeġġeġ l-implimentazzjoni totali tiegħu, u jistieden lill-Iraq jirrispetta totalment id-drittijiet finanzjarji tal-KRG, kif dispost mill-Kostituzzjoni; jisħaq fuq l-importanza, u jinkoraġġixxi aktar tisħiħ, tal-kooperazzjoni bejn Baghdad u Erbil, għas-sigurtà u l-ġid ekonomiku tal-Iraq u tar-reġjun; jistieden lill-UE tagħti kontribut lill-bini tal-kapaċitajiet politiċi, amministrattivi u militari tal-Gvern tal-Iraq partikolarment biex jiġu ttrattati l-isfidi maħluqa mill-kriżi soċjali u ekonomika u mill-protezzjoni insuffiċjenti tad-drittijiet tal-bniedem;

21.

Huwa konvint li bil-għan li s-sigurtà fit-tul tinkiseb fir-reġjuni li diġà nħelsu mill-ISIS jew mill-gruppi terroristiċi l-oħrajn, huwa neċessarju li dawn l-inħawi jkomplu jiġu stabbilizzati; jirrimarka li dan jista' jsir bis-saħħa tal-għoti tal-għajnuna umanitarja, tal-programmi għat-tneħħija tal-mini u interventi tal-pulizija;

22.

Jikkundanna bis-saħħa l-attakk fuq il-Mużew tal-Bardo ta' Tuneż fit-18 ta' Marzu 2015 li tiegħu l-Istat Iżlamiku afferma r-responsabbiltà; huwa mħasseb bil-kapaċità ta' reklutaġġ tan-netwerks tat-terroriżmu fil-pajjiż immexxi minn gvern ta' unità nazzjonali bl-involviment tal-partit Iżlamiku moderat Ennahda; huwa wkoll imħasseb bil-porożità tal-fruntieri tat-Tuneżija mal-Libja, li jintużaw notevolment għat-traffikar tad-drogi u tal-armi, u jilqa' favorevolment il-kooperazzjoni l-aktar reċenti bejn it-Tuneżija u l-UE u l-Istati Membri tagħha f'dan ir-rigward; għadu inkwetat bl-influss enormi ta' rifuġjati Libjani fit-Tuneżija, fatt li qiegħed ipoġġi pressjoni kbira fuq l-istabbiltà tal-pajjiż, u jilqa' b'sodisfazzjon l-akkoljenza tagħhom mit-Tuneżija, li issa għandha aktar minn miljun rifuġjat Libjan; jisħaq fuq l-importanza li l-UE u t-Tuneżija jsegwu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tas-sigurtà, partikolarment billi jistabbilixxu programmi konġunti fil-qasam tas-sigurtà; iqis bħala vitali li l-kwistjoni Tuneżina tingħata aktar sostenn billi jsiru impenji speċifiċi, anki mil-lat ekonomiku u ta' investimenti, bil-għan li t-tranżizzjoni demokratika fraġli tingħata sostenn, konxji tal-fatt li huwa fl-interess tar-reġjun kollu kemm hu u tal-UE li l-esperiment Tuneżin jirnexxi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tad-demokratizzazzjoni u tibgħat messaġġ simboliku wara r-rewwixti Għarab billi torganizza summit bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq f'Tuneż;

23.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà fil-Libja; huwa inkwetat ħafna bl-espansjoni tal-gruppi terroristiċi fil-pajjiżi, speċjalment l-ISIL/Da'esh, li qegħdin jieħdu vantaġġ mill-vojt politiku u mill-aggravar tal-vjolenza; jissottolinja l-importanza ta' provvedimenti urġenti intiżi li jillimitaw u jeqirdu l-influwenza tal-organizzazzjonijiet terroristiċi fuq it-territorju Libjan; huwa allarmat bis-sitwazzjoni partikolarment serja fin-Nofsinhar tal-pajjiż, inkwantu jintuża bħala pjattaforma għall-kriminalità organizzata u għall-gruppi armati; jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu l-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-Libja, li jistgħu biss isiru permezz ta' politika li tinkludi l-atturi kollha identifikati sew; jerġa' jafferma s-sostenn tiegħu għat-taħditiet immexxija mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Bernardino León, fit-tfittxija ta' soluzzjoni negozjata li twassal għall-formazzjoni ta' gvern ta' unità Libjan; japprezza l-isforzi li għamlu l-Alġerija u l-Marokk biex jitrawwem djalogu intra-Libjan; jissottolinja l-fatt li l-UE diġà esprimiet id-disponibbiltà tagħha li ddaħħal miżuri restrittivi fil-konfront ta' min jgħarraq il-proċess ta' djalogu, konformement mar-riżoluzzjoni 2174 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jenfasizza l-fatt li l-UE għandha tkun lesta tforni sostenn lill-istituzzjonijiet fil-Libja malli s-soluzzjoni politika u l-waqfien mill-ġlied jinkisbu; jisħaq fuq il-fatt li l-UE għandha tagħti kontribut għall-isforz ta' DDR u SSR fil-Libja malli jkun inawgurat gvern ta' unità u fuq talba ta' dan tal-aħħar; iwissi, madankollu, li fl-eventwalità ta' stall fin-negozjati politiċi u żieda fil-kunflitt armat, l-UE trid tkun lesta tagħti l-kontribut tagħha għal kwalunkwe intervent ta' żamma tal-paċi b'mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

24.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Jemen; jissottolinja li l-kriżi politika nbiddlet fi kriżi umanitarja u tas-sigurtà li qiegħda tiddestabbilizza l-peniżola Għarbija kollha u, barra minnha, il-pajjiżi kollha tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jappoġġa lin-NU fl-isforzi tagħhom biex jissuktaw in-negozjati; jenfasizza l-fatt li kunsens politiku wiesa' permezz tan-negozjati paċifiċi fost il-gruppi politiċi ewlenin, fi klima mingħajr biża', jista' joffri soluzzjoni sostenibbli għall-kriżi attwali u jżomm l-għaqda u l-integrità territorjali tal-pajjiż; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu provvedimenti prattiċi biex jgħinu ċ-ċivili u jtemmu l-kriżi;

25.

Jikkundanna enerġikament l-attakki fuq l-infrastruttura u l-popolazzjoni ċivili fil-Jemen li spiċċaw f'għadd kbir ta' vittmi u aggravaw bis-serjetà s-sitwazzjoni umanitarja diġà drammatika; jistieden lill-UE, flimkien mal-atturi internazzjonali u reġjonali, tagħmilha ta' medjatur biex jinkiseb waqfien mill-ġlied immedjat u tintemm il-vjolenza fil-konfront taċ-ċivili; jappella biex isiru disponibbli aktar fondi f'koordinament ma' donaturi internazzjonali oħrajn biex tkun evitata kriżi umanitarja u tiġi fornuta l-għajnuna essenzjali għal dawk fil-bżonn;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittratta strutturalment, flimkien mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, il-problema taż-żgħażagħ li jħallu l-UE biex jiġġieldu fil-linja tal-ISIS/Da'esh u ta' organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn fis-Sirja u fl-Iraq; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa sabiex ma jħallux lill-ġellieda jivvjaġġaw mit-territorji tagħhom, f'konformità mar-riżoluzzjoni 2170 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u jiżviluppaw strateġija komuni għas-servizzi ta' sigurtà u l-aġenziji tal-UE biex iwettqu monitoraġġ u kontroll fuq il-ġiħadisti; jappella għall-kooperazzjoni fi ħdan l-UE u fil-livell internazzjonali bil-għan li jittieħdu passi legali kontra kwalunkwe individwu suspettat b'involviment f'atti ta' terroriżmu u bil-għan li jittieħdu miżuri preventivi oħrajn immirati lejn il-kxif u t-tmiem tar-radikalizzazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom, kif ukoll mal-korpi tal-UE;

27.

Jisħaq fuq l-importanza li, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Gvern tal-Eġittu jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem bażiċi u l-libertajiet politiċi, iwaqqaf l-arrest sistematiku tad-dimostranti u tal-attivisti paċifiċi u jirrispetta d-dritt għal proċess ġust; josserva li kieku jilqa' b'sodisfazzjon projbizzjoni fuq il-piena tal-mewt li tkun tmur għall-benefiċċju ta' dawk il-membri tal-organizzazzjonijiet politiċi u soċjali li ġew ikkundannati dan l-aħħar;

28.

Jilqa' pożittivament il-ftehim preliminari dwar il-ġiri tax-xmara Nil, li ntlaħaq fit-23 ta' Marzu 2015 bejn l-Eġittu, is-Sudan u l-Etjopja; jenfasizza fuq il-fatt li użu tal-ilmijiet tan-Nil maqbul konġuntament huwa fundamentali għas-sigurtà tal-pajjiżi kollha involuti; jenfasizza li l-UE għandha tkun lesta li tiffaċilita aktar djalogu bejn il-partijiet kollha jekk meqjus utli għan-negozjati;

Intensifikazzjoni tal-istrateġija globali għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem

29.

Huwa konvint li n-nuqqas ta' demokrazija huwa waħda mill-kawżi fundamentali tal-instabbiltà politika fir-reġjun u li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi bażiċi jikkostitwixxi l-aktar salvagwardja soda fit-tul kontra l-instabbiltà kronika fil-pajjiżi tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha ma jħarsux lejn ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq mil-lenti tat-theddid għas-sigurtà f'terminu qasir biss iżda jagħtu sostenn attiv u sostenibbli għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tas-soċjetajiet tar-reġjun; jenfasizza l-bżonn li tittieħed azzjoni bilanċjata, fil-qafas ta' approċċ olistiku u ambizzjuż favur id-demokrazija, biex il-politika fil-qasam tas-sigurtà tkun abbinata ma' dik tad-drittijiet tal-bniedem, li tirrappreżenta waħda mill-prijoritajiet tal-UE; jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ l-istabbiltà fit-tul fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq bis-saħħa ta' appoġġ kontinwu tal-UE lejn is-soċjetà ċivili, partikolarment permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u tal-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat, kif ukoll permezz ta' strumenti prodemokrazija oħrajn bħall-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED); jitlob lill-Istati Membri, fi spirtu ta' solidarjetà u impenn, jipprovdu lill-baġit tal-Fond b'finanzjament suffiċjenti biex jiżguraw l-aktar appoġġ flessibbli u effikaċi għall-atturi lokali tal-bidla demokratika fir-reġjun; jistieden lis-SEAE jirdoppja l-isforzi tiegħu biex ixxerred u jispjega l-valuri Ewropej, b'mod partikolari permezz tal-kuntatti regolari tiegħu mal-awtoritajiet u, fl-istess ħin, mar-rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili;

30.

Jilqa' favorevolemnt it-tnedija mill-VP/RGħ u mill-Kummissjoni ta' konsultazzjoni wiesgħa dwar ir-reviżjoni tal-PEV; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżviluppaw dimensjoni politika u strateġika tal-PEV li tkun aktar effikaċi u innovattiva; jilqa' pożittivament il-laqgħa tal-UE u tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar; ifakkar li din il-laqgħa kienet l-ewwel waħda wara seba' snin li ilhom ma jiltaqgħu l-Ministri tal-Affarijiet Barranin; huwa tal-fehma li l-Ministri għandhom jiltaqgħu kull sena; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jkomplu jinkoraġġixxu r-riformi demokratiċi u jsostnu lill-atturi demokratiċi fi ħdan ir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, partikolarment il-pajjiżi tal-viċinat tal-UE; jenfasizza l-importanza li jinżamm il-bilanċ attwali tad-distribuzzjoni tal-fondi għall-allokazzjoni tal-fondi tal-PEV; ifakkar li l-pajjiżi li qegħdin javvanzaw fl-implimentazzjoni tar-riformi u jsegwu l-politika Ewropea għandhom jingħataw sostenn deċiżiv addizzjonali, b'attenzjoni partikolari tingħata lit-Tuneżija, u jisħaq fuq il-bżonn li jitrawmu d-drittijiet tan-nisa;

31.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwaqqfu programm speċjali għall-appoġġ u għar-riabilitazzjoni tan-nisa u l-bniet li jkunu vittmi ta' vjolenza sesswali u skjavitù f'żoni ta' kunflitt fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, u speċjalment fis-Sirja u fl-Iraq; jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, lin-NU, lill-UE u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati jqisu l-vulnerabbiltà partikolari tar-rifuġjati nisa u bniet, speċjalment dawk li huma iżolati mill-familji tagħhom, joffrulhom protezzjoni xierqa u jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jassistu lis-superstiti tal-vjolenza sesswali, waqt li jintroduċu politiki soċjali li jippermettulhom jintegraw ruħhom mill-ġdid fis-soċjetà; jistieden lill-partijiet fil-kunflitti armati jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tar-riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jieħdu miżuri biex jipproteġu lin-nisa u lill-bniet, b'mod partikolari mill-abbuż sesswali, mit-traffikar u mill-kummerċ sesswali, u jiġġieldu kontra l-impunità ta' dawk responsabbli; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, li hija strument qawwi għall-indirizzar komprensiv tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluża l-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF);

32.

Jenfasizza l-opportunità li jipprovdu n-negozjati dwar il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni biex jagħtu spinta lir-riformi; jisħaq fuq il-fatt li d-dimensjonijiet kollha għandhom ikunu marbutin bejniethom sabiex l-UE tkun tista' tapprofondixxi r-relazzjoni tagħha b'mod olistiku u koerenti; jisħaq fuq il-bżonn li jkunu inklużi inċentivi reali u tanġibbli għas-sħab f'dawn il-ftehimiet bil-għan li t-triq tar-riformi tkun aktar attraenti, effikaċi u perċettibbili;

33.

Jenfasizza li l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jeħtieġu jikkollaboraw aktar mill-qrib abbażi ta' objettivi reċiprokament aċċettabbli fuq il-bażi ta' interessi komuni; jenfasizza l-vantaġġi tal-koordinament tal-għajnuna tal-UE lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq flimkien mad-donaturi internazzjonali l-oħra; jistieden lill-Kummissjoni tirrakkomanda titjib f'dan ir-rigward u jisħaq fuq il-bżonn ta' koordinament tal-għajnuna ta' emerġenza mal-assistenza għall-iżvilupp fit-tul;

34.

Jemmen b'konvinzjoni li l-iżvilupp tad-demokrazija lokali u tal-governanza lokali effikaċi huma kruċjali għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, u jappella għalhekk għall-istituzzjonalizzazzjoni u għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

35.

Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fir-reġjun u jtenni l-importanza li l-UE tagħti lil din il-kwistjoni; itenni, għal darb'oħra, li d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon huwa dritt fundamentali tal-bniedem; jisħaq għalhekk fuq il-bżonn li jiġu miġġielda b'mod effikaċi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi; jistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiddefendu l-pluraliżmu reliġjuż; jistieden lill-Unjoni Ewropea tintensifika l-isforzi tagħha għas-sostenn tal-protezzjoni attiva tal-minoranzi reliġjużi u toffi kenn sikur; jilqa' pożittivament l-adozzjoni matul is-sena ta' rapportar 2013 tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin, u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida, f'fora kemm internazzjonali kif ukoll reġjonali u fir-relazzjonijiet bilaterali mal-pajjiżi terzi; jinkoraġġixxi lill-VP/RGħ u lis-SEAE jidħlu fi djalogu permanenti mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mal-gruppi reliġjużi jew tat-twemmin u mal-mexxejja reliġjużi;

36.

Huwa konvint l-kooperazzjoni u d-diplomazija kulturali, kif ukoll il-kooperazzjoni akkademika u d-djalogu reliġjuż, huma essenzjali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u kull korma ta' radikaliżmu; jenfasizza li l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-vuċijiet kritiċi jikkostitwixxu wkoll sur kontra r-radikalizzazzjoni kemm għall-Ewropa kif ukoll għar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, u jistieden għaldaqstant lill-UE u lill-Istati Membri jsostnu l-investimenti neċessarji f'tali ambitu; jisħaq l-importanza assoluta tal-promozzjoni ta' skambji kulturali u akkademiċi, fosthom mar-rappreżentanti tal-Iżlam fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq u mal-komunitajiet Iżlamiċi fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Istati sħab jipparteċipaw fil-programmi kulturali tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-proposta tal-Parlament Ewropew favur il-ħolqien ta' programm Erasmus Ewro-Mediterranju ambizzjuż differenti mill-programm Erasmus+; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari, fil-futur immedjat, lill-progammi Erasmus+ imfassla għall-Mediterran tan-Nofsinhar; jinkoraġġixxi li l-programmi ta' skambji jinkludu wkoll lill-parteċipanti mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq li mhumiex membri tal-PEV;

37.

Jisħaq fuq il-bżonn li tiġi żviluppata risposta effikaċi Ewropea komuni għall-Istati Membri kollha għall-propaganda ġiħadista u għar-radikalizzazzjoni ta' nisel intern, fid-dawl tal-użi tal-istrumenti diġitali, l-Internet u n-netwerks soċjali u li tinvolvi lill-awtoritajiet lokali tal-Ewropa, u taħdem mal-komunitajiet taċ-ċittadini Ewropej b'rabtiet kulturali b'saħħithom mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; iqis li dawn l-argumenti antitetiċi għandhom ikunu bbażati fuq il-promozzjoni ta' valuri komuni msejsa fuq l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom jiskreditaw l-idea ta' kunflitt bejn ir-reliġjonijiet jew iċ-ċivilitajiet; jagħmel appell biex fis-SEAE jinħatar persunal li jitkellem bil-lingwi tar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq bil-għan li tiżdied l-effikaċja tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-bżonn li jinxtered messaġġ pożittiv akkumpanjat minn eżempji speċifiċi fir-rigward tar-relazzjonijiet u tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jisħaq fuq il-bżonn li jogħla l-profil tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fir-reġjun;

38.

Jenfasizza l-opportunitajiet li toffri l-PEV għad-djalogu kulturali u interreliġjuż; jenfasizza l-konnessjoni bejn, min-naħa, l-iskambju u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-PEV fl-oqsma tal-kultura u tal-edukazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-bini u t-tisħiħ ta' soċjetà ċivili miftuħa, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem;

39.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat djalogu dirett mas-soċjetajiet ċivili tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq sabiex jinftiehmu aħjar l-aspettattivi tagħhom; jesprimi l-appoġġ tiegħu favur il-konsultazzjoni u l-valorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda fil-qafas tal-PEV; jenfasizza partikolarment l-importanza li jkunu involuti ż-żgħażagħ ta' dawn il-pajjiżi fi djalogu bbażat fuq relazzjoni sinċiera, diretta u paritarja; ifakkar fl-importanza tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali, u jħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u s-SEAE jibagħtu tali missjonijiet fil-pajjiżi kollha tar-reġjun, fuq l-istedina tal-gvernijiet ta' tali pajjiżi, meta jkun hemm prospetti ta' elezzjonijiet tassew demokratiċi u biex ikun garantit li tali missjonijiet ma jispiċċawx biex jilleġittimaw orkestrazzjoni manipulata; jitlob segwitu regolari għar-rakkomandazzjonijiet li jsiru minn dawn il-missjonijiet;

40.

Jisħaq fuq il-bżonn li jiġi enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-UgħM li, bħala forum uniku għad-djalogu dwar is-sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kollha tar-reġjun tal-Mediterran, jeħtieġ isir mutur għall-investimenti fil-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli tar-reġjun; jirrimarka li l-UgħM għandha tkun hi stess kapaċi tiġbor il-fondi neċessarji għal dawn il-proġetti; jappoġġa d-dinamika tal-laqgħat ministerjali; jitlob tixrid usa' tal-programmi u tal-azzjoni tagħha, inklużi l-missjonijiet konġunti ta' osservazzjoni elettorali u missjonijiet konġunti ta' valutazzjoni, u aktar kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea; itenni l-importanza li tingħata spinta u ambizzjoni lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, bil-għan li jiġu megħluba b'mod tassew kondiviż l-isfidi maħluqa mis-sigurtà u mill-istabbiltà taż-żona Mediterranja;

41.

Jesprimi tħassib kbir dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem speċjalment kontra l-gruppi vulnerabbli, fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' kunflitti; iqis li t-tfal huma wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli u jtenni għalhekk il-bżonn li jiġu intensifikati l-isforzi għall-attwazzjoni tar-reviżjoni tal-istrateġija ta' implimentazzjoni għal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati; jinkoraġġixxi lill-UE tapprofondixxi aktar il-kooperazzjoni tagħha mar-Rappreżentant Speċjali tan-NU għat-Tfal milquta mill-kunflitti armati, b'sostenn favur il-pjanijiet ta' azzjoni assoċjati u l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar;

Approfondiment tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ekonomiku

42.

Josserva li r-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq intlaqat b'mod partikolari mill-faqar u mill-inugwaljanzi; huwa konvint li l-iżvilupp soċjoekonomiku, flimkien mat-tisħiħ tad-demokrazija u tal-ġustizzja, huwa neċessarju biex tinkiseb l-istabbilità politika; huwa inkwetat bis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ u jqis bħala essenzjali li dawn jiġu offruti prospettivi futuri denji u leġittimi; jisħaq fuq l-importanza fundamentali tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, mhux biss biex jinġibdu l-investimenti Ewropej u jitħalla l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, iżda wkoll biex jinstab tarf l-isfidi tas-sigurtà; jissottolinja r-relazzjoni stabbilita bejn it-trasparenza, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, li lkoll għandhom jiġu mvinċija f'daqqa; jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, li ta' min tkun prijorità fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

43.

Iqis li d-djalogu strateġiku tal-UE mal-pajjiż tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq għandu jitkompla bi spinta ġdida għal żvilupp ekonomiku sostenibbli, li jkun kapaċi jxejjen l-inugwaljanzi, joħloq l-impjiegi u opportunitajiet ta' edukazzjoni, prinċipalment għaż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' aċċess tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq fis-suq uniku tal-Unjoni, bil-protezzjonijiet kollha neċessarji; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inkoraġġiti l-investimenti Ewropej fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, inklużi proġetti fil-qasam tal-enerġija u tal-infrastrutturi, bl-għan strateġiku li jitrawmu żvilupp sostenibbli u responsabbiltà demokratika;

44.

Ifakkar li s-sena 2015 hija s-Sena Ewropea għall-Iżvilupp, li timmira li tispira aktar Ewropej isiru involuti fil-qerda tal-faqar fid-dinja kollha, u li tikkoinċidi mal-pjanijiet tal-komunità internazzjonali biex jintlaħaq qbil dwar ġabra ta' Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha tal-gvern fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jagħmlu l-ksib ta' dawn l-għanijiet prijorità;

45.

Jenfasizza li d-djalogu msaħħaħ dwar temi marbuta mal-enerġija fil-Mediterran jaf jgħin jixpruna l-kooperazzjoni reġjonali, jippromwovi l-istabbiltà reġjonali u jiggarantixxi l-integrità ambjentali; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-UE timpenja ruħha b'mod aktar b'saħħtu fid-diplomazija fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, kif spjegat mill-Unjoni tal-Enerġija; jenfasizza li l-provvista ta' enerġija lill-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE hija importanti kemm mil-lat strateġiku kif ukoll minn dak ekonomiku; jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' pjattaform Ewro-Mediterranja tal-gass u jafferma li l-interkonnessjonijiet Ewro-Mediterranji fis-setturi tal-gass u tal-elettriku jeħtieġu jkunu inkoraġġiti;

46.

Jappoġġa l-finanzjmanent tal-perkors tat-taħriġ akkademiku u professjonali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq sabiex tinħoloq riżerva ta' kompetenzi professjonali; josserva li l-programm ta' mobilità ċirkolari tal-UE għat-taħriġ professjonali għandu jkun estiż kemm jsita' jkun għall-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, permezz ta' strumenti flessibbli u li jinbiddlu bħas-sħubijiet għall-mobilità;

47.

Jistieden lill-UE tafferma l-involviment tagħha fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp ekonomiku tal-istati tar-reġjun, assistita l-istrumenti kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha; ifakkar li tali strumenti jvarjaw mill-għajnuna umanitarja għall-ftehimiet ta' kummerċ ħieles profondi u komprensivi u jippermettulha tkopri proċess li jibda mill-ħruġ mill-kriżi sal-istabbiliment ta' istituzzjonijiet stabbli;

48.

Jiddispjaċih li huwa neċessarju perjodu minimu ta' sena sabiex tiġi awtorizzata l-għajnuna makrofinanzjarja favur il-pajjiżi fejn is-sitwazzjoni baġitarja hija vulnerabbli ħafna; jinsisti sabiex l-UE tkun tista' timmobilizza jew terġa' torjenta l-fondi neċessarji b'mod rapidu ħafna; iħeġġeġ il-ħolqien ta' dimensjoni proċedurali ġdida tal-għajnuna tal-UE, kemm fil-qafas tal-għajnuna mogħtija fuq il-bażi tal-istrumenti finanzjarji tal-azzjoni esterna tal-UE kif ukoll f'livell ta' assistenza makrofinanzjarja; jissottolinja, fil-kuntest tal-assistenza makrofinanzjarja, il-bżonn li l-UE tivvaluta adegwatament l-impatt soċjoekonomiku u fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-miżuri rikjesti mill-pajjiżi benefiċjarji bil-għan li jiġi żgurat li tali assistenza ma tikkostitwixxix fattur ta' instabbiltà, pereżempju billi timmina s-servizzi soċjali; jistieden lid-donaturi tal-fondi tad-dinja Għarbija jikkoordinaw l-għajnuna tagħhom fi ħdan il-Lega tal-Istati Għarab u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u, kemm jista' jkun, mal-UE;

49.

Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) jikkoordinaw l-istrateġiji ta' investiment tagħhom mal-Unjoni għall-Mediterran bil-għan li jinħolqu sinerġiji pożittivi;

50.

Jistieden lill-UE tiżviluppa s-sħubijiet tagħha mal-pajjiżi tar-reġjun li mhumiex parti mill-viċinat dirett tagħha; isostni l-konklużjoni ta' konvenzjoni li tistabbilixxi żona ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf sal-punt li fih jinstab ftehim reċiprokament vantaġġjuż li lill-UE joffrilha preżenza akbar u lieva supplimentari fir-reġjun, partikolarment permezz tal-issuktar tan-negozjati għal programm ta' azzjoni konġunta ġdid; ifakkar li ftehim ta' dan it-tip bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-EFTA daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014;

51.

Jinkoraġġixxi l-UE tkompli d-diskussjonijiet għat-tnedija tan-negozjati favur ftehimiet ta' kummerċ ħieles profondi u komprensivi ma' wħud mill-pajjiżi tar-reġjun, konformement mal-impenji meħuda mill-Unjoni Ewropea b'segwitu għas-Sħubija ta' Deauville; ifakkar li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet kummerċjali huwa parti integrali tal-politika esterna tal-UE u jikkontribwixxi għall-objettivi ta' paċi, prosperità u stabbiltà;

52.

Jissottolinja li l-integrazzjoni reġjonali tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jista' jsaħħaħ ir-rabtiet politiċi u jippromwovi l-kummerċ u l-iżvilupp; jistieden lill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiddiversifikaw l-ekonomiji u l-importazzjonijiet tagħhom; josserva li l-maġġoranza kbira tal-kummerċ tal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq isir ma' pajjiżi mhux ta' dan ir-reġjun; jiddispjaċih dwar l-imblukkar li l-UE qed tħabbat wiċċha miegħu rigward l-Unjoni tal-Magreb Għarbi (UMA); jistieden lil-UE tagħmel kull sforz, fil-livell diplomatiku, politiku u finanzjarju, sabiex tgħin l-istabbiliment tal-integrazzjoni reġjonali tal-pajjiżi tal-Magreb, fil-qafas tal-UMA jew tal-ftehimiet ġeografikament aktar estiżi ta' Agadir;

53.

Jilqa' pożittivament is-sostenn tal-Kunsill Affarijiet Barranin favur l-inizjattiva għall-koordinament tal-investimenti fir-reġjun tal-Mediterran tan-Nofsinhar (AMICI); jenfasizza l-importanza tal-inizjattivi li jippromwovu l-konsistenza u l-effiċjenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea;

54.

Jappoġġa aktar kooperazzjoni fis-settur tat-trasport, inkluż billi in-netwerk tal-infrastruttura tal-Unjoni Ewropea jingħaqqad ma' dak tal-pajjiżi sħab b'mod aktar strett sabiex jiġu faċilitati l-moviment tal-persuni u tal-prodotti;

o

o o

55.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kollha tal-UE, lis-Segretarji Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab u tal-Unjoni għall-Mediterran u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0023.

(2)  ĠU C 247 E, 17.8.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 163.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 26.

(5)  ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 21.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2014)0207.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2014)0027.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2015)0010.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2015)0040.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2015)0077.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2015)0071.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/110


P8_TA(2015)0272

Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2015/2002(INI))

(2017/C 265/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-dokument ta’ konsultazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli bit-titolu ‘Lejn Politika Ewropea tal-Viċinat ġdida’, ippublikat fl-4 ta’ Marzu 2015 (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli bit-titolu “Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200) (2), ippubblikata fit-8 ta’ Marzu 2011, u “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni” (COM(2011)0303) (3), ippubblikata fil-25 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2003 bit-titolu “Ewropa Estiża – Viċinat: qafas ġdid għar-relazzjonijiet mal-ġirien tagħna tal-Lvant u tan-Nofsinhar” (COM(2003)0104) (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (5) tat-18 ta’ Frar 2008 u tal-20 ta’ April 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,

wara li kkunsidra l-linji gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-24 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, primarjament dawk tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar relazzjonijiet mal-ġirien tagħna lejn il-Lvant u n-Nofsinhar (6), tal-20 ta’ April 2004 dwar “Ewropa estiża – politika tal-viċinat ġdida” (7), tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (8), tal-15 ta’ Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (9), tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – dimensjoni tal-Lvant (10), tas-7 ta’ April 2011 dwar “ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – dimensjoni tan-Nofsinhar” (11), tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (12), tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar ‘Il-Politika Ewropea tal-Viċinat: lejn ħidma favur sħubija aktar b’saħħitha: il-pożizzjoni tal-PE dwar ir-rapporti tal-2012 (13), u tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-valutazzjoni u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet għar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (14),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Riga tas-Summit dwar is-Sħubija tal-Lvant tat-22 ta' Mejju 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Riflessjoni ta’ Livell Għoli dwar il-Komunità tal-Enerġija għall-Futur,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0194/2015),

A.

billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) inħolqot biex tapprofondixxi r-relazzjonijiet, ittejjeb il-kooperazzjoni u ssaħħaħ is-sħubijiet tal-UE mal-pajjiżi ġirien, bil-għan li tiġi żviluppata żona ta’ stabbiltà, sigurtà u prosperità komuni kif enfasizzat fl-Artikolu 8 tat-TUE; billi l-objettiv jibqa’ l-istess;

B.

billi l-viċinat attwalment jinsab f’sitwazzjoni ta’ bidla minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ sfidi ta’ sigurtà li ilhom jeżistu u oħrajn emerġenti u ġodda, u huwa konsiderevolment inqas stabbli, konsiderevolment inqas sigur u qed iħabbat wiċċu ma' kriżi ekonomika aktar profonda minn meta tnediet il-PEV;

C.

billi l-politika riveduta għandha tkun ibbażata fuq responsabbiltà reċiproka u impenn kondiviż lejn il-valuri u l-prinċipji tal-UE, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u istituzzjonijiet pubbliċi effiċjenti, responsabbli u trasparenti, u billi dawn huma fl-interess ta' soċjetajiet ġirien daqs kemm huma fl-interess tas-soċjeta tagħna f’termini ta’ stabbiltà, sigurtà u prosperità; billi, minkejja d-diffikultajiet u l-isfidi fil-prattika, l-UE trid tibqa’ deċiża fl-appoġġ tagħha għall-proċessi ta’ tranżizzjoni f'kull u fi kwalunkwe pajjiż u d-demokratizzazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

D.

billi partijiet kbar tal-viċinat għadhom qed jiġu affettwati minn kriżijiet u kunflitti armati jew iffriżati; billi l-pajjiżi sħab għandhom iħabirku għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitti eżistenti; billi l-eżistenza ta’ kunflitti, inklużi dawk iffriżati jew imtawla, tfixkel it-trasformazzjoni ekonomika, soċjali u politika kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali, l-istabbiltà u s-sikurezza, billi l-UE għandu jkollha rwol iżjed attiv fis-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti eżistenti;

E.

billi dawn il-kunflitti jimminaw l-iżvilupp ta' dimensjoni multilaterali ġenwina u effettiva tal-PEV; billi l-paċi u l-istabbiltà huma elementi fundamentali tal-PEV; billi l-pajjiżi sħab għandhom jirrispettaw dawn il-prinċipji;

F.

billi l-UE tikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, l-istupru, l-iskjavitù, id-delitti tal-unur, iż-żwiġijiet furzati, it-tħaddim tat-tfal u l-mutilazzjoni ġenitali femminili;

G.

billi l-iżviluppi fir-reġjun mill-2004 ’l hawn, iżda b’mod partikolari f'dawn l-aħħar ftit snin, urew li l-PEV mhix kapaċi tirrispondi b’mod adegwat u fil-pront għal ċirkostanzi iebsa u li jinbidlu malajr;

H.

billi l-PEV tibqa' prijorità strateġika tal-politika barranija tal-UE, billi r-rieżami tal-PEV għandu jitwettaq bl-għan li jsaħħaħha u fl-ispirtu li jsostni l-progress lejn Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE komprensiva u effikaċi b'mod ġenerali;

I.

billi l-Kummissjoni u s-SEAE, flimkien mal-Kunsill u l-Parlament, ippruvaw jagħtu sura ġdida lill-PEV mill-ġdid sabiex jittrattaw in-nuqqasijiet tagħha u jadattawha għal ċirkostanzi nazzjonali u internazzjonali mibdula, b’mod partikolari wara r-Rebbiegħa Għarbija; billi dan ġie rifless fl-istrument ta' finanzjament il-ġdid għall-PEV għall-2014-2020 – l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI); billi l-isfidi attwali ppreżentati mill-kriżi fil-Lvant tal-Ukraina, l-okkupazzjoni tal-Krimea u d-Da’esh għandhom jiġu kkunsidrati fir-rieżami tal-PEV;

J.

billi l-insigurtà, l-instabbiltà u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi sfavorevoli fil-pajjiżi ġirien jista’ jkollhom impatti negattivi u jistgħu jreġġgħu lura t-tendenzi demokratiċi tal-passat;

K.

billi mill-introduzzjoni tal-approċċ il-ġdid fl-2011, żviluppi politiċi fil-viċinat urew li l-UE għandha bżonn tqis mill-ġdid ulterjorment ir-relazzjonijiet mal-ġirien tagħha, filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet esterni u interni differenti; billi l-UE għandha bżonn tindirizza sfidi ġodda fil-viċinat tagħha u taġġusta l-istrateġija tagħha billi teżamina l-interessi u l-prijoritajiet tagħha u tevalwa l-għodod tal-politika, l-inċentivi u r-riżorsi disponibbli tagħha u l-attrazzjoni tagħhom għal sħabha;

L.

billi r-rieżami li sar fl-2011 tal-PEV iddikjara li l-approċċ il-ġdid għandu jkun ibbażat fuq responsabbiltà reċiproka u impenn kondiviż lejn il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;

M.

billi l-UE għandu jkollha rwol iżjed attiv fis-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti eżistenti, speċjalment dawk iffriżati jew imtawla, li attwalment jirrappreżentaw ostaklu li ma jistax jingħeleb għall-iżvilupp sħiħ tal-PEV kemm fil-Lvant u kemm fin-Nofsinhar, li jfixklu r-relazzjonijiet tajba ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali;

N.

billi l-PEV tinkludi diversi “viċinati”, li jinkludi pajjiżi b’interessi, ambizzjonijiet u kapaċitajiet differenti;

O.

billi approċċ differenzjat u politika mfassla apposta huma meħtieġa, speċjalment billi l-viċinat tal-UE sar aktar frammentat minn qatt qabel, bil-pajjiżi li huma differenti f’ħafna aspetti, inklużi fl-ambizzjonijiet u l-aspettattivi tagħhom fir-rigward tal-UE, l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom u l-ambjent estern tagħhom; billi r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi tal-PEV huma fi stadji differenti ta’ żvilupp; billi l-użu effikaċi tal-prinċipju “aktar għal aktar” huwa ta’ importanza fundamentali fit-tiswir u d-differenzjar tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab, u l-UE għandha “tippremja” il-pajjiżi li juru kooperazzjoni msaħħa magħha u progress fil-kisba tal-valuri Ewropej, f’termini ta’ riżorsi u ta' inċentivi oħra fi ħdan il-qafas tal-PEV; billi l-ġirien tal-UE għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-futur tagħhom mingħajr ebda pressjoni esterna;

P.

billi, il-progress fis-soluzzjoni tal-kunflitti u l-kontroversji bejn il-pajjiżi tal-PEV għandu jitqies bħala kriterju li għandu jiġi vvalutat fir-Rapporti ta' Progress annwali;

Q.

billi r-rispett lejn l-integrità territorjali ta’ stati sovrani huwa prinċipju fundamentali tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi fil-viċinat Ewropew u l-okkupazzjoni ta’ territorju ta’ pajjiż minn pajjiż ieħor hija inammissibbli;

R.

billi r-riżorsi disponibbli lill-UE għall-azzjoni tagħha bħala “attur globali” sal-2020 fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali jammontaw biss għal 6 % tal-baġit totali, u jkopru l-programmi relatati kollha, inklużi l-iżvilupp u l-assistenza għall-kooperazzjoni;

S.

billi l-PEV ikkontribwixxiet għall-artikolazzjoni ta' vuċi waħda tal-UE fil-viċinat kollu kemm hu; billi l-Istati Membri għandu jkollhom rwol importanti fil-viċinat Ewropew billi jallinjaw l-isforzi tagħhom u jżidu l-kredibbiltà u l-kapaċità ta' azzjoni tal-UE billi jitkellmu b’vuċi waħda;

T.

billi l-proċess ta’ konsultazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni u s-SEAE għandu jkun komprensiv u inklussiv sabiex jiżgura li l-partijiet interessati rilevanti kollha jiġu kkonsultati; billi għandha tiġi enfasizzata l-importanza li jitħeġġu l-organizzazzjonijiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa biex jipparteċipaw f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni; billi għandhom isiru aktar sforzi biex jiżdiedu l-viżibbiltà u l-għarfien tal-PEV fl-opinjoni pubblika tal-pajjiżi sħab;

U.

billi l-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar iħabbtu wiċċhom ma’ problemi differenti u l-ittrattar ta’ dawn il-problemi b’suċċess jirrikjedi li l-PEV tkun flessibbli u adattabbli f’termini tal-ħtiġijiet u l-isfidi speċifiċi ta’ kull reġjun;

1.

Jenfasizza l-importanza, in-neċessità u l-puntwalità tar-rieżami tal-PEV; jenfasizza li l-PEV riveduta għandha tkun tista’ tipprovdi rispons rapidu, flessibbli u xieraq għas-sitwazzjoni fuq il-post, filwaqt li tippreżenta wkoll viżjoni strateġika ambizzjuża għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien kemm f’qafas bilaterali u kemm f'wieħed multilaterali, b’konformità mal-impenn li jippromwovu l-valuri ewlenin li fuqhom il-PEV hija bbażata;

2.

Jenfasizza li l-PEV hija parti essenzjali tal-politika barranija tal-UE u għandha tibqa’ politika unika; iqis li tifforma parti mill-azzjoni esterna tal-UE li l-potenzjal u l-uniċità tagħha jinsabu f’firxa wiesgħa ta’ strumenti diplomatiċi, ta’ sigurtà, ta’ difiża, ekonomiċi, kummerċjali, ta’ żvilupp u umanitarji disponibbli biex jintużaw; isostni li PEV effikaċi hija essenzjali biex jissaħħu l-kredibbiltà u pożizzjonament globali tal-politika barranija tal-UE, u li l-PEV għandha turi t-tmexxija awtentika tal-UE fil-viċinat u fir-relazzjonijiet ma' sħabna fil-livell globali;

3.

Jemmen fil-kontinwazzjoni tal-valur tal-objettivi dikjarati inizjalment tal-PEV li tinħoloq żona ta’ prosperità, stabbiltà, sigurtà u ta’ relazzjonijiet tajba ta' viċinat, ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji komuni tal-Unjoni, billi tipprovdi assistenza u inċentivi għal riformi strutturali profondi fil-pajjiżi tal-viċinat, imwettqa taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess u miftiehma magħhom, li se jippermettu involviment imsaħħaħ mal-UE; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jittieħed kont tal-lezzjonijiet misluta, li jkun hemm ritorn għall-prinċipji fundamentali u li dawn l-objettivi jitqiegħdu lura fil-quċċata tal-aġenda;

4.

Jenfasizza l-importanza strateġika tal-PEV, bħala politika li toħloq relazzjonijiet b’diversi livelli u interdipendenza qawwija bejn l-UE u sħabha fil-viċinat; jenfasizza li l-isfida fundamentali tal-PEV tikkonsisti li tiggarantixxi għaċ-ċittadini tal-pajjiżi sħab titjib tanġibbli u konkret; iqis li l-PEV għandha ssir politika aktar qawwija, aktar politika u aktar effikaċi, anke permezz tat-tisħiħ tal-elementi pożittivi tagħha, fosthom iffukar akbar fuq sħubija mas-soċjetajiet, id-differenzjazzjoni u l-approċċ “aktar għal aktar”;

5.

Jenfasizza li r-rispett għall-valuri universali fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-libertà, l-ugwaljanza u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem li fuqhom hija msejsa l-UE għandhom jibqgħu fil-qalba tal-politika riveduta, kif iddikjarat fl-Artikolu 2 tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi; itenni li t-tisħiħ tal-istat tad-dritt u l-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma fl-interess tal-pajjiżi sħab, u jitlob għal kundizzjonalità aktar b’saħħitha rigward ir-rispett għal dawn il-valuri fundamentali komuni; jenfasizza f'dan il-kuntest ir-rwol tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED);

6.

Jenfasizza li l-politika mġedda għandha tkun aktar strateġika, iffukata, flessibbli u koerenti kif ukoll politikament motivata; jistieden lill-UE biex tifformula viżjoni politika ċara u ambizzjuża dwar il-PEV, u biex tagħti attenzjoni speċjali lill-prijoritajiet politiċi tagħha stess fil-viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar, b’kunsiderazzjoni għall-isfidi differenti li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi f’kull reġjun, kif ukoll għall-aspirazzjonijiet u l-ambizzjonijiet politiċi differenti tagħhom; isostni li s-sħubiji tal-Lvant u tal-Mediterran huma ta’ importanza kruċjali; jitlob li jinħatru rappreżentanti speċjali għal-Lvant u n-Nofsinhar, bil-kompitu li jikkoordinaw politikament il-politika riveduta u li jkunu involuti f’kull azzjoni tal-UE fil-viċinat;

7.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-Istati Membri, l-għarfien espert tagħhom u r-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-pajjiżi tal-PEV fit-tfassil ta’ politika koerenti tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni xierqa bejn il-VP/RGħ, il-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati ta’ Tkabbir, id-delegazzjonijiet tal-UE u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi; isostni li d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fl-implimentazzjoni tal-PEV;

8.

Jitlob lill-VP/RGĦ biex tiżviluppa proposti għal kooperazzjoni ma' ġirien Ewropej li lesti jagħmlu dan Viċinat Ewropej abbażi tal-mudell taż-Żona Ekonomika Ewropea, li jistgħu jikkostitwixxu pass ulterjuri fil-perspettiva Ewropea tagħhom, ikunu bbażati fuq l-inklużjoni msaħħa fiż-żona tal-UE f’termini ta’ libertajiet u integrazzjoni sħiħa fi ħdan is-suq komuni, bħal fil-każ tan-Norveġja, u anki jinkludu koooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Politika Estera u ta’ Siġurtà Komuni (PESK);

9.

Iħeġġeġ li l-prijoritajiet fuq perjodu qasir, medju u fit-tul kif ukoll l-objettivi strateġiċi jiġu ddefiniti, filwaqt li jżomm f’moħħu li l-PEV għandha l-għan li toħloq approċċ differenzjat biex tippromwovi l-kooperazzjoni f’oqsma differenti fost u mal-pajjiżi tal-PEV; jenfasizza li fid-definizzjoni tal-approċċ tagħha l-UE għandha tħares lejn l-interessi u l-prijoritajiet tagħha u ta' dawk il-pajjiżi individwali kkonċernati, flimkien mal-livell ta’ żvilupp tagħhom, filwaqt li tikkunsidra l-interessi u l-aspirazzjonijiet tas-soċjetajiet, l-ambizzjonijiet politiċi u l-kuntest ġeopolitiku;

10.

jenfasizza li s-sjieda lokali, it-trasparenza, ir-responsabbiltà reċiproka u l-inklużività għandhom ikunu aspetti ewlenin ta’ approċċ ġdid sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-PEV jilħqu l-livelli kollha tal-komunità u tas-soċjetà fil-pajjiżi kkonċernati, flok ma jiġu kkonċentrati fi gruppi partikolari;

11.

Jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li, jekk il-pajjiżi sħab għandhom jiġu megħjuna biex isaħħu l-potenzjal ta' żvilupp tagħhom stess, id-djalogu politiku li bħalissa jikkaratterizza l-PEV għandu jċedi postu għal djalogu soċjali, ekonomiku u kulturali aktar wiesa' li jħaddan l-aspetti kollha tad-diversità politika, soċjali, etnika u kulturali tal-pajjiżi sħab; jenfasizza l-valur tal-progress miksub permezz ta’ kooperazzjoni territorjali bl-involviment dirett tal-awtoritajiet lokali;

12.

Jiddispjaċih mir-riżorsi limitati allokati għall- kooperazzjoni tal-UE ma' sħabha fi ħdan il-viċinat tagħha, b’mod partikolari meta mqabbla mal-livelli ogħla b'mod sinifikanti ta’ riżorsi investiti fil-pajjiżi tal-PEV minn partijiet interessati li jiġu minn pajjiżi terzi; jinnota li dan jipperikola l-abbiltà tal-UE li tippromwovi u timplimenta politiki li jkunu konformi mal-interessi strateġiċi tagħha fil-viċinat tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi razzjonalizzat l-appoġġ u jiżdiedu l-fondi sabiex effettivament jiġu ppremjati u appoġġati l-pajjiżi sħab li jkunu ġenwinament impenjaw ruħhom li jiksbu riformi, demokratizzazzjoni u rispett għad-drittijiet tal-bniedem u li jagħmlu progress f'din id-direzzjoni;

13.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-responsabbiltà u l-mekkaniżmi ta’ trasparenza fil-pajjiżi sħab sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-kapaċità li jassorbu u jużaw il-Fondi b’mod effiċjenti u b’mod sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tiżgura mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u sorveljanza tal-infiq effiċjenti tal-assistenza tal-UE fil-pajjiżi tal-PEV, inkluż permezz ta’ skrutinju mis-soċjetà ċivili;

14.

Jistieden lill-UE biex ittejjeb il-koordinazzjoni tagħha ma’ donaturi u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, inkluż permezz tal-inizjattiva AMICI, f’konformità mal-impenn tagħha biex issir attur globali aktar konsistenti, rispettat u effikaċi, u jenfasizza l-ħtieġa għal programmar konġunt ma’ u fost l-Istati Membri; jissottolinja li koordinazzjoni aħjar mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq u jinkiseb approċċ komuni, koerenti u effikaċi għall-għanijiet fuq perjodu qasir u medju tal-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi tal-viċinat, u jitlob li tinfetaħ diskussjoni dwar din il-kwistjoni mal-Kunsill;

15.

Jissottolinja li l-UE għandha tassoċja l-ambizzjonijiet ta’ impenn imsaħħaħ fil-viċinat tagħha ma finanzjament suffiċjenti; iqis li r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-istrumenti ta' finanzjament estern għandu jqis il-politika riveduta, u li l-ENI għandu għalhekk jirrifletti l-ambizzjoni li l-PEV issir aktar effiċjenti u jiżgura l-prevedibbiltà u s-sostenibbiltà tal-impenn tal-UE ma' sħabna, kif ukoll livell adegwat ta’ flessibbiltà proċedurali; jitlob, barra minn hekk, għal aktar koerenza u konsistenza bejn il-varji strumenti ta' finanzjament estern tal-UE;

16.

Jenfasizza r-rwol faċilitattiv tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED), li jikkomplementa l-istrumenti tal-UE b’approċċ ġdid li huwa aktar flessibbli u reattiv, ineħħi l-lakuni u huwa finanzjarjament effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka aktar riżorsi għall-EED;

17.

Jirrikonoxxi li l-atteġġamenti lejn l-Ewropa u l-UE fil-pajjiżi ġirien iħallu impatt reali fuq il-kunflitt, iżda jiċħad kwalunkwe kompliċità mar-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi ġirien li jirriżultaw minn tiftix mhux ġudizzjuż tal-istabbiltà fuq perjodu qasir;

Valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-UE

L-ifformular mill-ġdid tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

18.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-PEV tkun ifformulata mill-ġdid sabiex jinbnew sħubiji b’saħħithom, strateġiċi u dejjiema mal-pajjiżi tal-PEV li jkunu bbażati fuq il-preservazzjoni u f'konformità mal-valuri u l-prinċipji tal-UE u fuq il-promozzjoni ta’ interessi reċiproċi; jitlob li l-aspetti tekniċi tal-politika jiġu sostnuti minn viżjoni politika ċara;

19.

Jinnota li l-PEV għandha tuża l-istrumenti u l-metodoloġija tagħha stess, li għandhom jikkorrispondu mal-livell ta’ ambizzjoni u mal-ħtiġijiet u l-objettivi li l-pajjiżi tal-PEV u l-UE jfittxu li jilħqu;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq setturi identifikati flimkien ma' sħabha, fuq il-bażi ta’ interessi komuni, li fihom jista' jinkiseb il-progress u l-valur miżjud universali, u biex gradwalment tespandi l-kooperazzjoni bbażata fuq il-progress u l-ambizzjoni, b’mod partikolari sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp tal-bniedem bi ffukar fuq il-ġenerazzjonijiet il-ġodda; jenfasizza li r-riformi ekonomiċi għandhom jimxu skont riformi politiċi u li l-governanza tajba tista' tinkiseb biss permezz ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jkun miftuħ, responsabbli u trasparenti bbażat fuq l-istituzzjonijiet demokratiċi;

21.

Jenfasizza li l-politika ta’ tkabbir u l-politika tal-viċinat huma politiki separati b’objettivi differenti; itenni, madanakollu, li l-pajjiżi Ewropej fi ħdan il-PEV, bħal kull pajjiż Ewropew ieħor, jistgħu japplikaw għall-adeżjoni mal-UE jekk jissodisfaw il-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u tad-dħul skont l-Artikolu 49 tat-TUE; iqis li, filwaqt li jirrikonoxxi li r-riforma u t-transizzjoni għandhom jiġu l-ewwel u mingħajr ma jrid iqajjem aspettattivi mhux realistiċi, li perspettiva ta' adeżjoni għandha tiġi sostnuta bħala inċentiv għall-pajjiżi kollha li huma eliġibbli u esprimew b’mod ċar aspirazzjonijiet u ambizzjonijiet Ewropej;

Appoġġ għad-demokrazija, ir-riforma ġudizzjarja, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali

22.

Iqis li l-appoġġ għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-bini tal-istat u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-libertajiet fundamentali hu essenzjali għall-PEV; jenfasizza li l-ebda politiki li jikkontribwixxu biex jikkompromettu dawn il-valuri ċentrali ma għandhom jiġu adottati taħt il-PEV; jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom joffru inċentivi u għarfien tekniku biex jitwettqu u jiġu appoġġati r-riformi demokratiċi u jingħelbu l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa kontinwa li tingħata attenzjoni partikolari lit-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-rispett għad-diversità u d-drittijiet tal-minoranzi, inklużi l-gruppi reliġjużi, id-drittijiet ta’ persuni LGBTI, id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u d-drittijiet ta’ persuni li jiffurmaw parti minn minoranzi etniċi; jenfasizza li l-bini tal-kapaċitajiet f’istituzzjonijiet nazzjonali, inkluż l-assemblej nazzjonali, flimkien ma' appoġġ għas-soċjetà ċivili, il-gruppi favur id-demokrazija u l-partiti politiċi, se ssaħħaħ id-djalogu politiku u l-pluraliżmu;

24.

Jenfasizza li d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dritt għan-nondiskriminazzjoni huma drittijiet fundamentali u prinċipji ewlenin tal-azzjoni esterna tal-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll l-għoti tas-setgħa ekonomika u politika lin-nisa, bil-għan li jinbnew soċjetajiet inklużivi, prosperi u stabbli fil-viċinat tal-UE;

25.

Iqis li l-PEV riveduta għandha ssaħħaħ il-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali fil-pajjiżi tal-PEV billi trawwem il-libertà ta' espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ għaqda paċifika u l-libertà tal-istampa u tal-midja bħala drittijiet li jippermettu t-twettiq tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;

26.

Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata d-dimensjoni soċjali tal-PEV, bl-involviment mas-sħab fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni, li tistimula l-impjiegi u t-tkabbir ġust, tiffaċilita relazzjonijiet tax-xogħol b’saħħithom u tippromwovi l-edukazzjoni u x-xogħol deċenti, biex b’hekk ikunu qed jiġu ttrattati wħud mill-kawżi primarji tal-migrazzjoni irregolari;

27.

Jirrikonoxxi l-importanza ta’ djalogu kulturali bejn l-UE u l-pajjiżi ġirien, f’oqsma bħall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, l-iżvilupp ta' industriji kreattivi, it-tisħiħ tal-libertà ta’ esprezzjoni, l-appoġġ għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u t-tisħiħ tad-djalogu mas-soċjetà ċivili u tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż, anke sabiex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni dejjem akbar u l-persekuzzjoni ta’ minoranzi u gruppi reliġjużi; jitlob għat-tisħiħ tal-qafas għar-relazzjonijiet kulturali, li jippermetti l-iżvilupp ta’ programmi għall-mobbiltà, it-taħriġ u l-bini tal-kapaċitajiet kif ukoll l-iskambji fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni;

28.

Jenfasizza li l-approċċ ibbażat fuq “Sħubija mas-Soċjetajiet” għandu jiġi msaħħaħ u promoss; iħeġġeġ li l-interessi komuni u l-għanijiet tal-politika jiġu definiti b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha mis-soċjetajiet differenti, u mhux biss mal-awtoritajiet;

29.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili b’saħħitha u attiva fil-proċessi tat-trasformazzjoni u d-demokratizzazzjoni, li jinkludu s-sħab soċjali u l-komunità tan-negozju; jitlob li jkun hemm aktar appoġġ għas-soċjetà ċivili, għall-SMEs lokali u għal atturi oħra mhux statali, peress li dawn jikkostitwixxu mutur għall-proċess ta’ riforma, u għal djalogu u sħubija aktar involuti bejn l-atturi u s-setturi differenti tas-soċjetà ċivili fl-UE u l-pajjiżi ġirien fil-qafas tal-PEV; jissottolinja l-importanza tal-kumpaniji Ewropej u r-rwol tagħhom fil-promozzjoni u d-disseminazzjoni ta' standards internazzjonali għan-negozju, inkluża r-responsabbiltà soċjali korporattiva;

Differenzjazzjoni u kundizzjonalità

30.

Jitlob li l-PEV tiġi żviluppata f’qafas ta’ politika mfassal b'mod iktar speċifiku u flessibbli li jkun kapaċi jadatta għad-diversità li teżisti fost il-pajjiżi sħab, u għal implimentazzjoni konsistenti tal-approċċ “differenzjat”; jissottolinja li d-differenzjazzjoni għandha sseħħ bejn il-pajjiżi tal-PEV;

31.

Jenfasizza l-bżonn li tiġi applikata kundizzjonalità effettiva fir-rigward ta’ proċessi ta’ riforma, u jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ koerenti min-naħa tal-UE bejn il-pożizzjonijiet tagħha u l-kundizzjonalità fl-allokazzjonijiet finanzjarji; jenfasizza li l-UE ma tistax tikkomprometti l-valuri u d-drittijiet fundamentali tagħha u għandha tevita li toħloq standards doppji; jenfasizza li l-pajjiżi li qed jagħmlu progress fl-implimentazzjoni tar-riformi, li jwasslu għal żviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali fit-tul u li jfittxu impenn politiku aktar fil-fond mal-UE, għandhom jingħataw impenn u appoġġ aktar sostanzjali mill-UE u għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi ta' kisbiet individwali f’dawn il-proċessi ta’ riforma; jenfasizza l-importanza li jkun applikat bis-sħiħ il-prinċipju ta’ “aktar għal aktar”;

32.

Jenfasizza li l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni huma l-pass l-aktar avvanzat iżda mhux l-aħħar wieħed fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ġirien tagħha;

33.

Iqis li l-UE għandha tistieden lil pajjiżi sħab li magħhom ma għandhiex ftehimiet ta' assoċjazzjoni biex jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni settorjali, inkluża l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet settorjali ġodda jew jissaħħu dawk eżistenti, bħall-Komunità tal-Enerġija, b'mod li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi f’partijiet settorjali speċifiċ taż-żona unika tal-erba’ libertajiet bażiċi tal-UE;

34.

Iqis li fl-isforzi biex tinkiseb l-PEV attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-kooperazzjoni relatata mal-governanza ekonomika u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fil-pajjiżi tal-PEV;

Id-dimensjoni tas-sigurtà

35.

Jinnota li l-preservazzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà hija ta' tħassib fundamentali fil-viċinat u li l-ambjent ta’ sigurtà qed imur drastikament għall-agħar; jitlob li fil-PEV ikun hemm komponent ta’ sigurtà qawwi, bi strumenti ta' politika xierqa li sfortunatament sal-lum kienu nieqsa; jenfasizza li l-UE għandha tiffoka fuq li ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istrumenti ta’ ġestjoni tal-kriżi attwali tagħha bil-ħsieb li tistabbilixxi kapaċitajiet li jwessgħu l-ispettru tal-interventi ta' ġestjoni tal-kriżi; jenfasizza li s-sigurtà, l-istabbiltà u l-iżvilupp jimxu id f’id u li hemm bżonn ta’ approċċ komprensiv li jittratta t-tħassib tas-sigurtà fir-reġjun u l-kawżi ewlenin tiegħu;

36.

Josserva li l-istabbiltà tal-faxxa Saħel/Saħara għandha titqies bħala ċentru nevralġiku ta’ insigurtà, kemm fit-Tramuntana kif ukoll fin-Nofsinhar tal-Afrika, u li l-instabbiltà ta’ dan ir-reġjun hija kkawżata mill-multiplikazzjoni ta' netwerks ta’ traffikar tal-armi, ta' drogi u bnedmin u qed tkun ta' ħsara għall-istabbiltà tal-Ewropa;

37.

Jitlob għal koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn il-PEV u l-attivitajiet aktar wiesgħin tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK), flimkien mat-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-sigurtà interna u esterna u li jindirizzaw aspetti differenti tas-sigurtà tal-pajjiżi tal-PEV u tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza u allinjament sħiħ bejn ir-rieżami tal-PEV u r-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà;

38.

Jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija politika globali filwaqt li tiżgura konformità sħiħa mad-dritt u l-impenji internazzjonali, kif stipulat fl-Att Finali ta’ Ħelsinki tal-1975, abbażi tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertajiet fundamentali, l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-istati, l-invjolabbiltà tal-fruntieri, l-ugwaljanza tad-drittijiet u l-awtodeterminazzjoni tal-popli, kif ukoll is-soluzzjoni paċifika ta' kunflitti; Jinnota li l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), bħala l-akbar organizzazzjoni reġjonali responsabbli għas-sigurtà, jista’ jkollha rwol importanti f’dan ir-rigward u jemmen li għandha tikseb impetu ġdid billi tieħu r-rwol ta’ medjatur; jappoġġa d-dritt tas-sħab li jagħmlu għażliet indipendenti u sovrani dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà, ħielsa minn kull pressjoni esterna u koersjoni;

39.

Jitlob li l-politika riveduta tappoġġja lill-pajjiżi sħab fil-bini ta’ strutturi statali xierqa biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ sigurtà, bħalma huma l-infurzar effikaċi tal-liġi, it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll l-intelliġenza u s-sigurtà, inkluża s-sigurtà ċibernetika, żviluppati fuq il-bażi ta’ rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u akkumpanjati minn kontroll demokratiku parlamentari xieraq; jenfasizza li l-UE għandha tipparteċipa f’oqsma bħar-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR), u, f’sitwazzjonijiet ta’ wara l-kunflitt, fid-diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR); jistieden lill-UE tiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet għall-kontroll tal-fruntieri min-naħa tal-pajjiżi sħab; jirrikonoxxi l-kontribut kontinwu li diġà qed jingħata minn uħud minn dawn il-pajjiżi; jistieden lill-pajjiżi ġirien biex jikkontribwixxu għall-missjonijiet tal-PSDK fejn rilevanti; jistieden lill-UE biex tippromwovi inizjattivi konġunti mill-pajjiżi ġirien fil-qasam tas-sigurtà, sabiex ikunu jistgħu jieħdu iktar responsabbiltà u jagħmlu kontribut pożittiv għas-sigurtà fir-reġjun tagħhom;

40.

Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom taħt il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK dwar l-esportazzjoni tal-armi, li fost l-oħrajn tirrikjedi li jiċċaħħad il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni għal teknoloġija jew tagħmir militari lil kwalunkwe pajjiż tal-viċinat jekk ikun hemm riskju ċar li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari li se jiġi esportat jista’ jiġi użat għal repressjoni interna jew biex jitwettaq ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, jekk jista’ jipprovoka jew itawwal kunflitti armati jew jaggrava tensjonijiet eżistenti jew kunflitti fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali, jew jekk jista’ jiġi esportat b’mod aggressiv kontra pajjiż ieħor jew biex permezz tal-forza ssir rivendikazzjoni territorjali;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa li b’mod attiv jippromwovi u jassisti f’riżoluzzjoni paċifika ta’ kunflitti u f'politiki ta’ rikonċiljazzjoni wara l-kunflitti fil-viċinat tal-UE, bl-użu ta’ għodod u strumenti differenti fuq il-bażi tal-valur miżjud li jistgħu jipprovdu; jemmen li miżuri bħal dawn għandhom jinkludu x-xogħol tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, il-programmi ta' bini tal-kunfidenza, ir-restawr tad-djalogu, il-medjazzjoni li tippromwovi l-kuntatti bejn il-persuni u l-missjonijiet tal-PSDK; jitlob lill-VP/RGĦ u lis-SEAE biex jiżviluppaw miżuri u approċċi innovattivi, inklużi strateġiji ta' komunikazzjoni pubblika u konsultazzjonijiet informali, sabiex jingħata appoġġ lid-djalogu u r-rikonċiljazzjoni; josserva li d-delegazzjonijiet tal-UE għandhom rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ sistemi ta’ twissija bikrija billi jibnu netwerks intreċċati ta’ prevenzjoni mad-diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

42.

Itenni l-appoġġ tiegħu għas-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tal-pajjiżi msieħba; huwa tal-fehma li l-PEV għandha tikkontribwixxi u tappoġġa dawn il-prinċipji fil-prattika; jenfasizza li l-kunflitti ffriżati u mtawla jfixklu l-iżvilupp sħiħ tal-PEV; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, li mit-tnedija tal-PEV ma sar ebda progress fir-rigward ta' soluzzjoni tal-kunflitti eżistenti; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-okkupazzjoni tat-territorju ta’ pajjiż sieħeb tikser il-prinċipji fundamentali u l-objettivi tal-PEV; jenfasizza l-ħtieġa għall-aktar soluzzjoni paċifika bikrija possibbli tal-kunflitti ffriżati abbażi tan-normi u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali; jistieden lir-VP/RGĦ biex tieħu rwol aktar attiv filwaqt li tafferma b'mod ċar li l-approfondiment tar-relazzjonijiet bilaterali huwa marbut mas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti u r-rispett tad-dritt internazzjonali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza li titkompla politika bbażata fuq il-promozzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali u li tevita l-istandards doppji, b'mod partikolari f'dan ir-rigward;

43.

Iħeġġeġ lill-UE biex tapplika l-ispirtu u l-lezzjonijiet meħudin mill-esperjenza storika tal-integrazzjoni Ewropea għall-kunflitti reġjonali, peress li kwistjonijiet bilaterali għandhom jissolvew b’mod paċifiku filwaqt li r-relazzjonijiet tajba tal-viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi fundamentali tal-PEV; jitlob, f’dan ir-rigward, għall-involviment taċ-ċittadini u l-involviment ta’ atturi pubbliċi fi sħubijiet u ġemellaġġi orizzontali ma' kontropartijiet mill-Unjoni, u għall-involviment mas-soċjetà u l-ġenerazzjoni aktar żagħżugħa bħala fattur għal bidla;

Trawwim ta’ integrazzjoni reġjonali

44.

Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni reġjonali tal-PEV u l-ħtieġa tal-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għal sinerġiji reġjonali u integrazzjoni permezz ta’ programmi ta' kooperazzjoni reġjonali; jissottolinja li kooperazzjoni ekonomika msaħħa fost il-pajjiżi tal-PEV hija meħtieġa biex jinkisbu l-istabbiltà u l-prosperità fil-viċinat Ewropew;

45.

Jitlob, f'dan ir-rigward, li r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi tal-PEV ikunu komplementari mad-dimensjoni multilaterali tagħha billi jiżdied l-għadd ta’ attivitajiet u ta’ inizjattivi f'dan il-kuntest, b'attenzjoni partikolari mogħtija għat-tisħiħ ta' proġetti transkonfinali, iż-żieda ta' programmi min-nies għan-nies, l-iżvilupp ta' inċentivi għall-kooperazzjoni reġjonali u t-tisħiħ ulterjuri ta’ djalogu attiv mas-soċjetà ċivili; iqis li l-PEV tal-ġejjieni għandha toffri pjattaforma reġjonali inklużiva għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-prinċipji ewlenin tal-PEV;

46.

Jitlob għal valutazzjonijiet sistematiċi tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem — inklużi perspettivi dwar is-sessi — ta’ ftehimiet kummerċjali u appoġġ finanzjarju tal-UE għal programmi u proġetti fi ħdan il-qafas tal-PEV;

47.

Jitlob li l-politika riveduta ssaħħaħ il-pjattaformi eżistenti għall-kooperazzjoni, primarjament l-Unjoni għall-Mediterran u s-Sħubija tal-Lvant, sabiex tappoġġa aktar l-integrazzjoni reġjonali meta l-prijoritajiet identifikati mis-sħab ikunu simili għal qasam ta’ politika speċifiku, tindirizza kwistjonijiet subreġjonali speċifiċi bħall-mobbiltà, l-enerġija u s-sigurtà u biex tqarreb is-sħab lejn xulxin f’termini ta’ standards ekonomiċi u leġiżlazzjoni; jemmen li l-istrutturi multilaterali tal-PEV għandhom jiġu kkonsolidati u żviluppati b’mod iżjed strateġiku;

48.

Jenfasizza l-importanza tar-rwol ta’ assemblej multilaterali, bħall-Euronest u l-PA-UfM, bħala fora għal djalogu politiku u bħala għodda biex tiġi promossa s-sjieda tal-politika tal-viċinat, u jħeġġiġhom bis-sħiħ biex iżidu l-involviment tagħhom b’mod xieraq u effikaċi;

49.

Jissottolinja l-valur miżjud tad-diplomazija parlamentari u tal-laqgħat interparlamentari bilaterali regolari li l-PE jorganizza mal-kontropartijiet mill-viċinat bħala għodda għall-iskambju ta’ esperjenzi u għall-evalwazzjoni tal-istatus ta’ pajjiżi individwali relatati mal-UE; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri biex jorganizzaw il-laqgħat interparlamentari bilaterali tagħhom fi ħdan il-qafas tal-PEV, bħala mezz biex jiġi żgurat approċċ koerenti;

50.

Jenfasizza l-importanza tal-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) u l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM), li jippermettu li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-istituzzjonijiet tal-UE u jipprovaw jiksbu kooperazzjoni ekonomika u soċjali kif ukoll lokali u reġjonali;

51.

Jenfasizza li l-iżvilupp ta’ pjattaformi reġjonali tas-soċjetà ċivili bħas-Sħubija tal-Lvant u tan-Nofsinhar kif ukoll il-Forum tas-Soċjetà Ċivili fil-Viċinat tan-Nofsinhar isaħħaħ l-impenn ta' diversi partijiet interessati li jmexxu ’l quddiem l-aġenda tad-demokratizzazzjoni u r-riforma ekonomika fil-viċinat;

Ġirien tal-ġirien

52.

Jenfasizza l-ħtieġa li jinbnew sħubijiet b'saħħithom mal-pajjiżi ġirien; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-PEV tkun parti mill-politika esterna usa' tal-UE u li jiġu konfermati l-atturi strateġiċi oħrajn li għandhom influwenza fuq il-viċinat — “il-ġirien tal-ġirien” — kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, billi, fost l-oħrajn, jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' interess komuni u tħassib reċiproku, inkluża s-sigurtà reġjonali u globali, permezz ta' oqfsa bilaterali eżistenti jew djalogu multilaterali kull fejn jitqies xieraq u rilevanti;

53.

Jenfasizza li l-UE għandha tikkunsidra b'mod reali l-għażliet ta' politika differenti li jaffaċċjaw sħabha, kif ukoll kif jistgħu jinbnew pontijiet mal-ġirien tagħhom fuq livelli differenti u kif għandha tiġi indirizzata l-politika barranija ta' pajjiżi terzi fil-viċinat tagħha, waqt li tiżgura li huwa l-mandat tal-UE u s-sħab sovrani tagħha jiddeċiedu dwar kif iridu jipproċedu fir-relazzjonijiet tagħhom;

54.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li d-dispożizzjonijiet tad-DCFTA ma jirrappreżentaw l-ebda sfida kummerċjali għall-Federazzjoni Russa u li l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala impediment għal relazzjonijiet tajba tas-Sħab tal-Lvant ma' kull wieħed mill-ġirien tagħhom;

55.

Jistieden lill-UE tiżviluppa mekkaniżmi effikaċi ta' appoġġ għal pajjiżi sħab tal-PEV li qed isegwu aġenda Ewropea ambizzjuża u, bħala konsegwenza, qed ibatu minn miżuri ta' ritaljazzjoni, minn kummerċ imġiegħel jew minn aggressjoni militari diretta minn pajjiżi terzi; itenni li, filwaqt li l-PEV mhijiex immirata kontra xi parteċipant strateġiku ieħor u tiċħad l-idea ta' kompetizzjoni ġeopolitika fejn il-gwadann ta' naħa jissarraf f'telf għan-naħa l-oħra fil-viċinat, l-UE għandha tipprovdi impenji kredibbli u appoġġ politiku b'saħħtu lis-sħab li jixtiequ jallinjaw aktar mill-qrib magħha;

56.

Jistieden lill-UE tieħu vantaġġ mill-kompetenza tal-organizzazzjonijiet reġjonali li l-ġirien huma parti minnhom, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE, l-Unjoni Afrikana, l-Uffiċċji Reġjonali rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Lega tal-Istati Għarab, u biex b'mod attiv jinvolvu ruħhom kif ukoll jikkooperaw magħhom ħalli jindirizzaw il-kunflitti reġjonali; ifakkar li dawn huma fora importanti għall-involviment tas-sħab fit-twettiq tar-riformi, f'li jiġi indirizzat it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet reġjonali, li għalihom huma għandhom jassumu aktar responsabbiltà, u f'li jrawmu d-demokratizzazzjoni;

Għanijiet tal-politika u għodod

Offerta diversifikata: is-setturi prijoritarji

57.

Jistieden lill-UE tesplora u tidentifika, flimkien ma' sħabha, prijoritajiet għal kooperazzjoni u integrazzjoni msaħħa f'oqsma differenti tal-politika, bħall-iżvilupp ekonomiku u tal-bniedem, il-prevenzjoni ta' kunflitti u diżastri, l-infrastruttura u l-iżvilupp reġjonali, l-ambjent, il-politiki dwar il-kompetizzjoni kummerċjali, l-SMEs, il-migrazzjoni, is-sigurtà, l-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, bil-għan li tinħoloq żona ta' prosperità, ta' stabbiltà u ta' viċinanza tajba;

58.

Iqis li l-għan għall-kisba ta' koerenza fil-politiki interni u esterni tal-UE, kif ukoll ir-rabtiet mill-qrib u dawk li qegħdin dejjem jikbru bejn ċerti kwistjonijiet interni u esterni, għandhom jiġu riflessi fil-PEV il-ġdida;

59.

Iqis li kooperazzjoni aktar b'saħħitha fil-qasam tas-suq uniku diġitali futur, l-appoġġ għar-riformi fl-amministrazzjoni elettronika u s-soluzzjonijiet ta' gvern miftuħ, jikkostitwixxu strument għall-involviment taċ-ċittadini;

60.

Jenfasizza l-importanza tal-moviment liberu tal-persuni, u jappoġġa t-titjib tal-mobilità fi ħdan il-viċinat, f'ambjent sikur u ġestit sew, permezz tal-faċilitazzjoni u tal-liberalizzazzjoni tal-viżi, b'mod partikolari għall-istudenti, għaż-żgħażagħ, għall-artisti u għar-riċerkaturi; jistieden lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tkompli ttejjeb is-sħubijiet tal-mobilità fi ħdan il-viċinat u tiżviluppa possibbiltajiet għal skemi tal-migrazzjoni ċirkolari, li se jiftħu rotot sikuri u legali għall-migranti; jistieden lill-UE tagħmel distinzjoni ċara bejn persuni li jfittxu asil li jkunu qed jaħarbu minn persekuzzjoni u migranti ekonomiċi irregolari; jikkundanna t-traffikar tal-bnedmin, li l-biċċa l-kbira tal-vittmi tiegħu huma nisa, u jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab sabiex jiġġielduh;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta għall-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi meta tippromwovi t-taħriġ vokazzjonali u dak akkademiku, kif ukoll fil-qafas tal-programmi ta' migrazzjoni ċirkolari mal-pajjiżi ġirien, sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomiji tagħhom;

62.

Jinnota li r-rata għolja ta' qgħad, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, in-nuqqas ta' aċċess liberu għall-informazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, u n-nuqqas ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi, flimkien mal-ammont baxx ta' parteċipazzjoni politika u soċjoekonomika tan-nisa, il-governanza ħażina u l-livelli għoljin ta' korruzzjoni, huma l-kawżi ewlenija tal-instabbiltà, u jitlob impenn lil hinn minn Żoni ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTAs); jinnota li l-prospett biss ta' ftehimiet kummerċjali u ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma għadux jipprovdi lieva effikaċi biżżejjed biex issaħħaħ is-sħubija tagħna mal-viċinat, b'mod partikolari fil-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar; jinnota n-nuqqas ta' kooperazzjoni ekonomika reġjonali bejn il-pajjiżi ġirien tal-UE, u jitlob li jiġu stabbiliti inizjattivi subreġjonali biex jiżdied il-kummerċ bejniethom;

63.

Jenfasizza l-importanza tal-investiment fi proġetti għaż-żgħażagħ, għan-nisa u għall-mexxejja futuri, billi jsir użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' boroż ta' studju taħt il-programm Erasmus+, sabiex jitrawmu l-iskambji tal-istudenti u tal-għalliema bejn il-pajjiżi tal-PEV u l-Istati Membri, li jimmiraw għall-formazzjoni ta' mexxejja futuri kemm mill-pajjiżi tal-PEV u kemm mill-Istati Membri, kif ukoll jippromwovu ulterjorment il-proġetti akkademiċi u edukattivi li diġà wrew il-valur tagħhom f'dan il-qasam, bħall-Kulleġġ tal-Ewropa;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora u toffri lill-pajjiżi tal-PEV livelli differenti ta' parteċipazzjoni, kooperazzjoni u involviment fil-politiki, fil-programmi u fl-aġenziji tal-UE, bħall-EUROPOL, il-FRONTEX, u l-ġestjoni doganali, fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, ir-reati ekonomiċi u transkonfinali u f'dak tal-Komunità tal-Enerġija, li bħala ftehim ta' integrazzjoni ta' suċċess jista' jkollu rwol akbar fil-PEV; jenfasizza l-importanza ta' sigurtà tal-enerġija u kooperazzjoni eqreb fil-qasam tal-enerġija fi ħdan il-viċinat Ewropew, bil-għan li jintlaħaq għan kondiviż ta' provvista kontinwa ta' enerġija affordabbli, sostenibbli, effiċjenti u nadifa; jitlob biex l-Unjoni tal-Enerġija tinfetaħ gradwalment għall-pajjiżi tal-PEV jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tippromwovi l-Konvenzjoni ta' Budapest dwar il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità fost il-pajjiżi tal-PEV u tistedinhom jingħaqdu magħha jekk għadhom m'għamlux dan;

65.

Jikkunsidra li għandha ssir enfasi akbar fuq l-użu ta' programmi ta' assistenza teknika bħat-TAIEX u l-Ġemellaġġ, u li s-sħab għandhom jiġu inklużi fil-programmi tal-UE bħall-Erasmus u l-Orizzont 2020, minħabba li jikkontribwixxu għall-kondiviżjoni tal-għarfien u l-istabbiliment ta' netwerks fuq livelli differenti u huma l-bażi għall-ħolqien ta' Żona ta' Viċinat Komuni;

66.

Huwa tal-fehma li d-dimensjoni parlamentari tal-politika jeħtieġ tissaħħaħ billi tittejjeb l-effikaċja tal-laqgħat interparlamentari u l-korpi parlamentari konġunti stabbiliti skont ftehimiet mal-UE, u tal-assemblej parlamentari; jilqa', f'dan il-kuntest, l-approċċ il-ġdid li adotta l-Parlament għall-appoġġ tad-demokrazija parlamentari; jissottolinja r-rwol tal-parlamenti tal-pajjiżi tal-PEV sabiex il-gvernijiet jinżammu responsabbli, u jinkoraġġixxi t-tisħiħ tal-kapaċità ta' monitoraġġ tagħhom; jitlob li l-Parlament ikun involut fl-implimentazzjoni tal-PEV il-ġdida u jinżamm regolarment infurmat u kkonsultat dwar il-progress tagħha fil-pajjiżi sħab; huwa tal-fehma li l-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi fil-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jista' jkollhom rwol importanti u jistgħu jieħdu responsabbiltà kruċjali fir-rigward tal-promozzjoni ta' kultura politika bbażata fuq istituzzjonijiet demokratiċi kompluti, l-istat tad-dritt, id-demokrazija ta' aktar minn partit wieħed u l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

67.

Jenfasizza li biex il-PEV tkun politika ta' suċċess, għandha tiżgura wkoll li jkun hemm sjieda mill-Istati Membri, anke billi jiġu estiżi l-Inizjattivi Emblematiċi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika u l-programmazzjoni konġunta tal-għajnuna finanzjarja, u tipprovdi mekkaniżmi biex trawwem skambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u l-istrutturi tal-UE dwar il-pajjiżi tal-PEV, kif ukoll konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istrutturi tal-UE u l-pajjiżi ġirien; iqis li l-assistenza finanzjarja u teknika tal-UE għandha tkun kundizzjonali fuq il-kisba b'suċċess ta' punti ta' riferiment tanġibbli fil-proċess ta' riforma, fuq il-bażi li se jiġi allokat aktar appoġġ;

Valutazzjoni u viżibbiltà

68.

Jenfasizza li l-pjanijiet ta' azzjoni stabbiliti fi sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi sħab u f'konsultazzjoni mal-OSĊ għandhom jiffukaw fuq numru limitat ta' prijoritajiet realistiċi li għandhom jiġu implimentati, u li l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi vvalutata fuq bażi regolari jew minħabba l-ħtieġa taċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu, b'għażliet ta' politika li jistgħu jkunu miftiehma b'mod konġunt; jindika l-importanza li jiġi żviluppat proċess ta' konsultazzjoni mal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili rigward id-definizzjoni ta' parametri referenzjarji;

69.

Jenfasizza li r-rapporti ta' progress għandhom jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet identifikati fil-pjanijiet ta' azzjoni u għandhom jirriflettu l-livell ta' impenn tal-pajjiż sieħeb; itenni s-sejħa tiegħu biex id-data li tinsab fir-rapporti titqiegħed f'perspettiva billi jitqies il-kuntest nazzjonali u billi jiġu inklużi tendenzi mis-snin ta' qabel; huwa tal-fehma li l-partijiet interessati ewlenin kollha tal-pajjiżi tal-PEV, inkluża s-soċjetà ċivili, għandhom ikunu ġenwinament involuti u kkonsultati qabel l-abbozzar tar-rapporti; jitlob biex dokumenti ewlenin bħar-rapporti ta' progress ikunu disponibbli faċilment fuq is-sit web tad-delegazzjonijiet tal-UE rispettivi u tradotti fil-lingwa lokali; jistieden lill-UE timpjega mezzi aktar kwalitattivi biex tkejjel il-livell ta' progress fil-pajjiżi sħab u biex timplimenta miżuri effikaċi ta' kundizzjonalità rigward il-progress mis-sħab fejn għandhom x'jaqsmu d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

70.

Jikkunsidra li l-viżibbiltà tal-assistenza tal-UE għandha tittejjeb sabiex il-benefiċċji tal-appoġġ tal-UE jkunu ċari għall-popolazzjonijiet tal-pajjiżi sħab u tal-Istati Membri tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tfassal mekkaniżmu speċjali biex tipprovdi assistenza umanitarja tal-UE lill-pajjiżi ġirien li jkun differenti mill-mudell użat għall-pajjiżi terzi madwar id-dinja kollha u li jiżgura viżibbiltà kbira għall-UE u l-aġenda politika tagħha, fost għanijiet oħra; jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' mekkaniżmu li kapaċi jiżgura t-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-assistenza finanzjarja mogħtija mill-UE;

71.

Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kapaċità tagħha biex tiġġieled kontra l-informazzjoni qarrieqa u l-kampanji ta' propaganda kontriha nnifisha u l-Istati Membri tagħha u li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-għaqda u s-solidarjetà tagħhom; jitlob lill-UE ssaħħaħ il-viżibbiltà tagħha sabiex turi b'mod ċar l-appoġġ u l-impenn tagħha kemm mal-pajjiżi sħab u kif ukoll fihom; jissottolinja l-importanza tal-promozzjoni ta' informazzjoni oġġettiva, indipendenti u imparzjali u tal-libertà tal-midja fil-pajjiżi tal-PEV, kif ukoll il-ħtieġa għal sforzi ta' komunikazzjoni strateġika fil-viċinat tagħha, inkluż dwar il-valuri u l-objettivi tagħha permezz tal-iżvilupp ta' strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva, effikaċi u sistematika fi ħdan il-politika riveduta;

72.

Jistieden lill-UE żżid il-preżenza tagħha fil-pajjiżi sħab bl-użu ta' aktar mezzi interattivi awdjoviżivi u midja soċjali fil-lingwi lokali rispettivi, sabiex tilħaq lis-soċjetà kollha; jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija ta' komunikazzjoni ċara għas-soċjetajiet fil-pajjiżi tal-PEV biex tispjegalhom il-benefiċċji tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, inklużi ż-Żoni ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTAs), bħala għodda għall-immodernizzar tas-sistemi politiċi u l-ekonomiji tagħhom;

o

o o

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-PEV, lill-Assemblej Parlamentari tal-Euronest u l-Unjoni għall-Mediterran, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Unjoni Afrikana, il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE.


(1)  JOIN (2015)0006. http://ec.europa.eu/enlargement/neighbourhood/consultation/consultation.pdf

(2)  http://eeas.europa.eu/euromed/docs/com2011_200_en.pdf

(3)  http://eurlex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0303:FIN:mt:PDF

(4)  http://eeas.europa.eu/enp/pdf/pdf/com03_104_en.pdf

(5)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Relazzjonijiet Esterni’ tat-18 ta’ Frar 2008 – http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/gena/98818.pdf

(6)  ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 506.

(7)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 127.

(8)  ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 312.

(9)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.

(10)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 105.

(11)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 114.

(12)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 26.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2013)0446.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2014)0229.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/121


P8_TA(2015)0273

Armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2014/2256(INI))

(2017/C 265/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 26, 34, 114, 118 u 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1994 dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 13, 14, 16, 17, 22 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi, u espressament it-Test fi Tliet Stadji,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar id-Drittijiet tal-Awtur tal-20 ta’ Diċembru 1996,

wara li kkunsidra t-Trattat tad-WIPO dwar ir-Rappreżentazzjonijiet u l-Fonogrammi tal-20 ta’ Diċembru 1996,

wara li kkunsidra t-Trattat tad-WIPO dwar ir-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi, adottat mill-Konferenza Diplomatika tad-WIPO dwar il-Protezzjoni tar-Rappreżentazzjonijiet Awdjoviżivi f’Beijing fl-24 ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-istudju tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (IPR) ta’ Settembru 2013, imwettaq b’mod konġunt mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) dwar l-industriji intensivi fid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali: kontribuzzjoni għall-prestazzjoni ekonomika u l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal xogħlijiet pubblikati għal persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li għandhom diffikultà jaqraw materjal stampat,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (9), li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Frar 2014 dwar imposti fuq l-ikkupjar privat (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2013 dwar il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bħala sorsi ta’ tkabbir ekonomiku u impjiegi (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar id-distribuzzjoni onlajn ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fl-Unjoni Ewropea (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern (15),

wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rieżami tar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur, imwettqa mill-Kummissjoni bejn il-5 ta’ Diċembru 2013 u l-5 ta’ Marzu 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 dwar il-Petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta’ ċittadinanza Britannika, f’isem l-Unjoni Ewropea għall-Għomja (EBU)/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Għomja (RNIB), dwar l-aċċess tal-għomja għall-kotba u prodotti stampati oħra (16),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar it-tqassim tax-xogħlijiet awdjoviżivi onlajn fl-Unjoni Ewropea: l-opportunitajiet u l-isfidi biex nimxu lejn suq diġitali uniku (COM(2011)0427),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien” (COM(2008)0466),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali li jagħti spinta lill-kreattività u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta’ kwalità għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa” (COM(2011)0287),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar il-prinċipji ewlenin tad-diġitalizzazzjoni u l-provvista tax-xogħlijiet mhux disponibbli, għall-faċilitazzjoni tad-diġitalizzazzjoni u l-provvista ta’ kotba u rivisti akkademiċi għal-libreriji Ewropej u istituzzjonijiet simili oħra,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0209/2015),

A.

billi r-reviżjoni tad-Direttiva 2001/29/KE hija fundamentali għall-promozzjoni tal-kreattività u l-innovazzjoni, id-diversità kulturali, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, is-Suq Uniku Diġitali u l-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi wkoll lill-awturi ta’ xogħlijiet letterarji u artistiċi b’biżżejjed rikonoxximent u protezzjoni ta’ drittijiethom;

B.

billi l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi li l-UE għandha tippromwovi l-iżvilupp u d-diversità tal-kulturi tal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-kreazzjoni artistika u letterarja;

C.

billi d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni kienet maħsuba biex tadatta l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati bil-għan li tirrifletti l-iżviluppi tekoloġiċi;

D.

billi d-Direttiva 2001/29/KE tindirizza wkoll għadd ta’ obbligi tal-UE taħt id-dritt internazzjonali, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni tax-xogħlijiet litterarji u artistiċi, tat-Trattat tad-WIPO dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dak dwar l-Ispettakli u l-Fonogrammi;

E.

billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jagħmlu investimenti kunsiderevoli fid-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn tal-kollezzjonijiet rikki ta’ istituzzjonijiet tal-wirt kulturali tal-Ewropa, biex b’hekk iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu aċċess minn kullimkien fuq kwalunkwe apparat;

F.

billi l-industriji kulturali u kreattivi Ewropej huma l-mutur għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, u jikkontribwixxu bil-kbir għall-ekonomija tal-UE, hekk kif dawn skont stimi reċenti jimpjegaw iktar minn 7 miljun ruħ u jiġġeneraw aktar minn 4,2 % tal-PDG tal-UE, u billi l-industriji kulturali komplew joħolqu l-impjiegi matul il-kriżi ekonomika ta’ bejn l-2008 u l-2012;

G.

billi studju konġunt tal-UEP u l-UASI ta’ Settembru 2013 juri li madwar 39 % tal-attività ekonomika totali fl-UE, b’valur ta’ madwar EUR 4 700 biljun fis-sena, hija ġġenerata mill-industriji intensivi fl-IPR, u li dan jgħodd ukoll għal 26 % tal-impjiegi diretti (jew 56 miljun impjieg) kif ukoll għal 9 % oħra tal-impjiegi indiretti min-numru totali ta’ impjiegi fl-UE;

H.

billi r-rivoluzzjoni diġitali introduċiet tekniki u mezzi ta’ komunikazzjoni ġodda u għamlet possibbli forom ġodda espressivi li, filwaqt li jikkuntestaw ir-relazzjoni trilaterali li tradizzjonalment torbot lill-kreaturi, l-imprendituri kulturali u l-utenti, inkoraġġiet il-ħolqien ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien li toħloq impjiegi ġodda u tiffavorixxi l-promozzjoni tal-kultura u innovazzjoni;

I.

billi kull inizjattiva politika dwar is-suq uniku diġitali għandha tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 11, 13, 14, 16, 17 u 22 tagħha;

J.

billi d-diversità kulturali u d-diversità tal-lingwa tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, b’xi lingwi Ewropej mitkellma f’aktar minn pajjiż wieħed;

K.

billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipproteġi l-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-informazzjoni u l-libertà tal-arti u x-xjenza, u tiggarantixxi l-protezzjoni tad-data personali u tad-diversità kulturali u lingwistika, id-dritt għall-proprjetà u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, id-dritt għall-edukazzjoni u l-libertà ta’ intrapriża;

L.

billi anki fl-era diġitali għandu jibqa’ japplika d-dritt li l-kreatur jipproteġi x-xogħol kreattiv tiegħu;

M.

billi jeħtieġ li jitqiesu miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri tal-iskambju kulturali u li jtejbu ċ-ċertezza ġuridika fis-settur; billi ġew żviluppati ħafna servizzi onlajn kreattivi mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/29/KE ‘l hawn, u l-konsumaturi qatt qabel ma kellhom aċċess għal firxa daqstant wiesgħa ta’ xogħlijiet kulturali u kreattivi; billi huwa neċessarju għall-utenti li jkollhom aċċess għal kontenut wiesgħa u varjat ta’ kwalità għolja;

N.

billi l-iżvilupp armonjuż u sistematiku tal-librerija diġitali Europeana, li ġiet stabbilita fl-2008 bħala parti minn inizjattiva tal-UE, għamlet disponibbli xogħlijiet mil-libreriji tal-Istati Membri;

O.

billi x-xogħlijiet kreattivi huma wieħed mis-sorsi prinċipali li jmexxu l-ekonomija diġitali u l-atturi tas-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni bħall-magni tat-tiftix, il-midja soċjali u l-pjattaformi ta’ kontenut iġġenerat mill-utenti, iżda tista’ tgħid il-valur kollu ġġenerat mix-xogħlijiet kreattivi huwa trasferit lil dawn l-intermedjarji diġitali, li jirrifjutaw li jagħtu remunerazzjoni lill-awturi jew jinnegozjaw livelli ta’ remunerazzjoni baxxi ħafna;

P.

billi d-Direttiva 2011/77/UE u d-Direttiva 2006/116/KE armonizzaw it-termini ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati billi stabbilixxew armonizzazzjoni sħiħa tal-perjodu ta’ protezzjoni għal kull tip ta’ xogħol u kull dritt relatat fl-Istati Membri;

Q.

billi huwa d-dmir tal-awtoritajiet leġiżlattivi tal-UE li jippromwovu qafas ġuridiku ċar dwar id-drittijiet tal-awtur u dawk relatati li jista’ jinftiehem mill-partijiet interessati kollha u b’mod partikolari mill-pubbliku inġenerali, li jassigura ċertezza ġuridika;

R.

wara li kkunsidra l-vantaġġ kompetittiv u l-qawwa dejjem tikber ta’ ċerti intermedjarji fuq l-Internet, u l-impatt negattiv ta’ din is-sitwazzjoni fuq il-potenzjal ta’ kreattività tal-awturi u fuq l-iżvilupp tas-servizzi offruti minn distributuri oħra ta’ xogħlijiet kreattivi;

S.

billi fid-definizzjoni tal-qafas ġuridiku fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u dawk relatati, irid jingħata kont tal-bżonn li jiġu mħeġġa mudelli industrijali u kummerċjali innovattivi, u li jinsilet vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji ġodda, sabiex tiżdied il-kompetittività tal-intrapriżi tal-UE;

T.

billi l-ħolqien ta’ tkabbir u impjiegi jikkostitwixxi l-prijorità tal-Kummissjoni u l-enfasi tal-programm tagħha għall-perjodu 2014-2019;

1.

Jindika li d-drittijiet tal-awtur jikkostitwixxu l-mod konkret li jiżgura r-remunerazzjoni tal-kreaturi u l-finanzjament tal-proċess ta’ kreattività;

2.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssir konsultazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur, li ġibdet interess kbir minn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, inkluż is-settur kulturali u tas-soċjetà ċivili (17);

3.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li matul il-mandat tal-Kummissjoni l-ġdida tiżviluppa aktar l-aġenda diġitali tal-UE, inklużi l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-awtur; jilqa’ l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 għal dak li jirrigwarda l-wegħda tiegħu li jipprovdi Pakkett tas-Suq Uniku Diġitali, li jinkludi proposta leġiżlattiva bl-objettiv li jiġu modernizzati r-regoli tad-drittijiet tal-awtur biex ikunu adatti għall-era diġitali;

4.

Ifakkar li d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jipproteġu u jistimulaw kemm l-iżvilupp u l-kummerċ ta’ prodotti u servizzi ġodda u kemm il-ħolqien u l-isfruttar tal-kontenut kreattiv tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għal titjib fil-kompetittività, ix-xogħol u l-innovazzjoni f’ħafna setturi industrijali fl-UE;

5.

Jenfasizza li d-drittijiet tal-awtur huma effettivi biss daqs il-miżuri ta’ infurzar biex jipproteġuhom u li sabiex jiġi żgurat settur kreattiv li jirnexxi u innovattiv, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur għandu jkun robust;

6.

Jindika li l-eżistenza tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, intrinsikament timplika t-territorjalità; jenfasizza li m’hemmx kontradizzjoni bejn dak il-prinċipju u l-miżuri li jiżguraw il-portabbiltà tal-kontenut;

7.

Jenfasizza li kull reviżjoni tad-Direttiva 2001/29/KE għandha tkompli tissalvagwardja l-prinċipju ta’ remunerazzjoni ġusta għad-detenturi tad-drittijiet; jitlob li jiġi affermat mill-ġdid il-prinċipju tat-territorjalità, li jippermetti lil kull Stat Membru jissalvagwardja l-prinċipju tar-remunerazzjoni ġusta fil-qafas tal-politika kulturali tiegħu stess;

8.

Jinnota li l-firxa ta’ xogħlijiet disponibbli legalment lill-utenti żdiedet mindu ġiet implimentata d-Direttiva 2001/29/KE; jinnota wkoll li l-aċċess transkonfinali għad-diversità tal-użi li l-progress teknoloġiku joffri lill-konsumaturi jista’ jitlob titjib ibbażat fuq l-evidenza fil-qafas ġuridiku attwali sabiex tiġi żviluppata aktar l-offerta legali tal-kontenut kulturali u kreattiv diversifikat onlajn li jippermetti aċċess għad-diversità kulturali Ewropea;

9.

Ifakkar li l-konsumaturi spiss jiġu miċħuda l-aċċess għal ċerti servizzi li jipprovdu kontenut minħabba raġunijiet ġeografiċi, li jmur kontra l-objettiv tad-Direttiva 2001/29/KE li timplimenta l-erba' libertajiet tas-suq intern; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet adegwati għal aċċessibilità transfruntiera aħjar ta’ servizzi u ta’ kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur għall-konsumaturi;

10.

Jikkunsidra li jistgħu jinsiltu tagħlimiet għal tipi oħra ta’ kontenut mill-approċċ meħud fid-Direttiva 2014/26/UE dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur, iżda li l-kwistjonijiet dwar il-portabilità u l-imblukkar ġeografiku ma jistgħux jiġu solvuti permezz ta’ soluzzjoni komprensiva waħda imma jistgħu jeħtieġu diversi interventi differenti, kemm regolatorji u kemm immexxija mis-suq;

11.

Jenfasizza li l-produzzjoni kreattiva tal-UE hija waħda mill-aktar riżorsi ta’ valur tagħha, u li dawk li jixtiequ jgawdu minnha għandhom ikunu kapaċi jħallsu biex jagħmlu dan, anki meta din tinbiegħ biss fi Stat Membru ieħor;

12.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-liċenzjar multiterritorjali, kif previst fid-Direttiva 2014/26/UE dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur, jikkostitwixxi għażla fil-każ għax-xandara jkunu jridu jkopru t-territorju Ewropew kollu;

13.

Jindika li l-finanzjament, il-produzzjoni u l-koproduzzjoni ta’ films u kontenut televiżiv jiddependu prinċipalment fuq liċenzji territorjali esklużivi mogħtija lid-distributuri lokali fuq firxa ta’ pjattaformi, li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet kulturali tas-swieq Ewropej differenti; jenfasizza li minħabba dan, l-abilità, fil-qafas tal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, li wieħed jagħżel il-livell ta’ kopertura territorjali u t-tip ta’ pjattaforma ta’ distribuzzjoni, tħeġġeġ l-investiment fil-films u l-kontenut televiżiv u tippromwovi d-diversità kulturali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li qabel kull inizjattiva dwar il-modernizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikun hemm studju wiesa’ tal-impatt mistenni tagħha fuq il-produzzjoni, il-finanzjament u d-distribuzzjoni ta’ films u kontenut televiżiv, kif ukoll fuq id-diversità kulturali;

14.

Jenfasizza li l-prattiki tal-imblukkar ġeografiku tal-industrija m’għandhomx jipprevjenu lill-minoranzi kulturali li jgħixu fl-Istati Membri tal-UE milli jaċċessaw kontenut jew servizzi eżistenti fil-lingwa tagħhom li huma b’xejn jew bi ħlas;

15.

Jappoġġja l-inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-portabbiltà, fi ħdan l-UE, ta’ servizzi onlajn ta’ kontenut akkwistat u disponibbli legalment, filwaqt illi jiġu rrispettati b’mod sħiħ id-drittijiet tal-awtur u l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet;

16.

Ifakkar li s-swieq kulturali Ewropej huma naturalment eteroġeni minħabba d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea; jinnota li din id-diversità għandha titqies bħala benefiċċju aktar milli ostaklu għas-suq uniku;

17.

Jieħu nota tal-importanza tal-liċenzji territorjali fl-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-produzzjoni awdjoviżiva u tal-films li hija bbażata primarjament fuq sistemi ta’ xiri minn qabel jew finanzjament minn qabel tax-xandara;

18.

Jinnota bi tħassib il-multiplikazzjoni tas-servizzi illegali onlajn u ż-żieda fil-piraterija u, b’mod iktar ġenerali, il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, xejra li tirrappreżenta theddida serja għall-ekonomiji tal-Istati Membri u għall-kreattività tal-UE;

19.

Jenfasizza li kwalunkwe riforma tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur għandha tkun ibbażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, hekk kif id-drittijiet huma kruċjali għall-ħolqien intellettwali u jipprovdu bażi ġuridika stabbli, ċara u flessibbli li trawwem l-investiment u t-tkabbir fis-settur kreattiv u kulturali, filwaqt li tneħħi l-inċertezzi ġuridiċi u l-inkonsistenzi li jaffettwaw b’mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern;

20.

Flimkien mal-kompitu importanti li jkun hemm espansjoni tal-istrutturi funzjonanti għas-suq uniku diġitali, jenfasizza li hemm bżonn li jittieħdu wkoll passi sabiex ikun żgurat li s-suq uniku analogu jkompli jiffunzjona b’mod adegwat;

21.

Jindika li l-industriji intensivi fid-drittijiet tal-awtur jimpjegaw iktar minn seba’ miljun persuna fl-UE; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura li qabel kull inizjattiva leġiżlattiva għall-modernizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikun hemm valutazzjoni tal-impatt ex-ante sħiħa tal-effetti tagħha fuq it-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll tal-ispejjeż u l-vantaġġi potenzjali iġġenerati minnha, u dan skont il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar;

22.

Jenfasizza li kull reviżjoni futura tal-liġi tad-drittijiet tal-awtur tal-UE għandha tkun immirata tajjeb u bbażata fuq data konvinċenti, bil-għan li jitkompla l-iżvilupp tas-setturi kreattivi kreattivi Ewropej;

23.

Jirrikonoxxi li l-attivitajiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-awtur kummerċjali joħolqu theddida serja għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali u għall-iżvilupp tal-offerta legali ta’ kontenut kulturali u kreattiv diversifikat onlajn;

24.

Iqis li huwa indispensabbli li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-awturi u l-kreaturi u li titjieb ir-remunerazzjoni tagħhom fir-rigward tad-distribuzzjoni diġitali u l-isfruttament tax-xogħlijiet tagħhom;

Drittijiet esklussivi

25.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-awturi u l-artisti interpreti jiġu pprovduti bi protezzjoni ġuridika għax-xogħlijiet kreattivi u artistiċi tagħhom; jirrikonoxxi li t-tixrid tal-kultura u l-għarfien huwa fl-interess pubbliku; jirrikonoxxi r-rwol tal-produtturi u l-pubblikaturi fl-introduzzjoni tax-xogħlijiet fis-suq, u l-ħtieġa għal remunerazzjoni ġusta u xierqa għall-kategoriji kollha ta' detenturi tad-drittijiet; jitlob li tittejjeb il-pożizzjoni kuntrattwali tal-awturi u l-artisti interpreti meta mqabbla ma’ detenturi tad-drittijiet u intermedjarji oħra, b’mod partikolari billi jiġi kkunsidrat perjodu raġonevoli għall-użu ta’ drittijiet trasferiti minn awturi lil partijiet terzi, li malli jgħaddi jiskadu dawn id-drittijiet, u dan minħabba li l-iskambji kuntrattwali jistgħu jiġu kkaratterizzati minn żbilanċ ta’ poter; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza tal-libertà kuntrattwali;

26.

Jinnota li protezzjoni proporzjonata ta’ xogħlijiet bid-drittijiet tal-awtur u ta’ materjal protett ieħor huwa ta’ importanza kbira, anke mil-lat kulturali, u li skont l-Artikolu 167 TFUE, l-Unjoni fl-attività tagħha għandha tieħu kont tal-aspetti kulturali;

27.

Jenfasizza li l-awturi u l-artisti interpreti għandhom jingħataw remunerazzjoni xierqa fl-ambjent diġitali bl-istess mod bħal fid-dinja analoga;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa miżuri xierqa u mmirati biex titjieb iċ-ċertezza ġuridika, f’konformità mal-objettiv tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar; jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-impatt ta’ titlu uniku Ewropew dwar id-drittijiet tal-awtur fuq l-impjiegi u l-innovazzjoni, fuq l-interessi tal-awturi, l-artisti interpreti u detenturi oħra tad-drittijiet, u fuq il-promozzjoni tal-aċċess tal-konsumaturi għad-diversità kulturali reġjonali;

29.

Ifakkar li d-drittijiet esklużivi u l-libertà kuntrattwali huma elementi fundamentali fl-ekosistema fraġli li tipproduċi u tiffinanzja x-xogħol kreattiv, billi dawn jippermettu li jinqasmu aħjar ir-riskji, li jiġu involuti atturi differenti fi ħdan proġetti konġunti għall-benefiċċju ta’ pubbliku kulturalment diversifikat, u jappoġġjaw l-inċentiv għal investiment fil-produzzjoni ta’ kontenut professjonali;

30.

Jirrakkomanda li l-leġiżlatur tal-UE għandu jikkunsidra, sabiex jipproteġi l-interess pubbliku filwaqt li jipproteġi d-data personali, kif jista’ jnaqqas ulterjorment l-ostakli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku; jinnota li tali aġġustament tal-leġiżlazzjoni għandu jsir b’kunsiderazzjoni xierqa tad-Direttiva 2013/37/UE, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema tad-drittijiet tal-awtur u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja b’mod effettiv ix-xogħlijiet ta’ dominju pubbliku li, skont id-definizzjoni tagħhom stess, mhumiex suġġetti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni tiċċara li ladarba x-xogħol ikun ta’ dominju pubbliku, kull diġitalizzazzjoni tax-xogħol li ma tikkostitwix xogħol trasformattiv ġdid, tibqa’ ta’ dominju pubbliku; jistieden ukoll lill-Kummissjoni teżamina jekk id-detenturi tad-drittijiet jistgħux jingħataw id-dritt li jiddedikaw ix-xogħlijiet tagħhom lid-dominju pubbliku, kollha kemm huma jew parti minnhom;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tarmonizza l-perjodu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, filwaqt li toqgħod lura milli testendi ulterjorment dan il-perjodu ta’ protezzjoni, skont l-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Berna; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffinalizzaw it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttivi 2006/116/KE u 2011/77/UE b’mod razzjonalizzat;

Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet

33.

Jistieden lil-leġiżlatur tal-UE jibqa’ leali lejn l-objettiv imsemmi fid-Direttiva 2001/29/KE, jiġifieri li jagħti protezzjoni adegwata lid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati bħala wieħed mill-modi ewlenin tal-iżgurar tal-kreattività kulturali Ewropea, u jissalvagwardja bilanċ ġust bejn kategoriji differenti ta’ detenturi tad-drittijiet u utenti ta’ suġġetti protetti, kif ukoll bejn il-kategoriji differenti ta’ detenturi tad-drittijiet; jenfasizza wkoll li kull bidla leġiżlattiva f’dan il-qasam għandha tiggarantixxi l-aċċess tal-persuni b’diżabilità għal xogħlijiet u servizzi protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fi kwalunkwe format;

34.

Jissottolinja li d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jikkostitwixxu l-qafas ġuridiku għall-industriji kulturali u kreattivi Ewropej, kif ukoll għas-setturi tal-edukazzjoni u tar-riċerka u għas-settur li jibbenefika minn eċċezzjonijiet għal dawn id-drittijiet u limitazzjonijiet fuqhom u jiffurmaw il-bażi għall-attività u l-impjiegi tagħhom;

35.

Jinnota li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għandhom ikunu applikati b’tali mod li jittieħed kont tar-raġuni għalfejn tfasslu u l-karatteristiċi rispettivi partikolari tal-ambjenti analogi u diġitali, filwaqt li jinżamm il-bilanċ bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-interessi tal-pubbliku; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jiġu riveduti għadd ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet eżistenti sabiex jiġu adattati aħjar għall-ambjent diġitali, b’kont meħud tal-iżviluppi li għaddejjin fl-ambjent diġitali u l-bżonn ta’ kompetittività;

36.

Jenfasizza l-importanza li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; jinnota f’dan ir-rigward il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx li se jiffaċilita l-aċċess għall-kotba għal dawk b’diżabilità fil-vista, u jħeġġeġ ir-ratifika rapida tiegħu mingħajr ma r-ratifika tkun tiddependi mir-reviżjoni tal-qafas ġuridiku tal-UE; jemmen li t-Trattat huwa pass tajjeb ’il quddiem, iżda li għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir sabiex jinfetaħ l-aċċess għall-kontenut għall-persuni b’diżabbiltajiet differenti;

37.

Jinnota l-importanza tad-diversità kulturali Ewropea, u jinnota li d-differenzi fost l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet jistgħu jkunu ta’ sfida għall-funzjonament tas-suq intern fid-dawl tal-iżvilupp ta’ attivitajiet transkonfinali u l-kompetittività globali u l-innovazzjoni tal-UE, u jistgħu jwasslu wkoll għal inċertezza ġuridika għall-awturi u l-utenti; iqis li xi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet jistgħu għalhekk jibbenefikaw minn regoli aktar komuni; jirrimarka, madankollu, li d-differenzi jista’ jkunu ġustifikati biex jippermettu lill-Istati Membri jilleġiżlaw skont l-interessi ekonomiċi u kulturali speċifiċi tagħhom, u f’konformità mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-applikazzjoni tal-istandards minimi fl-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, u tkompli tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2001/29/KE u aċċess ugwali għad-diversità kulturali minn fruntiera għal oħra fi ħdan is-suq intern, u ttejjeb iċ-ċertezza ġuridika;

39.

Iqis li huwa meħtieġ li jissaħħu l-eċċezzjonijiet għall-istituzzjonijiet ta' interess pubbliku, bħal-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji, bil-għan li jiġi promoss aċċess wiesa’ għall-wirt kulturali, anke permezz ta' pjattaformi onlajn;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis bi prudenza l-possibilità li tagħmel ċerti eċċezzjonijiet obbligatorji meta l-għan ikun il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u partikolarment il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni jew il-protezzjoni tal-libertà tal-istampa;

41.

Ifakkar fl-importanza tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-industriji kulturali u kreattivi għal dak li jirrigwarda l-ħolqien ta’ impjiegi u t-tkabbir fl-UE; jenfasizza li l-maġġoranza tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi jisfruttaw il-flessibilità tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur sabiex jipproduċu xogħlijiet kulturali u kreattivi, jinvestu fihom u jxerrduhom, iżda wkoll sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jippermettu lill-utenti jkollhom aċċess għal xogħlijiet kreattivi onlajn adattati għall-preferenzi u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq lokali;

42.

Jinnota b’interess l-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ użu ta’ xogħlijiet fuq netwerks diġitali, b’mod partikolari użi trasformattivi, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu eżaminati soluzzjonijiet li jirrikonċiljaw il-protezzjoni effiċjenti li tipprevedi remunerazzjoni xierqa u kumpens ġust għall-kreaturi mal-interess pubbliku għall-aċċess għal prodotti kulturali u l-għarfien;

43.

Jenfasizza li, meta tkun diġà tapplika eċċezzjoni jew limitazzjoni, l-użi ġodda ta’ kontenut li huma possibbli permezz ta’ żviluppi teknoloġiċi jew użi ġodda tat-teknoloġija għandhom ikunu, sa fejn hu possibbli, interpretati skont eċċezzjoni jew limitazzjoni eżistenti, sakemm l-użu l-ġdid ikun simili għal dak eżistenti, biex b’hekk titjieb iċ-ċertezza ġuridika – dan ikun suġġett għal test fi tliet fażijiet; jirrikonoxxi li tali flessibilità fl-interpretazzjoni tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet tista’ tippermetti l-adattament tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet inkwistjoni għaċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-ħtiġijiet soċjali differenti;

44.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati n-newtralità teknoloġika u l-kompatibilità futura tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet billi jitqiesu kif xieraq l-effetti tal-konverġenza tal-midja, filwaqt li jiġi sodisfatt l-interess tal-pubbliku billi jitrawmu inċentivi biex jinħolqu, jiġu ffinanzjati u distribwiti xogħlijiet ġodda u biex dawk ix-xogħlijiet isiru disponibbli għall-pubbliku f’modi ġodda, innovattivi u konvinċenti;

45.

Jissuġġerixxi rieżami tar-responsabilità tal-fornituri u l-intermedjarji tas-servizzi sabiex jiċċara l-istatus ġuridiku u r-responsabilità tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur, jiggarantixxi li tiġi eżerċitata diliġenza dovuta matul il-proċess kreattiv u l-katina tal-provvista, u jiżgura remunerazzjoni ġusta għall-kreaturi u d-detenturi tad-drittijiet fi ħdan l-UE;

46.

Isostni li l-iżvilupp tas-suq diġitali huwa impossibbli mingħajr l-iżvilupp parallel tal-industriji kulturali u kreattivi;

47.

Jenfasizza l-importanza tal-eċċezzjoni għall-karikaturi, parodiji u pastiċċ bħala fattur għall-vitalità tad-dibattitu demokratiku; jemmen li l-eċċezzjoni għandha ssib bilanċ bejn l-interessi u d-drittijiet tal-kreaturi u l-karattri oriġinali u l-libertà ta’ espressjoni tal-utenti ta’ xogħol protett li qed jiddependi fuq l-eċċezzjoni għall-karikaturi, parodiji jew pastiċċ;

48.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-permess ta’ tekniki analitiċi awtomatizzati għat-test u d-data (pereżempju ‘l-estrazzjoni ta’ test u data’ jew “l-estrazzjoni ta’ kontenut”) għal skopijiet ta’ riċerka jiġi vvalutat b’mod adegwat, dejjem jekk ikun inkiseb il-permess li jinqara x-xogħol;

49.

Isostni li l-iżvilupp tas-suq diġitali huwa marbut mill-qrib mal-iżvilupp tal-industriji kreattivi u kulturali, billi dan huwa l-uniku mod kif tista’ tinkiseb prosperità permanenti, u li dawn għandhom jimxu id f’id;

50.

Jinnota li d-dritt għal proprjetà privata huwa wieħed mill-pedamenti tas-soċjetà moderna; jinnota wkoll li l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal materjal edukattiv u oġġetti kulturali hija ta’ importanza estrema għall-iżvilupp tas-soċjetà bbażata fuq l-għarfien u li dan għandu jiġi kkunsidrat mil-leġiżlaturi;

51.

Jitlob li jkun hemm eċċezzjoni għal skopijiet ta’ riċerka u edukazzjoni, li m’għandhiex tkopri biss stabbilimenti edukattivi iżda wkoll attivitajiet edukattivi jew ta’ riċerka akkreditati, inklużi attivitajiet onlajn u transfruntiera, marbuta ma’ stabbiliment edukattiv jew istituzzjoni rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti, jew leġiżlazzjoni, jew fl-ambitu ta’ programm edukattiv;

52.

Jenfasizza li kwalunkwe eċċezzjoni jew limitazzjoni ġdida introdotta fis-sistema ġuridika tad-drittijiet tal-awtur tal-UE teħtieġ li tiġi ġġustifikata kif suppost minn analiżi ekonomika u ġuridika oġġettiva u soda;

53.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-libreriji għal aċċess għall-għarfien u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-adozzjoni ta’ eċċezzjoni li tippermetti lil-libreriji pubbliċi u tar-riċerka jisilfu legalment xogħlijiet lill-pubbliku f’formati diġitali għall-użu personali, għal perjodu limitat, permezz tal-internet jew in-netwerks tal-libreriji, u dan b’tali mod li d-dmir li għandhom fl-interess pubbliku li jxerrdu l-għarfien ikun jista’ jiġi ssodisfat b’mod effettiv u aġġornat; jirrakkomanda li l-awturi għandhom jiġu kkumpensati b’mod ġust għal self elettroniku bl-istess mod bħal fil-każ ta’ self ta’ kotba fiżiċi skont ir-restrizzjonijiet territorjali nazzjonali;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-adozzjoni ta’ eċċezzjoni li tippermetti lil-libreriji jiddiġitalizzaw il-kontenut għall-finijiet ta’ konsultazzjoni, ġbir f’katalogi u arkivjar;

55.

Jenfasizza l-importanza li jiġu meqjusa l-konklużjonijiet ta’ diversi esperimenti li qed jitwettqu mill-industrija tal-kotba biex jiġu stabbiliti mudelli tan-negozju ġusti, bilanċjati u vijabbli;

56.

Jinnota li f’xi Stati Membri ġew introdotti liċenzji statutorji mmirati lejn skemi ta’ kumpens; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li atti li huma permissibbli taħt eċċezzjoni jibqgħu hekk; ifakkar li l-kumpens għat-twettiq ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għandu jitqies biss f’każijiet fejn l-atti meqjusa li jaqgħu taħt eċċezzjoni huma ta’ dannu għad-detentur tad-drittijiet; jistieden ukoll lill-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali jwettaq valutazzjoni xjentifika sħiħa ta’ dawn il-miżuri tal-Istati Membri u l-effett tagħhom fuq kull parti interessata affettwata;

57.

Ifakkar fl-importanza tal-eċċezzjoni tal-ikkupjar privat li tista’ ma tkunx teknikament limitata, flimkien ma’ kumpens ġust tal-kreaturi; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza, abbażi ta’ evidenza xjentifika, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Frar 2014 dwar l-imposti fuq l-ikkupjar privat (18) u r-riżultati ta’ proċess ta’ medjazzjoni l-aktar reċenti mwettaq mill-Kummissjoni (19), il-vijabbiltà tal-miżuri eżistenti għall-kumpens ġust tad-detenturi tad-drittijiet fir-rigward ta’ riproduzzjonijiet li jkunu saru minn persuni naturali għall-użu privat, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda miżuri ta’ trasparenza;

58.

Jinnota li l-ikkuppjar privat għandu jkun irregolat b'tali mod li jinforma liċ-ċittadini dwar l-ammont reali tal-imposta, l-għan tagħha u l-mod kif se tintuża;

59.

Jisħaq li l-imposti diġitali għandhom isiru aktar trasparenti u jiġu ottimizzati sabiex jissalvagwardjaw id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tal-konsumatur u billi titqies id-Direttiva 2014/26/UE dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern;

60.

Jisħaq fuq l-importanza li r-reġim tad-drittijiet tal-awtur ikun aktar ċar u trasparenti għall-utenti tad-drittijiet tal-awtur, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontenut iġġenerat mill-utent u imposti fuq id-drittijiet tal-awtur, biex b’hekk titrawwem il-kreattività, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ pjattaformi onlajn, u tiġi żgurata remunerazzjoni xierqa tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur;

61.

Jinnota l-importanza tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE u jisħaq fuq il-fatt li l-eżerċizzju effikaċi tal-eċċezzjonijiet jew il-limitazzjonijiet, u l-aċċess għal kontenut li mhuwiex soġġett għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, m’għandux jiġi rrinunzjat minn kuntratt jew termini kuntrattwali;

62.

Jistieden lid-distributuri jippubblikaw l-informazzjoni disponibbli kollha relatata mal-miżuri teknoloġiċi neċessarji sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-kontenut tagħhom;

63.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa aktar interoperabbiltà, b’mod partikolari għas-softwer u t-terminals, peress li n-nuqqas ta’ interoperabbiltà tfixkel l-innovazzjoni, tnaqqas il-kompetizzjoni u tagħmel ħsara lill-konsumatur; jemmen li n-nuqqas ta’ interoperabbiltà jwassal għal pożizzjoni dominanti tas-suq ta’ prodott jew servizz partikolari wieħed, bir-riżultat li tiġi mxekkla l-kompetizzjoni u tiġi limitata l-għażla tal-konsumatur fl-UE;

64.

Jindika li r-rata mgħaġġla ta’ żvilupp teknoloġiku fis-suq diġitali titlob qafas leġiżlattiv teknoloġikament newtrali għad-drittijiet tal-awtur;

65.

Jirrikonoxxi r-rwol ta’ infurzar proporzjonat u effettiv fl-appoġġ tal-kreaturi, id-detenturi tad-drittijiet u l-konsumaturi;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni u lil-leġiżlatura tal-UE jirriflettu dwar soluzzjonijiet għall-ispostament tal-valur mill-kontenut lejn is-servizzi; jinsisti dwar il-bżonn li tiġi aġġustata d-definizzjoni tal-istatus ta’ intermedjarju fl-ambjent diġitali attwali;

67.

Jenfasizza li l-konsumaturi spiss jiffaċċjaw diversi limitazzjonijiet u l-kunċett ta’ drittijiet tal-konsumatur fil-qafas tad-drittijiet tal-awtur huwa ħafna drabi assenti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja tal-liġi attwali tad-drittijiet tal-awtur mill-perspettiva tal-konsumaturi u tiżviluppa sett ta’ drittijiet tal-konsumaturi ċari u komprensivi;

o

o o

68.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(2)  ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72.

(3)  ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5.

(5)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.

(6)  ĠU L 265, 11.10.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15.

(8)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.

(9)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28.

(10)  ĠU L 346, 27.11.1992, p. 61.

(11)  ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32.

(12)  Testi adottati, P7_TA(2014)0179.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2013)0368.

(14)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 64.

(15)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 48.

(16)  ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 49.

(17)  Kummissjoni Ewropea, DĠ Suq Intern u Servizzi, Rapport dwar ir-rispons għall-Konsultazzjoni Pubblika rigward ir-Rieżami tar-Regoli tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur, Lulju 2014.

(18)  Testi adottati, P7_TA(2014)0179.

(19)  Rakkomandazzjonijiet ta' António Vitorino tal-31 ta' Jannar 2013, li tnisslu mill-aktar proċess ta' medjazzjoni reċenti mwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-imposti fuq l-ikkuppjar privat u r-reprografija.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/130


P8_TA(2015)0274

Evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-approċċ il-ġdid tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) mindu ġie stabbilit (2014/2231(INI))

(2017/C 265/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE (3),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013, adottat mill-Kunsill fit-23 ta' Ġunju 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (6),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2009 bit-titolu “Appoġġ għall-Governanza Demokratika – Lejn titjib tal-qafas tal-UE” (7),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2009 dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fil-kuntest tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE (8),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2010 li fihom ir-rapport ta' progress tal-2010 u lista ta' pajjiżi pilota proposti (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-Fond Ewropew għad-Demokrazija (11),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (12) u l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 (13),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Jannar 2013 dwar l-Appoġġ tal-UE għat-Tibdil Sostenibbli f'Soċjetajiet fi Tranżizzjoni (14),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2015 bit-titolu “Lejn Politika Ewropea tal-Viċinat ġdida” (JOIN(2015)0006),

wara li kkunsidra r-Rieżami tal-2013 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (15),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titolu “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni: Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat” (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra l-ittra ta' appoġġ għall-istabbiliment tal-EED, indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew ta' dak li dak iż-żmien, Jerzy Buzek, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ta' dak iż-żmien, Catherine Ashton, tal-25 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED tat-3 ta' Diċembru 2014 biex jitneħħew il-limitazzjonijiet ġeografiċi inizjali tal-EED,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0177/2015),

A.

billi l-promozzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett lejn l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-appoġġ għalihom, huma fost l-objettivi ewlenin tal-politika barranija tal-UE, kif minquxa fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

B.

billi l-UE tqis li l-prinċipju ta' sjieda tal-proċessi tal-konsolidament tad-demokrazija bħala kruċjali biex titrawwem kultura realment demokratika;

C.

billi għadd kbir ta' Stati Membri temmew b'suċċess proċess ta' trasformazzjoni demokratika tas-soċjetà matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, u akkumulaw esperjenza estensiva f'dan il-qasam li tista' tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-EED u li tista' u għandha tintuża fil-livell politiku u espert għall-ħidma tal-EED;

D.

billi l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija u fil-viċinat tal-Lvant ġabu magħhom ridefinizzjoni tal-istrumenti politiċi tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ tad-demokrazija;

E.

billi f'għadd ta' pajjiżi fejn jopera l-EED, l-ispazju għal azzjoni leġittima tas-soċjetà ċivili u finanzjament estern għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qiegħed jiċkien minħabba r-rikors min-naħa tar-reġimi awtoritarji għal mezzi dejjem aktar sofistikati, inkluża leġiżlazzjoni, biex jirrestrinġu l-ħidma tal-NGOs u atturi prodemokratiċi, inkluż il-benefiċjarji tal-EED;

F.

billi f'dawn l-aħħar snin il-pajjiżi fil-viċinat tal-UE ħabbtu wiċċhom ma' għadd sinifikanti ta' sfidi politiċi, ta' sigurtà u ekonomiċi li poġġew taħt pressjoni serja l-isforzi ta' demokratizzazzjoni u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

G.

billi hemm il-ħtieġa li jiġi promoss l-għoti ta' informazzjoni objettiva u indipendenti u li jissaħħaħ l-ambjent tal-midja, inkluż l-internet u l-midja soċjali, f'pajjiżi li fihom jopera l-EED, permezz tal-protezzjoni tal-libertà tal-midja u l-libertà ta' espressjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' ċensura politika u soċjali; billi hemm ukoll il-ħtieġa għal appoġġ għall-isforzi ta' demokratizzazzjoni f'dawk il-pajjiżi, inkluż il-konsolidament tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

H.

billi l-ħolqien tal-EED, flimkien ma' programmi oħra tal-UE bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tal-Faċilità għas-Soċjetà Ċivili, jikkumplementa l-approċċ tradizzjonali iċċentrat fuq l-Istat b'perspettiva estremament meħtieġa, aktar ibbilanċjata, fit-tul u ċċentrata fuq is-soċjetà, b'enfasi fuq l-impenn dirett mal-movimenti tal-bażi lokali u reġjonali u l-atturi politiċi demokratiċi;

I.

billi l-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet tal-assistenza għad-demokrazija, bħal dawk imwettqa mill-EED, tibqa' kompitu minnu nnifsu diffiċli, b'mod partikolari minħabba n-natura mhux lineari fit-tul tat-trasformazzjoni politika fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll minħabba n-natura ta' sikwit kunfidenzjali tal-attivitajiet involuti;

J.

billi t-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-midja soċjali saru strumenti importanti fil-ġlieda kontra d-demokrazija u għalhekk għandu jkollhom post prominenti fl-aġenda tal-assistenza għad-demokrazija Ewropea;

K.

billi mit-30 ta' Ġunju 2015, l-EED ffinanzja 186 inizjattiva, li jammontaw għal 'l fuq minn EUR 5,2 miljun fil-Viċinat tan-Nofsinhar u 'l fuq minn EUR 5,3 miljun fil-Viċinat tal-Lvant u lil hinn;

L.

billi l-EED jibbenefika minn forma unika ta' kofinanzjament li permezz tiegħu l-baġit amministrattiv huwa fornut mill-Kummissjoni, filwaqt li l-attivitajiet fuq il-post huma ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u mill-pajjiżi terzi;

Evalwazzjoni ġenerali

1.

Jilqa' r-riżultati pożittivi milħuqa s'issa mill-EED minkejja l-ambjent internazzjonali diffiċli attwali, u jqis li l-EED qiegħed jissodisfa l-objettiv ewlieni tiegħu li “jrawwem u jinkoraġġixxi d-demokratizzazzjoni u d-demokrazija fonda u sostenibbli f'pajjiżi li għaddejjin minn tranżizzjoni politika u f'soċjetajiet li qegħdin jitħabtu favur id-demokratizzazzjoni” (16), inkluż permezz ta' “appoġġ għal min mhuwiex megħjun” permezz tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-promozzjoni ta' djalogu fid-diversità u nonvjolenza, titħeġġeġ il-parteċipazzjoni soċjali u politika u jitħarsu l-attivisti u l-ġurnalisti li, lokalment, jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw u jħaffu t-tnedija ta' proċess demokratiku, li jagħmel lill-ġustizzja aktar aċċessibbli;

2.

Jirrikonnoxxi b'sodisfazzjon li minkejja l-perjodu qasir ta' attività u l-fondi limitati, u l-isfidi inerenti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet ta' appoġġ għad-demokrazija, l-EED qiegħed jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament u jagħti valur miżjud lill-appoġġ eżistenti tal-UE għad-demokrazija permezz ta' finanzjament aktar veloċi, flessibbli, minn isfel għal fuq u mmexxi mid-domanda mogħti direttament lill-benefiċjarji b'mod finanzjarjament effiċjenti li jikkomplementa mezzi oħra tal-UE, minħabba piż amministrattiv baxx u proċeduri sempliċi stabbiliti għall-EED mill-Bord tiegħu;

3.

Huwa tal-fehma li, bħala modalità ta' appoġġ għad-demokrazija, l-EED ilu jgħin biex jonqos ir-riskju kemm politiku kif ukoll personali;

4.

Jenfasizza l-appoġġ sħiħ u kontinwu tiegħu għall-isforzi tal-UE li għandhom aktar minn element wieħed li jappoġġaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-movimenti soċjali u l-attivisti tad-dinja kollha; itenni l-importanza li tiġi evitata d-duplikazzjoni u li tkompli tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-attivitajiet tal-EED ma' strumenti finanzjarji esterni tal-UE eżistenti, b'mod speċjali l-EIDHR u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI), peress li kollha kemm huma għandhom l-għan li jippromovu prinċipji demokratiċi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-viċinat tal-UE;

5.

Jilqa' l-involviment konsistenti tal-EED favur il-libertà ta' espressjoni u assoċjazzjoni, il-libertà tal-midja, il-bini u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-pluraliżmu soċjali u politiku, impenn li huwa maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp ta' reġimi demokratiċi kemm fil-viċinat tal-Lvant kif ukoll f'dak tan-Nofsinhar;

6.

Huwa tal-fehma li l-inizjattivi li ħa l-EED taw prova tal-kapaċità unika tiegħu li jgħaqqad jew jimla l-lakuni f'każijiet fejn kien impossibbli li jinkiseb finanzjament minn Stati Membri tal-UE jew pajjiżi li mhumiex fl-UE;

7.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw approċċ olistiku biex jappoġġaw it-tranżizzjoni politika u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi, li jinkludi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-ġustizzja, it-trasparenza, is-sens ta' responsabilità, ir-rikonċiljazzjoni, l-istat tad-dritt u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, inkluż korpi leġiżlattivi;

Finanzjament

8.

Jistieden lill-partijiet fundaturi tal-EED, b'mod speċjali lill-Istati Membri kollha u l-Kummissjoni, biex jikkontribwixxu, jew iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom, għall-EED f'konformità mal-impenji li daħlu għalihom;

9.

Ifakkar li, sas-26 ta' April 2015, dawn il-pajjiżi wiegħdu u kkontribwixxew għall-EED: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera, filwaqt li t-12-il Stat Membru l-oħra għadhom m'għamlux dan;

10.

Jenfasizza li, sabiex l-effikaċja tal-EED tiġi sostnuta u żviluppata aktar, huwa importanti li jiġi żgurat finanzjament fit-tul, suffiċjenti, stabbli, trasparenti u prevedibbli;

11.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir jikkunsidraw il-valur miżjud tal-EED matul ir-rieżami li għadu kemm tnieda tal-PEV, u jirriflettu fuq modi kif jipprovdu finanzjament sostenibbli lill-EED;

12.

Jistieden lill-Belġju li tal-inqas jivvaluta il-possibbiltà li jirritorna parti mid-dħul mit-taxxa jew id-dħul mit-taxxa kollu li rċieva mill-EED u l-impjegati tiegħu, f'forma ta' finanzjament għall-proġetti tal-EED; ifakkar li l-EED jaħdem bħala fondazzjoni privata skont id-dritt Belġjan;

13.

Jilqa' l-kontributi finanzjarji mit-Tramuntana, mill-Ewropa ċentrali u minn xi Stati Membri tan-Nofsinhar; jistieden lill-bqija tal-Istati Membri tan-Nofsinhar, li xi wħud minnhom għandhom rabtiet storiċi, ekonomiċi jew kulturali partikolarment mill-qrib mal-viċinat tan-Nofsinhar, jagħmlu sforz partikolari biex jikkontribwixxu għall-EED permezz ta' finanzjament jew sekondar;

14.

Jilqa' l-kontributi finanzjarji li l-EED rċieva mis-sħab tal-UE bħall-Iżvizzera u l-Kanada; iħeġġeġ lill-Istati l-oħra, b'mod speċjali lill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), jappoġġaw lill-EED;

15.

Jistieden lid-donaturi kollha tal-EED jiżguraw awtonomija sħiħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-EED fl-għażla tal-benefiċjarji abbażi tal-pjan ta' ħidma approvat mill-Bord tal-Gvernaturi, u jappella għat-tmiem ta' allokazzjoni ta' fondi mid-donaturi għal pajjiżi jew proġetti partikolari;

Kapaċità tar-riżorsi umani

16.

Jappella għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-segretarjat tal-EED, li jkun rifless f'riżorsi umani adegwati li jippermettu lill-EED ilaħħaq mal-kompiti l-ġodda tiegħu;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu segwitu għall-interess li esprimew fl-issekondar ta' esperti nazzjonali għas-segretarjat tal-EED;

Espansjoni ġeografika tal-mandat tal-EED u bilanċ Lvant-Nofsinhar

18.

Jilqa' t-tneħħija tal-limitazzjoni ġeografika inizjali tal-EED, kif adottata fil-laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi fit-3 ta' Diċembru 2014;

19.

Ifaħħar lill-EED talli żamm bilanċ ġeografiku fil-finanzjament tal-proġetti tiegħu bejn il-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar;

Għotjiet u benefiċjarji

20.

Iqis li huwa kruċjali li jiġi żgurat finanzjament sostenibbli lill-benefiċjarji tal-EED fuq medda twila billi jissaħħu r-rabtiet komplementari ma' donaturi bilaterali oħra u ma' strumenti Ewropej ta' finanzjament estern, b'mod partikolari l-EIDHR, li – fejn xieraq – jistgħu jieħdu appoġġ finanzjarju għal perjodu medju għal benefiċjarji “maturi” tal-EED, u għal dan l-għan:

(a)

jistieden lill-EED u lill-Kummissjoni jistabbilixxu grupp ta' kuntatt bil-għan li jiġi identifikat l-aħjar mod kif benefiċjarji tal-EED jimxu għal appoġġ finanzjarju tal-EIDHR; u

(b)

jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jressqu proposti speċifiċi għal mekkaniżmi intiżi li jipprogrammaw l-interfaċċja u l-kooperazzjoni mal-EED, sabiex tkun żgurata l-koerenza u s-sostenibbiltà fuq perjodu itwal;

21.

Jistieden lill-EED jkompli jimpenja ruħu b'mod attiv f'pajjiżi fejn l-ispazju għal appoġġ estern lis-soċjetà ċivili huwa mxekkel b'mod serju jew fejn il-finanzjament mill-Istat huwa diskriminatorju u riservat biss għal ċerti organizzazzjonijiet jew soċjetajiet ċivili; jappoġġa l-isforzi tal-EED li jeżaminaw mezzi innovattivi għall-appoġġ ta' aġenti għal bidla, b'mod partikolari f'ambjent politiku diffiċli;

22.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Bord ikompli jappoġġa lill-attivisti politiċi demokratiċi u jipprovdi finanzjament għal proċessi politiċi inklużivi; huwa tal-fehma li l-EED għandu jimpenja ruħu ma' u jappoġġa l-ħolqien u l-konsolidament tal-partiti politiċi b'impenn ċar favur il-prinċipji demokratiċi, fi sħubija mal-fondazzjonijiet politiċi eżistenti kull meta jkun possibbli;

23.

Jilqa' l-Linji gwida tal-EED dwar il-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni; jisħaq, madankollu, li l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida għandha tkun proporzjonata mad-daqs u l-kapaċità tar-riżorsi umani tal-EED;

24.

Iħeġġeġ lill-EED jkompli jirreaġixxi għal teknoloġiji ġodda billi jintegra l-appoġġ għat-teknoloġija fl-għotjiet tiegħu;

25.

Jilqa' l-għotjiet tal-EED offruti lill-atturi Ukreni, li huma ta' eżempju tajjeb ta' appoġġ rapidu lill-attivisti politiċi u ċiviċi li wara jsiru rappreżentanti eletti demokratikament; jilqa' l-appoġġ offrut mill-EED lill-attivisti kollha favur id-demokrazija fil-viċinat tal-UE, li huwa maħsub li jsostni l-iżvilupp ta' reġimi demokratiċi konsolidati;

26.

Jilqa' l-għotjiet tal-EED offruti lill-attivisti fi wħud mill-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, billi dawn juru l-valur miżjud tax-xogħol tal-EED favur id-demokrazija b'mod partikolari f'ambjenti ostili;

27.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-EED jpoġġi enfasi aktar b'saħħitha fuq il-gruppi soċjalment esklużi jew politikament emarġinati, billi jappoġġa, fost oħrajn, lill-movimenti tan-nisa bl-għan li jippromwovi d-drittijiet tan-nisa u jżid il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika, lill-minoranzi etniċi u lingwistiċi, lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI, lill-minoranzi reliġjużi ppersegwitati u lill-attivisti ċiviċi marbuta ma' komunitajiet reliġjużi, flimkien ma' movimenti tal-bażi, movimenti vulnerabbli jew politiċi emerġenti, trade unions, bloggers u attivisti ta' midja ġdida;

28.

Jistieden lill-EED jiżviluppa, jekk u meta rilevanti, kooperazzjoni ma' gruppi ta' attivisti ċiviċi marbuta ma' komunitajiet reliġjużi, inklużi minoranzi reliġjużi ppersegwitati; ifakkar li l-knisja żvolġiet rwol kruċjali fl-oppożizzjoni għar-reġimi komunisti u fil-proċessi ta' trasformazzjoni demokratika fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

29.

Iħeġġeġ lill-EED jintensifika l-appoġġ tiegħu għal mexxejja żgħażagħ emerġenti u lir-rappreżentanti nisa, żgħażagħ jew ta' minoranzi, li għadhom kemm ġew eletti f'pajjiżi li jinsabu fi tranżizzjoni politika;

30.

Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu għajnuna finanzjarja lill-midja u lis-soċjetà ċivili Russa permezz tal-EED; jirrimarka li żviluppi reċenti bħar-restrizzjonijiet imposti fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-repressjoni tal-oppoziżżjoni politika u kampanji ta' diżinformazzjoni aggressivi mmirati minn midja kkontrollata mill-Istat jidhru li qegħdin iservu l-iskop li deliberatament joħolqu art fertili għal klima politika estremament nazzjonalistika kkaratterizzata minn retorika antidemokratika, repressjoni u diskors ta' inċitament għall-mibegħda;

Kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-EED

31.

Jilqa' l-preżentazzjoni tal-ewwel rapport annwali tal-EED lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, skont l- Artikolu 8(4) tal-Istatuti tal-EED; jenfasizza l-importanza li dan l-eżerċizzju jseħħ fuq bażi annwali, u jenfasizza li din hija opportunità tajba sabiex isir rendikont u jiżviluppaw sinerġiji ġodda;

32.

Jappella għal rabtiet effikaċi bejn l-EED, il-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (DEG), u l-kumitati parlamentari u d-delegazzjonijiet permanenti rilevanti; iħeġġeġ lill-membri tiegħu jappoġġaw lill-EED u jenfasizzaw il-ħidma tiegħu f'interventi rilevanti u matul żjarat f'pajjiżi terzi minn delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, inkluż laqgħat mal-benefiċjarji;

33.

Jappella għall-iżvilupp ta' aktar kooperazzjoni bejn l-EED, il-benefiċjarji tiegħu u n-Netwerk tal-Premju Sakharov;

34.

Jistieden lill-EED jiżviluppa aktar il-kooperazzjoni tiegħu mal-Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ tal-Parlament;

Koerenza politika u koordinament

35.

Iħeġġeġ kemm lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw koerenza interna u esterna ġenwin fir-rigward tal-isforzi tad-demokrazija u jirrikonoxxu r-rwol tal-EED f'dan ir-rigward;

36.

Iħeġġeġ lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fil-pajjiżi fejn l-EED huwa attiv sabiex iressqu benefiċjarji potenzjali għall-attenzjoni tal-EED u jinfurmawhom dwar l-EED; iħeġġeġ lill-persunal tal-EED, min-naħa tiegħu, iżomm kuntatt mal-persunal diplomatiku rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' benefiċjarji potenzjali li ma jistgħux jiġu appoġġati mill-EED, li juri rispett reċiproku lejn is-sensittività tal-informazzjoni u s-sigurtà tal-partijiet kollha;

37.

Iħeġġeġ lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri jikkooperaw b'mod strutturat sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-applikazzjoni għal viża għall-benefiċjarji tal-EED li jkunu mistiedna fl-Unjoni Ewropea;

38.

Jilqa' l-isforzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni intiżi li jxerrdu informazzjoni dwar l-EED fost il-persunal tagħhom, b'mod partikolari fid-Delegazzjonijiet tal-UE;

39.

Jappella għal laqgħa kull tliet snin tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED fil-livell ministerjali sabiex jirrifletti dwar il-politika tal-UE ta' appoġġ għad-demokrazija u dwar prijoritajiet strateġiċi futuri tal-EED;

Kooperazzjoni ma' atturi oħra ta' appoġġ għad-demokrazija

40.

Jistieden lill-EED jkompli jikkoopera ma' organizzazzjonijiet b'bażi Ewropea bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa, l-IDEA (l-Istitut Internazzjonali għad-Demokrazija u l-Għajnuna Elettorali), u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, skont l-Istatuti tal-EED;

41.

Jistieden lill-EED jrawwem kooperazzjoni ma' atturi ewlenin u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u nazzjonali attivi fil-qasam ta' għajnuna għad-demokrazija li jew huma bbażati fl-UE jew jaħdmu f'pajjiżi fejn jopera l-EED;

42.

Iħeġġeġ lill-EED jidentifika perkorsi possibbli ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili, inkluż il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u l-Fondazzjoni Anna Lindh;

Aktar rakkomandazzjonijiet

43.

Jistieden lill-EED jkompli jiżviluppa mezzi u strumenti ġodda u innovattivi għall-għajnuna għad-demokrazija, inkluż għall-atturi politiċi jew attivisti, u jaqsam l-aħjar prattiki sabiex jaġġusta l-klima li qiegħda tikber ta' restrizzjoni f'għadd ta' pajjiżi b'reġimi awtoritarji, b'mod partikolari fir-rigward ta' midja ġdida u inizjattivi ta' bażi f'dawn il-pajjiżi; jissottolinja l-importanza, f'dan il-kuntest, tal-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi għall-pajjiżi;

44.

Jappella, f'isem l-ispirtu demokratiku tiegħu, sabiex ikun garantit li l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EED tirrappreżenta l-gruppi politiċi kollha, abbażi tas-sistema d'Hondt;

45.

Jilqa' s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-kisbiet tal-EED s'issa, u jqis li ż-żieda fl-enfasi tal-uniċità u tal-valur miżjud tal-EED u komunikazzjoni dwar is-suġġetti b'mod wiesa' u fuq bażi regolari jżidu l-kapaċità tal-ġbir tal-fondi tal-EED;

o

o o

46.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Fond Ewropew għad-Demokrazija.


(1)  ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 13.

(2)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0470.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0076.

(5)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.

(6)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.

(7)  http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%209908%202009%20INIT

(8)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-111250-2009-INIT/mt/pdf

(9)  https://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/118433.pdf

(10)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/EN/foraff/122917.pdf

(11)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/126505.pdf

(12)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/131171.pdf

(13)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/131181.pdf

(14)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/135130.pdf

(15)  http://eeas.europa.eu/library/publications/2013/3/2013_eeas_review_mt.pdf

(16)  Artikolu 2 tal-Istatuti tal-EED – disponibbli mill-indirizz: https://www.democracyendowment.eu/about-eed/


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/137


P8_TA(2015)0275

Sitwazzjoni fil-Burundi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (2015/2723(RSP))

(2017/C 265/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Burundi,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-10 ta' April 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Burundi,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Burundi,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-Kapijiet ta' Stat tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant fil-31 ta' Mejju 2015 f'Dar es Salaam, it-Tanzanija,

wara li kkunsidra l-appell urġenti magħmul minn ex-Kapijiet ta' Stat, partiti politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Burundjani fit-28 ta' Mejju 2015 f'Bujumbura,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi adottati fis-summit tal-Unjoni Afrikana tat-13 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Burundi tat-22 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar is-sospensjoni tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE għall-Burundi tat-28 ta' Mejju 2015 u d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi tad-29 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-14 ta' Ġunju 2015 li tissospendi l-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Assemblea għall-Burundi minħabba s-sitwazzjoni fil-pajjiż,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-qasam tal-Libertà tal-Espressjoni, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2014 li fihom impenjat ruħha li tintensifika l-ħidma tagħha dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza (ACDEG),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 96 tal-Kostituzzjoni tal-Burundi u l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim ta' Arusha għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni jistipulaw li president jista' jibqa' fil-kariga għal żewġ manadati biss; billi l-President Pierre Nkurunziza ilu fil-kariga mill-2005, peress li ġie elett mill-ġdid fl-2010 f'elezzjoni li ġiet ibbojkottjata mill-oppożizzjoni wara li din akkużat lill-gvern b'intimidazzjoni;

B.

billi fis-26 ta' April 2015 il-President Nkurunziza ħabbar li kien se joħroġ għat-tielet mandat – filwaqt li ġġustifika l-eliġibbiltà tiegħu abbażi tal-fatt li għall-ewwel mandat tiegħu kien inħatar mil-leġiżlaturi –, u b'hekk xeħet lill-pajjiż fi kriżi u kkawża protesti mifruxa u kolp ta' stat militari f'Mejju 2015 li ma rnexxiex;

C.

billi, wara din l-aħbar, 17-il uffiċjal ġew arrestati fl-14 ta' Mejju 2015 wara li falla tentattiv ta' kolp ta' stat immexxi mill-ex-Maġġur Ġenerali tal-armata Godefroid Niyombare, li ħarab mill-pajjiż, u wara dan it-tentattiv aktar minn 70 ruħ inqatlu fi vjolenza u f'sensiela ta' attakki bil-granati;

D.

billi żewġ membri anzjani tal-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI) ħarbu mill-pajjiż, hekk kif ħarbu wkoll imħallef anzjan tal-Qorti Kostituzzjonali bl-inkarigu li jagħti deċiżjoni dwar il-legalità tat-tielet mandat tal-President, u l-Ispeaker tal-Assemblea Nazzjonali, minħabba l-biża' għas-sikurezza tagħhom stess; billi fil-25 ta' Ġunju 2015 il-Viċi President tal-Burundi Gervais Rufyikiri ħarab ukoll mill-pajjiż wara li tefa' dubju fuq l-eliġibbiltà tal-President għat-tielet mandat;

E.

billi l-pulizija użaw forza eċċessiva f'repressjoni fuq dimostranti paċifiċi, li rriżultat fi mwiet; billi ċ-ċifri tal-pulizija jindikaw li 892 ruħ ġew arrestati b'rabta mal-protesti bejn is-26 ta' April u t-12 ta' Mejju 2015 u mbagħad 568 ġew rilaxxati; billi 280 detenut ġew trasferiti lejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku;

F.

billi l-vjolenza qed tiggrava minħabba l-azzjonijiet tal-milizja marbuta mal-awtoritajiet; billi l-NGOs u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikkundannaw l-infiltrazzjoni tal-pulizija u l-forzi armati mill-milizja tas-CNDD-FDD (Kunsill Nazzjonali għad-Difiża tad-Demokrazija – Forzi għad-Difiża tad-Demokrazija);

G.

billi l-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili bbojkottjaw l-elezzjonijiet minħabba l-użu partiġjan tal-istituzzjonijiet tal-istat, il-vjolenza u l-intimidazzjoni mill-milizja taż-żgħażagħ tas-CNDD-FDD (l-Imbonerakure), nuqqas ta' fiduċja fis-CENI (il-kummissjoni elettorali nazzjonali indipendenti tal-Burundi), u l-istrateġiji tal-gvern maħsuba biex inaqqsu l-inklużività tal-proċess elettorali, inklużi d-diffikultajiet fir-reġistrazzjoni tal-votanti u t-tfassil mill-ġdid tal-konfini elettorali, li jiffavorixxu l-partit fil-gvern; billi s-sitwazzjoni ġiegħlet lill-Knisja Kattolika tal-Burundi tirtira s-saċerdoti li kienet ħatret biex jgħinu fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, filwaqt li qalet li “ma tistax tappoġġa elezzjonijiet li huma mimlija nuqqasijiet”;

H.

billi l-partit fil-poter tal-Burundi bbojkottja l-issoktar tat-taħdidiet ta' medjazzjoni taħt l-awspiċji tal-faċilitatur tan-NU Abdoulaye Bathily, li talbu r-riżenja talbu, u l-grupp ta' “ffaċilitar” li jikkonsisti minn rappreżentanti tan-NU, l-Unjoni Afrikana (UA), l-EAC u l-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR);

I.

billi l-komunità internazzjonali għandha rwol sinifikanti fir-reġjun bħala l-garanti tal-Ftehimiet ta' Arusha, u billi istituzzjonijiet bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali huma ta' importanza kbira fit-twettiq ta' inkjesti indipendenti dwar il-vjolenza u d-delitti mwettqa fil-Burundi;

J.

billi, minkejja appelli mill-komunità internazzjonali biex l-elezzjonijiet jiġu posposti u minkejja li kienu soġġetti għal bojkott mis-soċjetà ċivili u mill-oppożizzjoni, l-elezzjonijiet leġiżlattivi saru fid-29 ta' Ġunju 2015 u l-elezzjonijiet presidenzjali huma skedati għall-15 ta' Lulju 2015;

K.

billi fid-29 ta' Ġunju 2015 l-UE rtirat il-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tagħha għall-Burundi, billi kienet tal-fehma li jekk jiġu organizzati elezzjonijiet leġiżlattivi mingħajr ma jkun hemm fis-seħħ il-kundizzjonijiet minimi biex jiġu żgurati l-kredibbiltà, it-trasparenza u l-inklużività tagħhom, dan seta' biss jaggrava l-kriżi;

L.

billi osservaturi tan-NU ddikjaraw li l-elezzjoni tad-29 ta' Ġunju 2015 saret “fi kriżi politika mimlija tensjoni u klima ta' biża' u intimidazzjoni mifruxa f'partijiet tal-pajjiż”, u għalhekk ikkonkludew li “l-ambjent ma kienx favorevoli għal elezzjonijiet ħielsa, kredibbli u inklużivi”;

M.

billi l-proċess elettorali għadu serjament imfixkel minn restrizzjonijiet fuq il-midja indipendenti, użu eċċessiv ta' forza kontra d-dimostranti, klima ta' intimidazzjoni għall-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili, u nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet elettorali, sitwazzjoni li wasslet biex l-UE tissospendi l-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tagħha;

N.

billi l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC) u l-Unjoni Afrikana (UA) ddikjaraw li bħalissa mhumiex fis-seħħ kundizzjonijiet favorevoli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet u li mhux se jkun possibbli li tali kundizzjonijiet jiddaħħlu fis-seħħ fiż-żmien previst fil-Kostituzzjoni tal-Burundi;

O.

billi l-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) tgħid li madwar 127 000 ruħ ħarbu mill-Burundi lejn stati ġirien, fatt li ħoloq emerġenzi umanitarji fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fir-Rwanda u fit-Tanzanija, fejn ġiet irrappurtata tifqigħa ta' kolera;

P.

billi l-impass politiku fil-Burundi u s-sitwazzjoni ekonomika u tas-sigurtà li qed tiddeterjora għandhom konsegwenzi serji għall-popolazzjoni u huma ta' riskju għar-reġjun kollu kemm hu, filwaqt li l-Burundi qed jiffaċċja l-agħar kriżi tiegħu sa mill-gwerra ċivili bi sfond etniku ta' 12-il sena li fiha huwa stmat li mietu 300 000 ruħ sal-2005;

Q.

billi, b'reazzjoni għal riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari r-referenzi fihom għall-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, ir-rappreżentanti tal-UE insistew fuq il-ħtieġa ta' parteċipazzjoni inklużiva fil-proċess elettorali mill-forzi politiċi kollha tal-pajjiż, bi qbil mal-pjan direzzjonali tal-elezzjoni u l-Kodiċi ta' Kondotta fi Kwistjonijiet Elettorali (Code de bonne conduite en matière électorale);

R.

billi l-UE ssospendiet il-ħlas tal-ammont pendenti ta' EUR 1,7 miljun f'appoġġ elettorali għall-Burundi, peress li l-prekundizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-kredibbiltà u l-funzjonament bla xkiel tal-proċess elettorali b'mod li huwa paċifiku, inklużiv u trasparenti u li ma jiksirx il-libertajiet politiċi, inkluża l-libertà tal-espressjoni, attwalment mhumiex fis-seħħ;

S.

billi l-Belġju ħabbar ukoll is-sospensjoni tal-għajnuna elettorali, filwaqt li għażel li jżomm nofs l-EUR 4 miljun li kien alloka għall-elezzjonijiet u rtira minn ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-pulizija ta' EUR 5 miljun iffinanzjat b'mod konġunt man-Netherlands; billi Franza ssospendiet ukoll il-kooperazzjoni rigward is-sigurtà mal-Burundi, u l-Ġermanja ħabbret is-sospensjoni ta' kull kooperazzjoni bilaterali li tinvolvi lill-Gvern tal-Burundi;

T.

billi d-dritt għal-libertà tal-espressjoni huwa ggarantit mill-Kostituzzjoni tal-Burundi u minn trattati internazzjonali u reġjonali rratifikati mill-Burundi, huwa inkluż fl-Istrateġija Nazzjonali għal Governanza Tajba u l-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni, u huwa kundizzjoni essenzjali għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti, trasparenti u paċifiċi; billi, madankollu, it-trażżin tal-midja huwa kważi totali, bħala riżultat tal-għeluq, f'nofs Mejju, tal-mezzi tax-xandir li jappartjenu lill-privat, l-esodu tal-massa ta' ġurnalisti u t-theddid kostanti kontra dawk li għadhom fil-Burundi;

U.

billi l-UE tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-baġit annwali tal-Burundi, li madwar nofsu ġej mill-għajnuna internazzjonali, u reċentement allokat EUR 432 miljun lill-Burundi – wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja – mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp 2014-2020, biex, fost affarijiet oħra, tassisti fit-titjib tal-governanza u s-soċjetà ċivili;

V.

billi s-sitwazzjoni attwali għandha impatt fuq il-ħajja ekonomika u soċjali tal-Burundjani kollha; billi l-biċċa l-kbira tal-kampusijiet tal-università u l-iskejjel jinsabu magħluqa minħabba d-dimostrazzjonijiet vjolenti fil-belt kapitali, Bujumbura, il-munita lokali sfat iddeprezzata, il-qgħad żdied u d-dħul mit-taxxa naqas, minħabba l-għeluq taċ-ċentri kummerċjali u t-tnaqqis tal-kummerċ mal-istati ġirien;

1.

Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni politika u umanitarja li sejra għall-agħar fil-Burundi u r-reġjun usa'; jitlob għall-waqfien immedjat tal-vjolenza u l-intimidazzjoni politika tal-avversari u d-diżarm immedjat tal-gruppi taż-żgħażagħ armati kollha li huma alleati ma' partiti politiċi; jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-vjolenza u lil dawk li tilfu ħajjithom, u jappella għal għajnuna umanitarja immedjata għal dawk li ġew sfurzati jaħarbu minn djarhom;

2.

Jikkundannaid-deċiżjoni tal-Gvern tal-Burundi li jibqa' għaddej bl-elezzjonijiet minkejja s-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà prevalenti kritika u minħabba li l-proċess elettorali ġie mgħarraq serjament mir-restrizzjonijiet fuq il-midja indipendenti, l-użu eċċessiv tal-forza kontra d-dimostranti, klima ta' intimidazzjoni għall-partiti tal-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili u nuqqas ta' fiduċja fl-awtoritajiet elettorali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Burundjani jipposponu l-elezzjonijiet presidenzjali li huma ffissati għall-15 ta' Lulju 2015 skont it-talbiet tal-Unjoni Afrikana u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-isforzi biex jinħoloq ambjent li jwassal għal proċess elettorali paċifiku, kredibbli, ħieles u ġust;

3.

Jistieden lil dawk kollha involuti fil-proċess elettorali, inklużi l-korpi responsabbli mill-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u s-servizzi tas-sigurtà, biex jonoraw l-impenji li ħadu fil-Ftehim ta' Arusha, u jfakkar li dan il-ftehim temm il-gwerra ċivili u huwa l-pedament li fuqha hija mibnija l-Kostituzzjoni tal-Burundi; jissottolinja l-importanza ta' ftehim kunsenswali dwar il-kalendarju elettorali fuq il-bażi ta' valutazzjoni teknika li għandha ssir min-NU;

4.

Jenfasizza, għal darb'oħra, li huwa biss permezz ta' djalogu u kunsens, li jinvolvu lill-Gvern tal-Burundi, l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili b'konformità mal-Ftehim ta' Arusha u l-Kostituzzjoni tal-Burundi, li tista' tinstab soluzzjoni politika dejjiema fl-interess tas-sigurtà u d-demokrazija għall-poplu kollu tal-Burundi; jistieden lill-partijiet ikkonċernati tal-Burundi jerġgħu jibdew id-djalogu dwar l-oqsma kollha fejn hemm nuqqas ta' qbil; jappoġġa, għalhekk, l-isforzi ta' medjazzjoni li qed isiru mill-UA, l-EAC u n-NU, u lest li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifiċi mħabbra reċentement mill-UA;

5.

Jesprimi, għal darba oħra, l-appoġġ tiegħu għall-isforzi kontinwi li qed tagħmel l-EAC, u jenfasizza r-rilevanza tal-miżuri li sar qbil dwarhom fis-summits li saru f'Dar es Salaam fit-13 u l-31 ta' Mejju 2015, inkluża t-talba għall-posponiment tal-elezzjonijiet u l-waqfien immedjat tal-vjolenza, id-diżarm tal-gruppi taż-żgħażagħ affiljati ma' partiti politiċi, il-bidu ta' djalogu fost il-partijiet ikkonċernati Burundjani, u l-impenn min-naħa tar-reġjun li ma joqogħdux passivi jekk is-sitwazzjoni tmur għall-agħar, ħaġa li tipprovdi qafas għal soluzzjoni politika u kunsenswali għall-kriżi;

6.

Ifakkar li s-sħubija tal-UE mal-Burundi hija rregolata bil-Ftehim ta' Cotonou, u li l-partijiet kollha huma marbuta li jirrispettaw u jimplimentaw it-termini ta' dak il-ftehim, b'mod partikolari r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-Burundi ffirma u rratifika wkoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, u għalhekk huwa obbligat li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem universali u l-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-Gvern tal-Burundi, għalhekk, biex jippermetti li jseħħ dibattitu politiku ġenwin u miftuħ mingħajr biża' ta' intimidazzjoni, u biex iżomm lura milli juża ħażin il-ġudikatura biex jeskludi lir-rivali politiċi;

7.

Jieħu nota tad-djalogu li sar bejn l-UE u l-awtoritajiet tal-Burundi skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou; jemmen, madankollu, li hemm ksur kontinwu tal-elementi essenzjali u fundamentali tal-Ftehim ta' Cotonou, b'mod partikolari r-rispett għall-prinċipji fundamentali demokratiċi u tal-bniedem, u jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tibda proċeduri skont l-Artikolu 96 bil-ħsieb li jittieħdu miżuri xierqa;

8.

Jistieden ukoll lill-Kummissjoni, għal dan l-għan, biex tivvaluta mill-ġdid l-għajnuna tal-UE b'urġenza bl-għan li tiddevjaha, li żżid l-appoġġ finanzjarju għas-soċjetà ċivili u li tiffoka fuq l-għajnuna umanitarja pjuttost milli fuq l-appoġġ baġitarju ċentrali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu r-rwol ta' min ifaħħru tal-armata tal-Burundi fil-missjoni ta' żamma tal-paċi fis-Somalja;

9.

Jingħaqad mal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta' Ġunju 2015 fl-istedina lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) biex tħejji lista ta' miżuri restrittivi mmirati u ta' projbizzjonijiet tal-viża u l-ivvjaġġar kontra dawk responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, flimkien ma' dawk li attivament jimpedixxu soluzzjoni politika fil-qafas propost mill-UA u l-EAC, u jitlob ukoll lill-VP/RGħ tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffriżati l-assi ta' dawn l-individwi kollha fl-Istati Membri tal-UE;

10.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-numru ta' vittmi u n-numru ta' każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtati sa mill-bidu tal-kriżi, b'mod partikolari dawk l-abbużi attribwiti lill-membri tal-Imbonerakure; jinnota l-intimidazzjoni u r-riskji li jħabbtu wiċċhom magħhom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi u l-ġurnalisti u l-arrest arbitrarju ta' membri tal-partiti tal-oppożizzjoni; jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni ta' dawk kollha li ġew arrestati b'riżultat tal-eżerċizzju tad-dritt tagħhom ta' għaqda paċifika u ta' espressjoni;

11.

Jitlob b'insistenza li l-vjolenza u l-intimidazzjoni mwettqa mill-Imbonerakure jintemmu minnufih; jistieden lis-CNDD-FDD jieħu azzjoni immedjata biex jiddiżarma l-milizzja taż-żgħażagħ u biex il-membri tagħha ma jibqgħux jintimidaw u jattakkaw l-avversarji, u jiżgura li dawk responsabbli mill-abbużi jitressqu l-qorti; jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali indipendenti dwar affermazzjonijiet li s-CNDD-FDD jarma u jħarreġ it-taqsima taż-żgħażagħ tiegħu; bl-istess mod, iħeġġeġ lill-mexxejja tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jipprevjenu li titwettaq vjolenza kontra l-avversarji tagħhom;

12.

Itenni li m'għandux ikun hemm impunità għal dawk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, li jridu jinżammu individwalment responsabbli u jagħtu rendikont f'qorti tal-ġustizzja; iqis li huwa ta' importanza partikolari li l-iskjerament ta' osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u esperti militari mħabbar mill-UA jibda minnufih;

13.

Jinnota li tentattivi ta' ċerti forzi li jittrasformaw l-irvellijiet f'kunflitt etniku qed ifallu, u li d-diviżjonijiet politiċi fil-Burundi mhumiex espliċitament etniċi; jemmen li dan juri s-suċċess tal-Ftehimiet ta' Arusha fl-istabbiliment ta' armata u forza tal-pulizija etnikament bilanċjata; jistieden lill-prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali biex għaldaqstant jimmonitorja mill-qrib lil dawn il-midja għat-tixwix għall-mibegħda etnika, kif ukoll għad-diskorsi mill-mexxejja politiċi;

14.

Itenni, f'dan il-kuntest, l-importanza tar-rispett tal-Kodiċi ta' Kondotta fi Kwistjonijiet Elettorali u tal-pjan direzzjonali elettorali nnegozjat min-NU li ġie ffirmat mill-atturi politiċi fl-2013, u jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi reġjonali u tan-NU għall-prevenzjoni ta' żieda ulterjuri fil-vjolenza politika;

15.

Jitlob li jitneħħew minnufih ir-restrizzjonijiet fuq il-midja u l-aċċess għall-internet, u jiddenunzja għal darb'oħra l-attakki ripetuti fuq Radio Publique Africaine, li jservi bħala wieħed mis-sorsi prinċipali ta' aħbarijiet tal-pajjiż; iqis li ma jistgħux isiru elezzjonijiet leġittimi sakemm il-kumpaniji tal-midjaa ma jkunux jistgħu joperaw mingħajr restrizzjonijiet, u l-ġurnalisti ma jkunux jistgħu jirrappurtaw mingħajr intimidazzjoni;

16.

Ifaħħar ir-rwol tal-organizzazzjonijiet umanitarji u tal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-viċinat li qed jindirizzaw il-bżonnijiet ta' dawk li qed jaħarbu mill-kriżi u qed joffru protezzjoni lir-refuġjati; jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni ta' EUR 1,5 miljun addizzjonali biex tittaffa s-sitwazzjoni umanitarja; iwissi, madankollu, li l-impenji jridu jiġu rduppjati b'urġenza kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri tagħha, minħabba l-influss enormi ta' refuġjati f'reġjun li diġà huwa fraġli, b'tifqigħat irrappurtati ta' kolera u b'rapporti allarmanti ta' vjolenza sesswali; jissottolinja l-importanza ta' strateġija fit-tul mhux biss għall-assistenza medika u nutrizzjonali iżda anke għall-assistenza psikoloġika u ta' reintegrazzjoni għal dawk li ġew imġiegħla jaħarbu;

17.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iwettqu l-impenji kollha li ħadu fir-rigward tal-Pjan ta' Reazzjoni Reġjonali għar-Rifuġjati tal-Burundi tan-NU, li jirrikjedi USD 207 miljun sa Settembru 2015 sabiex jassisti lill-200 000 refuġjat mistennija mill-Burundi, anke permezz ta' żieda fl-għotjiet eżistenti lir-reġjun;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern tal-Burundi u lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-gvernijiet tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/142


P8_TA(2015)0276

Il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew id-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Kommemorazzjoni ta’ Srebrenica (2015/2747(RSP))

(2017/C 265/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2005 (1) u tal-15 ta’ Jannar 2009 (2) dwar Srebrenica,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jirrikonoxxi d-dritt ta’ kulħadd għall-ħajja, il-libertà u s-sigurtà tal-persuna u għal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2015,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 827 tal-25 ta' Mejju 1993, 1551 tal-9 ta' Lulju 2004, u 1575 tat-22 ta' Novembru 2004 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-11 ta’ Lulju 2015 jimmarka l-20 anniversarju mill-att ta’ ġenoċidju u tindif etniku li seħħ f’Srebrenica u madwarha tul il-Gwerra tal-Bożnija, li għandu jservi bħala tfakkira mġedda tal-perikoli ta’ forom estremi ta’ nazzjonaliżmu u intolleranza fis-soċjetà, li jkomplu jiġu aggravati fil-qafas ta’ gwerra;

B.

billi, fil-11 ta’ Lulju 1995, il-belt ta’ Srebrenica fil-Bożnija, li kienet ġiet iddikjarata żona sikura mir-Riżoluzzjoni 819 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-16 ta’ April 1993, waqgħet f'idejn il-forzi Bożnijaċi-Serbi mmexxija mill-Ġeneral Ratko Mladić, li aġixxa taħt l-awtorità tal-ex President tar-Repubblika Srpska, Radovan Karadžić;

C.

billi, matul bosta ġranet ta' massakru wara l-waqgħa ta' Srebrenica, aktar minn 8 000 raġel u tifel Musulman, li kienu fittxew rifuġju f'din iż-żona taħt il-protezzjoni tal-Forza ta' Protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNPROFOR), inqatlu sommarjament minn forzi Bożnijaċi-Serbi mmexxija mill-Ġeneral Mladić u minn unitajiet paramilitari, inklużi unitajiet tal-pulizija irregolari; billi kważi 30 000 mara, tifel u tifla u anzjan tkeċċew bil-forza f'kampanja ta' tindif etniku fuq skala enormi, u għalhekk din il-ġrajja tirrappreżenta l-akbar delitt tal-gwerra li seħħ fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija;

D.

billi l-avvenimenti traġiċi ta’ Srebrenica ħallew feriti emozzjonali profondi fuq dawk li baqgħu ħajjin u ħolqu ostakli permanenti għar-rikonċiljazzjoni politika fost il-gruppi etniċi fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiH);

E.

billi l-massakru ta’ Srebrenica ġie rikonoxxut bħala ġenoċidju kemm mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) f’Sentenza tal-Appell, Prosekutur vs Radislav Krstić, Kawża Nru.: IT-99-33 tad-19 ta’ April 2004, u l-qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fil-Kawża li tikkonċerna l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Pieni tad-Delitt tal-Ġenoċidju (Bożnija-Ħerzegovina vs Serbja u Montenegro) tas-27 ta’ Frar 2007, p. 127, § 297 (ICJ);

F.

billi l-vjolazzjonijiet multipli tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra twettqu mill-forzi Bożnijaċi-Serbi kontra l-popolazzjoni ċivili ta’ Srebrenica, inklużi d-deportazzjonijiet ta’ eluf ta’ nisa, tfal u anzjani u l-istupru ta’ għadd kbir ta’ nisa;

G.

billi, minkejja l-isforzi li saru biex jinstabu u jiġu eżumati oqbra individwali u tal-massa, l-iġsma ta' kważi 1 200 raġel u tifel minn Srebrenica għadhom ma nstabux u ma ġewx identifikati;

H.

billi fl-1999 is-Segretarju Ġenerali tan-NU fir-rapport tiegħu dwar il-waqgħa ta' Srebrenica ddikjara li n-NU fallew fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-hekk imsejħa “żoni sikuri” u għaldaqstant jaqsmu wkoll ir-responsabilità;

I.

billi l-UE hija mibnija fuq koeżistenza paċifika u kooperazzjoni b’impenn bejn il-membri tagħha; billi waħda mill-motivazzjonijiet ewlenin tagħha għall-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea hija r-rieda li tipprevjeni r-rikorrenza ta’ gwerer u delitti kontra l-liġi umanitarja internazzjonali fl-Ewropa;

J.

billi, fit-30 ta' Jannar 2015 l-ICTY ikkonferma s-sentenzi ta' ħames uffiċjali għoljin tal-armata Bożnijaka-Serba li nstabu ħatja tal-involviment tagħhom fil-ġenoċidju ta' Srebrenica tal-1995; billi wħud mill-uffiċjali li nstabu ħatja rrappurtaw direttament lill-ex mexxej tal-armata Bożnijaka-Serba Ratko Mladić, li attwalment għaddej proċess kontrih fl-ICTY għal delitti li jinkludu l-ġenoċidju;

1.

Ifakkar u jonora l-vittmi kollha tal-ġenoċidju ta' Srebrenica u tal-atroċitajiet imwettqa matul il-gwerer fl-ex Jugoslavja; jesprimi l-kondoljanzi u s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi, li ħafna minnhom qed jgħixu mingħajr konferma finali tad-destin li kellhom qrabathom;

2.

Jikkundanna bil-mod l-aktar qawwi possibbli l-ġenoċidju f’Srebrenica; jiddikjara solennement li tali delitti orrendi ma għandhom qatt jerġgħu jseħħu u jiddikjara li jagħmel kull ma huwa fil-poter tiegħu biex jipprevjeni li tali atti jerġgħu jseħħu; jirrifjuta bil-qawwa kull ċaħda, relativizzazzjoni jew miżinterpretazzjoni tal-ġenoċidju;

3.

Jenfasizza l-ħtieġa li r-rappreżentanti politiċi fil-Bożnija u l-Ħerzegovina jirrikonoxxu l-passat sabiex jaħdmu flimkien b’suċċess lejn futur aħjar għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż; jenfasizza r-rwol importanti li l-pajjiżi ġirien, l-awtoritajiet reliġjużi, is-soċjetà ċivili, l-arti, il-kultura, il-midja u s-sistemi edukattivi jistgħu jaqdu f’dan il-proċess diffiċli;

4.

Jissottolinja l-importanza tal-ħidma magħmula mill-ICTY u l-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċessi u l-appelli jiġu aċċelerati u jintemmu mingħajr dewmien żejjed; itenni li għandha tingħata attenzjoni akbar lill-proċessi dwar delitti tal-gwerra fil-livell domestiku;

5.

Itenni l-impenn tal-UE lejn il-perspettiva Ewropea u t-tkomplija tal-proċedura ta’ adeżjoni tal-BiH u tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent; jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u l-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea huma l-aħjar mod biex tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni u biex jingħelbu l-mibegħda u d-diviżjonijiet;

6.

Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi u kulturali li jippromwovu komprensjoni tal-kawżi ta’ tali atroċitajiet u jqajmu kuxjenza dwar il-ħtieġa li titrawwem il-paċi u jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u t-tolleranza fost ir-reliġjonijiet; jesprimi l-appoġġ tiegħu għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħall-Assoċjazzjoni tal-Ommijiet ta' Srebrenica u l-enklavi ta' Žepa minħabba fir-rwol ċentrali tagħhom biex iżidu s-sensibilizzazzjoni u jibnu bażi usa' għar-rikonċiljazzjoni fost iċ-ċittadini kollha tal-pajjiż;

7.

Jisgħobbih li l-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, li għandu r-responsabbiltà ewlenija għaż-żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali, naqqas milli jgħaddi riżoluzzjoni li tikkommemora il-ġenoċidju ta' Srebrenica. Din hija speċjaliment ħasra, billi l-Qorti tad-Ġustizzja Internazzjonali, il-korp ġuridiku ewlieni tan-NU, iddetermina li r-reati mwettqa f'Srebrenica kienu ġenoċidju;

8.

Jilqa bil-qawwa d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina, meħuda b'mod unanimu, li jiddikjara l-11 ta' Lulju bħala Jum ta' Luttu fil-Bożnija-Ħerżegovina;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-entitajiet tiegħu, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.


(1)  ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 468.

(2)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 111.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/144


P8_TA(2015)0277

L-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions (2015/2756(RSP))

(2017/C 265/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Ġunju 2015 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta' April 2015 dwar it-tieni rapport perjodiku dwar il-Kambodja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta' Awwissu 2014 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja,

wara li kkunsidra d-diversi konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87) u d-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98),

wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-1997 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-soċjetà ċivili enerġika tal-Kambodja, partikolarment l-attivisti li jaħdmu fuq il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-fondi, il-membri tat-trade unions, il-ġurnalisti u l-membri tal-partit fl-oppożizzjoni, żvolġew rwol korrettiv importanti;

B.

billi fil-5 ta' Ġunju 2015 il-Gvern tal-Kambodja approva l-abbozz ta' Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (LANGO); billi l-abbozz ta' liġi kien intbagħat lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kambodja għal rieżami fis-16 ta' Ġunju 2015;

C.

billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar sieħeb tal-Kambodja f'termini ta' assistenza għall-iżvilupp, b'allokazzjoni ġdida għall-perjodu 2014-2020 li tammonta għal EUR 410 miljun; billi l-Unjoni Ewropea ssostni l-firxa wiesgħa ta' inizjattivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jwettqu l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili l-oħrajn tal-Kambodja u osservat ukoll l-elezzjonijiet nazzjonali u muniċipali barra milli forniet sostenn favur il-proċess elettorali; billi l-Kambodja tiddependi ħafna mill-assistenza għall-iżvilupp;

D.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni ddikjara li s-soċjetà ċivili tal-Kambodja tħalliet barra mill-proċess ta' abbozzar tal-LANGO;

E.

billi bosta NGOs rinomati indikaw li l-LANGO ssegwi tentattivi preċedenti, li sussegwentement ġew irtirati bħala risposta għall-oppożizzjoni nazzjonali u internazzjonali, intiżi biex tiġi promulgata liġi li tkun timponi restrizzjonijiet inġustifikati fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u tifrex is-sisien ġuridiċi li fuqhom tingħalaq jew tinċaħad arbitrarjament ir-reġistrazzjoni lill-NGOs li ma jgawdux mill-approvazzjoni politika, inklużi dawk li jimpjegaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

F.

billi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni tal-Kambodja u d-dritt ta' parteċipazzjoni politika fl-Artikolu 35 tal-istess Kostituzzjoni;

G.

billi d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika huwa minqux fil-Kostituzzjoni tal-Kambodja, fl-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 21 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

H.

billi d-dritt ta' parteċipazzjoni fl-iżvolġiment tal-affarijiet pubbliċi huwa minqux fl-Artikolu 25 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u billi l-libertà ta' assoċjazzjoni, imħarsa mill-Artikolu 22 ta' tali Patt, tirrappreżenta żieda essenzjali għal din il-parteċipazzjoni u spiss hija t-triq li twassal għaliha; billi t-trasparenza u r-responsabilità huma elementi essenzjali għal demokrazija funzjonanti;

I.

billi huwa mistenni li l-pajjiż se jitlef bejn USD 600 miljun u USD 700 miljun fi proġetti ta' żvilupp fis-sena ladarba tkun adottata l-liġi; billi l-LANGO tpoġġi restrizzjonijiet fuq il-baġits, li jkunu jheddu t-tmexxija min-naħa tal-NGOs internazzjonali ta' proġetti effikaċi f'termini ta' spejjeż;

J.

billi l-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions tkun tikser id-dritt għall-organizzazzjoni u tillimita b'mod gravi d-drittijiet tat-trade unions indipendenti, inklużi dawk eżistenti; billi l-abbozz ta' liġi jistabbilixxi soll minimu irraġonevolment għoli għall-għadd ta' ħaddiema li jkollhom jissieħbu qabel ma t-trade union tkun tista' tiġi kkostitwita (20 %); billi l-abbozz ta' liġi tagħti poteri wesgħin lill-uffiċjali tal-Ministeru tax-Xogħol fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istrajkijiet u s-sospensjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade unions fuq bażijiet debboli u mingħajr proċess ġust; billi l-abbozz ta' liġi jeskludi lill-ħaddiema nazzjonali mid-dritt li jingħaqdu fi trade union, u jistabbilixxi rekwiżit ta' litteriżmu għall-mexxejja tat-trade unions, fatt li jiddiskrimina kontra n-nisa u l-barranin, jipprojbixxi l-kuntatti mal-NGOs u jwaħħal multi ineffikaċement baxxi lil min iħaddem li jikser il-leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol;

K.

billi mill-konsultazzjoni ta' Mejju 2014 li stiednet il-parteċipazzjoni tal-gruppi lokali attivi fid-drittijiet għax-xogħol, l-awtoritajiet tal-Kambodja għadhom ma organizzawx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-abbozzi ta' liġijiet sussegwenti; billi t-tħabbiriet perjodiċi ppubblikati fil-mezzi tal-komunikazzjoni mill-uffiċjali tal-gvern indikaw li l-liġi dwar it-trade unions se tkun promulgata fl-2015;

L.

billi madwar 5 000 NGO huma reġistrati fil-Kambodja u jfornu assistenza f'oqsma bħal ma huma d-drittijiet tal-bniedem, l-assistenza tas-saħħa, is-soċjetà ċivili u l-agrikoltura;

M.

billi fis-16 ta' Ġunju 2015 il-Prim Ministru Hun Sen, f'laqgħa mal-Ambaxxatur tal-UE, Jean-Françoi Cautain, iddikjara li l-Assemblea Nazzjonali kienet qiegħda tippjana li twettaq konsolidament tal-abbozz ta' liġi dwar l-NGOs, u esprima x-xewqa tiegħu li jinkludi lis-soċjetà ċivili u lis-sħab tal-iżvilupp fil-konsultazzjoni;

1.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jirtira l-abbozz tal-LANGO;

2.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jirrikonoxxi r-rwol leġittimu u utli li jiżvolġu s-soċjetà ċivili, it-trade unions u l-oppożizzjoni politika huma u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u politiku ġenerali tal-Kambodja; ifakkar li s-soċjetà ċivili hija wieħed mill-pilastri ewlenin tal-iżvilupp ta' kwalunkwe pajjiż; jisħaq fuq il-fatt li l-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet u l-NGOs għandha toħloq ambjent favorevoli biex is-soċjetà ċivili tkompli tagħti l-kontribut tagħha għall-iżvilupp tal-Kambodja;

3.

Jistieden lill-Gvern tal-Kambodja jirtira l-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions, jiddivulga pubblikament l-abbozz attwali u jikkonsulta lill-esperti u lill-membri tat-trade unions biex isir rieżami tiegħu, f'konformità mad-dritt internazzjonali u mal-konvenzjonijiet tal-ILO, partikolarment dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87) u d-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98), qabel ma jerġa' jressaq l-abbozz għall-eżami;

4.

Jissekonda d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti li tali leġiżlazzjoni għandha tkun adottata biss permezz ta' proċess parteċipattiv komprensiv, biżżejjed inklużiv li jippermetti li l-partijiet interessati kollha jimpenjaw ruħhom favur is-sustanza tagħha;

5.

Jitlob li s-soċjetà ċivili u l-poplu tal-Kambodja jiġu konċessi biżżejjed żmien għar-rieżami u għall-konsultazzjonijiet dwar kwalunkwe leġiżlazzjoni, bil-għan li jkunu jistgħu jressqu l-osservazzjonijiet lir-rappreżentanti eletti tagħhom qabel ma ssir il-votazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni;

6.

Iħeġġeġ li kwalunkwe abbozz ta' leġiżlazzjoni jirrispetta l-libertajiet tal-kelma, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, li l-Kambodja ntrabtet li tirrispetta bis-saħħa tar-ratifika tagħha tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u ma għandix tpoġġi restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-kapaċità tas-soċjetà ċivili li topera b'mod effikaċi u liberu;

7.

Jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Kambodja jkompli jsaħħaħ id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, partikolarment il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda;

8.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ssostni l-appell għall-irtirar tal-abbozz tal-LANGO u tal-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions kif ukoll tqajjem din il-kwistjoni mal-Gvern tal-Kambodja mill-aktar fis;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarjat tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, lill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Renju tal-Kambodja.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/147


P8_TA(2015)0278

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari l-każ ta' Yves Makwambala u Fred Bauma, żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari l-każ ta' Yves Makwambala u Fred Bauma, żewġ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem detenuti (2015/2757(RSP))

(2017/C 265/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dik tat-12 ta' Settembru 2013 (1), u r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar dan is-suġġett,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-kelliem għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dik tal-21 ta' Jannar 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Frar 2015,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2015 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Jannar 2015 tal-Mibgħuta Internazzjonali għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta għall-istampa tat-12 ta' Frar 2015 mir-Rapporteur Speċjali tal-Unjoni Afrikana (UA) dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-Rapporteur Speċjali tal-UA dwar il-Ħabsijiet u l-Kundizzjonijiet ta' Detenzjoni fl-Afrika dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem wara l-avvenimenti marbuta mal-emenda għal-Liġi Elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet irratifikata mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fl-1982,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari l-Artikoli 22, 23, 24 u 25 tagħha,

wara li kkunsidra l-appell tal-“Attivisti Filimbi Ħielsa” mniedi b'aktar minn 200 grupp tad-drittijiet tal-bniedem fil-15 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi bejn id-19 u l-21 ta' Jannar 2015 faqqgħu protesti madwar il-pajjiż kollu dwar abbozz ta' liġi elettorali li kienet se tippermetti l-estensjoni tal-mandat presidenzjali, liema estensjoni tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni, u li kienet se tirrikjedi t-twettiq ta' ċensiment potenzjalment twil ħafna qabel ma jsiru l-elezzjonijiet nazzjonali;

B.

billi skont l-awtoritajiet 27 ruħ mietu fil-protesti, għalkemm sorsi oħra jirrapportaw 42 każ ta' mewt, u billi 350 ruħ ġew arrestati, u xi wħud minnhom għadhom il-ħabs mingħajr proċess quddiem il-qorti, jew sfaw vittmi ta' għajbien furzat;

C.

billi matul il-protesti f'Jannar 2015 il-gvern għalaq is-servizzi tal-internet u tal-SMSes;

D.

billi, fl-aħħar mill-aħħar, il-liġi elettorali adottata mill-parlament ma kenitx tinkludi d-dispożizzjoni kontroversjali;

E.

billi, hekk kif bdew il-protesti l-awtoritajiet bdew repressjoni fuq l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-politiċi tal-oppożizzjoni li kienu pprotestaw paċifikament kontra din id-dispożizzjoni, inklużi Christopher Ngoyi, Jean-Claude Muyambo, Vano Kiboko u Cyrille Dowe, li għadhom qed jiġu detenuti għal raġunijiet li jidhru motivati politikament;

F.

billi, fil-15 ta' Marzu 2015, l-Aġenzija tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) arrestat u żammet f'detenzjoni aktar minn 30 ruħ mingħajr akkużi waqt it-tnedija ta' Filimbi, moviment taż-żgħażagħ favur id-demokrazija, inklużi parteċipanti internazzjonali u attivisti, mużiċisti, negozjanti u ġurnalisti mir-RDK;

G.

billi l-biċċa l-kbira tal-attivisti u l-partitarji ġew rilaxxati u l-barranin tkeċċew mill-pajjiż, iżda billi Yves Makwambala u Fred Bauma għadhom qed jiġu detenuti fil-ħabs ta' Makala f'Kinshasa u huma akkużati li jappartjenu lil assoċjazzjoni li nħolqot bl-iskop li tattakka lin-nies u lill-proprjetà, tikkonfoffa kontra l-kap ta' stat u tipprova jew teqred jew inkella tbiddel ir-“reġim kostituzzjonali” u tinċita n-nies biex jużaw l-armi kontra l-awtorità statali; billi, barra minn hekk, l-awtoritajiet akkużaw ukoll lil Fred Bauma li ddisturba l-paċi, u lil Yves Makwambala li offenda lill-kap ta' stat fil-pubbliku, waqt li kienu qed jeżerċitaw il-libertà tagħhom ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni;

H.

billi l-moviment Filimbi nħoloq bħala pjattaforma maħsuba biex tħeġġeġ liż-żgħażgħ tar-RDK iwettqu d-dmirijiet ċiviċi tagħhom b'mod paċifiku u responsabbli;

I.

billi f'Marzu u April 2015, f'Goma (ir-RDK tal-Lvant), l-awtoritajiet arrestaw u mbagħad irrilaxxaw mill-anqas 15-il attivista mill-moviment taż-żgħażagħ LUCHA li kienu qed jagħmlu dimostrazzjoni paċifika biex jesiġu r-rilaxx tal-kollegi tagħhom detenuti f'Kinshasa; billi erbgħa minn dawn l-attivisti qed jiffaċċjaw akkużi ta' inċitament għad-diżubbidjenza kontra l-awtorità pubblika;

J.

billi fis-27 ta' Marzu 2015 l-Assemblea Nazzjonali tar-RDK waqqfet missjoni ta' informazzjoni parlamentari biex tiġbor informazzjoni u tirrapporta dwar l-arresti; billi din il-missjoni kkonkludiet fir-rapport tagħha li ma kien hemm ebda evidenza li l-mexxejja u l-parteċipanti Filimbi kienu involuti fi kwalunkwe attakk terroristiku jew delitti vjolenti oħra, jew li kienu qed jippjanaw tali attakki jew delitti, u appellat sabiex tinsab soluzzjoni politika għar-rilaxx immedjat tagħhom;

K.

billi, fil-15 ta' Ġunju 2015, 14-il organizzazzjoni internazzjonali u 220 organizzazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem tar-RDK appellat għar-rilaxx immedjat u inkondizzjonat taż-żewġ attivisti;

L.

billi, f'dan il-kuntest, instab qabar tal-massa b'madwar 421 ġisem f'Maluku, madwar 80 km miċ-ċentru ta' Kinshasa;

M.

billi l-Ministru għall-Ġustizzja reċentement ammetta li s-sistema tal-ġustizzja tar-RDK hija mifnija b'ħafna problemi, inklużi l-klijenteliżmu, l-abbuż mill-influwenza, il-korruzzjoni, l-impunità u l-inġustizzja f'deċiżjonijiet ġudizzjarji;

N.

billi l-libertà tal-istampa hija limitata minn theddid u attakki kontra l-ġurnalisti, u ħafna mill-midja ngħalqu jew ġew iċċensurati illegalment;

O.

billi l-elezzjonijiet nazzjonali li jmiss huma skedati għal Novembru 2016, b'aġenda diffiċli fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-finanzjament tagħhom;

P.

billi s-soċjetà ċivili kellha rwol importanti fir-RDK fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal- 2003, l-elezzjonijiet tal-2006 u l-2011, ir-reviżjoni tal-kuntratti tal-minjieri, is-sospensjoni tar-RDK fl-2013 mill-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi, u l-abbozzar tal-Liġi Elettorali tal-2013 u tal-leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza sesswali;

Q.

billi r-reazzjoni tal-gvern għall-impenn tas-soċjetà ċivili hija tentattiv biex l-attivisti u l-organizzazzjonijiet ta' protezzjoni jiġu trattati bħall-oppożizzjoni politika bil-għan li jdgħajjifhom;

R.

billi f'Ġunju 2014, l-UE bagħtet missjoni elettorali ta' segwitu li indikat il-ħtieġa li jiġi aġġornat ir-reġistru elettorali, il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta fost il-kandidati u l-ħtieġa li jissaħħu l-protezzjoni tal-libertajiet pubbliċi, is-sistema tat-tilwim elettorali u l-ġlieda kontra l-impunità;

S.

billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2014-2020 għar-RDK, b'finanzjament ta' EUR 620 miljun mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-governanza u l-istat tad-dritt, inklużi r-riformi tal-ġudikatura, il-pulizija u l-armata;

1.

Jiddeplora t-telf ta' ħajjiet u l-vjolenza arbitrarja kontra d-dimostranti matul il-protesti ta' Jannar 2015, kif ukoll l-arresti ta' tali dimostranti, flimkien mar-repressjoni tal-attivisti u tal-avversarji politiċi, b'mod partikolari l-avvenimenti li seħħew matul it-tnedija tal-moviment Filimbi f'Marzu 2015;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-RDK jirrilaxxaw lil Yves Makwambala u lil Fred Bauma immedjatament u inkondizzjonatament, u li jirrevokaw l-akkużi kollha kontrihom u kontra mexxejja Filimbi oħrajn kif ukoll kwalunkwe attivista ieħor, il-priġunieri tal-kuxjenza u l-avversarji politiċi arrestati u detenuti b'mod arbitrarju biss għall-fehmiet politiċi tagħhom jew talli ħadu sehem f'attivitajiet paċifiċi;

3.

Jappoġġa l-appelli tal-Assemblea Nazzjonali tar-RDK biex tintlaħaq malajr soluzzjoni politika li tippermetti lill-membri ta' Filimbi u ta' assoċjazzjonijiet paċifiċi tas-soċjetà ċivili oħra jeżerċitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni mingħajr il-biża' li jiġu segwiti jew ippersegwitati;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw li d-detenuti ma kinux, u mhumiex, soġġetti għal kwalunkwe att ta' tortura jew trattament ħażin, u jiggarantixxu l-protezzjoni sħiħa u l-aċċess għall-familji u l-avukati tagħhom;

5.

Iqis li l-fatt li l-ANR żammet lid-detenuti bla akkuża għal aktar minn 48 siegħa, ċaħdithom mill-aċċess għall-assistenza ġuridika u mingħajr ma ressqithom quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, jippreżenta vjolazzjoni sfaċċata tad-drittijiet garantiti permezz tal-kostituzzjoni tar-RDK;

6.

Jitlob li jingħata bidu għal investigazzjoni sħiħa, bir-reqqa u trasparenti mill-Gvern tar-RDK, flimkien mas-sħab internazzjonali, dwar l-avvenimenti ta' Jannar u Marzu 2015, u li kwalunkwe azzjoni illegali jew ċaħda tad-drittijiet jew tal-libertajiet jiġu identifikati; jinsisti li kull uffiċjal suspettat li huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet jew tal-libertajiet iggarantiti minn testi nazzjonali u internazzjonali jeħtieġlu jitressaq quddiem il-ġustizzja;

7.

Huwa mħasseb ferm dwar it-tentattivi kontinwi maħsuba biex jillimitaw il-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u dwar iż-żieda fil-ksur ta' dawn il-libertajiet mill-awtoritajiet, minħabba li l-klima politika adatta hija indispensabbli biex jinkiseb ċiklu elettorali b'suċċess fir-RDK fis-sena li jmiss;

8.

Jiddispjaċih b'mod partikolari li dawn il-vjolazzjonijiet jimmiraw speċifikament għall-mexxejja tal-oppożizzjoni u l-movimenti taż-żgħażagħ;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet tar-RDK jiżguraw li l-libertajiet imsemmija hawn fuq jiġu rispettati immedjatament u inkondizzjonatament, partikolarment fil-perjodu elettorali, kif iggarantit mill-kostituzzjoni tar-RDK u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

10.

Ifakkar li r-rispett għad-diversità u l-oppożizzjoni politiċi, dibattitu politiku miftuħ u paċifiku, u l-eżerċizzju sħiħ tal-libertajiet kostituzzjonali ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika, ta' assoċjazzjoni u ta' informazzjoni huma indispensabbli sabiex jiggarantixxu elezzjonijiet demokratiċi li huma kredibbli, inklużivi, paċifiċi u f'waqthom; jinsisti li dawn il-garanziji huma ta' importanza kbira b'mod partikolari fir-reġjun volatili tal-Lagi l-Kbar u jiddependu wkoll mill-implimentazzjoni b'suċċess tal-Ftehim ta' Paċi, Sigurtà u Kooperazzjoni ta' Addis Ababa; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-isforzi tal-Mibgħuta Internazzjonali għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar;

11.

Jinkoraġġixxi lill-parlament u lis-senat tar-RDK, u lill-President tagħha, Joseph Kabila, jimplimentaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonsolidaw id-demokrazija u jiżguraw parteċipazzjoni ġenwina fil-governanza tal-pajjiż mill-forzi politiċi kollha, is-soċjetà ċivili u l-movimenti favur id-demokrazija li jesprimu r-rieda tan-nazzjon tar-RDK, abbażi tar-regoli kostituzzjonali u ġuridiċi kif ukoll f'elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

12.

Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' pjattaformi bħal Filimbi li jippermettu lill-forzi favur id-demokrazija jinstemgħu, u jiffavorixxi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fi proċess elettorali li ġew esklużi minnu b'mod inġust;

13.

Ifakkar fl-impenn li ħadet ir-RDK fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou li tirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-midja, il-governanza tajba u t-trasparenza f'karigi politiċi; iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDK jirrispetta dawn id-dispożizzjonijiet skont l-Artikoli 11(b), 96 u 97 tal-Ftehim ta' Cotonou u, fin-nuqqas ta' dan, jitlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura rilevanti skont l-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;

14.

Jinsisti li n-natura u l-ammont ta' aktar appoġġ mill-UE għall-proċess elettorali fir-RDK irid jiddependi mill-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE tal-2011 u l-missjoni ta' segwitu tal-2014, fir-rispett għall-kalendarju elettorali u fil-preżentazzjoni ta' baġit kredibbli;

15.

Iħeġġeġ lid-delegazzjoni tal-UE timmonitorja l-iżviluppi u tuża l-għodod u l-istrumenti kollha xierqa, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex tappoġġa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-movimenti favur id-demokrazija;

16.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji tar-RDK jasserixxu l-indipendenza tagħhom minn kwalunkwe strumentalizzazzjoni politika u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet rikonoxxuti minn strumenti ġuridiċi, bħall-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust;

17.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-RDK jieqfu jimminimizzaw is-sinifikat tal-qabar tal-massa qrib Kinshasa, u jtenni l-appell tal-UE u tan-NU għal investigazzjoni urġenti, trasparenti u kredibbli biex il-familji tal-persuni nieqsa jħossu ruħhom assigurati u biex jintemmu d-diversi allegazzjonijiet;

18.

Jiddenunzja l-għeluq illegali u ċ-ċensura abbużiva tal-midja, kif ukoll l-għeluq temporanju tat-telekomunikazzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tar-RDK, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0388.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/151


P8_TA(2015)0279

Il-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-Bahrain, b'mod partikolari l-każ ta' Nabeel Rajab (2015/2758(RSP))

(2017/C 265/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bahrain, b’mod partikolari ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Frar 2014 dwar il-Bahrain, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Nabeel Rajab, Abdulhadi al-Khawaja u Ibrahim Sharif (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-17 ta’ Ġunju 2015 mill-kelliem tal-Viċi-President/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Federica Mogherini, dwar il-kundanna tas-Segretarju Ġenerali ta' al-Wefaq, Ali Salman, fil-Bahrain,

wara li kkunsidra l-24 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali UE-GCC f’Doha, il-Qatar, fl-24 ta’ Mejju 2015,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Lega Għarbija, li ltaqa’ fil-Kajr fl-1 ta’ Settembru 2013, biex jistabbilixxi qorti pan-Għarbija tad-drittijiet tal-Bniedem f’Manama, il-kapitali tal-Bahrain,

wara li kkunsidra tar-rapport li jagħti dettalji tal-implimentazzjoni, mill-Gvern tal-Bahrain, tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain ta’ Frar 2014 u l-aġġornament dwar l-Eżami Perjodiku Universali (UPR) ippreżentat mill-Gvern tal-Bahrain f'Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, il-Konvenzjoni Konta t-Tortura u Trattamenti jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Bahrain huwa pajjiż firmatarju tagħhom,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati f'Ġunju 2004, u riveduti fl-2008,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija,

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem il-ġdid tal-UE, li għandu l-għan li jqiegħed il-protezzjoni u s-sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE, u li jinkludi taqsima speċifika dwar il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra ż-żjara ta’ Stavros Lambrinidis, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Bahrain fl-aħħar ta’ Mejju 2015,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5 u 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Bahrain wiegħed li jsir progress fir-riformi tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, wara l-ħruġ tar-rapport mill-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) fit-23 ta’ Novembru 2011, u r-rapport ta’ segwitu tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2012;

B.

billi t-twaqqif fil-Bahrain tal-Ombudsman tal-Ministeru tal-Intern, tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-priġunieri u d-detenuti u tal-Unità tal-Investigazzjonijiet Speċjali huwa inkoraġġanti; billi dawn l-istituzzjonijiet għandhom isiru aktar imparzjali, trasparenti u indipendenti mill-istituzzjonijiet governattivi;

C.

billi, mill-bidu tal-irvellijiet tal-2011, l-awtoritajiet tal-Bahrain intensifikaw l-użu ta’ miżuri ripressivi kontra l-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni paċifika; billi fl-10 ta’ Ġunju 2014, 47 Stat, inklużi t-28 Stat Membru tal-UE, iffirmaw dikjarazzjoni konġunta fis-26 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li fiha esprimew tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bahrain; billi d-dikjarazzjoni konġunta espressament innotat l-oqsma ta’ tħassib inklużi sentenzi twal talli wieħed jeżerċita d-drittijiet għal-libertà tal-għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, in-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti ta’ proċess ġust, ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, il-fastidju u l-priġunerija kontinwi ta’ persuni li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, it-trattament ħażin u t-tortura fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni, il-privazzjoni arbitrarja tan-nazzjonalità mingħajr proċess dovut u n-nuqqas ta’ responsabbiltà għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

D.

billi Nabeel Rajab, difensur tad-drittijiet tal-bniedem Bahraini u President taċ-Ċentru Bahraini għad-Drittijiet tal-Bniedem (BCHR), Deputat Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (FIDH) u membru tal-Kumitat Konsultattiv tad-Diviżjoni tal-Lvant Nofsani ta’ Human Rights Watch, ġie kkundannat għal sitt xhur priġunerija sempliċiment minħabba li b’mod paċifiku eżerċita l-libertà ta’ espressjoni tiegħu; billi Nabeel Rajab kien arrestat fl-1 ta’ Ottubru 2014 wara ż-żjara tiegħu lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew, fuq akkużi li xeħet tweets dwar grupp ta’ persuni minn pajjiżu li allegatament ikkooperaw mal-IS/Da’esh; billi kien akkużat li insulenta istituzzjoni pubblika u l-armata; billi f'Novembru 2013 il-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Detenzjoni Arbitrarja ddeskriva d-detenzjoni tas-Sur Nabeel Rajab bħala arbitrarja;

E.

billi Nabeel Rajab serva diversi sentenzi ta’ ħabs mindu waqqaf iċ-Ċentru Bahraini għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2002; billi Nabeel Rajab qed jiffaċċja aktar akkużi relatati mal-libertà tal-espressjoni tiegħu u attwalment qed jirriskja li jeħel sa 10 snin ħabs talli allegatament “insulta korp statutorju” u “xerred xnigħat fi żmien ta’ gwerra”;

F.

billi, bħal Nabeel Rajab, bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħal Naji Fateel, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Daniż Abdulhadi Al-Khawaja, l-attivist politiku Żvediż Mohammad Habib Al-Muqdad u oħrajn fl-hekk imsejħa Bahrain 13, jinsabu detenuti, soġġetti għal fastidju ġudizzjarju fil-Bahrain, mitfugħa l-ħabs u qed iservu pieni twal jew għal ħajjithom b’ritaljazzjoni diretta għall-ħidma tagħhom għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem; bilwaqt li l-biċċa l-kbira tagħhom allegatament ġew suġġetti għal vjolenza, trattament ħażin u tortura fiżika jew psikoloġika;

G.

billi skont il-BCHR, aktar minn 3 000 priġunier jinsabu f’detenzjoni arbitrarja, ħafna minnhom difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li ntbagħtu l-ħabs u qed iservu sentenzi twal jew għal ħajjithom b'ritaljazzjoni diretta għall-attivitajiet tagħhom; bilwaqt li l-biċċa l-kbira tagħhom allegatament ġew suġġetti għal vjolenza, trattament ħażin u tortura fiżika jew psikoloġika;

H.

billi fis-16 ta’ Ġunju 2015, is-Segretarju Ġenerali tal-Al-Wefaq, il-partit ewlieni tal-oppożizzjoni tal-Bahrain, Sheikh Ali al-Salman, ġie kkundannat għal erba’ snin ħabs fil-kuntest ta’ protesti kontra l-gvern li faqqgħu fl-2011, fl-eqqel tal-irvellijiet tar-“Rebbiegħa Għarbija” tar-reġjun; billi huwa allegat li l-Qorti ma ħallitx lill-avukati tiegħu jippreżentaw l-argumenti orali u ma ngħataw l-ebda opportunità sinifikanti biex jeżaminaw il-provi; billi grupp ta’ esperti indipendenti min-Nazzjonijiet Uniti, li parti minnhom hija magħrufa bħala Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, ħeġġew lill-awtoritajiet tal-Bahrain biex jeħilsu lix-Sheikh Ali Salman;

I.

billi mill-2012, il-Bahrain ilu jabbuża mil-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu biex arbitrarjament jirrevoka ċ-ċittadinanzi ta' attivisti u membri tal-oppożizzjoni bħala tpattija għad-dissens, inklużi ta' mill-inqas 9 minorenni; billi skont diversi rapporti fl-2015 waħedha, aktar minn 100 attivist, dimostrant u politiku kellhom iċ-ċittadinanza tagħhom revokata, li wassal biex il-biċċa l-kbira minnhom spiċċaw apolidi, fi ksur tal-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija;

J.

billi l-użu tal-piena tal-mewt f’każijiet politikament motivati żdied mill-2011 'l hawn; billi tal-anqas sebgħa individwi ngħataw sentenza għall-mewt f'każijiet politiċi mill-2011 'l hawn, b'erbgħa minn dawn is-sebgħa kkundannati għall-mewt fl-2015 waħedha;

K.

billi l-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) stabbilita permezz ta' digriet irjali biex tinvestiga u tirrapporta dwar avvenimenti li seħħew fil-Bahrain fi Frar 2011, għamlet sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-riformi politiċi; billi sar progress fir-riforma ġenerali tas-sistemi ġuridiċi u tal-infurzar tal-liġi, iżda l-gvern naqas milli jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni, partikolarment il-ħelsien tal-mexxejja tad-dimostranti kkundannati talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda paċifika; billi t-taħdidiet ta' rikonċiljazzjoni – magħrufa bħala Id-Djalogu Nazzjonali – weħlu; billi xi gruppi għadhom mhux rappreżentati fis-sistema politika u l-forzi tas-sigurtà għadhom mhux responsabbli għal għemilhom;

1.

Jitlob li jitwaqqgħu l-akkużi u minnufih u mingħajr kundizzjonijiet jiġu rilaxxati d-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti politiċi u individwi oħra li sfaw miżmuma u akkużati bl-allegazzjoni ta' vjolazzjonijiet relatati mad-drittijiet ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, inklużi Nabeel Rajab, Sheikh Ali Salman u “Il-Bahrain 13”;

2.

Jirrikonoxxi l-impenji mill-awtoritajiet tal-Bahrain li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Indipendenti ta’ Inkjesta tal-Bahrain (BICI) mill-2011 u tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Bahrain (UPR), kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet imressqa minn mekkaniżmi tan-NU u l-ħelsien reċenti ta' għadd ta' priġunieri akkużati b'reati relatati mal-assoċjazzjoni politika u l-espressjoni; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jimplimenta malajr ir-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapport BICI u tal-EPU, biex jintemmu l-abbużi kollha tad-drittijiet tal-bniedem u biex id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jiġu rispettati, f’konformità ma’ obbligi internazzjonali tal-Bahrain rigward id-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward l-abbuż tal-liġijiet kontra t-terroriżmu fil-Bahrain biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-revoka taċ-ċittadinanza;

4.

Jikkundanna l-użu kontinwu ta’ tortura u ta’ trattament jew pieni krudili u degradanti kontra priġunieri, dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni mill-awtoritajiet tal-Bahrain u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jirrispetta l-obbligi u l-impenji tiegħu skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura;

5.

Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain biex jikkoopera mar-Rapporteurs Speċjali tan-NU (b’mod partikolari fuq it-tortura, il-libertà tal-għaqda, l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem) u biex tinħarġilhom stedina permanenti;

6.

Jinnota l-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-Gvern tal-Bahrain biex jirriforma l-kodiċi penali u l-proċeduri ġuridiċi, u jħeġġeġ biex dan il-proċess jitkompla; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Bahrain jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiggarantixxi sistema ġudizzjarja imparzjali u ġusta, li tiżgura proċess ġust, u biex jiggarantixxi l-imparzjalità tal-Ombudsman, tal-Unità ta' Investigazzjonijiet Speċjali u tal-Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu;

7.

Jitlob għar-ratifika immedjata tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura, it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-ICCPR li jimmira li jabolixxi l-piena tal-mewt, il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji tagħhom;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bahrain biex ikompli d-djalogu ta’ kunsens nazzjonali bil-għan li tinstab rikonċiljazzjoni nazzjonali dejjiema u inklussiva kif ukoll soluzzjonijiet politiċi sostenibbli għall-kriżi; jinnota li fi proċess politiku sostenibbli, kritika leġittima u paċifika għandha tiġi espressa liberament; ifakkar, f’dan il-kuntest, lill-awtoritajiet tal-Bahrain, li l-involviment tal-maġġoranza Xiita u r-rappreżentanti politiċi paċifiċi tagħha abbażi tad-dinjità tal-bniedem, ir-rispett u l-ġustizzja għandha tkun element indispensabbli ta’ kull strateġija kredibbli għal rikonċiljazzjoni nazzjonali u riforma sostenibbli;

9.

Jilqa' l-ħelsien bikri mill-ħabs tal-mexxej tal-oppożizzjoni Ibrahim Sharif, f'Ġunju 2015, wara li ngħata maħfra rjali; jemmen li din id-deċiżjoni hija pass mixtieq u importanti għall-promozzjoni tal-fiduċja u l-kunfidenza fil-Bahrain;

10.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tkompli tqajjem l-importanza tar-riforma u r-rikonċiljazzjoni fin-negozjati kollha tagħha mal-Gvern tal-Bahrain; iħeġġeġ bis-saħħa l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn UE u l-Bahrain, iżda jinnota li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Bahrain ma jistax jieħu post djalogu komprensiv bejn il-gvern u l-oppożizzjoni fil-Bahrain inniffsu;

11.

Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman, il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Priġunieri u d-Detenuti (PDRC) u l-Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (NIHR), b’mod partikolari dwar id-drittijiet tad-detenuti u l-kundizzjonijiet fil-ħabs, inkluż rigward l-allegati maltrattament u tortura; iħeġġeġ lil dawn il-korpi biex ikomplu l-ħidma tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti u jistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw bis-sħiħ dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

12.

Jitlob għal sforz Ewropew rapidu u kollettiv biex tkun żviluppata strateġija komprensiva dwar kif l-UE u l-Kummissjoni jistgħu jagħmlu pressjoni attiva għall-ħelsien tal-attivisti u tal-priġunieri ta’ kuxjenza arrestati; jistieden lis-SEAE u l-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tal-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, primarjament dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tortura, mid-Delegazzjoni tal-UE f'Riyadh u l-ambaxxati tal-Istati Membri fil-Bahrain, u biex jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

13.

Jitlob għal projbizzjoni tal-UE fuq l-esportazzjoni ta’ gass tad-dmugħ u tagħmir għall-kontroll tal-folol sakemm jitwettqu investigazzjonijiet fir-rigward tal-użu mhux xieraq tagħhom u sakemm dawk li huma ħatja ta’ tali użu ħażin jinżammu responsabbli;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Bahrain u lill-membri tal-GCC.


(1)  Testi Adottati, P7_TA(2014)0109.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/155


P8_TA(2015)0280

Is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan (2015/2766(RSP))

(2017/C 265/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti dwar id-drittijiet tal-bniedem tad-19 ta' Mejju 2014 maħruġ skont il-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon jew tat-Twemmin,

wara li kkunsidra il-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou tal-2000,

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-Libertà ta' Reliġjon u ta' Twemmin tal-2013,

wara li kkunsidra l-pjan nazzjonali tas-Sudan għad-drittijiet tal-bniedem adottat fl-2013, ibbażat fuq il-prinċipji tal-universalità u l-ugwaljanza tal-persuni kollha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007, 63/168 tat-18 ta' Diċembru 2008, 65/206 tal-21 ta' Diċembru 2010, 67/176 tal-20 ta' Diċembru 2012 u 3/69 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-kwistjoni ta' moratorju fuq l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt, li fihom appellat lil dawk il-pajjiżi fejn il-piena kapitali għadha teżisti biex jistitwixxu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bl-għan li tiġi abolita,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Pastor Michael Yat tal-Knisja Evanġelika Presbiterjana tas-Sudan t'Isfel ittieħed f'kustodja mis-Servizz ta' Intelligence Nazzjonali tas-Sudan (NISS) wara li ppriedka fil-Knisja tat-Tramuntana ta' Khartoum, fergħa tal-Knisja Evanġelika Presbiterjana tas-Sudan, waqt żjara fis-Sudan fil-21 ta' Diċembru 2014; billi ġie arrestat minnufih wara priedka li fiha allegatament ikkundanna l-bejgħ kontroversjali ta' art u proprjetà tal-knisja u t-trattament tal-Insara fis-Sudan;

B.

billi Pastor Peter Yen Reith ġie arrestat fil-11 ta' Jannar 2015 wara li bagħat ittra lill-Uffiċċju Sudaniż għall-Affarijiet Reliġjużi li fiha saqsa dwar Pastor Michael u talab aktar informazzjoni dwar l-arrest tiegħu;

C.

billi ż-żewġ irġiel inżammu incommunicado sal-1 ta' Marzu 2015, u fl-4 ta' Mejju 2015 t-tnejn li huma ġew akkużati b'diversi reati skont il-Kodiċi Kriminali tas-Sudan tal-1991 inklużi; atti kriminali konġunti (Artikolu 21), id-dgħajfien tas-sistema kostituzzjonali (Artikolu 51), gwerra kontra l-istat (Artikolu 50), spjunaġġ (Artikolu 53), il-kisba jew l-iżvelar illegali ta' dokumenti uffiċjali (Artikolu 55), l-inċitazzjoni għall-mibegħda (Artikolu 64), l-istorbju fil-pubbliku (Artikolu 69) u d-dagħa (Artikolu 125);

D.

billi l-akkużi bbażati fuq l-Artikoli 50 u 53 tal-Kodiċi Krimnali tas-Sudan għandhom il-piena tal-mewt f'każ li wieħed jinstab ħati;

E.

billi fl-1 ta' Lulju 2015 l-awtoritajiet Sudaniżi marru jeqirdu parti mill-kumpless tal-Knisja Evanġelika ta' Bahri; billi l-avukat tal-knisja, Mohamed Mustafa, li huwa wkoll l-avukat taż-żewġ pastors arrestati, u Pastor Hafez tal-Knisja Evanġelika ta' Bahri lmentaw li l-impjegat tal-gvern kien qed jeqred il-parti żbaljata tal-kumpless; billi t-tnejn ġew arrestati talli fixklu lil impjegat taċ-ċivil fil-qadi ta' dmirijietu; billi l-uffiċjal tal-gvern kompla jeqred il-parti żbaljata tal-kumpless;

F.

billi t-theddidiet kontra mexxejja tal-knisja, l-intimidazzjoni tal-komunitajiet Insara u l-qerda ta' proprjetà tal-knisja komplew b'pass mgħaġġel fis-Sudan wara s-seċessjoni tas-Sudan t'Isfel fl-2011;

G.

billi 12-il tfajla Nisranija mill-Muntanji Nuba ġew arrestati nhar il-25 ta' Ġunju 2015 waqt li kienu qed jitilqu minn knisja Battista u ġew akkużat li kienu lebsin indeċenti; billi tnejn minnhom ġew rilaxxati mingħajr akkużi l-għada u l-10 l-oħra ġew rilaxxati fuq pleġġ;

H.

billi t-tfajliet Insara se jkollhom jidhru quddiem qorti, peress li qed jiġu akkużati taħt l-Artikolu 152 tal-kodiċi penali li jaqra: “Min jagħmel f'post pubbliku att indeċenti jew att li jmur kontra l-morali pubblika jew jilbes ħwejjeġ oxxeni jew kontra l-morali pubblika jew jikkawża fastidju lis-sentiment pubbliku għandu jiġi kkastigat bi swat li ma jistax jaqbeż l-erbgħin daqqa ta' frosta jew b'multa jew bit-tnejn li huma”;

I.

billi l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li s-Sudan irratifika, tinkludi d-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni tat-tortura u ta' kastig u trattament krudili, inumani jew degradanti, iżda billi l-piena tal-mewt, kif ukoll l-amputazzjoni, is-swat bil-frosta u forom oħra ta' kastigi korporali, għadhom qed jitwettqu fil-pajjiż għal numru ta' reati;

J.

billi l-istabbiliment ta' moratorju universali fuq il-piena tal-mewt bl-għan tal-abolizzjoni totali tagħha jrid jibqa' wieħed mill-objettivi ewlenin tal-komunità internazzjonali, kif imtenni mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 2014;

1.

Jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jirtiraw l-akkużi kollha kontra Pastor Michael Yat u Pastor Peter Yen Reith u jitlob ir-rilaxx immedjat u bla kundizzjoni tagħhom; sadattant, jistieden lill-Gvern tas-Sudan jiżgura li sakemm jiġu rilaxxati ż-żewġ pastors ma jkunux soġġetti għal tortura jew għal forom oħra ta' trattament ħażin u li l-integrità fiżika u mentali tagħhom tiġi rispettata kif xieraq;

2.

Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE għas-Sudan timmonitorja l-proċedimenti fil-qorti u tagħti assistenza lill-pastors; jistieden lill-UE teżerċita rwol ta' tmexxijja billi tagħmel enfasi fuq, u tikkundanna, il-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-pajjiż;

3.

Ifakkar lill-awtoritajiet Sudaniżi dwar l-obbligi tagħhom f'livell nazzjonali u internazzjonali li jħarsu l-liberta' ta' reliġjon u ta' twemmin; itenni li l-libertà ta' reliġjon, kuxjenza u twemmin hija dritt tal-bniedem universali li jeħtieġ li jitħares kullimkien u għal kulħadd; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' vjolenza u intimidazzjoni li jxekklu d-dritt li persuna jkollha jew ma jkollhiex, jew li tadotta, reliġjon tal-għażla tagħha, inkluż l-użu ta' theddid, forza fiżika jew sanzjonjiet penali biex min jemmen jew ma jemminx jinġiegħel jiċħad ir-reliġjon tiegħu jew jikkonverti;

4.

Jikkundanna l-arresti tat-12-il tfajla Nisranija; jappella lill-Gvern tas-Sudan biex itemm il-proċedimenti kontra l-10 tfajliet li għadhom iridu jiġu liberati minn kull għemil ħażin;

5.

Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirrevoka l-leġiżlazzjoni kollha li toħloq diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon, jipproteġi l-identità tal-gruppi ta' minoranza, fosthom dik tat-twemmin kollu;

6.

Jikkundanna l-fastidju tal-Insara u l-indħil fl-affarijiet tal-knisja; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan ma jibqax jagħmel dan; jistieden lis-Sudan jirrevoka l-liġijiet dwar l-apostasija u ma jibqax jagħlaq il-knejjes u siti reliġjużi oħra;

7.

Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirriforma s-sistema ġuridika tal-pajjiż, b'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex iħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem u biex jiżgura il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' kull individwu, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa, il-minoranzi reliġjużi u l-gruppi żvantaġġati;

8.

Itenni l-kundanna tiegħu tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkustanzi kollha u l-ħtieġa li jiddaħħal moratorju fid-dinja kollha bl-għan tal-abolizzjoni tagħha; jistieden lill-Gvern tas-Sudan, għaldaqstant, biex jabolixxi l-piena tal-mewt, kif ukoll il-prattika tas-swat bil-frosta, li għadha fis-seħħ, u biex jikkommuta s-sentenzi tal-mewt eżistenti;

9.

Huwa mħasseb ħafna dwar ir-ripressjoni dejjem tiżdied tal-membri tal-oppożizzjoni, jikkundanna bill-qawwa d-deċiżjoni tal-qorti ta' Oumdourman tas-6 ta' Lulju 2015 li kkundannat lill-Mastour Ahmed Mohamed, il-viċi president tal-Kungress Partit u tnejn mill-mexxejja tagħha: Assem Omar u Ibrahim Mohamed għal 20 daqqa bil-frosta b'effett immedjat; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi li qed isiru, b'mod partikolari min-NU, l-UE, l-Unjoni Afrikana u t-trojka (in-Norveġja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti), biex tinstab soluzzjoni nnegozjata għas-sitwazzjoni fis-Sudan u biex jiġu appoġġati l-isforzi tas-soċjetà ċivili u tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jippromwovu proċess ta' paċi inklużiv;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern tar-Repubblika tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 7 ta’ Lulju 2015

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/158


P8_TA(2015)0239

Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Bettina Michelle Jakobsen

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar in-nomina ta’ Bettina Michelle Jakobsen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0122/2015 – 2015/0803(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 265/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0122/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0198/2015),

A.

billi l-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit evalwa l-kredenzjali tal-persuna nnominata, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2015, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnominata mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nomina tal-Kunsill ta’ Bettina Michelle Jakobsen bħala Membru tal-Qorti ta’ l-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/159


P8_TA(2015)0240

L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Kodifikazzjoni). (COM(2015)0049 – C8-0041/2015 – 2014/0174(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2017/C 265/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0049),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0041/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0203/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0174

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1843.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/160


P8_TA(2015)0241

Protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta’ bastimenti (Kodifikazzjoni) (COM(2014)0605 – C8-0171/2014 – 2014/0280(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2017/C 265/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0605),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0171/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0202/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0280

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2016/1035.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/161


P8_TA(2015)0242

Opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (05420/2015 – C8-0043/2015 – 2015/0001(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 265/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (05420/2015),

wara li kkunsidra l-abbozz tad-dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklussiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (05420/2015),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0043/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0195/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/162


P8_TA(2015)0243

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015: is-surplus mill-2014

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 – li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2014 (09765/2015 – C8-0161/2015 – 2015/2077(BUD)

(2017/C 265/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (7),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2015 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2015 (COM(2015)0160),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2015, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament fl-istess jum (09765/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0219/2015),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 jimmira li jdaħħal fil-baġit 2015 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2014, li jammonta għal EUR 1 435 miljun;

B.

billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 1 183 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 142 miljun u differenza ta' rata tal-kambju li tammonta għal EUR 110 miljun;

C.

billi fin-naħa tal-introjtu, iż-żewġ komponenti ewlenin huma l-interess fuq pagamenti tard u multi (EUR 634 miljun) u eżitu pożittiv fuq ir-riżorsi proprji (EUR 479 miljun);

D.

billi fin-naħa tan-nefqa, is-sottoeżekuzzjoni għat-Taqsima III hija partikolarment baxxa b' EUR 29 miljun għall-2014 u b'EUR 6 miljun għar-riporti tal-2013, iżda żdiedet b'EUR 101 miljun għall-istituzzjonijiet l-oħra;

E.

billi s-sottoeżekuzzjoni baxxa ħafna fit-Taqsima III tenfasizza n-nuqqas kontinwu ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li se jibqa' sfida ewlenija fl-implimentazzjoni tal-baġit 2015;

1.

Jieħu nota li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2015, kif imressaq mill-Kummissojni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2014, għal ammont ta’ EUR 1 435 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.

Ifakkar li fil-qafas tan-negozjati baġitarji tal-2015, il-Kunsill insista li jittrasferixxi l-pagamenti relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) li jinsabu fl-abbozz ta' baġits emendatorji Nru 5/2014 u Nru 7/2014 għall-baġit 2015 għal ammont totali ta' EUR 127,7 miljun;

3.

Iqis li meta jikkunsidra s-surplus kif fl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2015 preżenti, dawk iż-żewġ Abbozzi ta' Baġits Emendatorji tal-2014, li jkopru kumplessivament 7 każijiet tal-FSUE, setgħu faċilment tħallsu mill-baġit 2014;

4.

Jiddispjaċih b'mod ġenerali b'tendenza fil-Kunsill li ma jiġux onorati l-impenji tiegħu lejn pajjiżi fil-bżonn li ssodisfaw il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE, billi ma' jimobilizzawx riżorsi addizzjonali kif provdut mill-istrumenti speċjali, iżda pjuttost billi jittieħdu flus mill-programmi eżistenti; jilqa' għalhekk il-fatt li l-Kunsill ma jsegwix dan l-approċċ għal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015;

5.

Ifakkar li l-Kummissjoni flimkien mal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2015 preżentat abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2015 ieħor marbut mal-mobilizzazzjoni tal-FSUE għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja għal ammont totali ta' EUR 66,5 miljun;

6.

Ifakkar li l-adozzjoni tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2015 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 435 miljun u għalhekk altru milli se tikkumpensa għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2015; jenfasizza għaldaqstant li ż-żewġ dossiers ikunu suġġetti għal kalendarju komuni għall-adozzjoni, billi huma marbutin strettament ma’ xulxin mill-perspettiva politika;

7.

Jenfasizza r-rieda tiegħu li jadotta ż-żewġ abbozz ta' baġits emendatorji Nru 3/2015 u Nru 4/2015 kemm jista' jkun malajr kif ippreżentati mill-Kummissjoni;

8.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(3)  ĠU L 190, 17.7.2015.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/164


P8_TA(2015)0244

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015: mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għar-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja (09767/2015 – C8-0162/2015 – 2015/2078(BUD))

(2017/C 265/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4) (Regolament QFP),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jistabbilixxi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (7),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2015 (COM(2015)0161),

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (għargħar fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja), li l-Kummissjoni adottat fil-15 ta’ April 2015 (COM(2015)0162),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (09767/2015),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0220/2015),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta' EUR 66 505 850 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament fir-rigward tal-għargħar li seħħ darbtejn fir-Rumanija fir-rebbiegħa u fis-sajf tal-2014, li f'dan ir-rigward l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jammontaw għal EUR 8 495 950, għargħar fil-Bulgarija f'Lulju/Awwissu 2014, li f'dan ir-rigward l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jammontaw għal EUR 1 983 600 u għargħar fl-Italja f'Ottubru/Novembru 2014, li f'dan ir-rigward l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jammontaw għal EUR 56 026 300;

B.

billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2015;

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-FSUE għall-pajjiżi affettwati minn dawn id-diżastri naturali, filwaqt li jitqies li l-FSUR juri solidarjetà mal-popolazzjoni fir-reġjun milqut mid-diżastri;

3.

Ifakkar li fil-qafas tan-negozjati baġitarji tal-2015, il-Kunsill insista li jittrasferixxi l-pagamenti relatati mal-mobilizzazzjoni tal-FSUE li jinsabu fl-abbozz ta' baġits emendatorji Nru 5/2014 u Nru 7/2014 għall-baġit 2015 għal ammont totali ta' EUR 126,7 miljun;

4.

Iqis li meta jikkunsidra s-surplus kif preżentat fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 preżenti, dawk iż-żewġ abbozzi ta' baġits emendatorji tal-2014, li jkopru kumplessivament seba' każijiet tal-FSUE, setgħu faċilment tħallsu mill-baġit 2014, filwaqt li jitqies li l-FSUE jimmira li jippermetti risposta rapida, effiċjenti u flessibbli għal tali sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

5.

Jiddispjaċih, b'mod ġenerali, għat-tendenza fil-Kunsill li ma jonorax l-impenji tiegħu lill-pajjiżi li għaddew minn diżastru kbir u għalhekk jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE, billi ma jimmobilizzawx ir-riżorsi addizzjonali kif previst mill-istrumenti speċjali, iżda pjuttost billi jieħu l-flus mill-programmi l-oħra; jilqa' pożittivament madankollu l-fatt li l-Kunsill ma segwix dan l-approċċ għall-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015;

6.

Jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sitwazzjoni kritika preżenti dwar il-pagamenti teskludi l-għażla li jintuża kwalunkwe sors ieħor ta' finanzjament minn dak propost mill-Kummissjoni kif deskritt fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015; ifakkar li l-FSUE huwa strument speċjali li għalih l-approprjazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu bbaġitjati barra mil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali korrispondenti;

7.

Ifakkar li l-adozzjoni tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015 se jnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 435 miljun u għalhekk altru milli se tikkumpensa għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015; jenfasizza għaldaqstant li ż-żewġ dossiers ikunu suġġetti għal kalendarju komuni għall-adozzjoni, billi huma marbutin strettament ma' xulxin mill-perspettiva politika;

8.

Jissottolinja r-rieda tiegħu li jadotta ż-żewġ abbozzi ta' baġits emendatorji kemm jista' jkun malajr kif ippreżentati mill-Kummissjoni;

9.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2015;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(3)  ĠU L 190, 17.7.2015.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/166


P8_TA(2015)0245

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE: Għargħar fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja) (COM(2015)0162 – C8-0094/2015 – 2015/2079(BUD))

(2017/C 265/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0162 – C8-0094/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0211/2015),

1.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (għargħar fir-Rumanija, fil-Bulgarija u fl-Italja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/1180.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/167


P8_TA(2015)0247

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015: Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni, li jakkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 (09876/2015 – C8-0172/2015 – 2015/2011(BUD))

(2017/C 265/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, kif adottat definittivament fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4) (Regolament QFP),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta’ April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta ' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, li l-Kummissjoni adottat fit-13 ta' Jannar 2015 (COM(2015)0011),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015 adottata mill-Kunsill fis-26 ta' Ġunju 2015 u li ntbagħat lill-Parlament fl-istess jum (09876/2015 – C8-0172/2015),

wara li kkunsidra Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment u l-Portal ta' Proġetti ta' Investiment Ewropew li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (7),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0221/2015),

A.

billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2015 għandu l-għan li jittrasponi l-bidliet meħtieġa għan-nomenklatura tal-baġit f’konformità mal-ftehim leġiżlattiv dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) u li jipprovdi għar-riallokazzjoni meħtieġa ta’ EUR 1 360 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 10 miljun f’approprjazzjonjiet ta’ pagament;

B.

billi għall-proviżjonament tal-fond ta’ garanzija tal-UE fl-2015 qed jiġi riallokat ammont totali ta' EUR 1 350 miljun mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (EUR 790 miljun), mill-Orizzont 2020 (EUR 70 miljun) u mill-ITER (EUR 490 miljun) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn;

C.

billi l-Kummissjoni fi ħsiebha tikkumpensa t-tnaqqis għall-ITER b’żieda ekwivalenti matul il-perjodu 2018-2020;

D.

billi l-proviżjonament f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment, li jammonta għal EUR 10 miljun kull wieħed, huwa riallokat totalment mill-ITER (artikolu baġitarju 08 04 01 02);

E.

billi l-approprjazzjonijiet addizzjonali kollha biex jimplimentaw l-EFSI f’impenji u f’pagamenti huma totalment riallokati, u b’hekk l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ġenerali baqgħu l-istess fil-baġit 2015;

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2015 kif ippreżentat mill-Kummissjoni u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.

Jilqa’ b’sodisfazzjon li kien possibbli jintlaħaq malajr ftehim dwar l-EFSI, bis-saħħa tad-determinazzjoni tal-istituzzjonijiet kollha, sabiex ikun jista’ jitnieda kemm jista’ jkun malajr; filwaqt li l-eżitu tan-negozjati huwa aħjar mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, jiddispjaċih għall-impatt negattiv fuq l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

3.

Itenni r-rwol tal-baġit tal-Unjoni fil-ħolqien ta’ valur miżjud billi jakkomuna r-riżorsi u jiżgura grad għoli ta' sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-EFSI, filwaqt li jsaħħaħ l-effett multiplikatur tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni; jappoġġa l-mobilizzazzjoni ta’ sorsi addizzjonali ta’ finanzjament privat u pubbliku biex jiġi ffinanzjat investiment favur għanijiet ta’ dimensjoni Ewropea, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati l-isfidi transkonfinali f’oqsma bħalma huma l-infrastruttura tal-enerġija, l-ambjent u dik tat-trasport;

4.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li meta mqabbel mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, EUR 1 biljun addizzjonali se jkunu ffinanzjati mill-Marġini Globali tal-QFP għall-impenji, li joħorġu mill-marġini li tħallew disponibbli fil-baġits 2014 u 2015, u b’hekk tonqos ir-riallokazzjoni mill-programmi CEF u Orizzont 2020; ifakkar li, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament QFP, ir-riżorsi taħt il-Marġini Globali tal-QFP għall-impenji se jkunu disponibbli biss mill-2016;

5.

Jiddispjaċih, madankollu, b’mod ġenerali, bir-riallokazzjoni mill-programmi CEF u Orizzont 2020 billi dawn huma programmi essenzjali għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa; għaldaqstant fi ħsiebu jirrimedja għal dawn ir-riallokazzjonijiet fil-proċeduri baġitarji annwali li ġejjin;

6.

Jirrimarka li l-investiment fir-riċerka u fit-trasport huwa vitali sabiex jissaħħaħ ir-rwol u l-għan tal-baġit tal-Unjoni biex jistimula t-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi u jagħmel progress fir-rigward tal-miri tal-“Istrateġija Ewropa 2020”; ifakkar f’dan ir-rigward li l-programmi Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) huma programmi ewlenin taħt l-Intestatura 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”;

7.

Jafferma r-rieda tiegħu li jadotta l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2015 kif modifikat mill-Kunsill f’konformità mal-ftehim leġiżlattiv dwar l-EFSI, meta jitqies l-interess tiegħu li l-EFSI jitnieda kemm jista’ jkun malajr;

8.

Japprova għalhekk il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(3)  ĠU L 190, 17.7.2015.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/170


P8_TA(2015)0248

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 – Reazzjoni għal pressjonijiet migratorji

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, b'reazzjoni għal pressjonijiet migratorji (09768/2015 – C8-0163/2015 – 2015/2121(BUD))

(2017/C 265/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015, kif adottat b'mod definittiv fit-28 ta' April 2015 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4) (Regolament QFP),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (6),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015, adottat mill-Kummissjoni fit-13 ta' Mejju 2015 (COM(2015)0241),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (09768/2015 – C8-0163/2015),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2015 bl-isem “Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni” (COM(2015)0240),

wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0212/2015),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 għandu l-għan li jsaħħaħ ir-riżorsi tal-Unjoni biex jiġu ġestiti l-flussi migratorji u tar-refuġjati, wara t-traġedji li seħħew dan l-aħħar fil-Mediterran u ż-żieda fid-dimensjoni tal-flussi migratorji;

B.

billi ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tammonta għal EUR 75 722 000;

C.

billi ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament, li tammonta għal EUR 69 652 000, hija riallokata kollha mill-programm Galileo, li tħalli l-livell globali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2015 l-istess;

D.

billi ż-żieda proposta għall-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) tammonta għal total ta' EUR 26,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament, li parti minnha ġejja minn approprjazzjonijiet addizzjonali permezz tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 u parti oħra minn riallokazzjoni fi ħdan il-Kapitolu 18 02 (Sigurtà Interna) minħabba l-għeluq ta' fajls qodma taħt il-Fond għall-Fruntieri Esterni;

E.

billi l-piż finanzjarju relatat mal-emerġenza s’issa waqa' prinċipalment fuq il-baġits nazzjonali tal-Istati tal-kosta tan-Nofsinhar tal-Unjoni;

F.

billi fid-dawl tat-tbassir makroekonomiku għall-perijodu medju u tax-xejriet demografiċi opposti fi ħdan l-Unjoni u fiż-żoni ġirien, partikolarment fl-Afrika tal-Punent u Ċentrali, iż-żieda fil-migrazzjoni lejn l-Ewropa ma tistax titqies bħala fenomenu temporanju;

G.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 iżid ukoll il-livell ta' ammont ta' persunal ta' tliet aġenziji, jiġifieri 16-il post addizzjonali għall-FRONTEX, 4 postijiet għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u 3 postijiet għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol);

H.

billi, jekk il-flussi migratorji ma jiġux ġestiti b’mod effettiv u f’waqtu, jistgħu jwasslu għal kosti konsiderevoli f’oqsma oħra ta’ politika;

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

2.

Jilqa' r-rieda tal-istituzzjonijiet kollha li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet tal-baġit relatati mal-migrazzjoni u l-asil, minħabba l-ħtieġa ovvja u urġenti;

3.

Ifakkar li fil-qari tiegħu tal-baġit 2015 f'Ottubru 2014, il-Parlament kien diġà appella għal approprjazzjonijiet sostanzjalment ogħla f'dawn il-linji baġitarji u persunal addizzjonali għall-aġenziji konċernati;

4.

Jiddispjaċih madankollu għall-ammont limitat taż-żidiet proposti fl-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015, li ma jikkorrispondux mal-ħtiġijiet attwali meta wieħed jara l-kriżi li għaddejja fil-Mediterran u li probabbilment sejra għall-agħar, ir-riskju dejjem jikber li jiżdiedu r-rifuġjati mill-Ukraina u l-ħtieġa li l-isfidi migratorji jiġu indirizzati b'mod ġenerali; jenfasizza madankollu l-bżonn li jkun hemm kontroll strett fuq id-destinazzjoni ta’ dawk il-fondi u konsegwentement aktar trasparenza f'dak li jirrigwarda l-proċeduri tal-kuntratti u tas-sottokuntratti, filwaqt li jittieħed kont tad-diversi investigazzjonijiet li jikkonċernaw għadd ta’ abbużi skoperti fl-Istati Membri;

5.

Jiddispjaċih minħabba d-diviżjonijiet li tfaċċaw bejn l-Istati Membri fil-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni li tinsab fl-“Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”; ifakkar li, minħabba n-natura tal-fenomenu tal-migrazzjoni, l-emerġenza tista' tiġi ttrattata b’mod iżjed effettiv fil-livell tal-Unjoni;

6.

Iqis li l-aġenziji rilevanti m'għandhomx jiġu suġġetti għal tnaqqis jew ripożizzjonament tal-persunal; iqis li dawk l-aġenziji għandhom jallokaw il-persunal tagħhom b'mod xieraq bil-għan li jissodisfaw ir-responsabilitajiet dejjem akbar li għandhom;

7.

jenfasizza li, minħabba l-għadd kbir ta' persuni li jaslu fuq ix-xtut tan-Nofsinhar tal-Unjoni, u r-rwol dejjem akbar li l-EASO jkollu jwettaq fil-ġestjoni tal-asil, u l-appell ċar għall-appoġġ fil-forniment minn qabel tal-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, il-proposta biex il-persunal tal-EASO jiżdied b'4 biss bla dubju mhijiex biżżejjed; għaldaqstant jitlob għall-ippustjar ta' persunal u baġit tal-EASO xierqa għall-2016 sabiex l-EASO ikun jista’ b’mod effettiv iwettaq il-kompiti u l-operazzjonijiet tiegħu;

8.

Jemmen li l-impatt baġitarju u l-kompiti addizzjonali tal-miżuri ppreżentati bħala parti mill-Aġenda tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Aġenda tal-UE dwar is-Sigurtà fir-rigward tal-Europol għandhom jiġu vvalutati fid-dettall mill-Kummissjoni ħalli l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jaġġustaw kif xieraq il-ħtiġijiet baġitarji u ta' persunal tal-Europol; jenfasizza r-rwol tal-Europol fl-appoġġ transfruntier għall-Istati Membri u fl-iskambju ta’ informazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Europol ikollu baġit u livell ta’ persunal xierqa għall-2016, sabiex ikun jista’ jwettaq għalkollox b’mod effettiv il-kompiti u l-operazzjonijiet tiegħu;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq, fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, valutazzjoni, b’mod kemm jista’ jkun preċiż, tal-ħtiġijiet tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni sal-2020; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta għal żieda adegwata u, meta tokkorri, distribuzzjoni aġġustata tal-finanzjament bejn il-programmi differenti u l-metodi ta’ implimentazzjoni differenti tal-Fond, wara r-reviżjoni tal-prospettivi finanzjarji;

10.

Jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jimmodifika n-nomenklatura tal-baġit tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni fl-interess ta’ trasparenza u kontroll aħjar tal-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet annwali bejn il-programmi u l-mezzi ta’ implimentazzjoni tal-Fond, kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 516/2014 (8);

11.

Jinnota barra minn hekk li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 ma jipprevedix approprjazzjonijiet ta' pagament globali addizzjonali fil-baġit 2015, iżda sempliċement jerġa' jmur lura għar-riallokazzjoni ta' riżorsi li diġà jeżistu;

12.

Jinsisti li r-riallokazzjoni minn Galileo teħtieġ tkun ikkumpensata kif xieraq fil-baġit 2016;

13.

Jafferma madankollu r-rieda tiegħu li jadotta l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2015 mill-aktar fis possibbli kif ippreżentat mill-Kummissjoni, minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni;

14.

Japprova għalhekk il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5/2015;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 5/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2015.

(3)  ĠU L 190, 17.7.2015.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2015)0176.

(8)  Skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014, l-ammont ta' riżorsi globali allokati lill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu 2014-2020 huwa ta’ EUR 3 137 miljun. Dan l-ammont għandu jitqassam kif ġej (f'EUR):

a.

EUR 2 392 miljun għal programmi nazzjonali (Artikolu 19);

b.

EUR 360 miljun għal azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II (Artikolu 16), il-programmi ta’ risistemazzjoni (Artikolu 17), it-trasferimenti (Artikolu 18);

c.

EUR 385 miljun għall-azzjoni tal-Unjoni (Artikolu 20), għajnuna ta’ emerġenza (Artikolu 21), in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (Artikolu 22), għajnuna teknika (Artikolu 23).

In-nomenklatura attwali tal-baġit bl-ebda mod ma tikkorrispondi ma' din l-allokazzjoni.


L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/173


P8_TA(2015)0253

Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (protokoll sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05548/2014 – C8-0127/2014 – 2013/0386(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 265/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05548/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05547/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(i) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0127/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0188/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/174


P8_TA(2015)0254

Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mas-Serbja (protokoll sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06682/2014 – C8-0098/2014 – 2014/0039(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 265/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06682/2014),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06681/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(i) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0098/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0189/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Serbja.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/175


P8_TA(2015)0255

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Indja: tiġdid tal-ftehim ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (05872/2015 – C8-0074/2015 – 2014/0293(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 265/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (05872/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/648/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0074/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0179/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indja.


(1)  ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/176


P8_TA(2015)0256

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ma-Gżejjer Faeroe: Orizzont 2020 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma' Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (05660/2015 – C8-0057/2015 – 2014/0228(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 265/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05660/2015),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Faeroe li jassoċja lill-Gżejjer Faeroe ma’ Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (14014/2014),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(186), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta l-Unjoni Ewropea (C8-0057/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0180/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Faeroe.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/177


P8_TA(2015)0257

Involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva ***I

Emendi adottati fil-Parlament Ewropew fit-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (COM(2014)0213 – C7-0147/2014 – 2014/0121(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 265/35)

[Emenda 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni

DIRETTIVA (UE) 2015/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti, u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva u d-Direttiva 2004/109/KE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti marbuta ma' ishma ta' votazzjoni fir-rigward tal-laqgħat ġenerali ta' kumpaniji li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru.

(2)

Minkejja li ma jkunux is-sidien tal-korporazzjonijiet, li huma entitajiet ġuridiċi separati lil hinn mill-kontroll sħiħ tagħhom, l-azzjonisti jiżvolġu rwol rilevanti fil-governanza ta' dawk il-korporazzjonijiet. Il-kriżi finanzjarja wriet li f'ħafna każijiet, l-azzjonisti appoġġaw it-teħid eċċessiv ta' riskji fuq żmien qasir mill-maniġers. Barra minn hekk, ▌il-livell attwali ta' “monitoraġġ” u  involviment fil-kumpaniji li fihom isir investiment mill-investituri istituzzjonali u mill-maniġers tal-assi ta' spiss ma jkunx adegwat u jkun wisq iffokat fuq reditti fuq żmien qasir , u dan iwassal għal governanza korporattiva u prestazzjoni subottimali tal-kumpaniji kkwotati.

(2a)

Involviment ikbar min-naħa tal-azzjonisti fil-governanza korporattiva tal-kumpaniji huwa waħda mill-lievi li jistgħu jikkontribwixxu għal titjib fil-prestazzjoni finanzjarja u dik mhux finanzjarja ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, peress li d-drittijiet tal-azzjonisti mhumiex l-uniku fattur fuq żmien twil li hemm bżonn jiġi kkunsidrat fil-governanza korporattiva, għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat involviment ikbar mill-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-impjegati, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili.

(3)

Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar id-dritt soċjetarju Ewropew u l-governanza korporattiva, il-Kummissjoni ħabbret għadd ta' azzjonijiet fil-qasam tal-governanza korporattiva, b'mod partikolari sabiex tħeġġeġ l-involviment fit-tul tal-azzjonisti u biex ittejjeb it-trasparenza bejn il-kumpaniji u l-investituri.

(4)

Sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment bejn il-kumpaniji elenkati u l-azzjonisti, il-kumpaniji elenkati għandu jkollhom id-dritt li jidentifikaw lill-azzjonisti tagħhom u li jikkomunikaw direttament magħhom. Għalhekk , sabiex jittejbu t-trasparenza u d-djalogu, din id-Direttiva għandha tipprevedi qafas li jiżgura li l-azzjonisti jistgħu jiġu identifikati. [Em. 29]

(5)

L-eżerċitar effettiv tad-drittijiet tagħhom mill-azzjonisti jiddependi ħafna fuq l-effiċjenza tal-katina tal-intermedjarji li jżommu l-kontijiet tat-titoli għall-azzjonisti, speċjalment f'kuntest transkonfinali. Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb it-trażmissjoni ta' informazzjoni mill-intermedjarji tul il-katina ta' parteċipazzjoni fil-kapital biex jiġi ffaċiltat l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti.

(6)

Fid-dawl tar-rwol importanti tal-intermedjarji, għandhom ikunu obbligati jiffaċilitaw l-eżerċitar tad-drittijiet mill-azzjonisti ▌meta l-azzjonisti jkunu jixtiequ jeżerċitaw dawn id-drittijiet huma stess jew meta jkunu jixtiequ jinnominaw lil persuna terza biex tagħmel dan. Meta l-azzjonisti ma jkunux iridu jeżerċitaw id-drittijiet huma stess u  jkunu nnominaw lill-intermedjarju bħala terza persuna, dan tal-aħħar għandu jkun obbligat li jeżerċita dawn id-drittijiet fuq l-awtorizzazzjoni u l-istruzzjoni espliċiti tal-azzjonisti u għall-benefiċċju tagħhom .

(7)

Sabiex jiġi promoss l-investiment fil-kapital madwar l-Unjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet relatati mal-ishma, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi grad għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' kemm jiswew is-servizzi fornuti mill-intermedjarji. Saiex tipprevjeni d-diskriminazzjoni fil-prezzijiet tal-parteċipazzjoni f'ishma transkonfinali meta mqabbla ma' parteċipazzjoni f'ishma purament domestiċi , kwalunkwe differenza fil-ħlasijiet imposti bejn l-eżerċizzju domestiku u transkonfinali tad-drittijiet għandha tiġi ġġustifikata kif dovut u għandha tirrifletti l-varjazzjoni fl-ispejjeż reali mġarrba għall-forniment tas-servizzi pprovduti mill-intermedjarji. L-intermedjarji f'pajjiżi terzi li jkunu waqqfu fergħa fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni ta' informazzjoni, il-faċilitazzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u t-trasparenza tal-ispejjeż biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar l-ishma miżmuma permezz ta' intermedjarji ta' dan it-tip;

(8)

L-involviment effettiv u sostenibbli tal-azzjonisti huwa element rilevanti tal-mudell ta' governanza korporattiva tal-kumpaniji kkwotati, li jiddependi fuq is-sistema ta' kontrolli u bilanċi bejn l-organi u l-partijiet interessati differenti. L-involviment xieraq tal-partijiet interessati, b'mod partikolari tal-impjegati, għandu jiġi kkunsidrat bħala element tal-ogħla importanza fl-iżvilupp ta' qafas Ewropew ibbilanċjat fir-rigward tal-governanza korporattiva.

(9)

Investituri istituzzjonali u maniġers tal-assi ta' spiss ikunu azzjonisti importanti tal-kumpaniji kkwotati fl-Unjoni u għalhekk jistgħu jiżvolġu rwol sinifikanti fil-governanza korporattiva ta' dawn il-kumpaniji, iżda wkoll b'mod aktar ġenerali fir-rigward tal-istrateġija u l-prestazzjoni fuq żmien twil ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, l-esperjenza tal-aħħar snin uriet li ħafna drabi l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jinvolvux ruħhom b'mod xieraq mal-kumpaniji li fihom ikollhom ishma u ▌s-swieq kapitali spiss jagħmlu pressjoni fuq il-kumpaniji biex jagħtu riżultati fuq żmien qasir, li jipperikola l-prestazzjoni finanzjarja u dik mhux finanzjarja tal-kumpaniji fuq żmien twil u jwassal, fost diversi konsegwenzi negattivi oħra, għal livell subottimali ta' investimenti, pereżempju fir-riċerka u l-iżvilupp għad-detriment tal-prestazzjoni fuq żmien twil ▌tal-kumpaniji ▌.

(10)

Ħafna drabi, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jkunux trasparenti dwar l-istrateġiji ta' investiment u l-politika ta' involviment tagħhom ▌, l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħhom. L-iżvelar pubbliku ta' din l-informazzjoni kieku jkollu impatt pożittiv fuq l-għarfien tal-investituri, jippermetti li l-benefiċjarji aħħarin bħall-pensjonanti futuri jottimizzaw id-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom, jiffaċilita d-djalogu bejn il-kumpaniji u l-azzjonisti tagħhom, itejjeb l-involviment tal-azzjonisti u jsaħħaħ ir-responsabiltà tal-kumpaniji fir-rigward tal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili.

(11)

Għalhekk, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżviluppaw politika dwar l-involviment tal-azzjonisti, li tiddetermina, fost l-oħrajn, kif jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta' investiment tagħhom, kif jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom jinvestu, inklużi r-riskji ambjentali u soċjali, imexxu djalogi mal-kumpaniji li fihom jinvestu u mal-partijiet interessati tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot. Politika dwar l-involviment ta' dan it-tip għandha tinkludi politiki biex jiġu ġestiti l-kunflitti ta' interessi reali jew potenzjali, bħall-provvista ta' servizzi finanzjarji mill-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew il-kumpaniji affiljati magħhom, lill-entità li fiha jsir investiment Din il-politika, l-implimentazzjoni tagħha u r-riżultati ta' dawn għandhom jiġu żvelati pubblikament u jintbagħtu lill-klijenti tal-investituri istituzzjonali kull sena. Meta l-investituri istituzzjonali jew il-maniġers tal-assi jiddeċiedu li ma jiżviluppawx politika ta' involviment u/jew jiddeċiedu li ma jiżvelawx l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha huma għandhom jagħtu spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ.

(12)

Kull sena l-investituri istituzzjonali għandhom jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom ▌hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-assi tagħhom fuq żmien medju sa żmien twil. Meta jagħmlu użu minn maniġers tal-assi, jew permezz ta' mandati diskrezzjonali li jinvolvu l-ġestjoni tal-assi fuq bażi individwali jew permezz ta' fondi raggruppati, għandhom jiżvelaw pubblikament l-elementi ewlenin tal-arranġament mal-maniġer tal-assi fir-rigward ta' għadd ta' kwistjonijiet, bħal jekk jinċentivawx lill-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment tiegħu mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, jekk jinċentivawx lill-maniġer tal-assi biex jieħu deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' prestazzjoni tal-kumpanija fuq żmien medju sa żmien twil u biex jinvolvi ruħu mal-kumpaniji, kif jivvalutaw il-prestazzjoni tal-maniġers tal-assi, l-istruttura tal-korrispettiv għas-servizzi ta' ġestjoni tal-assi u l-fatturat tal-portafoll fil-mira. Dan kieku jikkontribwixxi għal allinjament xieraq tal-interessi bejn il-benefiċjarji finali tal-investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-kumpaniji li fihom isir investiment u potenzjalment għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' investiment fuq żmien itwal u relazzjonijiet fuq żmien itwal mal-kumpaniji li fihom isir investiment li jinvolvu l-involviment tal-azzjonisti.

(13)

Il-maniġers tal-assi għandhom ikunu rikjesti jiżvelaw pubblikament kif ▌ l-istrateġija ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha huma konformi mal-arranġament tal-ġestjoni tal-assi u kif l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment jikkontribwixxu għall-prestazzjoni fuq żmien medju sa żmien twil tal-assi tal-investitur istituzzjonali. Barra minn hekk, il-maniġer tal-assi għandhom jiżvelaw pubblikament il-fatturat tal-portafoll , jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' ġudizzji dwar il-prestazzjoni fuq żmien medju sa żmien twil tal-kumpanija li fiha jsir investiment, ▌u jekk huma jużawx konsulenti bi prokura għall-finijiet tal-attivitajiet ta' involviment tiegħu. Għandha tiġi żvelata informazzjoni ulterjuri mill-maniġers tal-assi direttament lill-investituri istituzzjonali, inkluża informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll, dwar l-ispejjeż tal-fatturat tal-portafoll, dwar il-kunflitti ta' interess li jkunu rriżultaw u dwar kif ġew indirizzati. Din l-informazzjoni tippermetti lil investituri istituzzjonali sabiex jimmonitorjaw aħjar il-maniġer tal-assi u tipprovdi inċentivi għal allinjament xieraq tal-interessi u għall-involviment tal-azzjonisti.

(14)

Sabiex itejbu l-informazzjoni fil-katina ta' investiment fil-kapital, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiżguraw sa fejn jistgħu li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom rigward il-votazzjoni jkunu preċiżi u kredibbli, abbażi ta' analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli għalihom u li ma jkunux affettwati minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju. Il-konsulenti bi prokura għandhom jadottaw u jsegwu kodiċi ta' kondotta. Devjazzjonijiet mill-kodiċi għandhom jiġu ddikjarati u spjegati, flimkien ma' kwalunkwe soluzzjoni alternattiva li tkun ġiet adottata. Il-konsulenti bi prokura għandhom jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta tagħhom kull sena. Għandhom jiżvelaw ċerta informazzjoni importanti relatata mat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom rigward il-votazzjoni u kwalunkwe kunflitt ta' interessi reali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta' negozju li jistgħu jinfluwenzaw it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet rigward il-votazzjoni.

(15)

Peress li r-remunerazzjoni hija waħda mill-istrumenti fundamentali għall-kumpaniji biex jallinjaw l-interessi tagħhom ma' dawk tad-diretturi tagħhom u fid-dawl tar-rwol kruċjali tad-diretturi fil-kumpaniji, huwa importanti li l-politika ta' remunerazzjoni tal-kumpaniji tiġi stabbilita b'mod xieraq mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u waqt li jitqiesu d-differenzi fl-istrutturi tal-bordijiet applikati mill-kumpaniji fl-Istati Membri differenti. Il-prestazzjoni tad-diretturi għandha tiġi vvalutata kemm permezz ta' kriterji dwar il-prestazzjoni finanzjarja u kemm permezz ta' kriterji dwar il-prestazzjoni mhux finanzjarja, inklużi fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

(15a)

Il-politika ta' remunerazzjoni għad-diretturi tal-kumpaniji għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir fuq żmien twil tal-kumpanija sabiex tiġi tikkorrispondi għal prattika aktar effettiva ta' governanza korporattiva u ma tkunx marbuta għal kollox jew fil-biċċa l-kbira mal-objettivi ta' investiment fuq żmien qasir.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti jkollhom vuċi effettiva dwar il-politika ta’ remunerazzjoni, għandhom jingħataw id-dritt li jivvutaw dwar il-politika ta’ remunerazzjoni, abbażi ta’ ħarsa ġenerali ċara, li tinftiehem u komprensiva tal-politika ta’ remunerazzjoni tal-kumpanija, li għandha tkun allinjata mal-istrateġija kummerċjali, l-għanijiet, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kumpanija u għandhom jinkorporaw miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess. Il-kumpaniji għandhom iħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont politika ta’ remunerazzjoni li tkun saret votazzjoni dwarha mill-azzjonisti. Il-politika ta’ remunerazzjoni li tkun saret votazzjoni dwarha għandha tiġi żvelata pubblikament mingħajr dewmien. [Em. 30]

(17)

Biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tkun konformi mal-politika approvata, l-azzjonisti għandhom jingħataw id-dritt li jivvutaw b'mod konsultattiv fuq ir-rapport ta’ remunerazzjoni tal-kumpanija. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tad-diretturi, ir-rapport ta’ remunerazzjoni għandu jkun ċar u jinftiehem u għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni li ngħatat lil diretturi individwali fl-aħħar sena finanzjarja. Fejn l-azzjonisti jivvotaw kontra r-rapport ta' remunerazzjoni, il-kumpanija għandha , fejn ikun meħtieġ, tidħol fi djalogu mal-azzjonisti sabiex tidentifika r-raġunijiet għar-rifjut. Il-kumpanija għandha tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss kif il-vot tal-azzjonisti jkun ġie kkunsidrat. [Em. 31]

(17a)

Iż-żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet ta' kumpaniji kbar, u b'mod partikolari fir-rigward tal-profitti li jkunu għamlu, it-taxxi fuq il-profitti li ħallsu u s-sussidji li rċievew, hija essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja u jiġi ffaċilitat l-involviment tal-azzjonisti u ċ-ċittadini l-oħra tal-UE fil-kumpaniji. Ir-rapportar obbligatorju f'dan il-qasam jista' għalhekk jitqies bħala element importanti tal-responsabbiltà korporattiva tal-kumpaniji fir-rigward tal-azzjonisti u s-soċjetà.

(18)

Sabiex il-partijiet interessati, l-azzjonisti u s-soċjetà ċivili jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-governanza korporattiva, ir-rapport ta' remunerazzjoni għandu jkun parti mid-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva li l-kumpaniji kkwotati għandhom jippubblikaw skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 (5).

(18a)

Jeħtieġ issir distinzjoni bejn il-proċeduri li permezz tagħhom tiġi stabbilita r-remunerazzjoni tad-diretturi u s-sistemi li bihom jiġu ddeterminati l-pagi tal-impjegati. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet fundamentali garantit mill-Artikolu 153(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti u x-xogħol, u d-drittijiet, fejn japplika, tal-imsieħba soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi skont il-liġi u l-użanzi nazzjonali.

(18b)

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ukoll, fejn applikabbli, ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(19)

Tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati jistgħu jikkawżaw preġudizzju lill-kumpaniji ▌, peress li jistgħu jagħtu lill-parti relatata l-opportunità għal valur xieraq li jappartjeni lill-kumpanija. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-interessi tal-kumpaniji . Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati ▌ jkunu approvati mill-azzjonisti jew mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpaniji, skont proċeduri li ma jħallux parti relatata tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha u jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi tal-azzjonisti li mhumiex partijiet relatati, inklużi l-azzjonisti minoritarji . Għal tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati ▌l-kumpaniji għandhom iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet mhux aktar tard minn meta tiġi konkluża t-tranżazzjoni , u jakkumpanjaw it-tħabbira b'rapport ▌li jevalwa jekk it-tranżazzjoni hijiex fuq termini tas-suq u li jikkonferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-kumpanija , inklużi l-azzjonisti minoritarji. L-Istati Membri għandhom jitħallew jeskludu tranżazzjonijiet annotati bejn il-kumpaniji u  impriżi konġunti u membru jew membri tal-grupp tagħha, sakemm dawk il-membri tal-grupp jew l-impriżi konġunti jkunu proprjetà sħiħa tal-kumpanija u sakemm ebda parti relatata oħra tal-kumpanija ma jkollha interess fil-membri jew fl-impriżi konġunti, kif ukoll tranżazzjonijiet annotati fil-perkors normali tan-negozju u konklużi fuq it-termini normali tas-suq.

(20)

Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 (6) huwa meħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. L-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-azzjonisti għandha tkun limitata għall-isem u d-dettalji ta' kuntatt , inkluż l-indirizz sħiħ, in-numru tat-telefon u, jekk ikun rilevanti, l-indirizz tal-posta elettronika tal-azzjonisti korrispondenti u l-għadd ta' ishma u d-drittijiet tal-vot li jkollhom dawn l-azzjonisti . Din l-informazzjoni għandha tkun preċiża u għandha tinżamm aġġornata, u l-intermedjarji kif ukoll il-kumpaniji għandhom jippermettu r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta kollha li tkun inkorretta jew li ma tkunx sħiħa. Din l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni dwar l-azzjonisti ma għandhiex tintuża għal xi għan ieħor għajr il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti , tal-involviment tal-azzjonisti u tad-djalogu bejn il-kumpanija u l-azzjonist .

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti , dwar it-trażmissjoni tal-informazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u  dwar ir-rapporti ta' remunerazzjoni , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tad-definizzjoni tar-rekwiżiti rigward it-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-kumpanija u l-azzjonisti, il-faċilitazzjoni mill-intermedjarju tal-eżerċitar tad-drittijiet min-naħa tal-azzjonisti u l-preżentazzjoni standardizzata tar-rapport ta' remunerazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u  lill-Kunsill .

(22)

Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva jew il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva jiġu applikati fil-prattika, kull ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti għandu jkun soġġett għal penali. Għal dak il-għan, il-penali għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati biżżejjed.

(23)

Peress li minħabba n-natura internazzjonali tas-suq tal-ekwità tal-Unjoni, l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u azzjoni mill-Istati Membri weħidhom x’aktarx li twassal għal settijiet differenti ta’ regoli, li jistgħu jimminaw jew joħolqu ostakli ġodda għat-tħaddim tas-suq intern, l-għanijiet jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex dawk l-għanijiet jintlaħqu."

(24)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (7), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Tistabbilixxi wkoll rekwiżiti speċifiċi sabiex jiġi ffaċilitat l-involviment tal-azzjonisti fit-tul, inklużi l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti . Barra minn hekk, toħloq trasparenza dwar il-politiki ta' involviment tal-investituri istituzzjonali l-maniġers tal-assi u dwar l-attivitajiet tal-konsulenti bi prokura tistabbilixxi ċerti rekwiżiti fir-rigward tar-remunerazzjoni tad-diretturi u tranżazzjonijiet ta' partijiet relatati .”

(aa)

Wara l-paragrafu 3 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a.     L-impriżi msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhom fl-ebda każ jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu Ib.”

(b)

Wara l-paragrafu 3a jiżdied il-paragrafu ▌li ġej:

3b.    Il-Kapitolu Ib japplika għal investituri istituzzjonali u għal maniġers tal-assi sakemm dawn jinvestu, direttament jew permezz ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, f’isem l-investituri istituzzjonali, f’ishma. Japplika wkoll għall-konsulenti bi prokura.

(ba)

Wara l-paragrafu 3b jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3c.     Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE li tirregola tipi speċifiċi ta' kumpaniji jew entitajiet ikkwotati. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE għandhom jieħdu preċedenza fuq din id-Direttiva sa fejn ir-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva jikkontradixxu r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE. Fejn id-Direttiva tipprevedi regoli aktar speċifiċi jew iżżid rekwiżiti meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati b'mod konġunt mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva”.

(2)

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti minn (d) sa (jc) li ġejjin:

“(d)

‘intermedjarju’ tfisser persuna ġuridika li jkollha l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha fl-Unjoni Ewropea u żżomm kontijiet tat-titoli għall-klijenti;

(da)

‘kumpanija kbira’ tfisser kumpanija li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(db)

‘grupp kbir’ tfisser grupp li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(e)

‘intermedjarju f’pajjiż terz’ tfisser persuna ġuridika li jkollha l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha barra mill-Unjoni u żżomm kontijiet tat-titoli għall-klijenti;

(f)

‘investitur istituzzjonali’ tfisser impriża li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont it-tifsira tal-Artikolu  2(3)(a), (b) u (c), u attivitajiet ta’ riassigurazzjoni li jkopru obbligi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux eskluża skont l-Artikoli  3 , 4, 9, 10, 11 jew 12 tad-Direttiva  2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u istituzzjoni li tipprovdi għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;

(g)

‘maniġer tal-assi’ tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva  2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-portafolli lill-investituri istituzzjonali, AIFM (maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva jew kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); jew kumpanija ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-amministrazzjoni tagħha;

(h)

‘involviment tal-azzjonisti’ tfisser il-monitoraġġ minn azzjonist waħdu jew flimkien ma’ azzjonisti oħrajn, tal-kumpaniji dwar kwistjonijiet rilevanti inklużi l-istrateġija , il-prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja , ir-riskji, l-istruttura kapitali, ir-riżorsi umani, l-impatt soċjali u ambjentali u l-governanza korporattiva, li jkollhom djalogu mal-kumpaniji u l-partijiet interessati tagħhom dwar dawn il-kwistjonijiet u  li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot u drittijiet oħra marbuta mal-ishma ;

(i)

‘konsulent bi prokura’ tfisser persuna ġuridika li tipprovdi, fuq bażi professjonali, rakkomandazzjonijiet lill-azzjonisti dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot tagħhom;

(l)

‘Direttur’ tfisser

kull membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza ta’ kumpanija;

il-kap eżekuttiv u d-deputati kapijiet eżekuttivi, meta mhumiex membri ta' korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ;

(j)

‘parti relatata’ għandha l-istess tifsira bħal fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(ja)

‘assi’ tfisser il-valur totali tal-assi ppreżentat fuq il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-kumpanija ppreparata skont l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju;

(jb)

‘parti interessata’ tfisser kull individwu, grupp, organizzazzjoni jew komunità lokali affettwat jew affettwata jew li għandu jew għandha interess fl-operat u l-prestazzjoni ta' kumpanija;

(jc)

‘informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti’ tfisser kwalunkwe informazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita l-identità ta' azzjonist, inklużi, tal-inqas:

l-ismijiet tal-azzjonisti u d-dettalji tagħhom (inklużi l-indirizz sħiħ, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email), u, meta ma jkunux persuni ġuridiċi, l-identifikatur uniku tagħhom jew, jekk dan ma jkunx disponibbli, dejta ta' identifikazzjoni oħra;

l-għadd ta' ishma li għandhom u d-drittijiet tal-vot assoċjati ma' dawk l-ishma.”

(8)   Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1). "

(9)  Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10)."

(10)   Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.06.2014, p. 349). "

(11)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)."

(12)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32)."

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1)."

(2a)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jinkludu fid-definizzjoni ta’ Direttur imsemmija fil-punt (l) tal-ewwel paragrafu, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, individwi oħra li jkopru pożizzjonijiet simili.”

(2b)

Wara l-Artikolu 2, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Protezzjoni tad-dejta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali skont din id-Direttiva jsir skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.”

(3)

Wara l-Artikolu 3, jiddaħħlu l-Kapitoli Ia u 1b li ġejjin

“KAPITOLU IA

L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-AZZJONISTI, IT-TRAŻMISSJONI TA' INFORMAZZJONI U L-FAĊILITAZZJONI TAL-EŻERĊITAR TAD-DRITTIJIET TAL-AZZJONISTI

Artikolu 3a

L-identifikazzjoni tal-azzjonisti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom id-dritt li jidentifikaw l-azzjonisti tagħhom , filwaqt li jqisu s-sistemi nazzjonali eżistenti .

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara talba tal-kumpanija, l-intermedjarju jikkomunika mingħajr dewmien żejjed lill-kumpanija l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti . Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ kumpaniji azzjonarji, it-talba tal-kumpanija għandha tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed. L-intermedjarju li jkollu l-informazzjoni rigward l-identità tal-azzjonisti għandu jitrażmettiha direttament lill-kumpanija.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li d-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) ikunu l-imtermedjarji responsabbli għall-ġbir tal-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti u biex jipprovduha direttament lill-kumpanija.

3.   L-azzjonisti għandhom jiġu infurmati kif xieraq mill-intermedjarju tagħhom li l-informazzjoni rigward l-identità tagħhom tista' tiġi pproċessata f'konformità ma' dan l-artikolu u, meta jkun il-każ, li din l-informazzjoni tkun effettivament ġiet trażmessa lill-kumpanija . Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonist , u tal-involviment u d-djalogu bejn il-kumpanija u l-azzjonisti dwar kwistjonijiet relatati mal-kumpanija . Il-kumpaniji għandhom fi kwalunkwe każ jitħallew jagħtu lil partijiet terzi stampa ġenerali tal-istruttura azzjonarja tal-kumpanija billi jiżvelaw il-kategoriji differenti ta' azzjonisti. Il-kumpanija u l-intermedjarju għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jkunu kapaċi jirrettifikaw jew iħassru kull dejta inkompleta jew mhux preċiża . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji u l-intermedjarji ma jaħżnux l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti trażmessa lilhom f'konformità ma' dan l-Artikolu għal aktar żmien milli meħtieġ u, fi kwalunkwe każ, għal aktar minn 24 xahar wara li l-kumpanija jew l-intermedjarji jkunu saru jafu li l-persuna kkonċernata ma tkunx għadha azzjonist .

4.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju li jirrapporta lill-kumpanija l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti b'konformità mal-paragrafu 2 ma jitqiesx li qed jikser xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b'kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.

5.    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14a biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, il-format tat-talba , inklużi l-formati siguri li għandhom jintużaw, u t-trażmissjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati. [Em. 24]

Artikolu 3b

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk kumpanija ▌ma tikkomunikax direttament mal-azzjonisti tagħha, l-informazzjoni relatata mal-ishma tagħhom titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tal-websajt tal-kumpanija u tiġi trażmessa lilhom jew, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-azzjonist, lil parti terza, mill-intermedjarju mingħajr dewmien żejjed fil-każijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni tkun meħtieġa biex jiġi eżerċitat id-dritt tal-azzjonist li jirriżulta mill-ishma tiegħu;

(b)

l-informazzjoni tiġi diretta lill-azzjonisti kollha li jkollhom ishma ta’ dik il-klassi.

2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-kumpaniji jipprovdu u jagħtu l-informazzjoni lill-intermedjarju relatata mal-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma skont il-paragrafu 1 b’mod standardizzat u f’waqtu.

3.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intermedjarju jittrażmetti lill-kumpanija, skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-azzjonisti, mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni riċevuta mill-azzjonisti relatata mal-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma tagħhom.

4.   Fejn ikun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ kumpaniji azzjonarji, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed.

5.    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 14a, biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ▌fir-rigward tal-konenut li għandu jiġi trażmess, l-iskadenzi li jridu jiġu osservati u t-tipi u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa , inklużi l-formati siguri li għandhom jintużaw .

Artikolu 3c

Il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti

1.   L-Istati Membri jiżguraw li l-intermedjarji jiffaċilitaw l-eżerċitar tad-drittijiet mill-azzjonisti , inkluż id-dritt li jipparteċipaw u jivvotaw fil-laqgħat ġenerali. Din il-faċilitazzjoni tinkludi mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-intermedjarju jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-azzjonist jew għal persuna terza maħtura mill-azzjonist biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet huma stess;

(b)

l-intermedjarju jeżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma fuq l-awtorizzazzjoni u l-istruzzjoni espliċiti tal-azzjonist u għall-benefiċċju tiegħu.

2.   L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jiżvelaw pubblikament, permezz tal-websajt tagħhom, il-minuti tal-laqgħat ġenerali tagħhom u r-riżultati tal-votazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jikkonfermaw il-voti mitfugħa fil-laqgħat ġenerali minn jew f’isem l-azzjonisti , meta l-voti jintefgħu permezz ta’ mezzi elettroniċi . Fil-każ li l-intermedjarju jitfa’ l-vot, huwa jittrażmetti l-konferma tal-vot lill-azzjonist. Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ kumpaniji azzjonarji, il-konferma tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed.

3.    Biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , skont l-Artikolu 14a, biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għall-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ▌fir-rigward tat-tip u l-kontenut tal-faċilitazzjoni, il-forma tal-konferma tal-votazzjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati. ▌

Artikolu 3d

Trasparenza dwar il-kostijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-intermedjarji jitolbu l-ispejjeż tas-servizz li se jiġi pprovdut mill-kumpaniji taħt dan il-kapitolu. L-intermedjarji jiżvelaw pubblikament il-prezzijiet, it-tariffi u kull ħlas ieħor b’mod separat għal kull servizz imsemmi f’dan il-kapitolu.

2.    Meta l-intermedjarji jitħallew jitolbu l-ispejjeż bi qbil mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jiżvelaw pubblikament, separatament għal kull servizz, l-ispejjeż għas-servizzi msemmija f'dan il-kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ħlas li jista’ jiġi impost minn intermedjarju fuq l-azzjonisti, il-kumpaniji u l-intermedjarji oħra għandu jkun nondiskriminatorju , raġonevoli u proporzjonat. Kull differenza fil-ħlasijiet imposti bejn l-eżerċizzju domestiku u transfruntier tad-drittijiet għandha tiġi permessa biss meta tkun iġġustifikata kif xieraq u għandha tirrifletti l-varjazzjoni fl-ispejjeż attwali mġarrba biex jingħata s-servizz .

Artikolu 3e

Intermedjarji ta' pajjiżi terzi

Intermedjarju f’pajjiż terz li jkun stabbilixxa fergħa fl-Unjoni jkun soġġett għal dan il-kapitolu.”

KAPITOLU IB

TRASPARENZA TAL-INVESTITURI ISTITUZZJONALI, IL-MANIĠERS TAL-ASSI U L-KONSULENTI BI PROKURA

Artikolu 3f

Il-politika ta’ involviment

1.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3f(4), jiżguraw li l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jiżviluppaw politika dwar l-involviment tal-azzjonisti (‘politika ta’ involviment’). Din il-politika ta’ involviment għandha tiddetermina kif l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta’ investiment tagħhom;

(b)

jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom jinvestu, inkluża l-prestazzjoni mhux finanzjarja tagħhom u t-tnaqqis tar-riskji soċjali u ambjentali ;

(c)

iwettqu djalogi mal-kumpaniji li fihom jinvestu;

(d)

jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot;

(e)

jużaw is-servizzi pprovduti mill-konsulenti bi prokura;

(f)

jikkooperaw ma’ azzjonisti oħra;

(fa)

iwettqu djalogu u kooperazzjoni ma’ partijiet interessati oħra tal-kumpanija li fiha jsir l-investiment.

2.   L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3f(4), jiżguraw li l-politika ta’ involviment tinkludi politiki biex jiġġestixxu kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali fir-rigward tal-involviment tal-azzjonisti. Dawn il-politiki għandhom jiġu żviluppati b'mod partikulari għal kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew kumpaniji oħra affiljati magħhom, joffru prodotti finanzjarji lill-entità li fiha jsir investiment jew ikollhom relazzjonijiet kummerċjali oħra magħha;

(b)

direttur tal-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi jkun ukoll direttur tal-entità li fiha jsir investiment;

(c)

maniġer tal-assi li jamministra l-assi ta’ istituzzjoni li tipprovdi għal irtirar okkupazzjonali jinvesti f’kumpanija li tikkontribwixxi għal dik l-istituzzjoni;

(d)

l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi jkun affiljat ma’ kumpanija li tkun nediet offerta ta’ xiri għall-ishma tagħha.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull sena, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jiżvelaw pubblikament il-politika ta’ involviment tagħhom, kif ġiet implimentata u r-riżultati tagħha. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza għandha mill-inqas tkun disponibbli , mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija. L-investituri istituzzjonali għandhom jagħtu dik l-informazzjoni lill-klijenti tagħhom fuq bażi annwali.

L-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżvelaw pubblikament , għal kull kumpanija li fiha jkollhom ishma, jekk ivvutawx u kif ivvutaw fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji kkonċernati u jipprovdu spjegazzjoni dwar kif ikunu ivvutaw. Meta maniġer tal-assi jivvota f’isem investitur istituzzjonali, l-investitur istituzzjonali għandu jagħmel referenza għall-post fejn din l-informazzjoni dwar il-votazzjoni tkun ġiet ippubblikata mill-maniġer tal-assi. L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tkun mill-inqas disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija.

4.   Fejn investituri istituzzjonali jew maniġers tal-assi jiddeċiedu li ma jiżviluppawx politika ta’ involviment jew jiddeċiedu li ma jiżvelawx l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha, huma għandhom jagħtu spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ. [Em. 25]

Artikolu 3 g

Strateġija ta’ investiment ta’ investituri istituzzjonali u arranġamenti ma’ maniġers tal-assi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri istituzzjonali jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija tagħhom ta’ investiment ta’ ekwità (‘strateġija ta’ investiment’) hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif din tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza għandha mill-inqas tkun disponibbli , mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija sakemm tibqa’ applikabbli u għandha tintbagħat kull sena lill-klijenti tal-kumpanija flimkien mal-informazzjoni dwar il-politika ta’ involviment tagħhom .

2.   Meta maniġer tal-assi jinvesti f’isem investitur istituzzjonali, jew fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent jew permezz ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, l-investitur istituzzjonali għandu jiżvela pubblikament kull sena l-elementi ewlenin tal-arranġament mal-maniġer tal-assi fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk u sa liema punt jinċentiva l-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tiegħu;

(b)

jekk u sa liema punt jinċentiva l-maniġer tal-assi biex jagħmel deċiżjonijiet ta’ investiment ibbażati fuq prestazzjoni fuq terminu ta' żmien minn medju sa twil tal-kumpanija, inkluż il-prestazzjoni mhux finanzjarja, u biex jinvolvi ruħu ma’ kumpaniji bħala mezz biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-kumpanija li tagħti redditu fuq l-investiment;

(c)

il-metodu u l-medda taż-żmien tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-maniġer tal-assi, u b’mod partikolari jekk din il-valutazzjoni tqisx il-prestazzjoni assoluta fit-tul u kif tagħmel dan għall-kuntrarju ta’ prestazzjoni relattiva għall-indiċi tal-istandards jew maniġers oħra tal-assi li jkunu qed isegwu strateġiji simili ta’ investiment;

(d)

kif l-istruttura tal-konsiderazzjoni għas-servizzi li jimmaniġġaw l-assi tikkontribwixxi għall-allinjament tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-maniġer tal-assi mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali;

(e)

il-fatturat tal-portafoll fil-mira jew il-firxa tal-fatturat, il-metodu użat għall-kalkolu tal-fatturat, u jekk hemmx xi proċedura stabbilita meta din tinqabeż mill-maniġer tal-assi;

(f)

it-tul tal-arranġament mal-maniġer tal-assi.

Meta l-arranġament mal-maniġer tal-assi ma jkunx fih wieħed jew aktar mill-elementi msemmija fil-punti minn minn (a) sa (f), l-investitur istituzzjonali għandu jagħti spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ. [Em. 26]

Artikolu 3h

Trasparenza tal-maniġers tal-assi

1.   L-Istati Membri jiżguraw li l-maniġers tal-assi jiżvelaw , kif speċifikat fil-paragrafi 2 u 2a, kif l-istrateġija ta’ investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha huma konformi ▌mal- ▌arranġament imsemmi fl-Artikolu 3 g(2) .

2.   L-Istati Membri jiżguraw li kull sena l-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-pubbliku l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta’ investiment abbażi ta’ deċiżjonijiet dwar il-prestazzjoni fuq terminu ta' żmien minn medju sa twil tal-entità li fiha jsir investiment, inkluż il-prestazzjoni mhux finanzjarja, u jekk iva, kif;

(b)

il-livell tal-fatturat tal-portafoll, il-metodu użat biex jiġi kkalkulat u spjegazzjoni ta’ jekk il-fatturat ikunx qabeż il-livell fil-mira;

(c)

jekk kienx hemm kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali b’rabta mal-attivitajiet ta’ involviment, u jekk iva kif il-maniġer tal-assi jkun indirizzahom;

(d)

jekk il-maniġer tal-assi jużax konsulenti bi prokura għall-fini tal-attivitajiet ta’ involviment tagħhom jew le, u jekk iva, kif;

(e)

kif, b’mod ġenerali, l-istrateġija ta’ investiment u l-implimentazzjoni tagħha jikkontribwixxu għall-prestazzjoni tal-assi tal-investitur istituzzjonali fuq terminu medju sa twil.

2a.     L-Istati Membri jiżguraw li kull sena l-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-investitur istituzzjonali li miegħu jkunu daħlu fl-arranġament imsemmi fl-Artikolu 3 g(2) l-informazzjoni li ġejja:

(a)

kif kien magħmul il-portafoll u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-portafoll fil-perjodu preċedenti;

(b)

il-kostijiet tal-fatturat tal-portafoll;

(c)

il-politika tagħhom dwar self ta’ titoli u l-implimentazzjoni tagħha.

3.   L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2 tkun mill-inqas disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-maniġer tal-assi. L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2 tingħata mingħajr ħlas u, f’każ li l-maniġer tal-assi ma jamministrax l-assi fuq bażi diskrezzjonali ta' klijent bi klijent, tiġi pprovduta wkoll lil investituri oħrajn jekk tintalab.

3a.     L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li, f’każijiet eċċezzjonali, maniġer tal-assi jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jitħalla jastjeni milli jiżvela xi parti mill-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont dan l-Artikolu jekk dik il-parti tkun marbuta ma’ żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu għaddejjin negozjati dwarhom u l-iżvelar tagħha jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-maniġer tal-assi.

Artikolu 3i

Trasparenza tal-konsulenti bi prokura

1.   L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiġi żgurat bl-aħjar mod possibbli li r-riċerka tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom ikunu preċiżi u kredibbli, ibbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom u żviluppati fl-interess uniku tal-klijenti tagħhom .

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jirreferu għal kodiċi ta’ kondotta li japplikaw. Meta jiddevjaw minn kwalunkwe rakkomandazzjoni ta’ dak il-kodiċi ta’ kondotta, huma għandhom jiddikjaraw dan, jispjegaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni u jindikaw kwalunkwe miżura alternattiva adottata. Din l-informazzjoni, flimkien mar-referenza għall-kodiċi ta’ kondotta li japplikaw, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-konsulent bi prokura.

Il-konsulenti bi prokura għandhom jirrapportaw kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dak il-kodiċi ta' kondotta. Ir-rapporti annwali għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-konsulent bi prokura u għandhom jibqgħu disponibbli, mingħajr ħlas, għal mill-inqas tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni.

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull sena, il-konsulenti bi prokura jiżvelaw pubblikament l-informazzjoni kollha li ġejja fir-rigward tat-tħejjija tar-riċerka u tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom:

(a)

il-karatteristiċi essenzjali tal-metodoloġiji u l-mudelli li japplikaw;

(b)

is-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni li jużaw;

(c)

jekk iqisux il-kundizzjonijiet tas-suq nazzjonali, legali, regolatorji u skont il-kumpanija, u, jekk iva, kif;

(ca)

il-karatteristiċi essenzjali tar-riċerka mwettqa u l-politiki tal-vot applikati għal kull suq;

(d)

jekk iżommux komunikazzjoni jew djalogi mal-kumpaniji li huma l-oġġett tar-riċerka u tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom mal-partijiet interessati tagħhom , u, jekk iva, l-estent u n-natura tagħhom;

(da)

il-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali;

(e)

l-għadd totali u l-kwalifiki ta’ persunal involut fit-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot;

(f)

l-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet tal-vot mogħtija fl-aħħar sena.

Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-konsulenti bi prokura u tibqa’ disponibbli, mingħajr ħlas, għal mill-inqas tliet snin mill-jum li fih tiġi ppubblikata.

3.   L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jidentifikaw u jiżvelaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-klijenti tagħhom ▌kull kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta’ negozju li jistgħu jinfluwenzaw ir-riċerka u t-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot u l-azzjonijiet li jkunu ħadu sabiex jeliminaw jew inaqqsu l-kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali.”

(4)

L-Artikoli 9a, 9b u 9c li ġejjin ġew inseriti:

“Artikolu 9a

Dritt għall-vot dwar il-politika ta’ remunerazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jistabbilixxu politika ta’ remunerazzjoni fir-rigward tad-diretturi u jissottomettuha għal votazzjoni vinkolanti fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti . Il-kumpaniji għandhom iħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont il-politika ta’ remunerazzjoni li tkun ġiet ivvutata matul il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti . Kwalunkwe bilda fil-politika għandha tiġi vvutata waqt il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti u l-politika ta’ remunerazzjoni , fi kwalunkwe każ, għandha tiġi sottomessa għal approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali mill-inqas kull tliet snin.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-votazzjonijiet tal-laqgħa ġenerali dwar il-politika ta’ remunerazzjoni huma konsultattivi.

F'każijiet fejn ebda politika ta' remunerazzjoni ma tkun ġiet implimentata qabel u l-azzjonisti jirrifjutaw l-abbozz ta' politika li jkun tressaq quddiemhom, il-kumpanija tista', waqt li tkun qed terġa' taħdem l-abbozz u għal perjodu ta' mhux aktar minn sena qabel ma jiġi adottat l-abbozz, tħallas remunerazzjoni lid-diretturi tagħha skont prattiki eżistenti.

F’każijiet fejn tkun teżisti politika ta’ remunerazzjoni u l-azzjonisti jirrifjutaw abbozz ta’ politika ppreżentat lilhom f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-kumpanija tsta’, waqt li tkun qed terġa’ taħdem l-abbozz u għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena sakemm jiġi adottat l-abbozz, tħallas remunerazzjoni lid-diretturi tagħha skont il-politika ezistenti.

2.    Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun ċara, tinftiehem u konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-għanijiet, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tal-kumpanija u  għandha tinkorpora miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess.

3.   Il-politika għandha tispjega kif din tikkontribwixxi għall-interessi u s-sostenibilità fit-tul tal-kumpanija. Hija għandha tistipula kriterji ċari għall-għoti ta’ rimunerazzjoni fissa u varjabbli, inklużi l-bonusijiet kollha u l-benefiċċji kollha, f'kull forma.

Il-politika għandha tindika l-proporzjon relattiv xieraq tal-komponenti differenti ta' remunerazzjoni fissa u varjabbli. Hija għandha tispjega kif il-ħlas u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati tal-kumpanija kienu kkunsidrati meta ġew stabbiliti l-politika jew ir-remunerazzjoni tad-diretturi.

Għal remunerazzjoni varjabbli, il-politika għandha tindika l-kriterji tal-prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja , inkluża, meta jkun xieraq, kunsiderazzjoni għall-programmi u r-riżultati relatati mar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, li għandhom jintużaw u tispjega kif dawn jikkontribwixxu għall-interessi u s-sostenibbiltà tal-kumpanija fit-tul, u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex jiddeterminaw sa liema punt il-kriterji ta' prestazzjoni twettqu; hija tispeċifika l-perjodi ta' differiment, il-perjodi ta' akkwiżizzjoni għar-rimunerazzjoni bbażata fuq l-ishma wara l-akkwiżizzjoni, u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà tal-kumpanija li terġa' tieħu lura r-remunerazzjoni varjabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valur tal-ishma ma jkollux rwol dominanti fil-kriterji tal-prestazzjoni finanzjarja.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-remunerazzjoni bbażata fuq l-ishma ma tirrappreżentax l-iżjed parti sinifikanti mir-remunerazzjoni varjabbli tad-diretturi. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta' dan is-subparagrafu bil-kundizzjoni li l-politika ta' remunerazzjoni tinkludi spjegazzjoni ċara u motivata dwar kif tali eċċezzjoni tikkontribwixxi għall-interessi u s-sostenibbiltà fit-tul tal-kumpanija.

Il-politika għandha tindika t-termini ewlenin tal-kuntratti tad-diretturi, inkluż id-durata tagħhom u l-perjodi ta’ notifika applikabbli u  t-termini tat-tmiem u l-pagamenti marbuta ma’ tmiem il-kuntratti u l-karatteristiċi tal-pensjoni supplimentari jew skemi ta’ rtirar bikri . Meta l-liġijiet nazzjonali jippermettu li l-kumpaniji jkollhom arranġamenti ma' diretturi mingħajr kuntratt, il-politika għandha f'dak il-każ tindika t-termini ewlenin tal-arranġamenti mad-diretturi, inklużi d-durata tagħhom u l-perjodi ta' notifika applikabbli u t-termini ta' tmiem tal-arranġamenti u l-pagamenti b'rabta ma' tali tmiem, kif ukoll il-karatteristiċi ta' pensjoni supplimentari jew skemi ta' rtirar bikri.

Il-politika għandha tispeċifika l-proċeduri tal-kumpanija għad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni tad-diretturi, inklużi r-rwol u l-funzjonament tal-kumitat ta’ remunerazzjoni.

Il-politika għandha tispjega l-proċess ta’ teħid ta' teħid tad-deċiżjonijiet speċifiku li jwassal għad-determinazzjoni tagħha. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-politika, hija għandha tinkludi spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti kollha u kif din tieħu inkonsiderazzjoni l-voti u l-fehmiet tal-azzjonisti dwar il-politika u r-rapport tal-inqas fit-tliet snin konsekuttivi preċedenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara li l-azzjonisti jkunu approvaw il-politika, din issir pubblika mingħajr dewmien u disponibbli , mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija għall-inqas sakemm tibqa’ applikabbli. [Em. 27 rev.]

Artikolu 9b

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ta’ remunerazzjoni u d-dritt għal-vot dwar ir-rapport ta’ remunerazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tfassal rapport ċar u li jiftiehem dwar ir-remunerazzjoni, li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni, inklużi l-benefiċċji kollha f'kull forma, li ngħataw , skont il-politika ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 9a, lid-diretturi individwali, inkluż lil diretturi rreklutati ġodda u lil diretturi preċedenti, fl-aħħar sena finanzjarja. Fejn applikabbli, ir-rapport għandu jkun fih l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

ir-remunerazzjoni totali mogħtija, imħallsa jew dovuta f’partijiet skont il-komponent, il-proporzjon relattiv tar-remunerazzjoni fissa u varjabbli, spjegazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni totali hija marbuta mal-prestazzjoni fit-tul u informazzjoni dwar kif il-kriterji ta’ prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja ġew applikati;

(b)

il-bidla relattiva fir-remunerazzjoni tad-diretturi eżekuttivi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji, ir-relazzjoni tagħha fir-rigward tal-iżvilupp tal-prestazzjoni ġenerali tal-kumpanija u fir-rigward tal-bidla fir-remunerazzjoni medja tal-impjegati matul l-istess perjodu ;

(c)

kull remunerazzjoni li jirċievu jew li tkun dovuta lid-diretturi tal-kumpanija minn kull impriża li tappartjeni għall-istess grupp;

(d)

l-għadd ta' ishma u l-għażliet ta' ishma mogħtija jew offruti, u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-eżerċizzju tad-drittijiet inklużi l-prezz u d-data tal-eżerċizzju u kwalunkwe bidla li ssir fihom;

(e)

informazzjoni dwar l-użu tal-possibbiltà li r-remunerazzjoni varjabbli tintalab lura;

(f)

informazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni tad-diretturi ġiet stabbilita, inkluż ir-rwol tal-kumitat ta' remunerazzjoni.

2.   L-Istati Membri jiżguraw li meta d-dejta personali tad-direttur tiġi pproċessata, id-dritt għall-privatezza ta’ persuni naturali jiġi protett skont id-Direttiva 95/46/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul il-laqgħa ġenerali annwali, l-azzjonisti jkollhom id-dritt li jorganizzaw votazzjoni konsultattiva dwar ir-rapport ta’ remunerazzjoni tal-aħħar sena finanzjarja. Meta l-azzjonisti jivvutaw kontra r-rapport ta’ remunerazzjoni, il-kumpanija għandha, meta jkun meħtieġ, tidħol fi djalogu mal-azzjonisti biex tidentifika r-raġunijiet għar-rifjut. Fir-rapport ta’ remunerazzjoni li jmiss, il-kumpanija għandha tispjega kif il-vot tal-azzjonisti jkun ġie kkunsidrat.

3a.     Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 9a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-sistemi nazzjonali ta’ formazzjoni tal-pagi għall-impjegati u, fejn applikabbli, għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fuq il-bordijiet.

4.    Biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 14a, biex tispeċifika l-preżentazzjoni standardizzata tal-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 28]

Artikolu 9c

Id-dritt għall-vot dwar tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati

1.   L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji, f’każ ta’ tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati▌, iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet sa mhux aktar tard minn waqt il-konklużjoni tat-tranżazzjoni, u t-tħabbira għandha tkun akkumpanjata minn rapport ▌li jevalwa jekk it-tranżazzjoni hijiex fuq termini tas-suq jew le u l-konferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-kumpanija , inklużi l-azzjonisti minoritarji , u jipprovdi spjegazzjoni tal-evalwazzjonijiet li l-valutazzjoni hija bbażata fuqhom . It-tħabbira jkun fiha informazzjoni dwar in-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata, l-isem tal-parti relatata, l-ammont tat-tranżazzjoni u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex ▌tiġi vvalutata l-korrettezza ekonomika mill-perspettiva tal-kumpanija, inklużi l-azzjonisti minoritarji .

L-Istati Membri jiddefinixxu regoli speċifiċi fir-rigward tar-rapport li għandu jiġi adottat skont l-ewwel subparagrafu, inkluż l-attur responsabbli għat-tfassil tar-rapporti, li jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

parti terza indipendenti;

il-korp superviżorju tal-kumpanija; jew

kumitat ta' diretturi indipendenti.

2.   L-Istati Membri jiżguraw li t-tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati jkunu approvati mill-azzjonisti jew mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpaniji, skont proċeduri li jipprevjenu parti relatata milli tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha u jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex partijiet relatati, inklużi azzjonisti minoritarji.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-azzjonisti jkollhom id-dritt li jivvutaw dwar tranżazzjonijiet materjali approvati mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija.

L-intenzjoni hi li l-partijiet relatati jitwaqqfu milli jiksbu vantaġġ minn pożizzjoni speċjali u biex tingħata protezzjoni xierqa għall-interess tal-kumpanija .

2a.     L-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet relatati u r-rappreżentanti tagħhom jiġu esklużi mit-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u mill-votazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jsiru u jittieħdu skont il-paragrafu 2. Meta t-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist għandu jiġi eskluż minn kwalunkwe votazzjoni dwar it-tranżazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil azzjonist li jkun parti relatata jieħu sehem fil-votazzjoni sakemm id-dritt nazzjonali jiżgura salvagwardji adegwati li japplikaw matul il-proċess tal-votazzjoni biex jitħarsu l-interessi tal-azzjonisti li ma jkunux partijiet relatati, inklużi l-azzjonisti minoritarji, billi l-parti relatata ma titħalliex tapprova t-tranżazzjoni minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġoranza tal-azzjonisti li ma jkunux partijiet relatati jew minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġaronza tad-diretturi indipendenti.

3.    L-Istati Membri jiżguraw li tranżazzjonijiet mal-istess parti relatata, li ġew konklużi fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar jew fl-istess sena finanzjarja u li ma kienux soġġetti għall-obbligi elenkati fil-paragrafi 1, 2 jew 3 jiġu aggregati għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi . ▌

4.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mir-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 2 u 3:

it-tranżazzjonijiet li jkunu saru bejn il-kumpanija u membru wieħed jew aktar tal-grupp tagħha jew impriżi konġunti, sakemm dawk il-membri tal-grupp jew l-impriżi konġunti jappartjenu totalment lill-kumpanija jew sakemm ebda parti relatat oħra tal-kumpanij ma jkollha interess f'dawk il-membri jew fl-impriżi konġunti;

it-tranżazzjonijiet li jkunu saru fil-perkors normali tan-negozju u li jkunu ġew konklużi fuq termini tas-suq normali.

4a.     L-Istati Membri jiddefinixxu tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati. Tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati jiġu definiti billi jitqiesu:

(a)

l-effett li l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni jista' jkollha fuq id-deċiżjonijiet tas-soġġetti involuti fil-proċess ta' approvazzjoni;

(b)

l-impatt tat-tranżazzjoni fuq ir-riżultati, l-assi, il-kapitalizzazzjoni jew il-fatturat tal-kumpanija u l-pożizzjoni tal-parti relatata;

(c)

ir-riskji li t-tranżazzjonijiet joħolqu għall-kumpanija u l-azzjonisti minoritarji tagħha.

Meta jiddefinixxu t-tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proporzjon kwantitattiv wieħed jew aktar abbażi tal-impatt tat-tranżazzjoni fuq id-dħul, l-assi, il-kapitalizzazzjoni jew il-fatturat tal-kumpanija jew iqisu n-natura tat-tranżazzjoni u l-pożizzjoni tal-parti relatata.”

(5)

Wara l-Artikolu 14, jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej:

“KAPITOLU IIA

ATTI DELEGATI U PENALi

Artikolu 14a

Eżerċizzju ta’ setgħat iddelegati

1.    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3a(5), 3b(5) u 3c(3) u l-Artikolu 9b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn …*.

3.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3a(5), 3b(5) u 3c(3) u l-Artikolu 9b tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont l-Artikoli 3a(5), 3b(5) u 3c(3) u l-Artikolu 9b jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14b

Penali

L-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn [id-data għat-traspożizzjoni] ▌u jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”

Artikolu 2

Emendi lid-Direttiva 2013/34/UE

Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:

(-1)

Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt li ġej:

“(17)

‘deċiżjoni dwar it-taxxa’ tfisser kwalunkwe interpretazzjoni jew applikazzjoni minn qabel ta’ dispożizzjoni legali għal sitwazzjoni transkonfinali jew tranżazzjoni ta’ kumpanija li tista’ twassal għal telf tat-taxxa fl-Istati Membri jew li tista’ twassal għal iffrankar tat-taxxa għall-kumpanija li jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali intragrupp tal-profitt.”

(-1a)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

“2a.     Fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku jiżvelaw ukoll, filwaqt li jispeċifikaw skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li huma stabbiliti fihom, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

(a)

l-isem/ismijiet, in-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

(b)

il-fatturat;

(c)

in-numru ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time;

(d)

il-valur tal-assi u l-ispiża annwali għaż-żamma ta’ dawk l-assi;

(e)

il-bejgħ u x-xiri;

(f)

il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;

(g)

it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;

(h)

is-sussidji pubbliċi riċevuti;

(i)

il-kumpaniji prinċipali jipprovdu lista ta’ sussidjarji li joperaw f’kull Stat Membru jew pajjiż terz, flimkien mad-dejta relevanti.”

(-1b)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.     L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2a ma japplikawx għad-dikjarazzjonijiet finanzjajri annwali ta’ impriża fejn dik l-impriża tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati meħtieġa li jitfasslu taħt l-Artikolu 22, sakemm dik l-informazzjoni tingħata fin-noti mad-dikjarazzjoni finanzjarja konsolidata.”

(-1c)

L-Artikolu 18a li ġej qed jiġi miżjud:

“Artikolu 18a

Żvelar addizzjonali għal impriżi kbar

1.     Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, l-impriżi kbar, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 16, 17 u 18 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' din id-Direttiva, jiżvelaw pubblikament elementi u informazzjoni essenzjali rigward id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, u jipprovdu analiżi skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li, fih, l-impriża kbira għandha sussidjarja: Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att delegat, f'konformità mal-Artikolu 49, il-format u l-kontenut tal-pubblikazzjoni.

2.     L-impriżi li n-numru medju ta’ impjegati tagħhom fuq bażi konsolidata matul is-sena finanzjarja ma jaqbiżx 500 u li, fid-dati tal-karti tal-bilanċ tagħhom, ma jaqbżux fuq bażi konsolidata jew total tal-karta tal-bilanċ ta’ EUR 86 miljun jew fatturat nett ta’ EUR 100 miljun, ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.     L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplika għall-ebda impriża rregolata mid-dritt ta' Stat Membru li l-impriża prinċipali tagħha hija soġġetta għal-liġijiet ta' Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik l-impriża prinċipali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE.”

(1)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)

ir-rapport ta’ remunerazzjoni definit fl-Artikolu 9b tad-Direttiva 2007/36/KE.”

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jesprimu opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) dwar l-informazzjoni mħejjija taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jivverifikaw li l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ġiet ipprovduta.”

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ħarġu biss titoli diversi mill-ishma ammessi għan-negozju f’suq regolat, fis-sens tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm dawn l-impriżi ma jkunux ħarġu ishma li jiġu negozjati f’sistema ta’ negozju multilaterali, fis-sens tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.”

Artikolu 2a

Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE

Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (14) hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 il-punt (r) li ġej huwa miżjud:

“(r)

‘deċiżjoni dwar it-taxxa’ tfisser kwalunkwe interpretazzjoni jew applikazzjoni minn qabel ta’ dispożizzjoni legali għal sitwazzjoni transkonfinali jew tranżazzjoni ta’ kumpanija li tista’ twassal għal telf tat-taxxa fl-Istati Membri jew li tista’ twassal għal iffrankar tat-taxxa għall-kumpanija li jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali intragrupp tal-profitt”.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

“Artikolu 16a

Żvelar addizzjonali għall-emittenti

1.     L-Istati Membri jeħtieġu li kull emittent kull sena jiżvela lill-pubbliku, waqt li jispeċifika skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fih għandu sussidjarja, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

(a)

l-isem/ismijiet, in-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku

(b)

il-fatturat

(c)

in-numru ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time

(d)

il-qligħ jew telf qabel it-taxxa

(e)

it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf

(f)

is-sussidji pubbliċi riċevuti

2.     L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma japplikax għal kwalunkwe emittent irregolat mil-liġi ta’ Stat Membru li l-kumpanija prinċipali tiegħu hija soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik il-kumpanija prinċipali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u għandha tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-emittent ikkonċernat.

"Artikolu 16b

Żvelar addizzjonali għall-emittenti

1.     L-Istati Membri jirrikjedu li kull emittent jiżvela pubblikament fuq bażi annwali, u fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja, elementi u informazzjoni essenzjali rigward id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, u jipprovdu analiżi skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li, fih, l-impriża kbira għandha sussidjarja. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' atti delegati, f'konformità mal-Artikoli 27(2a), (2b) u (2c), il-format u l-kontenut tal-pubblikazzjoni.

2.     L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għal kwalunkwe emittent irregolat mil-liġi ta’ Stat Membru li l-kumpanija prinċipali tiegħu hija soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik il-kumpanija prinċipali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-emittent ikkonċernat.”

(3)

Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2a jinbidel b'dan li ġej:

“2a.     Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 16a(1), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5), u l-Artikolu 23(7) tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' erba' snin minn Jannar 2011. Il-Kummissjoni tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta' erba’ snin. Id-delega tas-setgħa tkun estiża awtomatikament għal perijodu ta' tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 27a.”

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] ▌. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0158/2015).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 87.

(3)  Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(4)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338 .

(5)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(6)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(7)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(14)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/198


P8_TA(2015)0258

Riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emmissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (COM(2014)0020 – C8-0016/2014 – 2014/0011(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 265/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0016/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Ġunju 2014 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Mejju 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0029/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 424, 26.11.2014, p. 46.


P8_TC1-COD(2014)0011

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-8 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni (UE) Nru 2015/1814.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/199


P8_TA(2015)0259

Il-baħħara ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-baħħara li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE, 2002/14/KE, 98/59/KE u 2001/23/KE (COM(2013)0798 – C7-0409/2013 – 2013/0390(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 265/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0798),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0409/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-25 ta’ Marzu 2014 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tat-3 ta' April 2014 tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Mejju 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0127/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 35.

(2)  ĠU C 174, 7.6.2014, p. 50.


P8_TC1-COD(2013)0390

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari 8 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ▌li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE fir-rigward tal-baħħara

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2015/1794.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/200


P8_TA(2015)0260

Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Isvizzera: Orizzont 2020 u attivitajiet ITER ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (05662/2015 – C8-0056/2015 – 2014/0304(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 265/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta ' deċiżjoni tal-Kunsill (05662/2015),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (15369/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0056/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0181/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/201


P8_TA(2015)0261

Il-linji gwida tal-politika tal-Istati Membri għall-impjiegi *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2015)0098 – C8-0075/2015 – 2015/0051(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 265/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0098),

wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0075/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0205/2015),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu sabiex tinħoloq strateġija koordinata għall-impjiegi b'mod partikolari biex issir promozzjoni għal forza tax-xogħol kwalifikata , imħarrġa u flessibbli suq tax-xogħol li jadatta għat-tibdil ekonomiku, u sabiex jintlaħqu l-għanijiet kollha tal-impjiegi u l-progress soċjali li jistabbilixxi l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Wara li jkunu kkunsidraw il-prattiċi nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni u x-xogħol, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill.

(1)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu sabiex tinħoloq strateġija effikaċi u koordinata għall-impjiegi , imfassla biex tikkumbatti l-effetti serji tal-qgħad, biex issir promozzjoni għal forza tax-xogħol kwalifikata u mħarrġa swieq tax-xogħol li jadattaw għat-tibdil ekonomiku, soċjali u ambjentali, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tat-taħriġ fis-setturi tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika u permezz tal-adattament tas-sistemi edukattivi, sabiex jintlaħqu l-għanijiet kollha tal-impjiegi u l-progress soċjali li jistabbilixxi l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandhom isiru sforzi partikolari biex jiżdiedu l-impjiegi ta' ħaddiema b'livelli baxxi ħafna ta' skola jew ta' ħiliet, jew dawk li mhumiex kapaċi jiksbu taħriġ jew ħiliet f'qasir żmien, u biex jitnaqqas il-qgħad li dejjem jiżdied u fuq skala kbira, b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni li għadhom lura. Wara li jkunu kkunsidraw il-prattiċi nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni u x-xogħol, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala prijorità u kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill. L-Unjoni għandha takkumpanja dawk l-isforzi bi proposti ta' politika biex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati u jiġi żgurat suq tax-xogħol integrat inklużiv kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fl-Unjoni kollha, inklużi pagi adegwati, li jistgħu jinkisbu wkoll permezz tan-negozjar kollettiv.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Skont il-kalkoli tal-Eurostat, f'Jannar 2015 fl-Unjoni kien hemm 23 815 000 persuna qiegħda, 18 059 000 minnhom fiż-żona tal-euro.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Issa huwa fundamentali li jiġu stabbiliti indikaturi affidabbli dwar il-kundizzjoni ta' faqar li jinsabu fiha bosta ċittadini tal-Unjoni, fil-kuntest taċ-ċifri preċedenti inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE  (1bis) li identifikat il-bżonn li mill-anqas 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju ta' faqar u esklużjoni.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-Unjoni trid titħabat kontra l-esklużjoni soċjali u  d-diskriminazzjoni , tiżgura aċċess ugwali għad-drittijiet fundamentali u sseddaq il-ġustizzja u l-ħarsien soċjali. Waqt li tkun qed tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, it-taħbit kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ.

(2)

L-Unjoni trid titħabat kontra l-esklużjoni soċjali , kull forma ta' faqar diskriminazzjoni , tiżgura aċċess ugwali għad-drittijiet fundamentali u sseddaq il-ġustizzja u l-ħarsien soċjali. Dan l-objettiv globali m'għandux jitqiegħed f'periklu mill-effetti kollaterali ta' leġiżlazzjoni jew politiki oħra. Waqt li tkun qed tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ.

Emenda 6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala kwistjoni ta' interess komuni u jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill. Il-linji gwida għall-impjiegi u l-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika għandu jadottahom il-Kunsill biex jiggwida l-politiki tal-Istati Membri.

(4)

L-Istati Membri għandhom iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom , flimkien mal-politiki soċjali tagħhom, bħala kwistjoni ta' interess komuni u jikkoordinawhom fi ħdan il-Kunsill. Il-linji gwida dwar l-impjiegi u l-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika għandu jadottahom il-Kunsill biex jiggwida l-politiki tal-Istati Membri.

Emenda 7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Sabiex jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet aktar demokratiku dwar il-linji gwida integrati, li jaffettwaw liċ-ċittadini u lis-swieq tax-xogħol madwar l-Unjoni, huwa importanti li kemm il-linji gwida dwar l-impjiegi kif ukoll il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi jiġu deċiżi milll-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-linji gwida integrati għandhom jippermettu lill-Istati Membri jadottaw mudelli ekonomiċi sostenibbli u integrati fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u lokali.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat , l-Unjoni Ewropea żviluppat u implimentat strumenti ta' koordinazzjoni tal-politika għall-politika fiskali u  politiki makrostrutturali. Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza ekonomika u baġitarja multilaterali integrata. Permezz ta' simplifikazzjoni u tisħiħ tas-Semestru Ewropew kif jistipula l-Istħarriġ Annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar it-Tkabbir, se jkompli jitjieb l-operat tiegħu.

(5)

B'konformità mat-Trattat , l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti ta' koordinazzjoni tal-politika għall-politika fiskali u  l-politiki makrostrutturali li għandhom impatt qawwi fuq is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi fl-Unjoni . Dawk il-politiki jistgħu jirriżultaw f'xejra ta' staġnar u deflazzjoni f'xi partijiet tal-Unjoni, li jistgħu jiskoraġġixxu t-tkabbir u l-impjiegi. F'dan ir-rigward hu essenzjali li jitqiesu l-indikaturi soċjali l-ġodda u x-xokkijiet assimetriċi li ċerti Stati Membri għaddew minnhom minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika . Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien strumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza multilaterali integrata tal-politiki ekonomiċi, baġitarji, soċjali u tal-imjpiegi, u għandu jkun aktar immirat lejn it-twettiq tal-miri tal-UE2020 . Permezz ta' simplifikazzjoni u tisħiħ tas-Semestru Ewropew, kif jistipula l-Istħarriġ Annwali 2015 tal-Kummissjoni dwar it-Tkabbir, jista' jkompli jitjieb l-operat tiegħu , iżda dan l-istrument għadu ma tejjibx is-sitwazzjoni ekonomika fl-Istati Membri li ntlaqtu l-agħar mill-kriżi .

Emenda 9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Skont l-Osservatorju Soċjali Ewropew, 26 Stat Membru diġà għandhom skemi ta' appoġġ għall-introjtu u protezzjoni soċjali (1bis). Il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, Marianne Thyssen, qalet li “kieku [setgħet tiddeċiedi] x'jiġri fl-Istati Membri kollha, kieku jkun hemm introjtu minimu fil-pajjiżi kollha Ewropej”.

Emenda 10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Ma teżistix kompetenza regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-ħolqien ta' qafas regolatorju għal paga minima tal-Unjoni.

Emenda 47

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika wriet u enfasizzat dgħjufijiet importanti fl-ekonomija tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha . Il-kriżi ħarġet fid-dieher ukoll l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tal-impjiegi. Issa fi żmienna għandna l-isfida l-kbira li l-Unjoni toħloq tkabbir u impjiegi sodi, sostenibbli u inklużivi. Għal dan il-għan hemm bżonn azzjoni politika kkoordinata u ambizzjuża, kemm fil-livell tal-UE u kif ukoll fil-livell nazzjonali, li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Billi jwaħħdu miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, dawn l-azzjonijiet għandhom jagħtu spinta lill-investiment, iġeddu l-impenn għal riformi strutturali u jħaddmu r-responsabbiltà fiskali.

(6)

Il-kriżi finanzjarja u ekonomika wriet u enfasizzat dgħufijiet serji fl-ekonomiji tal-Istati Membri u fil-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni tal-Unjoni . Il-kriżi ħarġet fid-dieher ukoll l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tal-impjiegi. Issa fi żmienna għandna l-isfida l-kbira li l-Unjoni toħloq tkabbir u impjiegi sodi, sostenibbli u inklużivi , li jinvolvi l-kontroll tal-livell għoli ta' qgħad li mmaterjalizza f'ċerti partijiet tat-territorju tagħha . Għal dan il-għan hemm bżonn azzjoni politika soda, koordinata, ambizzjuża , iżda fuq kollox effikaċi , kemm fil-livell tal-UE u kif ukoll fil-livell nazzjonali, li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Billi jwaħħdu miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, dawn l-azzjonijiet għandhom jagħtu spinta lill-investiment, speċjalment l-investiment immirat għall-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME), il-mikrointrapriżi, in-negozji innovattivi ġodda u l-impriżi li jippromwovu l-impjiegi ekoloġiċi, kif ukoll iġeddu l-impenn għal riformi strutturali u jħaddmu r-responsabbiltà fiskali. Dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu wkoll il-ħolqien ta' suq tax-xogħol aktar inklużiv ibbażat fuq id-drittijiet, flimkien ma' protezzjoni soċjali adegwata. Għandhom jinkludu wkoll miżuri ta' protezzjoni soċjali, bħal introjtu minimu garantit, li jiġi introdott b'konformità mal-prattiki nazzjonali, bil-għan li jiġu miġġielda l-faqar estrem u l-esklużjoni soċjali.

Emenda 12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jindirizzaw ukoll l-impatt soċjali tal-kriżi u jimmiraw li jsawru soċjetà ta' koeżjoni fejn iċ-ċittadini jkollhom is-setgħa li jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u l-ekonomija. Irid ikun żgurat aċċess u opportunitajiet għal kulħadd filwaqt li jonqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-aktar billi jkun żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u  s-sistemi tas-sigurtà soċjali u jitneħħew l-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ġid tat-tkabbir ekonomiku jitqassam fost iċ-ċittadini kollha u  r-reġjuni kollha.

(7)

L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jindirizzaw ukoll l-impatt soċjali tal-kriżi , billi jipprovdu ċifri aktar affidabbli dwar il-faqar estrem, u jimmiraw li jsawru soċjetà inklużiva u aktar ġusta fejn iċ-ċittadini jkollhom is-setgħa li jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u l-ekonomija. Irid ikun żgurat aċċess nondiskriminatorju u opportunitajiet għal kulħadd filwaqt li jonqsu b'mod sostanzjali l-faqar u l-esklużjoni soċjali, l-aktar billi jkun żgurat funzjonament effikaċi tas-swieq tax-xogħol u  sistemi tas-sigurtà soċjali adegwati u jitneħħew l-ostakli amministrattivi bla bżonn u l-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol , b'mod partikolari dawk li jaffettwaw lill-persuni b'diżabilità . L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-ġid tat-tkabbir ekonomiku jitqassam fost iċ-ċittadini kollha u  l-entitajiet lokali u reġjonali kollha. It-tabella ta' valutazzjoni bl-indikaturi ewlenin dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali li tinsab fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi hija strument partikolarment utli f'dan ir-rigward billi tgħin biex jiġu individwati f'waqthom il-problemi u d-diverġenzi ewlenin fl-impjiegi u fil-qasam soċjali u jiġu identifikati l-oqsma li l-aktar jeħtieġu rispons politiku. Madankollu, edizzjonijiet oħrajn tat-tabella ta' valutazzjoni għandhom jinkludu wkoll data diżaggregata skont is-sessi.

Emenda 13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri identifikat tliet riskji għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ: l-adegwatezza ekonomika tal-finanzjament globali, id-definizzjoni ta' “offerta ta' kwalità tajba” u l-mod kif il-Kummissjoni timmonitorja u tirrapporta dwar ir-riżultati tal-iskema.

Emenda 14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE  (1bis) stabbiliet l-objettivi li ġejjin: li r-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 tiżdied għal 75 % sal- 2020; li r-rati ta' tluq bikri mill-iskola jitnaqqsu għal inqas minn 10 %; li s-sehem ta' dawk ta' bejn it-30 u l-34 sena li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti jiżdied għal mill-inqas 40 %. u li tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, bil-għan li mill-inqas 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju ta' faqar u esklużjoni. It-twettiq tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali jibqa' objettiv ċentrali tal-politika tal-impjiegi tal-Istati Membri.

Emenda 15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Azzjoni konformi mal-linji gwida tkun kontribut importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020. Il-linji gwida huma ġabra integrata ta' politiki Ewropej u nazzjonali li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw ħalli r-riformi strutturali kkoordinati jħallu effetti kollaterali pożittivi, issir taħlita tajba tal-politiki ekonomiċi ġenerali, u biex il-politiki Ewropej jagħtu kontribut aktar konsistenti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020.

(8)

Azzjoni konformi mal-linji gwida tkun kontribut importanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 , għanijiet li għadhom ma ntlaħqux . L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika tal-2014 dwar l-istrateġija Ewropa 2020 wera biċ-ċar kif il-miri dwar l-impjiegi, il-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-edukazzjoni tal-istrateġija għadhom rilevanti ħafna, u huma lkoll importanti u interdipendenti ndaqs u jsaħħu lil xulxin. Il-linji gwida huma ġabra integrata ta' politiki Ewropej u nazzjonali li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jimplimentaw ħalli r-riformi kkoordinati mmirati lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanza u ż-żieda fil-benesseri taċ-ċittadini jħallu effetti kollaterali pożittivi, issir taħlita tajba tal-politiki ekonomiċi ġenerali, u biex il-politiki Ewropej jagħtu kontribut aktar konsistenti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020.

Emenda 16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Għalkemm dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, dawn għandhom jitwettqu bi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, biex jitqarrbu l-parlamenti , u kif ukoll mas-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

(9)

Fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw governanza effikaċi. Għalkemm dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, dawn għandhom jiġu implimentati, monitorjati u evalwati bi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, mal-parlamenti , u kif ukoll mas-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Emenda 17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi jiggwidaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi, u  jixhdu l-interdipendenza . Dawn huma konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Dawn il-linji gwida għandhom isawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jaf jagħti lill-Istati Membri,

(10)

Il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi u l-linji gwida dwar l-impjiegi jiggwidaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi u għandhom isawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jaf jagħti lill-Istati Membri, Minħabba l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri, fl-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi l-Kunsill għandu jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-pajjiżi ġirien kif ukoll tal-pajjiżi li l-Istat Membru rispettiv għandu rabtiet ċari magħhom abbażi ta' tendenza fil-migrazzjoni tal-ħaddiema jew kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandu jkollha statistika preċiża u aġġornata u data disponibbli f'każ li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jeħtieġ jiġu aġġustati.

Emenda 18

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħolqien tal-impjiegi, inaqqsu l-ostakli lin-negozji biex iħaddmu, jippromwovu l-intraprenditorija, u b'mod partikolari għandhom jappoġġjaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi żgħar ħalli tiżdied ir-rata tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

L-Istati Membri , f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom jindirizzaw b'mod effikaċi u fil-pront il-kwistjoni serja tal-qgħad, u jiffaċilitaw u jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità , jindirizzaw l-aċċessibbiltà għall-gruppi li qegħdin f'riskju u jnaqqsu l-ostakli lin-negozji biex iħaddmu persuni fil-livelli kollha tal-ħiliet u fis-setturi kollha tas-suq tax-xogħol, inkluż billi jnaqqsu l-burokrazija, filwaqt li jirrispettaw l-istandards soċjali u tax-xogħol , jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ , u b'mod partikolari jappoġġjaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji ħalli tiżdied ir-rata tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv , fost l-oħrajn, l-impjiegi ekoloġiċi, l-impjiegi fis-settur tas-saħħa u fis-settur marittimu kif ukoll l-ekonomija soċjali, u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

Emenda 19

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ħaddiema għandu jonqsilhom il-piż tat-taxxa u minflok dan għandhom jerfgħuh sorsi oħrajn ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir filwaqt li għandu jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u l-infiq li jsaħħaħ it-tkabbir . It-tnaqqis fit-tassazzjoni fuq ix-xogħol għandu jkun immirat lejn komponenti rilevanti tal-piż tat-taxxa u għandu jsir bil-ħsieb li jonqsu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol.

Il-ħaddiema għandu jonqsilhom il-piż tat-taxxa u minflok dan għandhom jerfgħuh sorsi oħrajn ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir filwaqt li għandu jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u l-infiq immirat lejn l-investiment pubbliku, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi . It-tnaqqis fit-tassazzjoni fuq ix-xogħol għandu jkun immirat lejn komponenti rilevanti tal-piż tat-taxxa u għandu jsir bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni u jonqsu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari għall-persuni b'diżabilità u għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol , filwaqt li jiġu rispettati l-istandards eżistenti tax-xogħol .

Emenda 20

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi ħalli l-pagi jkunu jistgħu jwieġbu għall-iżviluppi fil-produttività. Għalhekk għandhom jitqiesu d-differenzi fil-ħiliet u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali kif ukoll id-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji . Meta jiġu biex jiffissaw il-pagi minimi, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom iqisu l-impatt li dawn iħallu fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività.

Politiki li jiżguraw li l-pagi jippermettu introjtu adegwat li jiggarantixxi l-għajxien jibqgħu importanti għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni. Flimkien mas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrispettaw u jinkoraġġixxu mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi ħalli l-pagi reali jkunu jistgħu jwieġbu għall-iżviluppi fil-produttività u jgħinu jikkoreġu diverġenzi tal-passat mingħajr ma jinkoraġġixxu pressjoni deflazzjonarja. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jiżguraw riżorsi suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi tal-faqar speċifiċi għal kull Stat Membru . Għalhekk għandhom jitqiesu d-differenzi fil-ħiliet u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali bil-għan li jiġu żgurati pagi għal għajxien deċenti madwar l-Unjoni . Meta jiġu biex jiffissaw il-pagi minimi f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali , l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw l-adegwatezza tagħhom kif ukoll iqisu l-impatt li dawn iħallu fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu, l-introjtu tal-familja, id-domanda aggregata, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività.

Emenda 21

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-burokrazija sabiex itaffu l-piż fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, billi dawn jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda 22

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-produttività l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien u ħiliet rilevanti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u għandhom itejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom ħalli jiżdied il-livell tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u b’hekk din tkun tista' tantiċipa aħjar u tissodisfa l-ħtiġijiet tant flessibbli tas-swieq tax-xogħol dinamiċi f'ekonomija li qed issir dejjem aktar diġitali. L-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-aċċess għal tagħlim ta’ kwalità fost l-adulti kollha u jimplimentaw strateġiji għal xjuħija attiva ħalli tiżdied il-ħajja tax-xogħol.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu produttività sostenibbli u impjegabbiltà ta' kwalità permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien u ħiliet rilevanti , magħmula aċċessibbli u disponibbli għal kulħadd . Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali u s-servizzi tat-trasport li qed jiffaċċjaw jew se jiffaċċjaw nuqqas ta' persunal fit-terminu medju. L-Istati Membri għandhom jagħmlu investimenti effikaċi f'edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità għolja minn età bikrija fis-sistemi tat-taħriġ vokazzjonali u għandhom itejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom ħalli jiżdiedu l-kompetenzi u l-livell tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, filwaqt li tiżdied id-diversità tal-ħiliet, u b'hekk din tkun tista' tantiċipa aħjar u tissodisfa l-ħtiġijiet tant flessibbli tas-swieq tax-xogħol dinamiċi f'ekonomija li qed issir dejjem aktar diġitali. Għal dan il-għan, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li “ħiliet mhux tekniċi” bħall-komunikazzjoni qed isiru dejjem aktar importanti għal għadd kbir ta' impjiegi.

Emenda 23

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ billi, fost l-oħrajn, jintroduċu korsijiet volontarji dwar l-intraprenditorija u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' intrapriżi tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji u fil-kulleġġi. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex ma jħallux liż-żgħażagħ jitilqu mill-iskola u biex jiżguraw tranżizzjoni bla intoppi mill-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħajja professjonali, biex jitjieb l-aċċess u jitneħħew l-ostakoli għal tagħlim ta' kwalità għolja għall-adulti kollha b'enfasi partikolari fuq gruppi b'riskju għoli u l-ħtiġijiet tagħhom, billi joffru taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet meta t-telf ta' impjiegi u t-tibdil fis-suq tax-xogħol ikunu jeħtieġu riintegrazzjoni attiva. Fl-istess ħin l-Istati Membri għandhom jimplimentaw strateġiji għal tixjiħ attiv biex jippermettu ħajja tax-xogħol b'saħħitha sal-età reali tal-irtirar.

Emenda 24

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Filwaqt li jiżguraw il-livell ta' ħiliet meħtieġ minn suq tax-xogħol li kontinwament qed jinbidel u jappoġġjaw l-edukazzjoni u t-taħriġ flimkien ma' programmi ta' edukazzjoni tul il-ħajja, l-Istati Membri għandhom iżommu f'moħħhom li l-impjiegi li jeħtieġu ftit kwalifiki huma meħtieġa wkoll u li l-opportunitajiet ta' impjieg huma aħjar għal dawk li għandhom ħafna kwalifiki milli għal dawk li għandhom kwalifiki medji jew baxxi.

Emenda 25

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-aċċess għal servizzi ta' edukazzjoni u kura għall-but ta' kulħadd u ta' kwalità għolja fil-bidu tat-tfulija għandu jkun prijorità għall-politiki komprensivi u l-investiment flimkien mal-appoġġ għall-familja u l-ġenituri u miżuri ta' rikonċiljazzjoni li jgħinu lill-ġenituri jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol ma' tal-familja, bħala kontribut għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u għaż-żieda fl-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.

Emenda 26

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jiġu indirizzati l-livelli għoljin tal-qgħad filwaqt li jkun evitat il-qgħad fit-tul. Permezz ta’ strateġiji komprensivi u li jsaħħu lil xulxin għandu jonqos l-għadd ta’ persuni qiegħda għal żmien twil, billi fost l-oħrajn jingħata appoġġ attiv speċifiku lil dawn il-persuni biex jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol. Anke l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandu jiġi indirizzat b’mod komprensiv billi l-istituzzjonijiet rilevanti jingħataw il-mezzi meħtieġa ħalli l-Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni nazzjonali tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom jimplimentawhom għalkollox u b’mod konsistenti.

Il-kwistjoni tal-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fit-tul u l-qgħad reġjonali għoli, għandha tiġi solvuta b'mod effikaċi u f'waqtu, kif ukoll evitata permezz ta' taħlita ta' miżuri min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista . Permezz ta' strateġiji komprensivi u li jsaħħu lil xulxin għandhom jiġu indirizzati l-għadd ta' persuni qiegħda għal żmien twil u l-problema ta' nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u ta' ħiliet skaduti , billi fost l-oħrajn jingħata appoġġ attiv personalizzat u bbażat fuq il-ħtiġijiet jiġu pprovduti skemi ta' protezzjoni soċjali xierqa lil dawn il-persuni biex jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol b'mod infurmat u responsabbli . Anke l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandu jiġi indirizzat b’mod komprensiv permezz ta’ strateġija globali għall-impjieg taż-żgħażagħ . Din tinkludi investiment fis-setturi li jistgħu joħolqu impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ u billi l-atturi rilevanti bħas-servizzi ta' appoġġ għaż-żgħażagħ, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jingħataw il-mezzi meħtieġa ħalli l-Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni nazzjonali tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom jimplimentawhom għalkollox u b’mod konsistenti , iżda wkoll bl-użu rapidu tar-riżorsi min-naħa tal-Istati Membri . L-aċċess għall-finanzjament għal dawk li jagħżlu li jibdew negozju għandha tiġi ffaċilitata permezz ta' disponibbiltà usa' ta' informazzjoni, tnaqqis ta' burokrazija eċċessiva u l-possibbiltà li l-benefiċċji tal-qgħad ta' diversi xhur jiġu konvertiti f'għotja inizjali bil-quddiem wara l-preżentazzjoni ta' pjan ta' negozju u f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda 27

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki kontra l-qgħad l-Istati Membri għandhom iqisu l-inugwaljanzi lokali u reġjonali u jikkooperaw mas-servizzi pubbliċi lokali tal-impjiegi.

Emenda 28

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli jkunu żgurati riżultati tat-tagħlim ta' kwalità filwaqt di jkun evitat u jingħeleb it-tluq bikri mill-iskola. L-Istati Membri għandhom itejbu r-riżultati tas-sistema edukattiva u jikkunsidraw sistemi ta' tagħlim doppju u t-titjib tat-taħriġ professjonali , u fl-istess waqt iżidu l-opportunitajiet biex il-ħiliet miksuba jiġu rikonoxxuti 'l barra mis-sistema tal-edukazzjoni formali .

Għandhom jiġu indirizzati d-dgħjufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli jkunu żgurati riżultati fit-tagħlim ta' kwalità filwaqt li jkun evitat u jingħeleb it-tluq bikri mill-iskola , u ssir promozzjoni favur edukazzjoni komprensiva u ta' kwalità għolja mil-livell l-aktar bażiku tagħha . Dan jeħtieġ sistemi edukattivi flessibbli b'enfasi fuq il-prattika. L-Istati Membri , f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom itejbu l-kwalità tar-riżultati tas-sistema edukattiva billi jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd, jistabbilixxu u jtejbu s-sistemi ta' tagħlim doppju , adattati għall-ħtiġijiet tagħhom, bit-titjib tat-taħriġ professjonali u ta' oqfsa eżistenti bħall-Europass, filwaqt li jiżguraw, fejn ikun hemm bżonn, taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba barra s-sistema edukattiva formali . Ir-rabtiet bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol għandhom jissaħħu, filwaqt li jiġi żgurat li l-edukazzjoni tkun wiesgħa biżżejjed biex tipprovdi lin-nies b'bażi solida għall-impjegabbiltà tul il-ħajja.

Emenda 29

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw aħjar is-sistemi tat-taħriġ tagħhom mas-suq tax-xogħol sabiex itejbu t-tranżizzjoni bejn it-taħriġ u d-dinja tax-xogħol. L-impjiegi ekoloġiċi u s-settur tal-kura tas-saħħa huma partikolarment essenzjali fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni u f'termini ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda 30

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jonqsu l-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol l-aktar għan-nisa , l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabbiltà u l-migranti legali. Fis-suq tax-xogħol għandhom ikunu żgurati l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż b’paga ugwali, u l-aċċess għal servizzi ta’ edukazzjoni u kura ta’ kwalità fil-bidu tat-tfulija.

Jeħtieġ tonqos aktar id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol kif ukoll fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aktar għall-gruppi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni jew esklużjoni, bħan-nisa, l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabilità u l-migranti legali. Fis-suq tax-xogħol għandhom ikunu żgurati l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż b’paga ugwali, u l-aċċess għal servizzi ta’ edukazzjoni u kura ta’ kwalità u għall-but ta' kulħadd fil-bidu tat-tfulija kif ukoll il-flessibbiltà meħtieġa biex tiġi evitata l-esklużjoni ta' dawk b'waqfiet fil-karriera tagħhom minħabba responsabbiltajiet familjari bħal dawk li jieħdu ħsieb il-familja . Għalhekk, id-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet għandha tiġi żblukkata mill-Istati Membri.

Emenda 31

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li r-rati ta' żgħażagħ li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) huma ogħla għan-nisa milli għall-irġiel u li l-fenomenu tan-NEET jeżisti primarjament minħabba żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ iżda wkoll minħabba inattività mhux marbuta mal-edukazzjoni.

Emenda 32

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jużaw il-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta’ appoġġ li għandha l-Unjoni biex itejbu l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ, effikaċi u effiċjenti mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta’ appoġġ li għandha l-Unjoni biex jiġġieldu l-faqar u jtejbu l-impjiegi ta' kwalità , l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi . Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-pjattaformi ta' investiment tiegħu għandhom ikunu wkoll mobilizzati sabiex jiġi żgurat li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u li l-ħaddiema jingħataw il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn mudell ta' tkabbir sostenibbli.

Emenda 33

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom inaqqsu s-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol. Għandhom isiru regoli li jħarsu x-xogħol u l-istituzzjonijiet ħalli jinħoloq ambjent xieraq għar-reklutaġġ filwaqt li dawn ikunu joffru livelli xierqa ta' protezzjoni lil min jaħdem u lil min qed ifittex jew jaħdem b'kuntratt temporanju jew b'kuntratt tax-xogħol indipendenti. Għandhom ikunu żgurati impjiegi ta’ kwalità, u dan mil-lat sigurtà soċjoekonomika, opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, kundizzjonijiet tax-xogħol (inkluża s-saħħa u s-sikurezza) bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja.

L-Istati Membri għandhom inaqqsu s-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jindirizzaw l-impjiegi prekarji, is-sottoimpjieg, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol . Għandhom isiru regoli li jħarsu x-xogħol u l-istituzzjonijiet ħalli jinħoloq ambjent xieraq għar-reklutaġġ filwaqt li dawn ikunu joffru livelli xierqa ta' protezzjoni lil min jaħdem u lil min qed ifittex jew jaħdem b'kuntratt temporanju , part-time jew atipiku jew b'kuntratt tax-xogħol indipendenti , billi jinvolvu b'mod attiv lill-partijiet soċjali u jippromwovu n-negozjar kollettiv . Għandhom ikunu żgurati impjiegi ta’ kwalità għal kulħadd , u dan mil-lat ta' sigurtà soċjoekonomika, durabbiltà, salarji adegwati, drittijiet fuq ix-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti (inkluż mill-perspettiva tas-saħħa u s-sikurezza), il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, edukazzjoni u  opportunitajiet ta' taħriġ . Għalhekk hemm bżonn li ssir promozzjoni għad-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, ir-riintegrazzjoni ta' persuni qiegħda għal żmien twil l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja , bil-forniment ta' kura bi prezz raġonevoli u bl-immodernizzar tal-organizzazzjoni tax-xogħol . Għandha ssir promozzjoni favur il-konverġenza ’l fuq fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni kollha.

Emenda 34

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jiffaċilita l-intraprenditorija, il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fis-setturi kollha, inklużi l-impjiegi ekoloġiċi, u l-kura soċjali u l-innovazzjoni, sabiex isir l-aħjar użu mill-ħiliet tal-persuni, jitrawwem l-iżvilupp tul il-ħajja tagħhom u titħeġġeġ l-innovazzjoni mmexxija mill-impjegati.

Emenda 35

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li jibqgħu konformi mal-prattiki nazzjonali, meta jkunu qed ifasslu u jwettqu riformi u politiki rilevanti, l-Istati Membri għandhom jinvolvu mill-qrib lill-parlamenti nazzjonali u lis-sħab soċjali, u għandhom jappoġġaw it-titjib tal-funzjonament u  l-effettività tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali.

Filwaqt li jibqgħu konformi mal-prinċipju ta' sħubija u mal-prattiki nazzjonali, meta jkunu qed ifasslu u jwettqu riformi u politiki rilevanti, l-Istati Membri għandhom jinvolvu mill-qrib lill-parlamenti nazzjonali, lis-sħab soċjali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u għandhom jappoġġjaw it-titjib tal-funzjonament u  l-effikaċja tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, b'mod speċjali f'dawk il-pajjiżi bl-ikbar problemi ta' devalwazzjoni tal-pagi minħabba d-deregolamentazzjoni reċenti tas-swieq tax-xogħol u d-dgħufija tan-negozjar kollettiv .

Emenda 36

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom isaħħu l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jagħmluhom aktar immirati , jilħqu aktar ’il bogħod, aktar mifruxin, u  jinteraġġixxu aktar ma’ miżuri passivi . Billi jipprovdu servizzi pubbliċi tal-impjiegi li jagħtu appoġġ individwalizzat u billi jinħolqu sistemi li jkejlu l-prestazzjoni, dawn il-politiki għandhom jimmiraw li jtejbu t-tqabbil fis-suq tax-xogħol u jgħinu għal tranżizzjonijiet sostenibbli fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li b'mod effettiv, is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom jattivaw u jagħmluha possibbli biex kull min jista', jieħu sehem fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jipproteġu lil dawk li (temporanjament) huma esklużi mis-swieq tax-xogħol u/jew ma jistgħux jieħdu sehem fihom, u jħejju lill-individwi għal riskji potenzjali, billi jinvestu fil-kapital uman. L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd u jistabbilixxu miżuri effettivi kontra d-diskriminazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw standards ta' kwalità bażiċi għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jtejbu l-livell ta' kemm ikunu mmirati , kemm jilħqu ’l bogħod, kemm ikunu mifruxin, u  kemm jinteraġixxu ma’ miżuri ta’ appoġġ bħas-sigurtà soċjali . Billi jipprovdu servizzi pubbliċi tal-impjiegi kwalifikati ħafna li jagħtu appoġġ individwalizzat u billi jinħolqu sistemi li jkejlu l-prestazzjoni, dawn il-politiki għandhom jimmiraw li jtejbu l-aċċess għas-suq tax-xogħol , isaħħu n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali u jgħinu għal tranżizzjonijiet sostenibbli fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li b’mod effettiv, is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom jattivaw u jagħmluha possibbli biex kull min jista’, jieħu sehem fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jipproteġu lil dawk li (temporanjament) huma esklużi mis-swieq tax-xogħol u/jew ma jistgħux jieħdu sehem fihom, u jħejju lill-individwi għal riskji potenzjali u kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali varjabbli, billi jinvestu fil-kapital uman. L-Istati Membri għandhom jintroduċu, bħala waħda mill-miżuri possibbli biex biha jitnaqqas il-faqar u f'konformità mal-prattika nazzjonali, introjtu minimu proporzjonali għas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd u jistabbilixxu miżuri effikaċi kontra d-diskriminazzjoni.

Emenda 37

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tkun żgurata l-mobbiltà tal-ħaddiema ħalli jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta’ suq tax-xogħol Ewropew, u fost l-oħrajn dan jista’ jsir billi jissaħħu t-trasferibbiltà tal-pensjonijiet u r-rikonoxximent tal-kwalifiki. Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jilqgħu għall-abbuż tar-regoli eżistenti .

Għandha tkun żgurata l-mobilità tal-ħaddiema bħala dritt fundamentali u kwistjoni ta' għażla ħielsa ħalli jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew, u fost l-oħrajn dan jista’ jsir billi jissaħħu t-trasferibbiltà tal-pensjonijiet u r-rikonoxximent effettiv tal-kwalifiki u l-ħiliet u l-eliminazzjoni tal-burokrazija u ta' ostakli eżistenti oħrajn . Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jegħlbu l-ostakli tal-lingwa, u b'hekk itejbu s-sistemi ta' taħriġ f'dan il-qasam . L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu użu adatt min-netwerk tal-EURES sabiex jinkoraġġixxu l-mobilità tal-ħaddiema . Għandu jiġi promoss l-investiment fir-reġjuni li qed jesperjenzaw flussi ta' ħruġ ta' xogħol għall-mitigazzjoni tal-eżodu ta' mħuħ u biex il-ħaddiema mobbli jitħeġġu jerġgħu lura.

Emenda 38

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7a (ġdida) – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Intejbu l-kwalità u l-prestazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ fil-livelli kollha

Emenda 39

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu prijorità l-aċċess għas-servizzi ta' kura u edukazzjoni ta' kwalità għall-but ta' kulħadd sa mill-bidu tat-tfulija, minħabba li t-tnejn huma miżuri ta' appoġġ importanti għall-atturi tas-suq tax-xogħol u jikkontribwixxu għaż-żieda fir-rata tal-impjiegi globali filwaqt li jappoġġjaw l-individwi fir-responsabbiltajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu politiki komprensivi u investimenti meħtieġa biex jitjieb l-appoġġ għall-familja u l-ġenituri u miżuri ta' rikonċiljazzjoni li jgħinu lill-ġenituri jsibu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, bħala kontribut għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u għaż-żieda fl-opportunitajiet taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.

Emenda 40

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Niżguraw l-imparzjalità , nitħabtu kontra l-faqar u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs

Niżguraw il-ġustizzja soċjali , nitħabtu kontra l-faqar u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs

Emenda 41

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom ħalli jagħtu protezzjoni effettiva , effiċjenti u adegwata f’kull skaluna tal-ħajja taċ-ċittadini, filwaqt li jkunu jiżguraw il-ġustizzja u jindirizzaw l-inugwaljanzi. Hemm bżonn politiki soċjali simplifikati u aktar immirati li jkunu kumplimentati b’kura tat-tfal u edukazzjoni ta’ kwalità għall-but ta’ kulħadd, taħriġ u għajnuna fl-impjiegi, appoġġ għall-akkomodazzjoni u kura tas-saħħa aċċessibbli, hemm bżonn aċċess għal servizzi bażiċi bħal kont bankarju internet u azzjoni biex ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola u  tingħeleb l-esklużjoni soċjali.

L-Istati Membri , f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom itejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom billi jiżguraw standards bażiċi ħalli jagħtu protezzjoni effikaċi , effiċjenti u  sostenibbli f’kull stadju tal-ħajja taċ-ċittadini, filwaqt li jiżguraw ħajja dinjituża, solidarjetà, aċċess għall-protezzjoni soċjali, rispett sħiħ tad-drittijiet soċjali, ġustizzja u jindirizzaw l-inugwaljanzi kif ukoll jiżguraw l-inklużjoni sabiex jeliminaw il-faqar, b'mod partikolari għall-persuni li huma esklużi mis-suq tax-xogħol u għall-gruppi aktar vulnerabbli . Hemm bżonn politiki soċjali simplifikati, aktar immirati u aktar ambizzjużi, inkluż permezz ta' kura tat-tfal u edukazzjoni ta’ kwalità għall-but ta’ kulħadd, taħriġ effikaċi u għajnuna fl-impjiegi, appoġġ għall-akkomodazzjoni u kura tas-saħħa ta' kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd , aċċess għal servizzi bażiċi bħal kontijiet bankarji l-internet u azzjoni biex ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola u  jingħelbu l-faqar estrem, l-esklużjoni soċjali u, b'mod aktar ġenerali, kull forma ta' faqar . B'mod partikolari għandu jiġi indirizzat b'mod deċiżiv il-faqar fost it-tfal .

Emenda 42

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak il-għan għandhom jintużaw bosta strumenti varji iżda b’mod komplementari, fosthom servizzi ta’ għajnuna u attivazzjoni tax-xogħol u appoġġ għad-dħul li jkunu maħsuba skont il-ħtiġijiet individwali. Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandhom jitfasslu b’tali mod li kull persuna intitolata għalihom issibha faċli tużahom, b’tali mod li jkunu jappoġġjaw l-investiment fil-kapital uman, u jkunu jgħinu biex ikun evitat il-faqar, biex dan jonqos u biex iċ-ċittadini jitħarsu minnu.

Għal dak il-għan għandhom jintużaw bosta strumenti varji iżda b’mod komplementari, fosthom servizzi ta’ għajnuna u attivazzjoni tax-xogħol u appoġġ għall-introjtu li jkunu maħsuba skont il-ħtiġijiet individwali. F'dan ir-rigward, hija kompetenza ta' kull Stat Membru li jiffissa livelli ta' introjtu minimu f'konformità mal-prattika nazzjonali u b'mod proporzjonali mas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika fl-Istat Membru partikolari. Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandhom jitfasslu b’tali mod li kull persuna , mingħajr ebda diskriminazzjoni, issibha faċli biex tikseb aċċess għalihom u tużahom, b’tali mod li jkunu jappoġġjaw l-investiment fil-kapital uman, u jkunu jgħinu biex ikun evitat il-faqar, biex dan jonqos u biex iċ-ċittadini jitħarsu minnu u mill-esklużjoni soċjali kif ukoll minn riskji oħrajn bħal tnaqqis fis-saħħa jew telf ta' impjieg . Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq it-tfal li jgħixu fil-faqar minħabba l-qgħad fit-tul tal-ġenituri tagħhom .

Emenda 43

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha ssir riforma fis-sistemi tal-pensjonijiet ħalli jkunu żgurati s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tagħhom għan-nisa u  għall-irġiel fil-kuntest taż-żieda fil-lonġetività u tal-bidla demografika, fosthom billi jintrabtu l-etajiet statutorja tal-irtirar mal-istennija tal-għomor, billi jiżdiedu l-etajiet tal-irtirar effettivi, u billi jinħoloq tfaddil tal-irtirar kumplimentari .

Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom ikunu strutturati b'mod li s-sostenibbiltà , is-sikurezza u l-adegwatezza tagħhom għan-nisa u  l-irġiel tkun iggarantita permezz tat-tisħiħ ta' skemi tal-irtirar li jimmiraw għal introjtu ta' rtirar deċenti li tal-inqas jaqbeż is-soll tal-faqar . Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom jipprevedu l-konsolidazzjoni, l-iżvilupp ulterjuri u t-titjib tat-tliet pilastri tas-sistemi ta' tfaddil għall-irtirar. Il-ħolqien ta' rabta bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor mhijiex l-uniku strument li permezz tiegħu tista' tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ. Ir-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom ukoll, fost l-oħrajn, jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rata tat-twelid, is-sitwazzjoni demografika, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza fuq l-ekonomija. L-aqwa mod biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjiegi, abbażi ta', fost l-oħrajn, investimenti soċjali f'tixjiħ attiv.

Emenda 44

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom itejbu l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura fit-tul filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fiskali .

L-Istati Membri għandhom itejbu l-kwalità, l-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura fit-tul u s-servizzi soċjali kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-setturi relatati, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà finanzjarja ta' dawn is-sistemi bit-titjib tal-finanzjament ibbażat fuq is-solidarjetà konformi mal-ġustizzja soċjali .

Emenda 45

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta' appoġġ li għandha l-Unjoni fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, biex itejbu l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika.

Emenda 46

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja Gwida 8 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-objettiv tal-miri ewlenin ta' Ewropa 2020, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom, skont il-pożizzjonijiet inizjali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali relattivi tagħhom, huwa li r-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 tiżdied għal 75 % sal- 2020; li r-rata ta' tluq bikri mill-iskola titnaqqas għal inqas minn 10 %; li s-sehem ta' dawk ta' bejn it-30 u l-34 sena li jkunu temmew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti jiżdied għal mill-inqas 40 %. u li tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, bil-għan li mill-inqas 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju ta' faqar u esklużjoni  (1bis) .


(1bis)   Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46).

(1bis)   http://www.eesc.europa.eu/resources/docs/revenu-minimum_-etude-ose_-vfinale_en--2.pdf

(1bis)   Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46).

(1bis)   Il-popolazzjoni hija definita bħala l-għadd ta' persuni li huma f'riskju ta' faqar u esklużjoni skont tliet indikaturi (f'riskju ta' faqar; privazzjoni materjali; familji mingħajr impjieg), li jħalli lill-Istati Membri liberi li jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom abbażi tal-indikaturi l-aktar adatti, skont iċ-ċirkustanzi u l-prijoritajiet nazzjonali tagħhom.


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/223


P8_TA(2015)0262

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom il-Finlandja)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom, ippreżentata mill-Finlandja) (COM(2015)0232 – C8-0135/2015 – 2015/2125(BUD))

(2017/C 265/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0232 – C8-0135/2015),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0210/2015),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex toffri appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u u għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.

billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju ta' mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.

billi l-Finlandja ressqet l-applikazzjoni EGF/2015/001 FI/Broadcom għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 568 sensja fil-Broadcom Communications Finland, li topera fin-NACE Rev. 2 diviżjoni 46 (“Kummerċ bl-imnut, għajr ta’ vetturi u muturi”) (4) u 2 fornituri jew produtturi downstream,

E.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, il-finlandja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 365 000 skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-30 ta' Jannar 2015 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni fit-2 ta' Ġunju 2015; jilqa’ l-evalwazzjoni rapida ta' inqas minn ħames xhur;

3.

Ifakkar li, matul is-snin 2000, żdied l-għadd ta' persunal fil-kumpaniji sussidjarji Finlandiżi fil-kontinenti kollha, sakemm l-Asja ħarġet bħala l-akbar impjegatur fl-industrija tal-elettronika u tal-elettriku fl-2004 u l-għadd ta' persunal fl-Ewropa beda jonqos; jikkunsidra li s-sensji fil-Broadcom huma parzjalment marbuta mat-tendenza li taffettwa l-industrija tal-elettronika Finlandiża kollha u li laħqu l-quċċata meta fl-2011 n-Nokia ħabbret sensji fuq skala kbira; jikkonkludi għalhekk li dawn l-avvenimenti huma sostanzjalment marbuta ma’ bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni;

4.

Jinnota li dawn is-sensji se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad partikolarment fir-reġjun ta’ Ostrobothnia tat-Tramuntana (parti mir-reġjun FI1A tal-livell NUTS 2 (5)), fejn seħħew 424 mill-568 sensja; jinnota li f’dan ir-reġjun ir-rata tal-qgħad hija konsistentement żewġ punti perċentwali ogħla mill-medja nazzjonali; jinnota li f’Awwissu 2014, waqt li r-rata ta’ qgħad nazzjonali kienet ta’ 12,2 %, fin-Nofsinhar tal-Ostrobothnia kienet ta’ 14,1 % u fl-aktar belt milquta, Oulu, kienet ta’ 16,1 % u li l-istess reġjun kien affettwat b’mod qawwi mis-sensji fuq skala kbira tan-Nokia mill-2011’il quddiem;

5.

Iqis li l-istħarriġ u ż-żjarat tal-intrapriża huma azzjonijiet li jistgħu jkunu ta' benefiċċju mhux biss għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja u koperti minn din l-applikazzjoni, iżda jistgħu wkoll jikkontribwixxu għall-bini ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ impjieg f’dan is-settur għal sensji futuri; jinnota li dawn l-azzjonijiet speċifiċi diġà huma kontinwazzjoni ta’ miżura simili mwettqa matul applikazzjoni aktar kmieni tal-FEG fil-Finlandja (EGF/2013/001 FI/Nokia);

6.

Jinnota li, sal-lum, is-settur tal-'Kummerċ bl-imnut, għajr ta' vetturi bil-mutur u muturi' kien is-suġġett ta’ applikazzjoni waħda oħra tal-FEG (EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT) li kienet ibbażata wkoll fuq il-kriterju tal-globalizzazzjoni;

7.

Jinnota b'sodisfazzjon li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Finlandiżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fil-11 ta' Awwissu 2014, ferm qabel id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost u saħansitra qabel l-applikazzjoni għal tali appoġġ;

8.

Jinnota li l-Finlandja qed tippjana tliet tipi ta’ miżuri għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja koperti minn din l-applikazzjoni: (i) għajnuna biex jittrasferixxu għal xogħol ġdid, (ii) għajnuna biex jiftħu n-negozju tagħhom stess, u (iii) l-għoti ta' taħriġ jew edukazzjoni;

9.

Jinnota li l-awtoritajiet qed jippjanaw li jużaw 17,46 % tal-ispejjeż kollha fuq benefiċċji u inċentivi fil-forma ta’ sussidji tal-paga (bħala parti mis-salarju ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg stabbilit għal kull ħaddiem fil-mira) u l-benefiċċji tal-ivjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ġarr, li jammontaw għal nofs l-ammont massimu permess ta’ 35 % tal-ispejjeż kollha għal miżuri bħal dawn;

10.

Jilqa’ l-proċeduri li segwew l-awtoritajiet Finlandiżi biex jikkonsultaw mal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

11.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali reali;

12.

Ifakkar li, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG, it-tfassil tal-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati għandu jantiċipa perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-kapaċitajiet meħtieġa u għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli;

13.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-kumplimentarjetà tal-interventi proposti tal-FEG ma’ azzjonijiet oħra ffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni;

14.

Jinnota li l-informazzjoni fornuta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha, bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

15.

Japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni wara t-talba mill-Parlament għall-aċċelerazzjoni fir-rilaxx tal-għotjiet; jinnota l-pressjoni ta' ħin li jimplika l-kalendarju l-ġdid u l-impatt potenzjali fuq l-effikaċja tal-eżami tal-fajls;

16.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma ' din ir-riżoluzzjoni;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni mill-Finlandja — EGF/2015/001 FI/Broadcom)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2015/1477.)


11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/226


P8_TA(2015)0263

Baġit 2016 – Mandat għat-trilogu

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit 2016 (2015/2074(BUD))

(2017/C 265/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 312 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 (COM(2015)0300),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2016, Taqsima III – Il-Kummissjoni (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2016,

wara li kkunsidra t-Titolu II, Kapitolu 8, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0217/2015),

Abbozz ta' Baġit 2016: nirrispettaw l-impenji u l-prijoritajiet ta' finanzjament

1.

Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tal-11 ta' Marzu 2015, il-Parlament qiegħed il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u ta' kwalità u l-iżvilupp tal-intrapriżi u l-intraprenditorija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv madwar l-Unjoni (“it-tliet I”), flimkien mas-solidarjetà interna u esterna fi ħdan Ewropa sigura, fiċ-ċentru tal-prijoritajiet tiegħu għall-baġit 2016; itenni d-dedikazzjoni tal-Parlament lejn ir-rispett tal-impenji ġuridiċi kif ukoll dawk politiċi u l-appell tiegħu lill-istituzzjonijiet biex iwettqu l-wegħdiet tagħhom;

2.

Jissottolinja, f'dan il-kuntest, li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014–2020 stabbilixxa limiti massimi għall-intestaturi kollha iżda ddispona wkoll għal flessibbiltà speċifika u l-flessibbiltà massima possibbli sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi ġuridiċi tagħha, u għal strumenti speċjali sabiex l-Unjoni tkun tista' tirreaġixxi għal ċirkostanzi speċifiċi imprevisti jew tiffinanzja nefqa identifikata b'mod ċar oltre l-limiti massimi;

3.

Jilqa' l-fatt li l-Abbozz ta' Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li ħejjiet il-Kummissjoni, għas-sena finanzjarja 2016 isaħħaħ dawn il-prijoritajiet u jipproponi l-intensifikazzjoni tal-appoġġ tal-UE għall-programmi orjentati lejn l-investiment, l-għarfien, l-impjiegi u t-tkabbir, u b'mod partikolari għal Erasmus+, programm emblematiku fil-qasam tal-mobilità; jemmen li l-Abbozz ta' Baġit għall-2016 hu pass pożittiv 'il quddiem biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jaffrontaw l-isfidi strutturali, b'mod speċjali t-telf ta' kompetittività; jinsab sodisfatt mill-fatt li, apparti ż-żidiet dovutament mistennija fl-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u l-Intestatura 4 (Ewropa Globali), il-Kummissjoni qed taċċetta l-isfida li tirreaġixxi għal żviluppi ġodda, bħall-kriżijiet fl-Ukrajna, fis-Sirja u fil-Mediterran, billi twieġeb għall-ħtiġijiet tal-UE u tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà u l-migrazzjoni u billi turi rieda politika b'saħħitha fil-qasam tal-azzjoni esterna u impenn baġitarju fir-rigward tal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu;

4.

Jilqa' l-inklużjoni tal-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiku (FEIS) fl-Abbozz ta' Baġit 2016 u, b'mod partikolari, il-mobilizzazzjoni tal-Marġni Globali għall-Impenji biex ikopri parti min-nefqa meħtieġa għall-finanzjament ta' EUR 8 miljun għall-Fond ta' Garanzija FEIS, minflok ma jiddependi biss fuq it-tnaqqis fil-baġits tal-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; jisħaq fuq il-fatt li l-objettiv tal-Parlament kien li jimminimizza sal-massimu possibbli l-impatt fuq dawn iż-żewġ programmi u l-fatt li l-qbil li ntlaħaq mill-koleġiżlaturi kompla jbaxxi dan it-tnaqqis b'EUR 1 biljun kumplessivament, b'mod li r-riċerka fundamentali, inter alia, ma ntlaqtitx jistenna li l-ftehim finali rigward il-FEIS jiġi rifless kemm jista' jkun malajr fil-baġit 2016 abbażi ta' ittra ta' emenda;

5.

Ifakkar madankollu fil-fatt li d-deċiżjoni dwar l-approprjazzjonijiet annwali li għandhom jiġu awtorizzati biex jiġi kostitwit il-fond ta' garanzija FEIS se tittieħed biss mill-awtorità baġitarja, matul il-proċedura baġitarja annwali; jimpenja ruħu, f'dan il-qafas, favur kumpens ulterjuri għat-tnaqqis li jolqot lill-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li għadu sinifikanti, b'mod li dawk il-programmi jitħallew iwettqu kompletament l-objettivi li kull m'ilhom miftiehma sentejn biss bħala riżultat tan-negozjati rigward il-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom; biħsiebu wkoll jeżamina mill-qrib jekk dak it-tnaqqis għandux jiġi kkonċentrat fis-snin 2016-2018, kif ipproponiet il-Kummissjoni, jew jinfirixx ulterjorment fuq is-snin 2019–2020, bħala mezz biex jiġi mminimizzat l-impatt fuq dawn il-programmi;

6.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) qed iġarrab tnaqqis nominali fl-approprjazzjonijiet ta' impenn mill-2015 sal-2016; jevidenzja s-sinjal negattiv ferm li tnaqqis ta' dan it-tip jagħti fi żmien meta l-potenzjal tal-SMEs bħala innovaturi u kreaturi ta' impjiegi hu meħtieġ b'urġenza sabiex jitqanqal l-irkupru tal-UE, jitnaqqsu d-distakki fl-investiment u jingħata kontribut għall-prosperità tal-Unjoni fil-ġejjieni; ifakkar li l-promozzjoni tal-intraprenditorija, it-titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni, inklużi l-intrapriżi soċjali, u t-titjib tal-aċċess għal finanzjament għall-SMEs li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ekonomija u l-kompetittività tal-UE, huma prijoritajiet li hu ċar li huma kondiviżi bejn l-istituzzjonijiet kollha, u li kienu l-ġustifikazzjoni għall-konċentrazzjoni fil-bidu tal-perjodu u t-tisħiħ tal-approprjazzjonijiet ta' COSME matul dawn l-aħħar sentejn, wara li tqieset ir-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-programm; biħsiebu, għaldaqstant, jiżgura li dan il-programm jevolvi b'mod pożittiv fl-2016;

7.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-finanzjament tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bħala għodda kruċjali għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni, li hija prijorità ewlenija għal kull min jieħu d-deċiżjonijiet fl-Ewropa; jikkonstata l-konċentrazzjoni fil-bidu tal-perjodu tal-allokazzjoni komplementari għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2014 u fl-2015; jiddispjaċih dwar il-fatt li fl-2016 ma ġie propost l-ebda impenn ġdid; ifakkar li l-QFP iddispona għal marġni globali għall-impenji li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni oltre l-limiti massimi sa mill-2016 fir-rigward tal-objettivi politiċi relatati mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi għaż-żgħażagħ; ifakkar li, b'konsegwenza ta' dan, ir-Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew iddispona li, fil-qafas tal-proċedura baġitarja, ir-riżorsi għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jistgħu jiġu riveduti 'l fuq għas-snin mill-2016 sal-2020; jappella, għalhekk, biex l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ titkompla billi tiġi sfruttata kwalunkwe dispożizzjoni ta' flessibbiltà li tinsab fil-QFP, u biħsiebu jiżgura li l-baġit 2016 ikun jipprevedi l-ammonti neċessarji;

8.

Jikkonstata li, grazzi għal ftehim f'waqtu dwar ir-riprogrammar tal-impenji taħt ġestjoni kondiviża fi ħdan il-QFP 2014-2020 minħabba l-adozzjoni tardiva tar-regoli u l-programmi rilevanti, il-Kummissjoni inkludiet fl-Abbozz ta' Baġit 2016 tagħha (Intestaturi 2 u 3) EUR 4,5 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn li ma setgħux jintużaw fl-2014; ifakkar li l-baġit emendatorju Nru 1/2015 diġà ppermetta trasferiment ta' EUR 16,5 biljun mill-2014 sal-2015 taħt l-Intestaturi 1b, 2 u 3; jisħaq fuq il-fatt li dawn huma, madankollu, sempliċi trasferimenti minn approprjazzjonijiet diġà miftiehma tal-2014 u għandhom għalhekk, għal finijiet ta' tqabbil, jitnaqqsu minn kwalunkwe valutazzjoni tal-evoluzzjoni tal-baġit 2016 fil-konfront tal-baġit 2015; jindika, għalhekk, li l-programmi kkonċernati fil-fatt qed jibbenefikaw minn approprjazzjonijiet ta' impenn imsaħħa fl-Abbozz ta' Baġit 2016;

9.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-programmi ġodda li jaqgħu taħt il-perjodu tal-QFP 2014–2020 qed idumu ma jibdew aktar milli kien ippjanat minħabba l-approvazzjoni tardiva tal-bażijiet ġuridiċi u tal-programmi operattivi, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014; jimpenja ruħu li jeżamina jekk l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament mitluba humiex fil-fatt se jippermettu li dawn il-programmi ġodda jibdew joperaw kif suppost; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb għad-dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom;

10.

Jikkonstata li l-Abbozz ta' Baġit tal-UE għall-2016 jammonta għal EUR 153,5 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (inklużi EUR 4,5 biljun riprogrammati mill-2014) u EUR 143,5 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jindika li, jekk ma jitqiesx l-effett tar-riprogrammar fl-2015 u fl-2016, dan jikkorrispondi għal żieda ta' +2,4 % fl-impenji u ta' +1,6 % fil-pagamenti meta mqabbla ma' dawk tal-baġit 2015; jisħaq fuq il-fatt li dawn iż-żidiet moderati kumplessivi, skont id-direzzjoni stabbilita mill-QFP u wara li titqies l-inflazzjoni, ma jirrappreżentaw kważi l-ebda żieda f'termini reali, u dan jenfasizza l-importanza tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-infiq;

11.

Jissottolinja l-fatt li l-Kummissjoni qed tħalli marġnijiet ta' EUR 2,2 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (li minnhom EUR 1,2 biljun qegħdin fl-Intestatura 2) u ta' EUR 1,6 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament taħt il-limiti massimi tal-QFP; ifakkar li l-marġnijiet disponibbli fl-impenji u fil-pagamenti kif ukoll il-pagamenti mhux esegwiti jalimentaw il-marġnijiet globali li għandhom jintużaw fis-snin sussegwenti, meta tinqala' l-ħtieġa; jikkonstata li l-Marġni Globali għall-Impenji qed jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba u li parti minnu se tintuża għall-FEIS; jilqa' fil-prinċipju l-użu propost tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal nefqa identifikata b'mod ċar, bħala parti mill-inizjattivi ġodda tal-UE fl-oqsma tal-asil u l-migrazzjoni li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fi ħdan il-limiti tal-Intestatura 3; biħsiebu jisfrutta parti mill-marġnijiet li fadal u mid-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-flessibbiltà pprovduti mill-QFP biex isaħħaħ il-prijoritajiet kruċjali;

Pagamenti: inreġġgħu lura l-fiduċja

12.

Ifakkar li n-nuqqas fil-pagamenti, l-aktar minħabba limiti massimi insuffiċjenti għall-pagamenti u bbaġitjar ta' anqas riżorsi milli kien meħtieġ, laħaq livelli bla preċedenti fl-2014 u baqa' gravi fl-2015; jibża' li dan se jkompli jipperikola l-implimetazzjoni kif suppost tal-programmi ġodda taħt il-QFP 2014–2020 u jippenalizza lill-benefiċjarji, b'mod speċjali lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li qed jaffaċċjaw restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali; waqt li jappoġġa l-ġestjoni attiva tal-pagamenti min-naħa tal-Kummissjoni, jinsab imħasseb dwar il-posponiment tas-sejħiet għal proposti, dwar it-tnaqqis tal-prefinanzjament u dwar il-pagamenti tardivi, li jistgħu jirriżultaw li jkunu detrimentali għall-ilħuq tal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; itenni t-tħassib tiegħu rigward it-tnaqqis ad hoc fil-pagamenti introdott mill-Kunsill fil-qari tiegħu tal-baġits annwali, inkluż fil-programmi fil-qasam tal-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi taħt l-Intestatura 1a; jappella lill-Kummissjoni biex tipprepara rapport rigward l-impatt fuq il-benefiċjarji li esperjenzaw dewmien fir-rigward tal-pagamenti li kellha ttihom l-Unjoni fl-2013-2015, kif ukoll l-impatt fuq l-implimentazzjoni tal-programmi sa mhux aktar tard milll-31 ta' Marzu 2016;

13.

Jilqa' l-fatt li l-Abbozz ta' Baġit tal-UE jirrifletti d-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament 2015–2016 li ntlaħaq qbil dwaru bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni b'segwitu għad-dijanjożi kondiviża u l-impenn meħud mit-tliet istituzzjonijiet biex inaqqsu dan l-arretrat; ifakkar li, skont l-Artikolu 310 TFUE, id-dħul u n-nefqa murija fil-baġit tal-UE għandhom ikunu f'bilanċ; jikkonstata li, skont l-estimi tal-Kummissjoni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament mitluba fl-Abbozz ta' Baġit kieku jnaqqsu l-arretrat ta' kontijiet mhux imħallsa sa livell sostenibbli ta' madwar EUR 2 biljun; jimpenja ruħu, b'konsegwenza ta' dan, biex jappoġġa kompletament il-proposta tal-Kummissjoni, u jistenna li l-Kunsill jirrispetta l-impenji li ħa f'dan ir-rigward;

14.

Jissottolinja li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li fil-ġejjieni jevitaw akkumulazzjoni ta' arretrat insostenibbli ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ u jimplimentaw il-ftehimiet milħuqa bħala parti mill-qafas finanzjarju pluriennali u mill-proċeduri baġitarji annwali; itenni l-ħtieġa f'dan ir-rigward li jsir monitoraġġ mill-qrib u attiv tal-iżvilupp ta' dan l-arretrat; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-ispeċifiċitajiet taċ-ċikli ta' pagament iqiegħdu pressjoni addizzjonali fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, b'mod speċjali fi tmiem il-QFP; ifakkar lill-Kummissjoni rigward l-impenn li ħadet fid-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament li tiżviluppa l-għodda tagħha għal tbassir fuq żmien medju u fuq żmien twil u li twaqqaf sistema ta' twissija bikrija, bil-għan li tippreżenta dan l-ewwel tbassir tal-pagamenti f'Lulju, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' tieħu deċiżjonijiet informati kif dovut fil-ġejjieni;

15.

Jilqa' l-fatt li l-bilanċ fi ħdan l-approprjazzjonijiet ta' pagament kumplessivi fl-aħħar qed jiċċaqlaq b'mod sinifikanti mit-tlestija tal-programmi passati tal-2007–2013 għall-eżekuzzjoni tal-programmi l-ġodda tal-2014–2020; jissottolinja madankollu l-fatt li l-livell tal-pagamenti fl-Abbozz ta' Baġit 2016, b'mod speċifiku fir-rigward tal-Intestatura 1b, hu baxx meta mqabbel mal-livell tal-impenji, u dan jinvolvi r-riskju ta' arretrat simili ta' pagamenti pendenti fi tmiem il-QFP attwali; jiddubita għalhekk sa liema punt dan hu konformi mal-perspettiva fuq żmien twil tal-pjan ta' pagament;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

16.

Jikkonstata li, meta mqabbla ma' dik tal-2015, il-proposta tal-Kummissjoni għall-2016 tikkorrispondi għal żieda fl-impenji taħt is-subintestatura 1a ta' +6,1 % biex laħqu EUR 18,6 biljun; jindika li ż-żieda fl-impenji hija fil-biċċa l-kbira dovuta għall-integrazzjoni tal-FEIS, għaż-żidiet għal Erasmus+ u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u, f'livell minuri, għaż-żidiet għall-programmi Dwana, Fiscalis u Ġlieda kontra l-Frodi kif ukoll għall-programm Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali; se jagħti attenzjoni partikolari għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn l-apprendistati u l-edukazzjoni għolja fl-Ewropa, b'mod partikolari billi jiġi żgurat aċċess indaqs għall-mobilità;

17.

Jiddispjaċih, madankollu, dwar it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għal proġetti infrastrutturali kbar, l-Orizzont 2020 u l-COSME, kif ukoll dwar il-fatt li l-progress fir-rigward tal-komponent “Trasport” tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa qed jimxi aktar bil-mod minħabba r-riallokazzjoni lill-FEIS; ifakkar li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni dwar il-FEIS kieku kienet tirriżulta fi tnaqqis ta' EUR 170 miljun għall-Orizzont 2020 fl-2016 meta mqabbla ma' dik tal-2015, biex b'hekk jingħata sinjal kontradittorju dwar programm li huwa estensivament rikonoxxut bħala prijorità emblematika taħt il-QFP attwali; jiddeplora r-riperkussjonijiet fuq il-finanzjament għar-riċerka, inkluż fl-oqsma tal-Enerġija, l-SMEs, il-Klima u l-Ambjent, ix-Xjenzi Soċjali u x-Xjenza fis-Soċjetà; jimpenja ruħu li jfittex li jikkumpensa ulterjorment għat-tnaqqis propost f'dawn il-programmi permezz ta' tisħiħ matul il-proċedura baġitarja bl-użu tal-marġni ta' EUR 200 miljun li għadu disponibbli taħt il-limitu massimu għall-Intestatura 1a; jisħaq fuq il-fatt li l-finanzjament għall-investiment, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għandu jiġi ffokat fuq l-oqsma fejn jista' jinkiseb l-akbar valur miżjud, bħal dawk tat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, it-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni, l-għotjiet għal riċerka bażika u t-teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju kif ukoll dawk ta' enerġija rinnovabbli;

18.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-programm ITER u jimpenja ruħu li jiżgura l-finanzjament xieraq; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-fatt li l-preżentazzjoni ta' kalendarju u ppjanar finanzjarju riveduti għall-programm ITER prevista f'Novembru 2015 mhix se tippermetti li l-awtorità baġitarja tqis l-informazzjoni ġdida fil-proċedura baġitarja annwali għall-2016; iħeġġeġ, madankollu, biex l-ITER u l-Impriża Konġunta tiegħu għall-Unjoni Ewropea – Fużjoni għall-Enerġija jippreżentaw mingħajr dewmien ir-rapporti mitlubin rigward il-kwittanza tagħhom għall-2013, u biex jagħtu segwitu għar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Parlament;

19.

Jissottolinja li l-ibbaġitjar fl-imgħoddi ta' anqas approprjazzjonijiet ta' pagament milli kien meħtieġ wessa' d-distakk bejn l-impenji u l-pagamenti f'diversi programmi taħt l-Intestatura 1a, biex b'hekk ikkontribwixxa għaż-żieda drastika fl-impenji pendenti (RALs) meta mqabbla mal-intestaturi l-oħra; jinsab mħasseb li l-Kummissjoni kellha tnaqqas l-ammont ta' prefinanzjament u, agħar minn hekk, tipposponi sejħiet ġodda għal proposti u ddewwem l-iffirmar tal-kuntratti; jikkonstata, pereżempju, li taħt l-Orizzont 2020, il-Kummissjoni tistima li “f'xenarju ta' implimentazzjoni normali mingħajr limiti fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament, sa tmiem l-2014, kieku kienu jintefqu madwar EUR 1 biljun aktar”; filwaqt li jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex iżżomm is-sitwazzjoni tal-pagamenti taħt kontroll, itenni li taħt l-ebda ċirkostanza mhu se jittollera li tnaqqis fir-ritmu tal-programmi 2014-2020 jitqies bħala mod biex jiġu ttrattati n-nuqqasijiet ta' pagamenti;

20.

Jilqa', għalhekk, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' +11,4 % biex laħqu EUR 17,5 biljun meta mqabbla ma' dawk tal-2015, u ż-żieda fil-proporzjon bejn il-pagamenti u l-impenji għall-2016; jikkonstata, b'mod partikolari, li għal diversi programmi (Copernicus, Erasmus+, Orizzont 2020, Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Trasport, sikurezza u dekummissjonar nukleari) l-approprjazzjonijiet ta' pagament jaqbżu l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

21.

Jieħu nota tal-proposti ta' EUR 50,8 biljun f'impenji (+3,2 % meta mqabbla ma' dawk tal-2015, bl-impatt tar-riprogrammar newtralizzat) u ta' EUR 49,1 biljun f'pagamenti (-4 %) għas-Subintestatura 1b, li jħallu marġni żgħir ta' EUR 15,3 miljun taħt il-limitu massimu għall-impenji; ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tirrappreżenta l-politika ewlenija tal-UE rigward l-investiment u hi mmirata lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni Ewropej permezz tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jissottolinja l-fatt li strumenti bħall-FSE, il-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni jew l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huma strumentali fit-trawwim tal-konverġenza, it-tiċkin tad-distakk fl-iżvilupp u l-appoġġ għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u sostenibbli; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE biex jinkisbu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

22.

Jevidenzja l-fatt li 44 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament proposti għall-2016 ikopru talbiet għal pagament pendenti għall-perjodi ta' programmazzjoni preċedenti, biex jibqgħu biss EUR 26,8 biljun f'pagamenti għall-fażi inizjali tal-programmi ta' koeżjoni ġodda għall-2014–2020; jikkunsidra li l-approprjazzjonijiet ta' pagament proposti, għalhekk, huma l-minimu indispensabbli f'din is-subintestatura;

23.

Ifakkar li hemm bżonn ta' ammont ta' EUR 21,6 biljun fil-baġit 2016 biex il-livell ta' talbiet għal pagament pendenti għall-programmi ta' koeżjoni tal-2007–2013 jitnaqqas minn EUR 24,7 biljun fi tmiem l-2014 u EUR 20 biljun fi tmiem l-2015 għal madwar EUR 2 biljun sa tmiem l-2016, kif deskritt fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni annessa mad-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament 2015–2016; iħeġġeġ biex tiġi evitata akkumulazzjoni 'anormali' simili ta' kontijiet mhux imħallsa fil-ġejjieni, b'mod li l-kredibbiltà tal-UE ma tiġix kompromessa;

24.

Jisħaq fuq il-fatt li, apparti l-appell tiegħu biex l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ titkompla, hu kruċjali li jkun hemm aċċelerazzjoni effiċjenti u effikaċi tal-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu kull miżura meħtieġa biex l-iskemi nazzjonali ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ jibdew joperaw bħala kwistjoni prijoritarja, waqt li fejn ikun xieraq iqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ġew stipulati fir-Rapport Speċjali Nru 3/2015 tagħha; itenni li ż-żieda li ġiet approvata dan l-aħħar biex ir-rata ta' prefinanzjament telgħet għal 30 %, u li għandha appoġġ qawwi min-naħa tal-Parlament, hija dipendenti fuq il-preżentazzjoni rapida tat-talbiet għal pagament interim min-naħa tal-Istati Membri fi żmien sena, li għandha tikkonkretizza ruħha fl-2016; jinsisti li ż-żieda fil-prefinanzjament tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ m'għandhiex tolqot negattivament l-implimentazzjoni tal-komponenti l-oħra tal-FSE;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

25.

Jieħu nota tal-proposti ta' EUR 63,1 biljun f'impenji (-0,1 % meta mqabbla ma' dawk tal-2015, bl-impatt tar-riprogrammar newtralizzat) u ta' EUR 55,9 biljun f'pagamenti (-0,2 %) għall-Intestatura 2, li jħallu marġni ta' EUR 1,2 biljun taħt il-limitu massimu għall-impenji u marġni ta' EUR 1,1 biljun taħt is-sottolimitu massimu għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG); jindika li l-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja jiġi applikat biss sabiex jistabbilixxi r-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu; jistenna l-Ittra ta' Emenda tal-Kummissjoni, li suppost tasal f'Ottubru 2015, u li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata dwar il-finanzjament tal-FAEG; jenfasizza li t-trasferimenti bejn iż-żewġ pilastri tal-PAK jirriżultaw f'żieda kumplessiva fl-ammont disponibbli għall-iżvilupp rurali;

26.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Abbozz ta' Baġit 2016 juri tnaqqis fil-ħtiġijiet għal interventi fis-swieq agrikoli meta mqabbla ma' dawk fil-baġit 2015, prinċipalment minħabba l-impatt fl-2015 tal-miżuri ta' emerġenza relatati mal-embargo Russu fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli mill-UE; jikkonstata li, skont il-Kummissjoni, m'hemm bżonn tal-ebda miżura ulterjuri taħt il-baġit 2016; jevidenzja l-objettivi taż-żieda fil-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura Ewropea, u jitlob li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi biex jintlaħqu dawn l-objettivi;

27.

Jissottolinja l-fatt li, b'segwitu għar-riforma, il-Politika Komuni tas-Sajd tipprovdi qafas ġuridiku ambizzjuż li permezz tiegħu jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi tas-sajd responsabbli, anke permezz tal-ġbir ta' data, u jinsab kuntent li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ibbenefika minn trasferiment lejn l-2015 ta' approprjazzjonijiet mhux użati fl-2014, waqt li, bl-impatt ta' dan ir-riprogrammar newtralizzat, qed isir progress ulterjuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal dan il-Fond fl-2016; jikkonstata, madankollu, li fir-rigward tal-pagamenti l-eliminazzjoni gradwali tal-programm preċedenti qed tiġi biss parzjalment ikkumpensata bl-implimentazzjoni tal-programm il-ġdid, u dan jirriżulta f'anqas approprjazzjonijiet fl-2016;

28.

Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet prevista għall-Programm LIFE għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, kemm fl-impenji u kemm fil-pagamenti; jilqa' l-ewwel passi fl-ekoloġizzazzjoni tal-Baġit tal-UE u jindika l-ħtieġa biex ir-ritmu tagħha jkompli jaċċelera;

Intestatura 3 – Sigurtà u Ċittadinanza

29.

Jilqa’ l-fatt li l-Abbozz ta' Baġit 2016 iżid l-appoġġ tiegħu għall-programmi kollha fl-Intestatura 3, li jammonta għal EUR 2,5 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (+12,6 % meta mqabbel mal-baġit tal-2015 bir-riprogrammar newtralizzat) u għal EUR 2,3 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (+9,7 %); jirrimarka li dan ma jħalli l-ebda marġni għal aktar tisħiħ jew għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji taħt l-Intestatura 3; huwa tal-fehma li, fis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, l-aktar minħabba l-pressjoni li qed tiżdied tal-flussi migratorji, il-livell tal-limiti massimi stabbiliti għal dik li hija l-iżgħar intestatura tal-QFP jista’ ma jkunx aġġornat u għandu jiġi indirizzat fil-kuntest tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP;

30.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-Aġenda Ewropea tal-Kummissjoni dwar il-Migrazzjoni u jtenni l-appoġġ tiegħu għat-tisħiħ fil-mezzi tal-UE u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet u solidarjetà fl-oqsma tal-asil, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni; ifaħħar għalhekk iż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jikkostitwixxu l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA); jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà b’EUR 124 miljun sabiex jindirizza x-xejriet migratorji attwali fil-Mediterran; jistaqsi jekk il-finanzjament propost huwiex se jkun biżżejjed; jenfasizza l-ħtieġa għal kontroll strett fuq id-destinazzjoni ta’ dawn il-fondi;

31.

Jenfasizza li, minħabba l-għadd kbir ta’ migranti li waslu fix-xtut tan-Nofsinhar tal-Unjoni u r-rwol dejjem jikber li għandu l-EASO fil-ġestjoni tal-asil, il-proposta li l-persunal tal-EASO jiżdied biss b’6 hija evidenti li mhux biżżejjed; jitlob għalhekk li l-EASO jkollu livell ta’ persunal u baġit xierqa għall-2016 sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti u l-operat tiegħu b’mod effettiv;

32.

Jemmen li l-impatt baġitarju u l-kompiti addizzjonali tal-miżuri ppreżentati bħala parti mill-Aġenda tal-UE dwar il-Migrazzjoni, u l-Aġenda tal-UE dwar is-Sigurtà fir-rigward tal-Europol għandhom jiġu vvalutati fid-dettall mill-Kummissjoni, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista’ taġġusta adegwatament il-ħtiġijiet baġitarji u tal-persunal tal-aġenzija; jenfasizza r-rwol tal-Europol fl-appoġġ transkonfinali għall-Istati Membri u fl-iskambju ta’ informazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li l-aġenzija jkollha baġit u livell ta’ persunal xierqa għall-2016 sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti u l-operat tagħha b’mod effettiv;

33.

Iqis li l-aġenziji relevanti m’għandhomx ikunu suġġetti għal tnaqqis jew riallokazzjoni ta’ persunal, u li dawn għandhom jallokaw adegwatament lill-persunal tagħhom bil-għan li jissodisfaw ir-responsabbiltajiet dejjem jiżdiedu tagħhom;

34.

Ifakkar ukoll fl-appoġġ qawwi mogħti b’mod konsistenti mill-Parlament biex il-programmi kulturali u tal-midja jiġu ffinanzjati b’mod adegwat; jilqa’ għalhekk iż-żieda għall-programm Ewropa Kreattiva, inklużi azzjonijiet multimedjali, meta mqabbel mal-baġit tal-2015, filwaqt li jesprimi riżervi dwar id-diviżjoni amministrattiva bejn it-taqsimiet kulturali u tal-midja tiegħu; jappoġġa wkoll iż-żieda proposta għall-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini”, peress li dan huwa vitali għall-parteċipazzjoni ċivika fil-proċess demokratiku fl-Ewropa; huwa tal-fehma li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija strument ċentrali għal demokrazija parteċipattiva fl-UE, u jitlob li titjieb il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà tagħha; jenfasizza r-rwol pożittiv tan-netwerks pan-Ewropej magħmula mill-midja lokali u nazzjonali bħal pereżempju l-EuranetPlus;

35.

Jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel u tal-għalf, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa huma oqsma ta’ tħassib ewlieni għaċ-ċittadini tal-UE; japprezza għalhekk iż-żidiet fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-programm Ikel u Għalf, il-Programm tas-Saħħa u l-Programm tal-Konsumatur meta mqabbel mal-baġit 2015;

Titolu 4 – Ewropa Globali

36.

Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda ġenerali fil-finanzjament għall-Intestatura 4, li tammonta għal EUR 8,9 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn (+5,6 % meta mqabbel mal-baġit tal-2015), filwaqt li tħalla marġni ta’ EUR 261,3 miljun taħt il-limitu massimu; jinnota li dan juri livell għoli ta’ solidarjetà ma’ pajjiżi terzi; jemmen li l-baġit tal-UE huwa strumentali biex jintlaħqu n-nies fil-bżonn u għall-promozzjoni tal-valuri fundamentali Ewropej; jinsab sodisfatt li d-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali li ltaqgħet magħhom l-UE f’dawn l-aħħar snin ma aljenawx mill-attenzjoni mogħtija lill-bqija tad-dinja; jemmen madankollu li aktarx se jkun hemm bżonn li jissaħħu iżjed ċerti oqsma prijoritarji bħall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, inkluża l-assistenza għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani, il-Palestina u l-UNRWA, u dan minħabba l-kriżijiet politiċi u umanitarji li għaddejjin bħalissa fil-viċinat u lil hinn minnu;

37.

Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament mitluba mill-Kummissjoni għall-programmi kollha li jaqgħu taħt l-Intestatura 4 (+28,5 % għal EUR 9,5 biljun), fejn il-pagamenti jaqbżu l-impenji speċjalment fl-oqsma tal-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u l-assistenza tal-UE għall-Palestina u l-UNRWA; jemmen li dawn iż-żidiet huma totalment ġustifikati mill-ħtieġa li jiġu rimedjati l-effetti tan-nuqqas drammatiku ta’ pagamenti f’din l-intestatura fl-2014 u fl-2015, li wassal sabiex il-Kummissjoni naqqset il-prefinanzjamenti u pposponiet l-impenji ġuridiċi; ifakkar li fl-2015 kellhom jitħallsu EUR 1,7 miljun f’imgħax għal pagamenti tardivi taħt l-Intestatura 4; jistenna li d-distakk bejn l-impenji u l-pagamenti jitnaqqas progressivament u li l-akkumulazzjoni ta’ kontijiet mhux imħallsa tinġieb lura għal livell normali; jenfasizza li mossa bħal din hija indispensabbli għas-sostenibbiltà finanzjarja tal-benefiċjarji vulnerabbli u għall-UE biex taġixxi bħala sieħeb affidabbli fil-konfront ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

38.

Jemmen li strumenti ta’ finanzjament estern jipprovdu għodod biex jindirizzaw, b’mod multidimensjonali u flimkien mal-għanijiet rispettivi tagħhom, il-kawżi ewlenin ta’ dawk l-isfidi marbuta mas-sigurtà interna u l-migrazzjoni li huma fil-qalba tal-baġit tas-sena d-dieħla, b’referenza partikolari għall-fruntieri tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni u, b’mod iktar ġenerali, għaż-żoni milquta minn kunflitti; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għall-Istrument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Istrument Ewropew tal-Viċinat iżda wkoll għal politiki li jkunu għaddejjin minn żidiet aktar moderati bħall-għajnuna umanitarja, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi, il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b’mod ċar oqsma li jistgħu jgħinu f’dawn l-isfidi topiċi u fejn infurzar potenzjali jista’ jiġi assorbit b’mod effiċjenti; ifakkar f’dan ir-rigward fl-importanza li tingħata assistenza sabiex jitnaqqas u eventwalment jinqered il-faqar, u l-ħtieġa li d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-koeżjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi jibqgħu fil-qalba tal-attivitajiet ta’ għajnuna esterna tal-UE;

39.

Jenfasizza ż-żieda notevoli fl-ammont li għandu jiġi pprovdut fil-baġit 2016 għall-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni ġestiti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, u jinnota li din fost fatturi oħra hija riżultat tat-tnedija ta’ self ta’ assistenza makrofinanzjarja lill-Ukraina;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li jiġi applikat approċċ konġunt f’pajjiżi strateġiċi li jibbenefikaw minn ammont relattivament kbir ta’ finanzjament minn diversi sorsi tal-UE, bħall-Ukraina u t-Tuneżija; huwa tal-fehma li jista’ jinkiseb impatt politiku u ekonomiku aktar b’saħħtu min-naħa tal-UE billi jkunu żgurati aktar koerenza u koordinazzjoni fost l-atturi ewlenin fl-UE u fuq il-post, permezz ta’ simplifikazzjoni u tqassir tal-proċeduri u billi tiġi offruta stampa aktar ċara tal-azzjoni tal-UE;

Intestatura 5 – Amministrazzjoni

41.

Jinnota li n-nefqa fl-Intestatura 5 żdiedet bi 2,9 % meta mqabbel mal-Baġit 2015 għal EUR 8 908,7 miljun, u li din iċ-ċifra tkopri globalment in-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet (+2,2 %) u l-Pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej (+5,4 %); jinnota li marġni ta’ EUR 574,3 miljun tħalla taħt il-limitu massimu; jissottolinja li s-sehem tal-Intestatura 5 tal-baġit tal-UE jibqa’ stabbli għal 5,8 %; ifakkar madankollu li din iċ-ċifra ma tqisx l-għajnuna teknika meqjusa bħala nefqa operattiva;

Strumenti speċjali

42.

Jafferma mill-ġdid li strumenti speċjali huma kruċjali għar-rispett u l-implimentazzjoni sħaħ tal-QFP u għandhom, min-natura tagħhom stess, jiġu magħduda lil hinn mil-limiti massimi kemm f’impenji u kemm f’pagamenti, b’mod partikolari għall-iskop tal-kalkolu tal-marġni globali għall-pagamenti; jilqa’ l-proposta għal parità bejn impenji u pagamenti għar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza; jinnota li l-ammonti mwarrba għar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza (EAR), għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) u għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (FSUE) fl-Abbozz ta' Baġit 2016 huma pjuttost stabbli jew żdiedu bi ftit;

Proġetti pilota – azzjonijiet preparatorji

43.

Jenfasizza l-importanza tal-Proġetti Pilota (PP) u l-Azzjonijiet Preparatorji (AP) bħala għodod għall-formulazzjoni ta’ prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta’ inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f’attivitajiet u programmi tal-UE permanenti, inklużi inizjattivi immirati biex jirriflettu u jakkumpanjaw il-bidliet ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali fi ħdan l-UE; jinnota bi tħassib li, speċjalment fl-Intestatura 3, il-Kummissjoni ma pprevedietx approprjazzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta’ PP-AP ta’ suċċess kbir; beħsiebu jipproċedi għall-identifikazzjoni ta’ pakkett bilanċjat ta’ PP-AP; jinnota li fil-proposta attwali, il-marġni f’xi intestaturi huwa pjuttost limitat, jew saħansitra ineżistenti, u beħsiebu jesplora modi biex jinħoloq spazju għal PP-AP possibbli;

Aġenziji deċentralizzati

44.

Jissottolinja r-rwol kruċjali li jaqdu l-aġenziji deċentralizzati fit-tfassil tal-politika tal-UE u huwa determinat li jevalwa l-ħtiġijiet baġitarji u tal-persunal tal-aġenziji kollha fuq bażi ta’ każ b’każ, sabiex ikun żgurat li jkun hemm approprjazzjonijiet u persunal xierqa għall-aġenziji kollha u b’mod partikolari għal dawk li reċentement ikunu ngħataw kompiti ġodda jew qed jiffaċċjaw volum ta’ xogħol akbar għall-istabbiliment ta’ prijoritajiet politiċi jew għal raġunijiet oħra; huwa partikolarment determinat li jipprovdi lill-aġenziji fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern bir-riżorsi meħtieġa biex jittrattaw l-isfidi migratorji attwali; jenfasizza għal darb’oħra l-oppożizzjoni tiegħu għar-riżerva ta’ ridistribuzzjoni, u jistenna li tinstab soluzzjoni matul il-proċedura baġitarja biex jieqaf it-tnaqqis addizzjonali ta’ persunal f’aġenziji deċentralizzati; itenni barra minn hekk l-intenzjoni tiegħu li juża l-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati biex tinstab bażi komuni bejn l-istituzzjonijiet dwar it-trattament ta’ aġenziji f’termini baġitarji, anke fl-istennija għall-konċiljazzjoni dwar il-baġit 2016;

o

o o

45.

Jappella sabiex isir sforz sostnut permezz tal-baġit biex jiġi previst taħriġ adegwat u tiġdid fil-ħiliet f’setturi b’nuqqas ta’ ħaddiema u f’setturi ewlenin li għandhom potenzjal għoli ta’ ħolqien ta’ impjiegi, bħall-ekonomija ekoloġika, l-ekonomija ċirkolari u s-setturi tal-kura tas-saħħa u tal-ICT; jenfasizza li l-baġit 2016 għandu jipprovdi appoġġ adegwat għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u għal azzjonijiet li jkollhom l-għan li jeqirdu l-faqar u jagħtu s-setgħa lill-persuni li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali; ifakkar li l-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi inkorporata fil-politiki tal-UE u indirizzata fil-proċess baġitarju; iħeġġeġ sabiex jingħata appoġġ finanzjarju għall-programmi kollha li jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali għal dawk bi żvantaġġi multipli, bħal persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil, persuni b’diżabilità, persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, persuni mhux attivi u skoraġġuti;

46.

Ifakkar li, bi programmi li mistennija jilħqu ritmu sħiħ, bl-integrazzjoni ta’ inizjattivi ewlenin ġodda fl-oqsma tal-investiment u l-migrazzjoni, bl-opportunità li jissolvew kwistjonijiet tal-passat bħal pagamenti u strumenti speċjali, u bl-ewwel attivazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġodda tal-QFP bħall-marġni globali għall-impenji, il-proċedura baġitarja tal-2016 se tkun każ ta’ prova għall-approċċ tal-Kunsill għall-pjan ta’ pagament kif ukoll għall-valutazzjoni tal-QFP attwali; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu legali tagħha li tippreżenta rieżami tal-funzjonament tal- QFP sal-aħħar tal-2016 u li mar-rieżami tal-baġit iżżid proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020; ifakkar li, b’mod parallel ma’ dan il-proċess, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll inizjattivi ġodda għal Riżorsi Proprji, fuq il-bażi tar-riżultati tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji li mistennija li jiġu ppreżentati fl-2016;

47.

Jirrikonoxxi l-kunsens wiesa’ li mexxa l-kunsiderazzjoni tal-abbozz ta’ baġits emendatorji 2015 kif ukoll in-negozjar tal-pjan ta’ pagament sa issa, u b’hekk dehret rieda kondiviża għar-rispett tal-QFP, l-implimentazzjoni tal-bażijiet ġuridiċi nnegozjati b’attenzjoni u l-iżgurar tal-finanzjament tal-programmi ġodda; jitlob li jitkompla l-ispirtu ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja tal-UE, u jittama li dan fl-aħħar mill-aħħar se jwassal sabiex jiġu indirizzati l-kawżi fil-qalba tal-proċedura baġitarja li qed iwasslu għal żieda kbira fl-arretrati; jistenna li jsaltan l-istess spirtu fin-negozjati tal-baġit 2016 u biex jinstabu mezzi biex jiġu ffaċċjati sfidi emerġenti u mhux previsti futuri;

48.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2015)0061.


ANNESS I: DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATI GĦALL-PROĊEDURA BAĠITARJA U MODALITAJIET GĦALL-FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI FL-2015

A.

F’konformità mal-Parti A tal-Anness għall-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar id-dati ewlenin li ġejjin għall-proċedura baġitarja tal-2016:

1.

Se jissejjaħ trilogu fl-14 ta’ Lulju qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.

Il-Kunsill se jagħmel ħiltu sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u jittrażmettiha lill-Parlament Ewropew sal-ġimgħa nru 38 (it-tielet ġimgħa ta’ Settembru), sabiex jiġi ffaċilitat ftehim f’waqtu mal-Parlament Ewropew;

3.

Il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew se jagħmel ħiltu biex jivvota dwar l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-ġimgħa 42 (f’nofs Ottubru);

4.

Se jissejjaħ trilogu fid-19 ta’ Ottubru qabel il-qari tal-Parlament Ewropew;

5.

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew se tivvota dwar il-qari tagħha fil-ġimgħa 44 (Sessjoni plenarja tas-26 sad-29 ta’ Ottubru);

6.

Il-perjodu ta’ konċiljazzjoni se jibda fid-29 ta’ Ottubru. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ punt ċ tal-Artikolu 314(4) TFUE, iż-żmien disponibbli għall-konċiljazzjoni se jiskadi fit-18 ta’ Novembru 2015;

7.

Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni se jiltaqa’ fid-9 ta’ Novembru, ospitat mill-Parlament Ewropew, u fit-13 ta’ Novembru, ospitat mill-Kunsill u jista’ jibqa’ għaddej skont kif xieraq; is-sessjonijiet tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni se jitħejjew minn trilogu/i. Fil-11 ta’ Novembru huwa ppjanat trilogu. Jista’ jkun li jissejjaħ trilogu(i) addizzjonali matul il-perjodu ta’ konċiljazzjoni ta’ 21 jum.

B.

Il-modalitajiet għall-funzjonament tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jinsabu fil-Parti E tal-anness għall-ftehim interistituzzjonali msemmi hawn fuq.


ANNESS II: DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR PJAN TA' PAGAMENT 2015-2016

It-tliet istituzzjonijiet, filwaqt li bbażaw fuq dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta’ pagament miftiehem f’Diċembru 2014 bħala parti mill-ftehim milħuq dwar il-baġit tal-2014 u tal-2015, ivvalutaw komunement l-istat attwali u l-prospetti għall-pagamenti fil-baġit tal-UE abbażi tad-dokument mibgħut mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2015.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu fuq dan li ġej:

1.   Is-sitwazzjoni attwali

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-valutazzjoni bir-reqqa tal-Kummissjoni pprovduta fil-kaxxa “Elementi għal pjan ta’ pagament sabiex il-baġit tal-UE jerġa’ jaqbad triq sostenibbli” (fl-anness) bħala bażi analitika li tidentifika l-muturi ewlenin li wasslu sabiex kiber il-livell ta’ talbiet pendenti għall-pagament fi tmiem is-sena, u biex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqas il-livell ta’ kontijiet mhux imħallsa, b’enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2007-2013.

a)

Ir-restrizzjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati fil-baġits tal-passat flimkien maċ-ċiklu ta’ implimentazzjoni tal-programmi ta’ koeżjoni wasslu sabiex progressivament iffurmat akkumulazzjoni mhux sostenibbli ta’ talbiet pendenti għall-pagament fi tmiem is-sena, li laħqet livell mingħajr preċedent ta’ EUR 24,7 biljun fi tmiem l-2014. Madankollu, l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu li d-deċiżjonijiet diffiċli rigward il-baġits tal-2014 u l-2015 fil-biċċa l-kbira stabbilizzaw l-arretrati.

b)

Barra minn hekk, nuqqas ta’ pagamenti wassal ukoll fi tnaqqis fir-ritmu tal-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 f’intestaturi oħra, b’mod partikolari bil-għan li jiġu sodisfatti l-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw minn impenji passati u b’hekk jiġi evitat ir-riskju ta’ interessi fuq ħlas tard, fi żmien meta programmi ewlenin huma mistennija li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa u biex jiġi żgurat ir-rwol tal-Unjoni fix-xena internazzjonali.

2.   Prospetti

c)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-prospetti għall-2015 u l-2016 ippreżentati mill-Kummissjoni: l-analiżi tindika li jista’ jkun possibbli li titnaqqas l-akkumulazzjoni ta’ talbiet pendenti għall-pagament fi tmiem is-sena għall-programmi ta’ koeżjoni 2007-2013 għal livell ta’ madwar EUR 2 biljun sal-aħħar tal-2016, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, li l-programmi ta’ koeżjoni qed joqorbu l-istadju tal-għeluq, u dment li jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati fil-baġit tal-2016. Dan għandu jgħin biex jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi u dewmien mhux meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020.

d)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenfasizzaw l-impenn tagħhom lejn it-tneħħija gradwali tal-akkumulazzjoni mhux sostenibbli tat-talbiet pendenti għall-pagament għall-programmi ta’ koeżjoni 2007-2013. Huma jintrabtu li jikkooperaw bis-sħiħ bil-ħsieb li jawtorizzaw livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2016, fatt li jippermetti li jintlaħaq dan l-għan. Id-deliberazzjonijiet tagħhom se jqisu l-perspettiva ta’ bħalissa, li għandha tiġi riflessa u rfinuta ulterjorment mill-Kummissjoni fl-estimi tagħha għall-Abbozz ta’ Baġit 2016.

e)

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib l-iżvilupp tal-arretrati u, jekk ikun meħtieġ, se tipproponi miżuri xierqa biex tkun żgurata progressjoni ordnata tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament b’konsistenza mal-approprjazzjonijiet ta’ impenn awtorizzati.

f)

It-tliet istituzzjonijiet ifakkru fl-impenn li għandhom li jimmonitorjaw b’mod attiv l-istat tal-implimentazzjoni tal-pagamenti matul l-2015. Bħala parti mill-iskambju regolari ta’ fehmiet tagħhom, huma jikkonfermaw ir-rieda li għandhom li jorganizzaw laqgħat interistituzzjonali ddedikati fis-26 ta’ Mejju, l-14 ta’ Lulju u d-19 ta’ Ottubru, bil-ħsieb li jiġi żgurat proċess ta’ bbaġitjar sostenibbli. F’dan ir-rigward, dawk il-laqgħat interistituzzjonali għandhom jindirizzaw ukoll il-previżjonijiet fuq żmien itwal dwar l-evoluzzjoni mistennija tal-pagamenti sa tmiem il-QFP attwali li għaliha l-Kummissjoni hija mitluba li tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, xenarji alternattivi.

g)

Sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta’ monitoraġġ dwar l-istat attwali tal-programmi tal-2007-2013, f’Lulju u Ottubru l-Kummissjoni se tipprovdi rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, kemm meta mqabbel ma’ tbassir ta’ kull xahar għas-sena u mas-sena preċedenti s’issa, u kemm dwar l-evoluzzjoni tal-akkumulazzjoni ta’ talbiet pendenti għall-pagament fis-subintestatura 1b.

h)

Billi huma impenjati li jevitaw li tifforma akkumulazzjoni simili fil-futur, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tiskrutinja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ twissija bikrija. Biex jinkiseb dan ir-riżultat, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tiżviluppa għodod xierqa biex, matul il-proċedura baġitarja, tipprovdi previżjonijiet kontinwi tal-pagamenti mqassmin skont is-(sub)intestaturi għas-(sub)intestaturi 1b, 2 u 5 u mqassmin skont il-programmi għas-(sub)intestaturi 1a, 3 u 4 li jiffukaw fuq is-snin N u N+1, inkluża l-evoluzzjoni ta’ kontijiet mhux imħallsa u ta’ impenji pendenti (RAL); dawn il-previżjonijiet se jiġu aġġornati regolarment abbażi ta’ deċiżjonijiet baġitarji u bi kwalunkwe żvilupp rilevanti li jkollu impatt fuq il-profili ta’ pagament tal-programmi; il-previżjonijiet tal-pagamenti se jiġu ppreżentati f’Lulju, fil-qafas tal-laqgħat interistituzzjonali dwar il-pagamenti previsti fil-punt 36§ 3 tal-Anness tal-FII;

i)

Dan għandu jippermetti lill-awtorità baġitarja tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji, fi żmien xieraq, sabiex tevita akkumulazzjoni futura u mhux sostenibbli ta’ talbiet pendenti għall-pagament fi tmiem is-sena, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ u timplimenta l-ftehimiet milħuqa bħala parti mill-qafas finanzjarju pluriennali u mill-proċeduri baġitarji annwali.

ANNESS GĦALL-ANNESS II: ELEMENTI GĦAL PJAN TA' PAGAMENT SABIEX IL-BAĠIT TAL-UE JITREĠĠA' LURA FIT-TRIQ TAS-SOSTENIBILITÀ

Sommarju eżekuttiv

Id-diskrepanza li dejjem qed tikber bejn l-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati u l-impenji meħuda fl-imgħoddi mill-istituzzjonijiet Ewropej kienet wieħed mill-iżviluppi ewlenin rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, b'mod partikolari mill-2012. Din id-diskrepanza fil-pagamenti wasslet għal għadd ta' konsegwenzi negattivi fl-oqsma differenti tan-nefqa u, bl-aktar mod partikolari, għal arretrat dejjem jikber ta' talbiet għal pagament pendenti fir-rigward tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 (Intestatura 1b), li laħqu massimu bla preċedenti fi tmiem l-2014.

Dan l-arretrat dejjem jikber ta' talbiet għal pagament pendenti hu dovut għall-kontemporanjetà tal-livell massimu fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni għall-2007-2013 u tat-tnaqqis fl-2014 tal-limitu massimu għall-pagamenti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), f'ambjent ġenerali ta' konsolidament tal-finanzi pubbliċi fil-livell nazzjonali. Għaldaqstant hemm żewġ fatturi differenti li huma essenzjali biex tinftiehem din l-evoluzzjoni.

L-ewwel nett, iż-żieda ċiklika ta' talbiet għal pagament xprunata mill-implimentazzjoni sostnuta tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013, li jridu jitħallsu fl-ewwel snin tal-QFP 2014-2020. Wara li, minħabba (inter alia) l-effetti tal-kriżi finanzjarja u l-kontromiżuri li ttieħdu, il-programmi bdew bil-mod fl-2007-2009, mill-2012 l-implimentazzjoni aċċellerat, bit-talbiet għal pagament jiżdiedu kull sena sakemm laħqu rekord storiku ta' EUR 61 biljun fl-2013 fil-qasam tal-Politika ta' Koeżjoni, xprunati mill-iskadenzi għall-implimentazzjoni u r-regoli dwar diżimpenn awtomatiku stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar il-Politika ta' Koeżjoni (1).

Kien diffiċli li żieda tant drastika fit-talbiet għal pagament għall-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 tiġi akkomodata fil-baġit tal-UE, waqt li programmi oħra kienu laħqu r-ritmu ottimali ta' attività tagħhom, b'limitu massimu aktar baxx għall-pagamenti fl-2014, u fil-kuntest tal-konsolidament fiskali li kien għaddej fl-Istati Membri.

Fil-fatt, it-tieni fattur kruċjali biex jiġi spjegat dan l-iżvilupp hu t-tnaqqis sinifikanti fil-limiti massimi għall-pagamenti fil-QFP l-ġdid, li kien partikolarment qawwi (EUR 8 biljun inqas) fl-2014. In-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li rriżulta jaffettwa mhux biss il-Koeżjoni (Intestatura 1b), iżda anke oqsma oħra ta' nfiq u b'mod partikolari l-oqsma ta' politika tat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi (Intestatura 1a), Ewropa Globali (Intestatura 4) u s-Sigurtà (Intestatura 3).

Sabiex taffronta din l-isfida, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ il-miżuri biex tiżgura ġestjoni attiva tal-approprjazzjonijiet ta' pagament skarsi, speċifikament: aċċelerazzjoni tal-azzjoni biex jiġi rkuprat kwalunkwe ammont indebitu; limitazzjoni tal-ammonti inattivi f'kontijiet fiduċjarji; tnaqqis tal-perċentwali ta' prefinanzjament; sfruttament bl-aħjar mod possibbli tal-iskadenzi massimi permessi biex isiru l-pagamenti; posponiment tas-sejħiet għal proposti/offerti u tal-għoti tal-kuntratti relatati u prijoritizzazzjoni ogħla lill-pajjiżi taħt assistenza finanzjarja.

Barra minn hekk, l-awtorità baġitarja ġiet informata fil-ħin dwar l-isfidi u l-iżviluppi differenti u ġew proposti baġits emendatorji differenti biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati.

Minkejja t-tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta' pagament permezz ta' baġits emendatorji awtorizzati mill-Parlament u mill-Kunsill (2), u minkejja l-ġestjoni attiva min-naħa tal-Kummissjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli, l-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti kompla jikber: għall-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 waħedha, laħaq EUR 24,7 biljun fl-aħħar tal-2014  (3).

Bis-saħħa tal-miżuri ta' mitigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, l-akkumulazzjoni ta' arretrati fl-oqsma ta' politika l-oħra ġestiti direttament mill-Kummisjoni kienet fil-biċċa l-kbira limitata. Il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli fl-2014 intużat biex jiġu onorati l-obbligi kuntrattwali derivati mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti u biex b'hekk jiġu mminimizzati l-penali għal pagamenti tard, li xorta waħda f'sena żdiedu b'ħames darbiet (għal EUR 3 miljun) (4). Filwaqt li dawn l-azzjonijiet evitaw impatt finanzjarju negattiv akbar fuq il-baġit tal-UE, kienu jimplikaw ċaqliqa tad-dati meta għadd ta' pagamenti kienu dovuti għall-2015, b'impatt fuq l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati li jista' jkun kellhom jipposponu l-bidu tal-proġett tagħhom u/jew iżidu temporanjament sehemhom tal-kofinanzjament.

L-istadju ta' għeluq tal-programmi ta' Koeżjoni 2007-2013 qed joqrob. Fl-2014, il-livell totali tat-talbiet għal pagament li waslu naqas għal EUR 53 biljun (minn EUR 61 biljun fl-2013). Fl-aħħar previżjonijiet tagħhom (Jannar 2015), l-Istati Membri qed jistennew li t-talbiet għal pagament li se jippreżentaw ikunu jammontaw għal madwar EUR 48 biljun fl-2015 u EUR 18-il biljun fl-2016. Madankollu, dawn iċ-ċifri ma jistgħux jitqiesu litteralment, peress li fl-2015-2016 it-talbiet għal pagament se jiġu limitati għal massimu ta' 95 % tal-pakkett finanzjarju sħiħ tal-programm kif ikun stabbilit mil-leġislazzjoni relevanti (5). Hu stmat mill-Kummissjoni li t-talbiet għal pagament li jirriżultaw jammontaw għal madwar EUR 35 biljun għall-2015 u għal massimu ta' EUR 3,5 biljun għall-2016.

Il-baġit tal-2015 jawtorizza kważi EUR 40 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-2013. Dan il-baġit se jkopri kemm l-arretrat ta' pagamenti (EUR 24,7 biljun, ekwivalenti għal 62 % tal-baġit tal-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13) u kemm it-talbiet ġodda li jaslu fiż-żmien dovut biex jitħallsu (ammont stmat ta' EUR 35 biljun). B'riżultat ta' dan, hu stmat li l-arretrat fi tmiem l-2015 se jonqos għal livell ta' EUR 20 biljun.

F'dan l-istadju, hu stmat mill-Kummissjoni li se jkun hemm bżonn ta' massimu ta' EUR 23,5 biljun biex ikopru t-talbiet għal pagament li jifdal qabel l-għeluq u biex gradwalment jiġi eliminat l-arretrat. Fl-Abbozz ta' Baġit tagħha għall-2016, il-Kummissjoni se tirfina l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Intestatura 1b, b'mod li tiżgura li jitlaħqu kemm dan l-għan, kif ukoll implimentazzjoni xierqa tal-programmi għall-2014-2020.

Sena baġitarja 2015 għall-Politika ta' Koeżjoni (f'biljuni ta' EUR)

L-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli fil-Baġit 2015

(1)

39,5

Li minnhom huma arretrati fi tmiem l-2014

(2)

24,7

Li minnhom huma previżjonijiet għall-2015 soġġetti għal-limitu massimu ta' 95 %

(3)

~35

L-arretrat mistenni fi tmiem l-2015

(4)=(1)-(2)-(3)

~20


Sena baġitarja 2016 għall-Politika ta' Koeżjoni (f'biljuni ta' EUR)

L-arretrat mistenni fi tmiem l-2015

(1)

~20

L-ammont massimu li jifdal ta' talbiet għal pagament li hu mistenni li se jaslu fl-2016 qabel l-għeluq

(2)

~3,5

L-ammont massimu ta' talbiet għal pagament li għandu jiġi kopert fil-Baġit 2016

(3)=(1)+(2)

~23,5

Bl-istess mod, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament li għandhom jiġu proposti għall-oqsma ta' politika l-oħra fil-Baġit 2016 suppost jippermetti li jintlaħqu l-obbligi derivati mill-impenji tal-imgħoddi u li jiġi mminimizzat ir-riskju li jkollu jitħallas l-imgħax fuq pagamenti tardivi, iżda anke jippermetti li jiġi żgurat livell adegwat ta' implimentazzjoni u ta' kuntratti mogħtija għall-programmi għall-2014-2020.

In-natura pluriennali ta' sehem sinifikanti mill-baġit tal-UE tispjega l-eżistenza ta' differenza fiż-żmien bejn il-mument meta l-impenn jiġi rreġistrat u l-pagament effettiv fil-konfront ta' dan l-impenn. Għaldaqstant, l-akkumulazzjoni ta' volum strutturali ta' impenji pendenti (magħrufa bħala “RAL”, l-akronimu Franċiż għal “reste à liquider”) hi għalhekk normali u mistennija. Minħabba l-iskadenza legali għall-pagament tat-talbiet min-naħa tal-Kummissjoni (6), il-konċentrazzjoni fi tmiem is-sena tat-talbiet marbuta mar-rekwiżit li jiġu evitati d-diżimpenn u l-interruzzjonijiet possibbli, ċertu ammont ta' talbiet għal pagament pendenti hu meqjus bħala “normali”. Madankollu, id-daqs dejjem jikber tal-arretrat f'dawn l-aħħar snin laħaq livelli “anormali” (7), li jfissru li se jkollu jintuża sehem sinifikanti u dejjem jiżdied mill-baġit tas-sena suċċessiva u li mhumiex sostenibbli f'termini ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

L-istima tal-Kummissjoni hi li madwar nofs l-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti fil-Politika ta' Koeżjoni fi tmiem l-2013 u l-2014 kien “anormali”, jiġifieri marbut man-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit, b'mod li nħoloq l-effett ta' ballun tas-silġ li malajr isir valanga. Hekk kif qed joqrob l-istadju tal-għeluq, se jkun hemm bżonn ta' livelli ta' pagament aktar baxxi fl-2015 u fl-2016 u l-arretrat se jonqos awtomatikament. Anke l-livell ta' interruzzjonijiet u sospensjonijiet hu previst li se jonqos hekk kif il-programmi qed joqorbu l-għeluq. Peress li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programmi tal-2007-2013 se jammontaw għal madwar EUR 21,5 biljun fl-2016, qed jitbassar li l-arretrat se jkun ta' madwar EUR 2 biljun fi tmiem l-2016.

Il-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013: l-evoluzzjoni tal-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena 2007-2016

Image

Il-ħtieġa biex l-arretrat 'anormali' li akkumula jiġi eliminat gradwalment ġiet rikonoxxuta miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, li b'mod konġunt qablu matul in-negozjati dwar il-baġit 2015 li jnaqqsu “il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa, b'enfasi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni, fi tmiem is-sena sal-livell strutturali matul il-QFP attwali” u li “jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw, mill-2015, pjan biex jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa li jikkorrispondu mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 għal-livell maqbul komunament permezz tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali”.

Dan id-dokument jipprovdi bażi solida għal fehim komuni miż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja, li huma mistennija jagħmlu ħilithom biex jieħdu deċiżjonijiet li jippermettu l-eliminazzjoni gradwali tal-arretrat “anormali” ta' kontijiet mhux imħallsa għall-programmi tal-2007-2013 sa tmiem l-2016.

Dan il-pjan ta' pagament jipprovdi wkoll l-opportunità li jinsiltu xi tagħlimiet dwar il-ġestjoni baġitarja għall-ġejjieni:

1.

Il-ftehim dwar il-baġit emendatorju 2/2014 (8) fi tmiem l-2014 kien importanti ħafna biex, fil-biċċa l-kbira, jistabbilizza l-livell ta' talbiet għal pagament pendenti f'livell li jkun jista' jiġi eliminat b'mod gradwali fuq perjodu ta' sentejn. L-istituzzjonijiet assumew ir-responsabilità tagħhom fil-konfront tas-sitwazzjoni fiskali diffiċli ħafna f'bosta Stati Membri.

2.

Il-miżuri ta' ġestjoni baġitarja attiva li ħadet il-Kummissjoni rriżultaw indispensabbli biex jiġi indirizzat nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament f'ħafna oqsma ta' politika. Se jkun hemm bżonn li dawn il-miżuri jinżammu sakemm ikun meħtieġ b'mod li jiġu evitati taqlib sproporzjonat għall-benefiċjarju u/jew il-ħlas ta' mgħax ta' penalità.

3.

Għalkemm hemm ċiklu rikorrenti fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni, id-daqs tal-livelli massimi u minimi jista' jitrażżan billi l-programmi jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun minn stadju bikri fil-perjodu ta' programmazzjoni. Dan huwa partikolarment mixtieq fil-kundizzjonijiet ekonomiċi attwali meta hemm bżonn gravi ta' investiment biex jitqanqlu l-irkupru ekonomiku u l-kompetittività.

4.

Hemm bżonn li t-talbiet jiġu ppreżentati b'mod regolari. L-Istati Membri għandhom jevitaw dewmien amministrattiv bla bżonn meta jibagħtu t-talbiet għal pagament tagħhom matul is-sena. Preżentazzjoni regolari tat-talbiet ittejjeb il-ġestjoni baġitarja u tgħin biex jiġi minimizzat l-arretrat fi tmiem is-sena.

5.

Min-naħa l-oħra, ibbaġitjar suffiċjenti tal-approprjazzjoni ta' pagament hu kundizzjoni neċessarja biex il-baġit jiġi implimentat sew u tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' livell insostenibbli ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena. Apparti dan, se jkun hemm bżonn li tiġi applikata l-“flessibiltà speċifika u massima” msemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u d-dikjarazzjoni tal-President Barroso fi Frar 2013 b'mod li jkun hemm konformità mal-obbligi ġuridiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja għandhom, sa fejn ikun possibbli, jippermettu li l-profil ta' pagament tul il-perjodu tal-QFP ikun wieħed regolari.

6.

Il-kapaċità ta' previżjoni trid tissaħħaħ. Apparti d-diversi analiżijiet li diġà pprovdiet (9), il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb il-previżjonijiet tagħha fuq żmien medju u fuq żmien twil b'mod li, sa fejn ikun possibbli, tidentifika minn stadju bikri l-problemi probabbli. B'mod partikolari, se tinforma liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja hekk kif tidentifika kwalunkwe żvilupp fl-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020 li jippreżentaw riskju għal profil ta' pagament regolari.

1.   L-ISFOND

Sa mill-2011, il-Kummissjoni sabet ruħha affaċċjata b'livell dejjem jikber ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena, minkejja li l-limiti massimi ta' pagament ġew sfruttati kompletament fl-2013 u fl-2014 u li sar użu tal-marġini ta' kontinġenza għall-pagamenti fl-2014. Filwaqt li ntużaw kważi l-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha awtorizzati fil-baġit annwali, l-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena għall-Politika ta' Koeżjoni (Intestatura 1b) u għal programmi speċifiċi taħt intestaturi oħra (bħall-Intestatura 4 “Ewropa Globali”) kiber b'mod kostanti.

Il-Kummissjoni tat segwitu għall-istedina mill-Parlament u l-Kunsill biex timmonitorja s-sitwazzjoni matul is-sena u, f'dawn l-aħħar snin, saru laqgħat interistituzzjonali ad hoc biex tiġi kondiviża l-valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali. Sa mill-2011, il-Kummissjoni kellha tippreżenta abbozzi ta' baġits emendatorji (ABE) bil-għan li l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied b'mod sinifikanti sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' pagamenti. Il-livelli inizjalment aktar baxxi ta' approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati wasslu għal ABE rikorrenti li għamlu l-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-abbozz ta' baġit aktar kumpless, u dan għandu jkun is-suġġett ewlieni għall-Konċiljazzjoni. Il-votazzjoni dwar il-baġits emendatorji saret tard, b'mod li żdiedet id-diffikultà fil-ġestjoni tal-proċess ta' pagament.

Fil-kuntest ta' livelli konsistentement ogħla ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, il-graff t'hawn taħt turi l-baġits u l-limiti massimi dejjem iżjed stretti għall-pagamenti, u t-tnaqqis progressiv tad-diskrepanza bejn il-limitu massimu għall-pagamenti u l-approprjazzjonijiet ivvotati, li wasslu għall-ħtieġa li, fl-2014, jintuża l-marġini ta' kontinġenza.

Image

F'Diċembru 2014, fil-qafas tal-ftehim li ntlaħaq dwar il-baġits għall-2014 u l-2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar id-dikjarazzjoni konġunta li ġejja:

 

L-istituzzjonijiet jaqblu mal-għan li jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa, b'enfasi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni, fi tmiem is-sena sal-livell strutturali matul il-QFP attwali.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan:

il-Kummissjoni taqbel li tippreżenta, flimkien mal-konklużjonijiet konġunti dwar il-Baġit għall-2015, l-aktar previżjoni aġġornata tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa sa tmiem l-2014; il-Kummissjoni ser taġġorna dawn iċ-ċifri u ser tipprovdi xenarji alternattivi f'Marzu 2015 meta jkun hemm disponibbli stampa globali tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem l-2014, għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika;

abbażi ta' dan, it-tliet istituzzjonijiet ser jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar livell massimu fil-mira tal-kontijiet mhux imħallsa fi tmiem is-sena li jistgħu jitqiesu bħala sostenibbli;

abbażi ta' dan, u filwaqt li jirrispettaw ir-Regolament dwar il-QFP, il-pakketti finanzjarji maqbula tal-programmi kif ukoll kull ftehim vinkolanti ieħor, it-tliet istituzzjonijiet ser jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw, mill-2015, pjan biex jitnaqqas il-livell ta’ kontijiet mhux imħallsa li jikkorrispondu mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 għal-livell maqbul komunament permezz tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. It-tliet istituzzjonijiet ser jilħqu qbil dwar dan il-pjan fi żmien debitu qabel ma jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit għall-2016. Minħabba l-livell eċċezzjonalment għoli ta' kontijiet mhux imħallsa, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jikkunsidraw kull mezz possibbli biex jitnaqqas il-livell ta' dawk il-kontijiet.

Kull sena, il-Kummissjoni taqbel li takkumpanja l-abbozz ta' baġit tagħha b'dokument li jevalwa l-livell ta' kontijiet mhux imħallsa u li jispjega l-mod kif l-abbozz ta' baġit ser jagħti lok għat-tnaqqis ta' dan il-livell u b'kemm. Dan id-dokument annwali ser iqis il-progress li jkun sar u ser jipproponi aġġustamenti għall-pjan skont iċ-ċifri aġġornati.

Bħala segwitu immedjat għad-dikjarazzjoni konġunta, fil-15 ta' Diċembru 2014 il-Kummissjoni ppreżentat previżjoni aġġornata tal-livell tat-talbiet għal pagament pendenti sa tmiem l-2014, li tinsab fl-Anness 1.

Dan id-dokument jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istat ta' implimentazzjoni fi tmiem l-2014, b'attenzjoni fuq l-arretrat tal-programmi tal-2007-2013 tal-Politika ta' Koeżjoni, fil-prospettiva li dan jitnaqqas sa livell miftiehem sa meta jsir ir-rieżami ta' nofs it-term tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali fl-2016. Id-dokument jindirizza wkoll l-evoluzzjoni tal-arretrat taħt l-intestaturi l-oħra, għalkemm il-problema tal-arretrat hi ħafna anqas gravi f'termini tad-daqs assolut milli hi fl-Intestatura 1b: l-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti taħt l-intestaturi l-oħra fi tmiem l-2014 kien ta' madwar EUR 1,8 biljun.

2.   IL-QAGĦDA EFFETTIVA FI TMIEM L-2014

2.1.   L-implimentazzjoni fi tmiem l-2014

Fi tmiem l-2014, l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (qabel ir-riporti) kienet tammonta għal EUR 134,6 biljun (99 % tal-approprjazzjonijiet awtorizzati finali fil-baġit tal-2014). Is-sottoimplimentazzjoni tal-pagamenti (wara r-riporti) kienet l-aktar waħda baxxa li qatt ġiet irreġistrata u ammontat għal EUR 32 miljun, meta mqabbla ma' EUR 107 miljun fl-2013 u EUR 66 miljun fl-2012. Livell ta' implimentazzjoni tant għoli, minkejja l-adozzjoni tardiva tal-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014, hu konferma tar-restrizzjonijiet stretti imposti fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament, b'mod partikolari għat-tlestija tal-programmi tal-2007-2013. F'ħafna każijiet, il-linji baġitarji korrispondenti ssaħħew ukoll b'approprjazzjonijiet inizjalment previsti biex jitħallas il-prefinanzjament tal-programmi għall-2014-2020 li kienu għadhom kif ġew adottati.

Matul l-2014, l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programmi ta' Koeżjoni 2007-2013 issaħħew b'EUR 4,6 biljun, li EUR 2,5 biljun minnhom oriġinaw mill-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014, EUR 0,6 biljun mit-trasferiment ta' tmiem is-sena (10) u EUR 1,5 biljun minn trasferimenti interni mill-programmi għall-2014-2020. Dawn ir-rinforzi kkontribwixxew għall-istabbilizzazzjoni tal-arretrat tal-programmi ta' Koeżjoni 2007-2013 fi tmiem l-2014.

Ammont kbir ta' approprjazzjonijiet ta' impenn li baqgħu ma ntużawx ġew riportati jew riprogrammati għall-2015, mhux biss fir-rigward tal-Politika ta' Koeżjoni iżda anke għall-programmi taħt l-iżvilupp rurali (Intestatura 2) u l-fondi fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà (Intestatura 3). B'konsegwenza ta' dan, l-ammont ta' impenji pendenti (RAL) naqas għal EUR 189 biljun fi tmiem l-2014, jiġifieri tnaqqis ta' EUR 32 biljun meta mqabbla mar-RAL fi tmiem l-2013. Madankollu, dan it-tnaqqis huwa kemxejn artifiċjali peress li, fil-biċċa l-kbira, hu r-riżultat tas-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi għall-2014-2020 li ġew riportati u riprogrammati għall-2015 u s-snin suċċessivi, meta se “jitfaċċaw mill-ġdid”. Kieku l-approprjazzjonijiet kollha għall-programmi l-ġodda kienu ġew impenjati fl-2014, ir-RAL kien jibqa' ħafna eqreb għal-livell tal-2013 (EUR 224 biljun).

Il-graff ta' hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-livell tar-RAL matul il-perjodu 2007-2014 u l-projezzjoni tal-livell tagħhom fi tmiem l-2015, għall-baġit kollu kemm hu, kif ukoll għall-programmi taħt ġestjoni kondiviża fl-intestaturi 1b, 2 u 3 u l-programmi/l-intestaturi l-oħra. Kif tixhed il-graff, hu mistenni li l-livell kumplessiv ta' RAL fi tmiem l-2015 jerġa' lura għal livell komparabbli ma' dak fi tmiem l-2013. Madankollu, il-graff turi wkoll id-distinzjoni bejn il-programmi taħt ġestjoni kondiviża fl-intestaturi 1b, 2 u 3, li għalihom hu mistenni li r-RAL fi tmiem l-2015 se jonqsu meta mqabbla ma' dawk tal-2013, u l-programmi/l-intestaturi l-oħra, li għalihom hu mistenni li r-RAL fi tmiem l-2015 se jiżdiedu.

Image

2.2.   Il-miżuri ta' mitigazzjoni li ttieħdu fl-2014

Nhar it-28 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014 tagħha, li fih talbet approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali għall-2014. Wara proċess twil ta' adozzjoni, finalment l-ABE 3/2014 ġie approvat fis-17 ta' Diċembru 2014. Sakemm ġie adottat il-baġit emendatorju, matul is-sena 2014 il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ sensiela ta' miżuri ta' mitigazzjoni sabiex tonora l-obbligi ġuridiċi derivati mill-impenji tal-imgħoddi waqt li nediet ġenerazzjoni ġdida ta' programmi, fi ħdan qafas baġitarju eċċezzjonalment strett.

Sabiex timplimenta l-politiki miftehma bl-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit, il-Kummissjoni segwiet approċċ ta' ġestjoni attiva tal-baġit, filwaqt li żammet f'moħħha dawn it-tliet prinċipji ewlenin:

il-minimizzazzjoni tal-impatt finanzjarju għall-baġit tal-UE ta' mgħax fuq pagamenti tardivi u passiv potenzjali;

il-massimizzazzojni tal-implimentazzjoni tal-programmi;

il-minimizzazzjoni tal-impatt potenzjalment negattiv tad-deċiżjonijiet fuq partijiet terzi u fuq l-ekonomija kollha kemm hi.

Għaldaqstant, il-miżuri biex tiġi żgurata ġestjoni attiva tal-approprjazzjonijiet ta' pagament skarsi kienu jinkludu dan li ġej: irkupru proattiv ta' kwalunkwe ammont indebitu; limitazzjoni tal-ammonti inattivi f'kontijiet fiduċjarji; tnaqqis tal-perċentwali ta' prefinanzjament; sfruttament bl-aħjar mod possibbli tal-iskadenzi massimi permessi biex isiru l-pagamenti; posponiment tas-sejħiet għal proposti/offerti u tal-għoti tal-kuntratti relatati.

Dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni għenu lill-Kummissjoni tipproteġi l-istatus tagħha ta' investitur tal-prima klassi u r-reputazzjoni tagħha ta' sieħeb affidabbli u sigur. Il-Kummissjoni rnexxielha timminimizza, sa fejn kien possibbli, l-effetti negattivi tan-nuqqasijiet ta' pagamenti, pereżempju fir-rigward tal-limitazzjoni tal-ammont ta' mgħax fuq pagamenti tardivi. Minkejja li żdied bi kważi ħames darbiet meta mqabbel ma' dak li tħallas fl-2013, l-ammont ta' mgħax li tħallas fi tmiem l-2014 baqa' limitat (EUR 3 miljun). Iż-żieda relattivament aktar qawwija fir-rigward tal-Intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u l-Intestatura 4 (Ewropa Globali), kif turi t-tabella ta' hawn taħt, tixhed il-pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

L-imgħax imħallas fuq pagamenti tardivi (f’EUR)

 

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Intestatura 1a

294 855

157 950

173 748

329 615

137 906

243 748

1 047 488

Intestatura 1b

1 440

5 324

6 220

11 255

31 726

71 620

103 960

Intestatura 2

27 819

1 807

9 576

15 713

61 879

30 991

61 985

Intestatura 3

13 417

59 852

48 673

50 397

29 375

13 060

7 252

Intestatura 4

250 204

178 468

257 818

1 266 425

335 820

247 786

1 797 825

Intestatura 5

43 915

442 678

237 367

60 825

142 254

46 187

8 614

Total

631 651

846 079

733 403

1 734 230

738 960

653 392

3 027 124

L-imgħax fuq pagamenti tardivi fil-Politika ta' Koeżjoni (Intestatura 1b) mhuwiex sinifikanti peress li l-ġestjoni kondiviża tirrappreżenta l-akbar sehem minn din l-intestatura u l-ġestjoni kondiviża ma twassalx għal imgħax tardiv. Madankollu, f'termini ta' kredibilità, in-nuqqas ta' rispett tal-iskadenzi regolatorji fir-rigward tal-politiki b'ġestjoni kondiviża hu preġudikatorju ħafna.

3.   TERMINOLOĠIJA

Din it-taqsima tispjega diversi definizzjonijiet użati f'dan id-dokument.

3.1.   Ċiklu ta' proġett

Qabel ma tapprova programm operattiv jew proġett, il-Kummissjoni tirriżerva l-approprjazzjonijiet billi toħloq impenn fuq linja baġitarja għal ammont definit. Din it-tranżazzjoni tikkonsma sehem mill-approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati.

Jiġri ta' spiss ħafna li l-iffirmar tal-kuntratt għall-proġett jew l-approvazzjoni tal-programm operattiv iwasslu għal ċertu livell ta' prefinanzjament, li jippermetti li l-benefiċjarju jibda l-proġett mingħajr ma jkollu jissellef. Jekk jilħaq l-objettivi intermedji li jkunu ġew definiti, il-benefiċjarju jkun jista' jippreżenta talbiet għal pagament interim u jiġi rimborżat għall-ispejjeż marbuta mal-programm li jkun ġarrab.

Madankollu, fil-każ ta' programmi ewlenin bħar-riċerka (Orizzont 2020), il-fondi strutturali, il-Fond Ewropew għas-Sajd u l-iżvilupp rurali, ladarba jintlaħaq ċertu stadju ta' implimentazzjoni, it-talbiet għal pagament interim ma jibqgħux iwasslu għal pagamenti peress li jkunu koperti mill-prefinanzjament. Barra minn hekk, perċentwali tal-fondi totali impenjati għall-proġett jew għall-programm titħallas biss fil-fażi tal-għeluq meta l-Kummissjoni tkun ivverifikat li l-ħidma twettqet bi qbil mal-ftehim inizjali. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-fondi jiġu parzjalment diżimpenjati. F'ċerti każijiet, il-Kummissjoni tista' wkoll toħroġ ordnijiet ta' rkupru biex tirkupra l-pagamenti li ma kinux iġġustifikati.

3.2.   Impenji pendenti (RAL)

Normalment l-impenji pendenti huma magħrufa bħala “RAL” mill-akronimu Franċiż għal “Reste à Liquider”. It-terminu jirreferi għas-sehem ta' impenn li ma jkun ġie kkonsmat mill-ebda pagament f'mument speċifikat. Fil-proġetti pluriennali, l-impenji jsiru fil-bidu tal-proġett bi prefinanzjament limitat waqt li l-pagamenti interim jsiru fi stadju sussegwenti, meta l-proġett ikun qed jiġi implimentat u l-pagament finali jsir fil-fażi tal-għeluq.

Sehem kbir mill-baġit tal-UE għandu x'jaqsam mal-investimenti, li l-implimentazzjoni tagħhom tinfirex fuq numru ta' snin. Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit annwali tiddetermina l-bidla fil-livell kumplessiv ta' RAL. Imbagħad, il-veloċità li biha jikbru l-impenji u r-ritmu ta' implimentazzjoni tal-programm jiddeterminaw l-evoluzzjoni normali ta' RAL. Madankollu, ir-RAL jiżdied ulterjorment meta ma jiġux ibbaġitajti biżżejjed approprjazzjonijiet ta' impenn, irrispettivament mir-ritmu ta' implimentazzjoni. F'dan l-aħħar każ, l-effett ikun żieda fil-livell ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena.

Il-proporzjon bejn ir-RAL u l-impenji tas-sena hu indikatur tajjeb biex id-daqs tar-RAL ta' programmi speċifiċi jkun jista' jitqabbel mal-pakkett finanzjarju tagħhom. Pereżempju, il-programmi u l-azzjonijiet ta' natura annwali, bħal Erasmus jew l-Għajnuna Umanitarja, ikollhom anqas minn wieħed, u dan jindika li l-biċċa l-kbira tal-impenji jitħallsu fi żmien sena. Il-programmi ta' koeżjoni, min-naħa l-oħra, ġeneralment ikollhom proporzjon bejn ir-RAL u l-impenji ta' bejn 2½ u 3, u dan jirrifletti l-impatt tar-regoli dwar id-diżimpenn awtomatiku stabbiliti fil-leġiżlazzjoni (l-hekk imsejħa regoli “N+2”/“N+3”, ara t-taqsima 4.1 hawn taħt). Ċerti programmi taħt l-Intestatura 4 jkollhom proporzjon ogħla, minħabba ċ-ċiklu kumpless ta' negozjati marbuta mal-implimentazzjoni. Fir-rikjesti għal pagamenti tagħha, il-Kummissjoni tqis dawn l-indikaturi.

3.3.   Restrizzjonijiet ta' likwidità vs nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-likwidità tal-Kummissjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hi ddeterminata mill-ammonti mitluba kull xahar mingħand l-Istati Membri skont ir-regoli dwar ir-riżorsi proprji. Il-Kummissjoni mhix permessa tissellef flus biex tkopri nuqqasijiet ta' likwidità. Ir-restrizzjonijiet ta' likwidità jistgħu jwasslu għal dewmien temporanju fil-pagamenti lill-benefiċjarji ta' fondi tal-UE minkejja l-fatt li jkunu ġew awtorizzati biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit għas-sena finanzjarja. Jista' jkun li dan jiġri, normalment fl-ewwel parti tas-sena, minħabba li l-ammont tat-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena preċedenti u dawk li għandhom jitħallsu fl-ewwel xhur tas-sena kurrenti (pereżempju għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija) ikun akbar mill-influss massimu ta' kull xahar tar-riżorsi proprji li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni. Hekk kif l-arretrat mis-sena preċedenti jiġi eliminat gradwalment u l-influss ta' kull xahar ta' riżorsi jkompli, ir-restrizzjoni ta' likwidità ma tibqax vinkolanti fix-xhur segwenti tas-sena.

Ir-restrizzjonijiet ta' likwidità fil-bidu tas-sena jiġu amplifikati minħabba n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, peress li s-sejħa għal fondi ta' kull xahar tkun ibbażata fuq id-dħul previst fil-baġit awtorizzat kif ikun, qabel l-adozzjoni ta' baġits emendatorji li jżidu l-livell tal-pagamenti, li normalment isseħħ lejn l-aħħar tas-sena.

Skont id-data preċiża ta' adozzjoni (jiġifieri qabel jew wara s-16 ta' Novembru tas-sena kkonċernata), is-sejħa korrispondenti għal riżorsi proprji addizzjonali biex jitkoprew l-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali awtorizzati fil-baġits emendatorji adottati fi tmiem is-sena tista' twassal biex il-flus ikunu disponibbli biss fil-bidu tas-sena finanzjarja li jmiss, b'mod li possibilment iwassal għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-baġits emendatorji fl-istess sena.

3.4.   L-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena

Fi tmiem kull sena, ikun hemm arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti, jiġifieri talbiet li jkunu ntbagħtu mill-benefiċjarji ta' fondi tal-UE u li jkun hemm bżonn jitħallsu sa skadenza definita (ġeneralment anqas minn xahrejn) iżda li jkunu għadhom ma tħallsux (11). Dan jiġri minħabba waħda mit-tliet raġunijiet li ġejjin:

a)

Interruzzjonijiet/sospensjonijiet attwali: għal ċerti benefiċjarji/programmi, il-pagamenti jkunu ġew interrotti/sospiżi. L-interruzzjonijiet tal-pagamenti normalment ikunu azzjonijiet formali fuq żmien qasir li permezz tagħhom il-Kummissjoni ddewwem il-pagament waqt li tistenna t-tagħrif li jkun jonqos jew il-verifiki tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll.

b)

Raġunijiet ta' żmien: it-talbiet għal pagament li ma jkunux tħallsu minħabba li jkunu ntbagħtu fl-aħħar jiem tas-sena, mingħajr ma jkunu ħallew biżżejjed żmien biex jiġu pproċessati qabel tmiem is-sena.

c)

Nuqqas ta' approprjazzjoni: it-talbiet għal pagament li ma jkunux tħallsu minħabba li l-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fuq il-linja baġitarja relevanti jkunu ġew eżawriti.

Parti mill-arretrat tiġi kkunsidrata bħala “normali” (ara l-punti a u b). L-arretrat “anormali” ta' talbiet għal pagament pendenti, li l-biċċa l-kbira minnu qiegħed fil-Politika ta' Koeżjoni, qed jikber minħabba n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament (punt c), filwaqt li anke r-restrizzjonijiet ta' likwidità fil-bidu tas-sena (ara t-taqsima 3.3 hawn fuq) ikollhom impatt. It-taqsima 4 tispjega aktar fil-fond il-każ tal-Politika ta' Koeżjoni.

4.   INTESTATURA 1B: L-EVOLUZZJONI TAL-ARRETRAT U L-PROSPETTIVA

Dan il-kapitolu jittratta l-każ speċifiku tal-Politika ta' Koeżjoni (Intestatura 1b). L-ewwel, jistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenin tal-fondi strutturali u jispjega kif avvenimenti speċifiċi fl-imgħoddi jew relatati mal-leġiżlazzjoni ħolqu din is-sitwazzjoni diffiċli. Imbagħad jesplora kif jista' jiġi ddefinit arretrat “normali” u jipprovdi analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni fi tmiem l-2014.

4.1.   L-implimentazzjoni tal-fondi strutturali tal-2007-2013

Il-fondi strutturali tal-2007-2013: il-karatteristiċi ewlenin

Il-proġetti ffinanzjati mill-Intestatura 1b huma organizzati fi programmi operattivi. Dawn il-programmi operattivi jiġu proposti mill-Istati Membri, u jiġu nnegozjati u adottati mill-Kummissjoni fil-bidu tal-perjodu għat-tul kollu tiegħu. Kull programm operattiv jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża permezz ta' proġetti individwali. Dan ifisser li l-Istati Membri jimplimentaw il-fondi. Il-Kummissjoni tieħu sehem fil-kumitati ta' monitoraġġ, fejn ikollha rwol konsultattiv fl-għażla tal-proġetti, u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-proġetti permezz ta' rapporti annwali ta' implimentazzjoni.

Il-programmi jiġu kofinanzjati mill-baġit tal-UE; dan ifisser li l-Kummissjoni ma tkoprix l-ispejjeż kollha tal-programm. L-Istati Membri jeħtiġilhom isibu “kofinanzjament simetriku” biex jiffinanzjaw parti mill-programmi.

Malli programm jiġi adottat, l-Unjoni Ewropea tkun ikkuntrattat obbligu legali għall-perjodu kollu. Il-Kummissjoni kienet timpenja awtomatikament l-approprjazzjonijiet fuq bażi annwali qabel it-tmiem ta' April mill-2007 sal-2013, abbażi tal-pjan finanzjarju tal-programm u mhux tal-implimentazzjoni effettiva tal-proġetti tal-programm. Filwaqt li l-pagamenti tal-UE ma jistgħu qatt jaqbżu l-impenji baġitarji tal-UE, in-nefqa tkun eliġibbli mill-bidu tal-perjodu (jiġifieri saħansitra qabel l-adozzjoni tal-programm) sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità.

Wara li l-programm jiġi approvat, il-Kummissjoni tħallas il-prefinanzjament. Dawn il-pagamenti jsiru awtomatikament lill-Istat Membru u jibqgħu għad-dispożizzjoni tiegħu sakemm jiġi kklerjati fil-mument tal-għeluq.

Peress li l-implimentazzjoni tad-diversi proġetti tkun għadha għaddejja, l-Istati Membri jissottomettu pagamenti interim permezz tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Dawn it-talbiet għal pagament interim jitħallsu mill-Kummissjoni abbażi tar-rata ta' kofinanzjament fis-seħħ u dment li ma jiġu deċiżi l-ebda interruzzjoni jew sospensjoni.

Dan il-mekkaniżmu jaħdem sakemm it-total tal-prefinanzjament imħallas mill-Kummissjoni u t-talbiet għal pagament interim sottomessi mill-Istati Membri għall-programmi ma jilħaqx il-95 % tas-sehem tal-allokazzjoni tal-programmi. Ladarba jintlaħaq dan il-limitu massimu, l-Istat Membru xorta jista' jibgħat it-talbiet għal pagament tiegħu iżda dawn jintużaw għall-ikklerjar ta' kwalunkwe prefinanzjament pendenti. Is-saldu tal-bqija jsir fl-għeluq tal-programm. L-Istati Membri għandhom bżonn jiġġustifikaw in-nefqa eliġibbli biex jitkopra l-ammont ta' prefinanzjament li jkunu rċivew fil-bidu tal-perjodu u l-ammont miżmum għall-għeluq (5 % tal-allokazzjoni totali).

Wara tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, hu previst perjodu ta' 15-il xahar biex jippreparaw u jissottomettu d-dokumenti ta' għeluq lill-Kummissjoni u jitolbu s-saldu tal-pagament finali. Qabel ikun jista' jsir il-pagament finali, il-Kummissjoni teżamina l-pakkett ta' għeluq (jiġifieri, id-dikjarazzjoni ta' għeluq, ir-Rapport ta' Implimentazzjoni Finali u t-talba finali). Peress li dawn id-dokumenti huma mistennija sal-31 ta' Marzu 2017, id-deċiżjoni dwar l-għeluq (u l-pagamenti finali relatati) se tittieħed bejn l-2017 u l-2019.

Abbażi tal-eżitu ta' dan l-eżerċizzju, il-5 % miżmuma għall-għeluq jintużaw biex jitħallsu t-talbiet għal pagament pendenti. Inkella, il-Kummissjoni ma tħallasx l-ammont sħiħ fl-għeluq. L-ammont li ma jkunx tħallas jiġi diżimpenjat. Jekk il-korrezzjonijiet ikunu ogħla minn 5 %, il-Kummissjoni tirkupra l-ammont li jkun tħallas b'mod indebitu.

Ir-regola N+2/N+3

Ir-regola N+2/N+3 ġiet stabbilita għall-ewwel darba għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006. Ir-regola tipprevedi li impenn li jkun sar fis-sena N għandu jiġi kopert mill-istess ammont ta' prefinanzjament u talbiet għal pagament interim qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena N+2 (ir-regola N+2). Pereżempju, impenn li sar fl-2012 irid jiġi kopert kompletament minn talbiet għal pagament qabel il-31 ta' Diċembru 2014. L-ammont li ma jkunx kopert jiġi diżimpenjat, u dan ifisser li l-Istat Membru jitlef il-finanzjament. Attwalment, madankollu, diżimpenji N+2/N+3 sinifikanti qatt ma ġew irreġistrati fl-istorja tal-fondi strutturali kollha kemm hi.

L-għan tar-regola hu li tiġi żgurata d-dixxiplina finanzjarja fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE. Peress li l-impenji jsiru awtomatikament ladarba programm jiġi approvat, ir-regola tobbliga lill-Istati Membri jimplimentaw il-proġetti b'mod dinamiku u jevitaw il-problemi fl-aħħar nett taċ-ċiklu. L-eżistenza tagħha tippermetti wkoll li l-profil ta' pagament ikun aktar regolari, billi tobbliga lill-Istati Membri jissottomettu talbiet għal pagament f'intervalli regolari. Madankollu, kif inhu spjegat fil-kapitolu li jmiss, “trattib” tar-regola, b'mod speċjali fis-segwitu tal-kriżi finanzjarja tal-2008, naqqas l-effett regolatorju tagħha.

L-oriġini tal-konċentrazzjoni tat-talbiet għal pagament fi tmiem is-sena tinsab f'din ir-regola: l-Istati Membri għandhom jibagħtu t-talbiet għal pagament tagħhom qabel nofsillejl tal-31 ta' Diċembru, permezz ta' sistema informatika speċifika. Għalkemm, legalment huma rikjesti jibagħtu t-talbiet tagħhom regolarment matul is-sena (12), l-esperjenza tal-imgħoddi turina li ħafna jistennew l-aħħar ġimgħat biex jibagħtu ammonti kbar.

4.2.   Il-profil tat-talbiet għal pagament għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013

Il-muturi ewlenin taċ-ċiklu ta' pagament

Fil-bidu tal-perjodu, jitħallsu ammonti sinifikanti ta' prefinanzjament, segwiti matul xi snin b'livell relattivament baxx ta' pagamenti interim hekk kif il-programmi jistabbilixxu l-istrutturi tagħhom u jibdew l-implimentazzjoni tal-proġetti. Peress li r-regola N+2/N+3 ma tibdiex tipproduċi l-effetti tagħha qabel tmiem it-tielet sena tal-perjodu ta' programmazzjoni, ma hemm l-ebda pressjoni fil-bidu tal-qafas li jiġu sottomessi talbiet. Barra minn hekk, il-prefinanzjament ikun għadu jkopri parti kbira mill-impenji li jkunu saru fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. Madwar 2-3 snin qabel tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni, il-livell annwali ta' pagamenti interim jibda jiżdied hekk kif il-programmi jilħqu l-maturità u t-talbiet għal pagament ikunu laħqu r-ritmu ottimali tagħhom. Il-livell massimu jista' jiġi osservat fi tmiem il-perjodu/fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni li jkun imiss, segwita bi tnaqqis kważi għal żero fis-snin ta' wara meta l-programmi jilħqu l-limitu minimu ta' 95 %. Kif inhu msemmi hawn fuq, il-pagamenti ta' għeluq isiru bejn sena u tliet snin wara li jintemm il-perjodu ta' eliġibilità.

Derogi

Tliet żviluppi fil-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013 amplifikaw in-natura ċiklika tal-livell ta' pagamenti interim:

1.

Il-bidla mir-regola N+3 għal N+2. Bħala parti mill-kompromess globali li stabbilixxa l-QFP 2007-2013, l-Istati Membri l-ġodda, kif ukoll il-Ġreċja u l-Portugall, ġew soġġetti għal regola N+3 għall-porzjonijiet tal-impenji tal-2007-2010 u mbagħad għal regola N+2 sa tmiem il-perjodu. Dan ifisser li sa tmiem l-2013, dawn l-Istati Membri kellhom ikopru żewġ porzjonijiet ta' impenji: il-porzjon tal-2010 u dik tal-2011. Naturalment, l-Istati Membri ma qagħdux neċessarjament jistennew l-iskadenza tad-diżimpenn biex jimplimentaw il-programmi u jressqu t-talbiet tagħhom għal pagament, u għalhekk ma ġewx irdoppjati t-talbiet għal pagament fl-2013. Madankollu, din ir-regola saħħet b'mod qawwi l-livell massimu li ntlaħaq fl-2013 b'effett konsegwenzjali fuq is-snin ta' wara permezz tal-akkumulazzjoni ta' arretrat pendenti.

2.

L-Istati Membri kienu rikjesti jwettqu verifika tal-konformità tas-sistemi ta' kontroll tagħhom għall-fondi. Ir-riżultati tal-verifika ta' konformità kellhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. It-talbiet għal pagament interim setgħu jitressqu, iżda setgħu jiġu rimborżati mill-Kummissjoni biss b'segwitu għall-approvazzjoni tal-valutazzjoni ta' konformità. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-programmi ġew adottati fl-2007, is-sottomissjoni ta' talbiet (jew għall-anqas ir-rimborż tagħhom min-naħa tal-Kummissjoni) ġiet ittardjata, u ma sar kważi l-ebda pagament interim fl-2008.

3.

Bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, saru sejħiet qawwija mill-Istati Membri biex jiġi nnewtralizzat il-porzjon ta' impenn tal-2007 għar-regola N+2/N+3. Dan ġie aċċettat mill-Kummissjoni iżda, minflok ma ġie pospost b'sena l-limitu minimu ta' diżimpenn tal-2007, ir-regoli N+2/N+3 iddgħajfu ulterjorment permezz ta' vot unanimu fil-Kunsill biex l-obbligu relatat mal-porzjon tal-2007 jinfirex fuq sitt partijiet indaqs matul il-perjodu kollu. Din l-hekk imsejħa “regola Griega” ppermettiet li jitressqu anqas talbiet għal pagament fil-bidu tal-perjodu, ibbilanċjati minn aktar talbiet għal pagament fi tmiem il-perjodu.

Apparti dan, b'reazzjoni għall-kriżi wkoll, il-perjodu ta' eliġibilità tan-nefqa għall-programmi tal-2000-2006 ġie estiż minn tard fl-2008 għall-2009 (permezz ta' modifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm) u għalhekk l-Istati Membri komplew jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2000-2006. B'riżultat ta' dan, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 u s-sottomissjonijiet relatati tat-talbiet għal pagament interim tal-2007-2013 ġew ittardjati.

Il-programmi tal-2000-2006 mqabbla mal-programmi tal-2007-2013

Waqt li l-perjodu ta' programmazzjoni tal-2007-2013 qaleb mir-regola N+3 għal dik N+2 fi tmiem ir-raba' sena, il-perjodu ta' programmazzjoni tal-2000-2006 kellu biss regola N+2, allavolja saru xi aġġustamenti fl-2004 minħabba l-adeżjoni ta' 10 Stati Membri.

Il-graff ta' hawn taħt tqabbel il-pagamenti interim akkumulati għall-perjodu 2000-2006 li saru matul is-snin 2001-2007 bħala perċentwali tal-pakkett totali, mal-pagamenti interim akkumulati għall-programmi tal-2007-2013 li saru mill-2008 sal-2014, għal darb'oħra bħala perċentwali tal-pakkett totali.

Graff 1: L-andament annwali tal-pagamenti interim kumulattivi (b'intervalli ta' sena): il-perjodu 2000-2006 (UE-15) vs il-perjodu 2007-2013 (% tal-pakkett totali bl-esklużjoni tal-prefinanzjament)

Image

Kif jidher mill-graff, il-pagamenti kumulattivi għall-programmi tal-2007-2013 baqgħu konsistentement taħt il-livell esperjenzat fil-perjodu 2000-2006, għalkemm qorbuh lejn tmiem il-perjodu. Dan il-profil ta' dewmien għall-programmi tal-2007-2013 irriżulta mit-taħlita ta' fatturi deskritta hawn fuq. Jispjega s-sottoeżekuzzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u l-limitu massimu ta' pagamenti fil-bidu tal-perjodu, peress li l-profil ta' pagament għall-programmi tal-2000-2006 ntuża bħala riferiment biex jiġu stabbiliti l-limiti massimi.

Madankollu, meta t-talbiet għal pagament bdew ilaħħqu magħhom fi stadju segwenti, il-pagamenti kienu ferm limitati mil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati u/jew mil-limitu massimu ta' pagament li wasslu biex jakkumula l-arretrat.

L-evoluzzjoni tal-arretrat fil-perjodu 2007-2014

Din il-graff (13) turi l-evoluzzjoni tal-arretrat għall-programmi tal-2007-2013 matul il-perjodu 2007-2016.

Graff 2: Il-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013: l-evoluzzjoni tat-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena (f'biljuni ta' EUR)

Image

Kif jidher fil-graff, l-arretrat għall-programmi tal-2007-2013 beda jiżdied fl-2011, meta laħaq livell ta' EUR 11-il biljun, u wasal għal massimu ta' EUR 24,7 biljun fl-2014. Kif inhu spjegat hawn taħt, il-projezzjonijiet juru li l-livell tal-arretrat se jkun għadu għoli fi tmiem l-2015, qabel ma jerġa' lura għal arretrat “normali” u sostenibbli fi tmiem l-2016.

4.3.   Il-komponenti u t-tipi ta' arretrat

Matul is-sena, il-Kummissjoni tirċievi dawn it-talbiet għal pagament għall-fondi strutturali:

a)

it-talbiet għal pagament eliġibbli li jkunu koperti b'pagamenti matul is-sena;

b)

it-talbiet għal pagament li jkunu diġà ġew koperti mill-prefinanzjament fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni u li għaldaqstant ma jiġux segwiti b'pagamenti addizzjonali;

c)

it-talbiet għal pagament li jkunu jistgħu jitħallsu biss wara l-għeluq u li jkollhom jistennew sakemm il-Kummissjoni u l-benefiċjarju jilħqu qbil dwar l-għeluq;

d)

it-talbiet għal pagament li ma jkunux tħallsu minħabba li jkunu ntbagħtu fl-aħħar jiem tas-sena, tard wisq biex jiġu pproċessati qabel tmiem is-sena;

e)

it-talbiet għal pagament li jkunu ġew interrotti/sospiżi għal ċerti benefiċjarji/programmi. Is-sospensjonijiet jew l-interruzzjonijiet tal-pagamenti normalment ikunu azzjonijiet formali fuq żmien qasir li permezz tagħhom il-Kummissjoni ddewwem il-pagament waqt li tistenna t-tagħrif li jkun jonqos jew il-verifiki tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll;

f)

it-talbiet għal pagament li ma jkunux tħallsu fi tmiem is-sena minħabba li l-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fuq il-linja baġitarja relevanti jkunu ġew eżawriti.

L-aħħar erba' kategoriji (minn (c) sa (f)) jibqgħu talbiet pendenti fi tmiem is-sena, imma l-arretrat jinkludi t-talbiet għal pagament pendenti minħabba r-raġunijiet (d), (e) u (f). Ċertu livell ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena hu meqjus “normali” meta dawn ikunu jikkorrispondu għar-raġunijiet (d) u (e). L-arretrat “anormali” jinkludi biss it-talbiet għal pagament pendenti minħabba r-raġuni (f).

Il-grafika li ġejja turi l-fluss tat-talbiet għal pagament għall-Intestatura 1b, il-proċess li jgħaddu minnu minn meta jitressqu mill-Istati Membri, jgħaddu mill-identifikazzjoni tat-“talbiet pagabbli”, sakemm jispiċċaw bħala arretrat “normali” u “anormali”.

Image

Il-konċentrazzjoni fi tmiem is-sena tat-talbiet u ż-żmien biex jitħallsu

Fix-xahar ta' Diċembru kien qed ikun hemm konċentrazzjoni qawwija ta' talbiet għal pagament mibgħuta mill-Istati Membri, li varjaw minn 27 % għal 35 % tat-total annwali matul il-perjodu 2011-2014. Għal kull talba għal pagament li tirċievi, il-Kummissjoni jkollha bżonn twettaq kontrolli qabel ma tipproċedi bil-pagament. Aktar ma jkun kbir in-numru ta' talbiet li jaslu fl-aħħar ġimgħat tas-sena, aktar ikun kbir ir-riskju li t-talbiet ma jiġux rimborżati qabel tmiem is-sena.

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni regolarment tħeġġeġ lill-Istati Membri jibagħtu t-talbiet tagħhom b'mod iktar regolari matul is-sena.

Il-graff li ġejja turi l-evoluzzjoni ta' kull xahar tat-talbiet għal pagament li tressqu għall-programmi tal-2007-2013 bejn l-2011 u l-2014.

Graff 3a: L-andament ta' kull xahar tat-talbiet għal pagament interim kumulattivi mressqa għall-perjodu 2007-2013 (f'% tat-total)

Image

Din il-graff ta' hawn fuq turi b'mod ċar li fi tmiem is-sena jkun hemm żieda rikorrenti qawwija ħafna ta' talbiet għal pagament imressqa.

Graff 3b: Il-konċentrazzjoni tat-talbiet għal pagament imressqa matul l-aħħar xahrejn tas-sena (il-perċentwali li waslet f'Novembru u Diċembru) bejn l-2011 u l-2014

Image

Il-graffs juru li aktar u aktar talbiet waslu lejn l-aħħar tas-sena, minħabba l-pressjoni dejjem tikber tar-regola N+2. It-tneħħija tar-regola N+3 fl-2013 kienet tfisser li l-Istati Membri kollha kellhom regola N+2 ħlief ir-Rumanija, is-Slovakkja u l-Kroazja. Kellha impatt kbir fuq il-volum tat-talbiet imressqa f'dik is-sena. L-ammont ta' talbiet li jaslu tard wisq biex jitħallsu fis-sena jiddependi fuq l-ammont totali ta' talbiet li jitressqu fis-sena u fuq il-profil tiegħu fi ħdan is-sena.

L-impatt tal-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet

Il-Kummissjoni tuża għadd ta' mekkaniżmi preventivi sabiex tipproteġi l-baġit tal-UE qabel tagħmel il-pagamenti lill-Istati Membri meta tkun konxja ta' nuqqasijiet potenzjali. Dawn huma partikolarment prezzjużi biex jittejbu s-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri u biex b'hekk jitnaqqas il-bżonn għal korrezzjonijiet finanzjarji fil-ġejjieni mill-Kummissjoni.

B'konsegwenza ta' dan, xi talbiet għal pagament ma jkunux pagabbli minnufih peress li jkunu ġew interrotti jew sospiżi mill-Kummissjoni sakemm isir it-titjib meħtieġ fis-sistemi ta' kontroll. Waqt li l-biċċa l-kbira minn dawn it-talbiet fl-aħħar mill-aħħar ma tkunx se tiġi rrifjutata, ma jkunux jistgħu jitħallsu minnufih.

Bi qbil mar-regolament (14), il-Kummissjoni tista':

tinterrompi d-data ta' skadenza għall-pagament għal perjodu massimu ta' 6 xhur għall-programmi tal-2007-13 jekk ikun hemm provi li jissuġġerixxu nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru kkonċernat; jew jekk is-servizzi tal-Kummissjoni jkollhom iwettqu verifiki addizzjonali għax ikollhom informazzjoni li n-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa ċċertifikata tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkorreġuta;

tissospendi kompletament jew parzjalment pagament interim għal Stat Membru għall-programmi tal-2007-13 jekk ikun hemm evidenza ta' nuqqas serju fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-programm u l-Istat Membru ma jkunx ħa l-miżuri korrettivi meħtieġa; jew jekk in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa ċċertifikata tkun marbuta ma' irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkorreġuta; jew fil-każ ta' ksur serju minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu ta' ġestjoni u kontroll. Meta l-miżuri rikjesti ma jkunux ittieħdu mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tista' timponi korrezzjoni finanzjarja.

Stima ta' arretrat “normali”

Kif ġa ġie spjegat, l-arretrat “normali” huwa t-total tat-talbiet li jkunu ġew interrotti jew sospiżi u t-talbiet li jkunu waslu tard wisq biex jitħallsu fis-sena. It-talbiet li jaslu matul l-aħħar għaxart ijiem kalendarji tas-sena jistgħu jiġu kkunsidrati bħala talbiet li jkunu waslu tard wisq biex jitħallsu peress li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha biżżejjed assigurazzjoni li se tkun tista' teżegwixxi kompletament l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit. Madankollu, uħud mit-talbiet interrotti jew sospiżi jkunu ukoll parti mit-talbiet li jkunu waslu tard wisq biex jitħallsu u m'għandhomx jingħaddu darbtejn.

Għaldaqstant, l-arretrat “normali” se jikber mal-għadd totali tat-talbiet li jitressqu matul is-sena u l-konċentrazzjoni relattiva taghħom matul l-aħħar jiem tas-sena.

Għall-perjodu 2010-2014, il-graff ta' hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn it-talbiet għal pagament li waslu, l-arretrat fi tmiem is-sena u t-talbiet li jkunu waslu tard wisq biex jitħallsu jew li jkunu ġew sospiżi.

Graff 4 Intestatura 1b: It-talbiet, l-arretrat u s-sospensjonijiet tal-2010-2014

Image

Matul dawn l-aħħar tliet snin (2012-2014), jista' jiġi stmat li l-arretrat “normali” (jiġifieri t-talbiet għal pagament li jkunu waslu fl-aħħar għaxart ijiem tas-sena jew it-talbiet interrotti jew sospiżi anke jekk ikunu waslu qabel l-aħħar għaxart ijiem) kien madwar nofs il-valur tal-arretrat totali milħuq fl-aħħar ta' kull sena. In-nofs l-ieħor kien marbut man-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit, u dan ħoloq l-effett ta' ballun tas-silġ li malajr isir valanga (15).

Minħabba l-livell ta' talbiet li hu mistenni li se jonqos fl-2015 u fl-2016, it-tnaqqis mistenni ta’ każijiet interrotti/sospiżi u n-nuqqas ta' pressjoni mir-regola N+2 fi tmiem l-2015 (16), anke l-arretrat “normali” hu mistenni li jonqos b'mod drastiku.

4.4.   Il-prospetti għall-pagamenti (talbiet) tal-2007-2013 fl-2015 u fl-2016

Stima għall-2015 u l-2016 abbażi tal-previżjonijiet tal-Istati Membri

Ir-regolament dwar il-fondi tal-2007-2013 (17) jirrikjedi li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni previżjoni tat-talbiet għal pagament interim probabbli tagħhom għas-sena N u s-sena N+1 sa mhux aktar tard mit-30 ta' April tas-sena N. Matul dawn l-aħħar snin, l-Istati Membri qablu li jaġġornaw din l-informazzjoni f'Settembru tas-sena N sabiex ikun jista' jiġi vvalutat b'mod aktar preċiż il-livell li jkun qed jikber ta' talbiet għal pagament pendenti (l-arretrat) u l-konċentrazzjoni sinifikanti ta' talbiet għal pagament imressqa fl-aħħar xhur tas-sena.

Madankollu, ir-regolament il-ġdid dwar il-fondi għall-2014-2020 (18) jirrikjedi li l-Istati Membri jibagħtu l-previżjoni tagħhom tal-applikazzjonijiet għal pagament interim għas-sena N u s-sena N+1 sal-31 ta' Jannar tas-sena N (b'aġġornament sal-31 ta' Lulju). Din l-iskadenza l-ġdida ġiet applikata fuq bażi volontarja mill-Istati Membri fl-2015 għall-programmi tagħhom tal-2007-13 abbażi ta' talba mill-Kummissjoni, ikkonfermata f'Diċembru 2014. Skont id-data li waslet għand il-Kummissjoni sat-3 ta' Marzu 2015, l-istima attwali tal-Istati Membri hi li se jissottomettu madwar EUR 48 biljun ta' talbiet għal pagament (kemm dawk pagabbli u kemm dawk li ma jkunux) fl 2015 u madwar EUR 18-il biljun fl-2016 (19).

Kif ġa ġie spjegat, mhux it-talbiet għal pagament kollha jirriżultaw direttament f'pagamenti, minħabba l-ħtieġa li jitqies il-limitu massimu ta' 95 % għall-pagamenti stabbilit mill-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (20). Hekk kif aktar u aktar programmi jilħqu l-limitu massimu ta' 95 %, din il-korrezzjoni se ssir ferm aktar sinifikanti fl-2015 u fis-snin sussegwenti. Għaldaqstant, iċ-ċifri effettivi tat-talbiet pagabbli mistennija huma aktar baxxi minn dawk previsti mill-Istati Membri, minħabba li t-talbiet lil hinn mil-limitu massimu ta' 95 % jiġu kkunsidrati biss fil-mument tal-għeluq. Abbażi ta' dawn il-previżjonijiet soġġetti għal limitu massimu, il-Kummissjoni tistenna li se tirċievi ammont totali ta' talbiet għal pagament pagabbli ta' madwar EUR 35 biljun fl-2015. Iċ-ċifra korrispondenti għall-2016 attwalment hi ta' madwar EUR 3 biljuni. Dan l-ammont għall-2016 se jsir aktar preċiż (u jista' jkun kemxejn ogħla) ladarba l-Istati Membri jissottomettu d-data nieqsa jew jirrevedu d-data trażmessa għal xi programmi operattivi.

L-Anness 2 jipprovdi aktar dettalji rigward il-previżjonijiet mill-Istati Membri tat-talbiet għal pagament li għandhom jitressqu fl-2015 u fl-2016 għall-Programmi ta' Koeżjoni 2007-2013.

Stima tal-Kummissjoni abbażi tal-eżekuzzjoni

Fi tmiem l-2014, l-ammont totali tal-pagamenti ta' prefinanzjament u l-pagamenti interim li saru kien ta' EUR 266,1 biljun. Il-pakkett totali għall-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 hu ta' EUR 347,3 biljun. Jekk jitqiesu d-diżimpenji li diġà saru s'issa u r-riskju ta' diżimpenn dovut għall-implimentazzjoni tar-regola N+2/N+3 fi tmiem l-2014 iżda li għad iridu jiġu kkonfermati (ammont massimu totali ta' madwar EUR 0,9 biljun sa mill-bidu tal-perjodu), l-ammont massimu li għad irid jitħallas hu ta' madwar EUR 80,3 biljun. Madankollu, 5 % tal-ammonti ta' kull programm għandhom jitħallsu biss fil-fażi ta' għeluq (EUR 17,3 biljun).

Għaldaqstant, il-livell mistenni ta' talbiet għal pagament interim li għad fadal x'jitħallsu fl-2015 jew fis-snin sussegwenti hu ta' madwar EUR 63 biljun jew 18 % tal-pakkett totali, li jinkludi l-arretrat fi tmiem l-2014 (EUR 24,7 biljun). Il-livell massimu ta' talbiet għal pagament ġodda pagabbli li għandhom jaslu fl-2015 jew fis-snin sussegwenti, qabel l-għeluq, hu ta' EUR 38,3 biljun. Jekk ammont sa massimu ta' EUR 35 biljun ta' talbiet għal pagament se jasal fl-2015, l-ammont li jifdal sa massimu ta' EUR 3,5 biljun kieku jasal fl-2016.

Stima tal-arretrat fi tmiem l-2015 abbażi tal-previżjonijiet ikkorreġuti tal-Istati Membri

Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit tal-2015 hu ta' EUR 39,5 biljun. Dan l-ammont se jkopri kemm l-arretrat ta' qabel l-2015 (EUR 24,7 biljun) u t-talbiet il-ġodda (stmati li se jkunu ta' EUR 35 biljun). Għaldaqstant, l-arretrat mistenni fi tmiem l-2015 kieku jammonta għal EUR 20 biljun, li minnu kieku jifdal mill-inqas madwar nofsu jew madwar EUR 10 biljun bħala arretrat anormali.

F'biljuni ta' EUR

L-arretrat fi tmiem l-2014 (aġġustat)

Il-previżjonijiet mill-Istati Membri tat-talbiet għall-2015 ikkoreġuti abbażi tal-limitu massimu ta' 95 %

L-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-Baġit 2015

L-arretrat previst fi tmiem l-2015

24,7

~35

39,5

~20

4.5.   It-talbiet għal pagament mistennija għall-2016

Kif inhu spjegat hawn fuq, hu mistenni li l-arretrat fi tmiem l-2015 se jkun madwar EUR 20 biljun, sakemm jirriżulta li l-previżjonijiet tal-Istati Membri jkunu preċiżi. Barra minn hekk, għadu mistenni massimu ta' EUR 3,5 biljun ta' talbiet pagabbli qabel l-għeluq tal-programmi. Minħabba dan l-ammont relattivament limitat ta' talbiet għal pagament u peress li mhux se jkun hemm aktar il-pressjoni tar-regola N+2, m'hemm l-ebda raġuni li dak li jkun jassumi li ammont kbir minn dawn it-talbiet għal pagament se jasal tard wisq sabiex jitħallsu fl-2016.

Il-Kummissjoni se tirfina r-rikjesta tagħha fl-Abbozz ta' Baġit 2016, filwaqt li tqis l-arretrat “normali” fi tmiem l-2016. Dan l-arretrat “normali” – li jkopri t-talbiet li jkunu tressqu tard ħafna u l-interruzzjonijiet/is-sospensjonijiet li jkun fadal – madankollu kieku jkun baxx ħafna meta mqabbel ma' dak tas-snin preċedenti, peress li anke l-livell tat-talbiet ġodda li għandhom jaslu fl-2016 hu baxx ħafna u l-Kummissjoni tistenna li l-Istati Membri jikkoreġu n-nuqqasijiet u jressqu talbiet “nodfa”. Jista' jilħaq daqs ta' madwar EUR 2 biljun. Dan l-arretrat “normali” fi tmiem is-sena 2016 għalhekk se jkollu jiġi kopert fil-baġit 2017. L-ammont li għandu jiġi inkluż fil-baġit 2016 għalhekk kieku jkun ta' madwar EUR 21,5 biljun.

4.6.   Sommarju tal-informazzjoni użata għall-kalkolu tat-talbiet għal pagament u tal-arretrat

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-informazzjoni dwar il-pakkett tal-programm, l-użu mistenni tal-approprjazzjonijiet baġitarji disponibbli fil-baġit 2015 u t-talbiet għal pagament massimi li huma mistennija fl-2016.

Il-pagamenti interim pendenti għall-2015-2017 (f'biljuni ta' EUR)

Il-pakkett tal-programm

(1)

347,3

Li minnhom huma pagamenti ta' prefinanzjament u pagamenti interim li saru sa tmiem l-2014

(2)

266,1

Li minnhom huma riżervati għall-għeluq (5 %) u d-diżimpenji li saru

(3)

18,2

L-ammont massimu ta' pagamenti interim pagabbli (2015-2017)

(4)=(1)-(2)-(3)

~63,0

Li minnhom huma arretrati fi tmiem l-2014 (talbiet għal pagament pendenti)

(5)

24,7

Li minnhom huma l-ammont massimu ta' pagamenti interim pagabbli fl-2015-2017

(6)=(4)-(5)

38,3


Sena baġitarja 2015, f'biljuni ta' EUR

L-approprjazzjonijiet disponibbli fil-Baġit 2015

(1)

39,5

Li minnhom huma arretrati fi tmiem l-2014

(2)

24,7

Li minnhom huma previżjonijiet għall-2015 ikkorreġuti abbażi tal-limitu massimu ta' 95 %

(3)

~35

L-arretrat mistenni fi tmiem l-2015

(4)=(1)-(2)-(3)

~20


Sena baġitarja 2016, f'biljuni ta' EUR

L-arretrat mistenni fi tmiem l-2015

(1)

~20

L-ammont massimu li jifdal ta' talbiet għal pagament li hu mistenni li se jaslu fl-2016 qabel l-għeluq

(2)

~3,5

L-ammont massimu ta' talbiet għal pagament li għandu jiġi kopert fil-Baġit 2016

(3)=(1)+(2)

~23,5

4.7.   Il-pagament fil-fażi ta' għeluq

Il-fażi ta' għeluq tal-fondi strutturali għandha d-dinamika ta' pagament proprja tagħha. Kull Stat Membru jibgħat id-dokumenti ta' għeluq tiegħu għal kull programm individwali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2017. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru dwar l-opinjoni tagħha rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' għeluq fi żmien ħames xhur mid-data meta tirċeviha, sakemm tkun tressqet l-informazzjoni kollha fid-dokument ta' għeluq inizjali (21). Bħala regola, il-pagamenti għall-għeluq se jsiru biss wara l-2016. L-ammont totali riżervat għall-għeluq (5 % tal-allokazzjoni kumplessiva) hu ta' EUR 17,3 biljun, iżda l-livell tal-pagamenti se jiġi influwenzat mill-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programm matul il-perjodu kollu. Id-diżimpenji possibbli fil-fażi ta' għeluq fil-Politika ta' Koeżjoni jistgħu jnaqqsu l-ħtiġijiet għal pagamenti.

Bħala stima indikattiva, għall-perjodu 2000-2006, il-perċentwali ta' diżimpenn fil-fażi ta' għeluq kienet ta' 2,6 % tal-pakkett totali għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u 0,9 % ta' dak għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Madankollu, għall-FSE għad hemm madwar EUR 0,5 biljun ta' RAL li għandhom x'jaqsmu ma' każijiet problematiċi b'irregolaritajiet, u għaldaqstant l-istima tal-Kummissjoni hi li l-perċentwali finali ta' diżimpenji fil-fażi ta' għeluq se tkun ta' madwar 3 % għal dak il-Fond. Il-Kummissjoni ma teskludix li d-diżimpenji fil-fażi ta' għeluq jistgħu jkunu ogħla milli kienu fil-perjodu li għadda u għalhekk l-istima msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata bħala indikazzjoni prudenti.

It-talbiet fil-fażi ta' għeluq ma jitqisux fl-analiżi tat-tnaqqis tal-parti normali tal-arretrat, peress li l-biċċa l-kbira minnhom se jitħallsu fl-2017-2019 jew fis-snin sussegwenti u, fi kwalunkwe każ, mhux kollha se jirriżultaw f'pagamenti, peress li l-ewwel jiġu kklerjati l-ammonti mħallsin b'mod indebitu qabel ma jsir il-pagament finali.

5.   L-INTESTATURI L-OĦRA: IL-PROSPETTI GĦALL-PROGRAMMI TAL-2007-2013

5.1.   Ħarsa ġenerali

Wara l-analiżi dettaljata tal-każ speċifiku tal-Politika ta' Koeżjoni (Intestatura 1b), kif spjegat fit-Taqsima 4 hawn fuq, din it-taqsima tħares lejn is-sitwazzjoni fl-intestaturi l-oħra, li tista' tiġi sintetizzata kif ġej:

L-approprjazzjonijiet għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (Intestatura 2) huma approprjazzjonijiet mhux differenzjati, b'mod li l-pagamenti u l-impenji jiġu bbaġittjati fuq l-istess livell. Għaldaqstant, ma jkunx hemm arretrat fi tmiem is-sena;

Il-ġestjoni tal-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għas-Sajd (Intestatura 2) u l-fondi għall-Asil, il-Migrazzjoni, il-Fruntieri u s-Sigurtà (Intestatura 3) hija kondiviża mal-Istati Membri, b'mod simili għal dik tal-Politika ta' Koeżjoni. Waqt li s'issa l-Iżvilupp Rurali ma kellu l-ebda arretrat, dan mhux il-każ għall-fondi l-oħrajn;

Il-biċċa l-kbira tal-programmi l-oħra (intestaturi 1a u 4) huma ġestiti mill-Kummissjoni. Minħabba n-nuqqasijiet ta' pagamenti, ħafna minn dawn il-programmi ġew soġġetti għall-miżuri ta' mitigazzjoni li l-Kummissjoni implimentat matul l-2014 (u f'xi każijiet diġà fl-2013), li jvarjaw minn tnaqqis tal-prefinanzjament (waqt li jitqiesu kif dovut it-tip u s-solidità finanzjarja tas-sħab eżekuttivi, tad-destinatarji u tal-benefiċjarji), għal posponiment tal-pagamenti finali jew il-pagamenti għall-appoġġ baġitarju, trażżin tat-tnedija ta' impenji ġodda u tidwim fl-għoti ta' kuntratti.. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni, madankollu, jipposponu biss iż-żmien meta jsir il-ħlas, filwaqt li l-impenji xorta jkollhom jiġu onorati.

It-tabella ta' hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-evoluzzjoni tal-arretrat għall-intestaturi 1a u 4. Waqt li hemm tendenza ċara 'l fuq għall-arretrat għall-Intestatura 4, li fl-2014 laħaq l-ogħla livell tiegħu f'dawn l-aħħar snin, l-evoluzzjoni tal-Intestatura 1a hija inqas ċara.

Arretrat fi tmiem is-sena (f'miljuni ta' EUR)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Intestatura 1a

1 679

507

291

628

604

567

551

541

Intestatura 4

172

178

284

226

387

367

389

630

5.2.   Il-programmi taħt ġestjoni kondiviża fl-intestaturi 2 u 3

5.2.1.   Intestatura 2

Il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)

M'hemm l-ebda arretrat għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) peress li dan il-fond hu bbażat fuq approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

S'issa ma kien hemm l-ebda arretrat għall-Iżvilupp Rurali: il-Kummissjoni dejjem setgħet tħallas it-talbiet għal pagament kollha fil-ħin. Meta jitqiesu d-daqs tal-programm għall-Iżvilupp Rurali u r-regola ta' 95 % li tapplika wkoll, il-livell massimu ta' pagamenti interim li għad jistgħu jitħallsu qabel l-għeluq hu ta' madwar EUR 8,7 biljun għall-perjodu 2007-2013. L-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit 2015 għall-programmi tal-2007-2013 jammontaw għal EUR 5,9 biljun. L-ammont li jibqa' ta' EUR 2,8 miljun hu mistenni li se jitħallas fl-2016, wara li l-Istati Membri jkunu ressqu d-dikjarazzjoni trimestrali finali, mistennija f'Jannar 2016.

L-ammont totali riżervat għall-għeluq hu ta' madwar EUR 4,8 biljun. L-ammont effettiv li jkollu jitħallas se jiddependi fuq id-diżimpenji. Bħala eżempju, jekk tiġi applikata r-rata ta' diżimpenji ta' 1,5 % li ġiet esperjenzata matul il-perjodu ta' għeluq preċedenti tal-2000-2006, kieku jiġu diżimpenjati madwar EUR 1,5 biljuni. Hu mistenni li l-pagamenti tal-fażi ta' għeluq se jsiru bejn l-2016 u l-2019.

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

Il-modalità ta' ġestjoni tal-FES hi simili għal dik tal-politika ta’ Koeżjoni (Intestatura 1b). Madankollu, peress li m'għandu l-ebda regola N+3, il-FES ma sabx quddiemu l-problema speċifika tat-trasformazzjoni tar-regola N+3 għar-regola N+2 bejn il-porzjon tal-impenji tal-2010 u l-porzjon tal-impenji tal-2011. Barra minn hekk, ma kellux ir-“regola Griega” lanqas, għalkemm il-bidu tal-programmi ddewwem kemxejn minħabba l-obbligi marbuta mas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll. Madankollu, f'dawn l-aħħar snin, l-arretrat tal-FES kien importanti ħafna. Fil-bidu tal-2014, il-livell tal-arretrat kien l-istess bħal dak tal-approprjazzjonijiet ta' pagament li ġew ivvotati għall-programmi tal-2007-2013.

Fir-rigward taż-żmien meta jitressqu it-talbiet għal pagament matul is-sena, matul il-perjodu 2010-2014, żewġ terzi tat-talbiet għal pagament annwali waslu fix-xhur ta' Novembru u Diċembru. Din il-graff turi l-livell tal-arretrat mill-2011 sal-2014 għall-programmi tal-2007-2013 tal-FES kif ukoll l-approprjazzjonijiet ta' pagament inizjali tas-sena ta' wara.

Image

Ir-raġuni prinċipali għat-tnaqqis tal-arretrat tal-FES fi tmiem l-2014 kienet ir-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha disponibbli fi ħdan il-kapitolu baġitarju (inklużi l-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha għall-ġestjoni kondiviża tal-FEMS – minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tal-bażi legali l-ġdida) u ż-żidiet li ngħataw fl-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014 (adottat bħala l-baġit emendatorju 2/2014) u fit-trasferiment ta' tmiem is-sena.

Il-livell ogħla ta' pagamenti awtorizzati fil-baġit 2015 għandhom jippermettu li l-arretrat jitnaqqas sal-livell normali tiegħu ta' madwar EUR 0,1 biljun.

5.2.2.   Intestatura 3

Il-politiki dwar l-Asil, il-Migrazzjoni, il-Fruntieri u s-Sigurtà

Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-politiki komuni dwar l-asil u l-immigrazzjoni fil-perjodu 2007-2013 kienu implimentati permezz tal-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” (SOLID). Dan il-Programm Ġenerali kien jinkludi erba' strumenti: il-Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE), il-Fond Ewropew għar-Ritorn, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati (FER) u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi.

Din il-graff turi l-livell dejjem jikber ta' talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena għall-programmi fil-qasam tal-asil, il-migrazzjoni, il-fruntieri u s-sigurtà.

Image

Ir-RAL żdiedu minn EUR 150 miljun fil-bidu tal-2007 għal EUR 2,6 biljun fl-2014, minkejja li ġew diżimpenjati EUR 300 miljun matul il-perjodu 2007-2014. Fadal madwar EUR 1,9 biljun x'jitħallsu fuq il-programmi tal-2007-2013. L-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati għall-programmi fil-baġit 2015 huma ftit aktar minn EUR 600 miljun, inklużi l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti ta' prefinanzjament inizjali u annwali tal-programmi l-ġodda għall-2014-2020.

Meta jitqies l-ammont li se jitħallas fil-fażi ta' għeluq (li hu stmat li hu madwar EUR 1 biljun) u l-fatt li, fl-2013 u l-2014, it-tieni prefinanzjament ma setax jitħallas minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, hu stmat li l-ħtiġijiet ta' pagament biex l-arretrat għall-programmi tal-2007-2013 jitnaqqas għal livell normali fi tmiem l-2016 huma ta' madwar EUR 235 miljun.

5.3.   Il-programmi taħt ġestjoni diretta fl-intestaturi 1a u 4

5.3.1.   Intestatura 1a

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tal-pagamenti tal-programmi taħt l-Intestatura 1a fi tmiem l-2014.

It-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena

Din il-graff turi l-evoluzzjoni tat-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena għall-programmi prinċipali taħt l-Intestatura 1a.

Image

Il-livell għoli tat-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem l-2007 prinċipalment jirriżulta miċ-ċiklu tal-proġetti tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, u n-numru partikolarment għoli ta' impenji miftuħin f'dak iż-żmien. Apparti dan, il-kuntratti ta' riċerka kienu jistipulaw li, qabel setgħu finalment jitħallsu d-dikjarazzjonijiet ta' spejjeż, kienu meħtieġa ċertifikati ta' awditjar.

Il-miżuri ta' mitigazzjoni li ttieħdu mill-Kummissjoni fl-2014 (ara t-Taqsima 2.2 hawn fuq) biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament evitaw iż-żieda tat-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem l-2014. Il-miżuri kienu jinkludu t-tnaqqis tal-livell ta' prefinanzjament u t-tidwim tal-iffirmar ta' kuntratti/ftehimiet ta' għotja ġodda, biex b'hekk parti mill-pagamenti iċċaqalqet għas-sena ta' wara. Għalkemm rażżnu l-livell tat-talbiet għal pagament pendenti, effett sekondarju ta' dawn il-miżuri li rriżulta kien tnaqqis tar-ritmu ta' implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020. F'xi każijiet, kellhom jittieħdu miżuri aktar drastiċi sabiex tingħata prijorità lill-pagamenti indirizzati lill-benefiċjarji aktar vulnerabbli.

L-evoluzzjoni tal-impenji pendenti (RAL)

Il-livell ġeneralment stabbli tat-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena għall-programmi taħt l-Intestatura 1a jikkuntrasta b'mod qawwi mat-tendenza ċara 'l fuq fil-livell tal-impenji pendenti (RAL), kif jidher fil-graff ta' hawn taħt:

Image

Fil-biċċa l-kbira, iż-żieda tar-RAL fl-Intestatura 1a tirriżulta mid-diskrepanza dejjem tikber bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għar-riċerka, l-akbar programm ta' nfiq f'din l-intestatura. Dan hu rifless fil-graff ta' hawn taħt, li turi l-andament 'l isfel tal-proporzjon bejn il-pagamenti u l-impenji.

Image

Bħala eżempju ta' kif qed jiġu implimentati l-proġetti fl-Intestatura 1a, iċ-ċiklu ta' proġett taħt il-programmi għar-Riċerka qed jiġi deskritt hawn taħt.

Ċiklu ta' proġett – Riċerka

Il-programmi ta' riċerka jiġu implimentati permezz ta' programmi ta' ħidma pluriennali li jinkludu sejħiet għal proposti, akkwisti pubbliċi, studji, gruppi ta' esperti, parteċipazzjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali, seminars u sessjonijiet ta' ħidma, evalwazzjoni u monitoraġġ. Madwar 90 % mill-programmi ta' riċerka huma relatati ma' sejħiet għal proposti, l-10 % li jifdal ma' attivitajiet oħra.

Il-programm ta' ħidma annwali għas-sena N jiġi adottat mill-Kummissjoni f'nofs is-sena N-1. Mit-tieni nofs tas-sena N-1, jitnedew is-sejħiet għal proposti. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-proposti normalment jitressqu fi żmien tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti. L-impenji globali jsiru wara l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma fis-sena N u mhux aktar tard minn qabel jibdew in-negozjati kuntrattwali (normalment fiż-żmien meta tiskadi s-sejħa). L-evalwazzjoni tal-proposti (tliet xhur) u l-għażla (xahar-xahrejn) tiġi segwita min-negozjati kuntrattwali (minn xahar sa sitt xhur) u l-iffirmar (massimu ta' ftit xhur). Il-Kummissjoni/l-aġenzija eżekuttiva għandhom tmien xhur bejn l-iskadenza tas-sejħa u l-iffirmar tal-għotjiet (l-hekk imsejjaħ “żmien għall-għotja”), b'ħames xhur minnhom biex jinformaw lill-applikanti dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni xjentifika u tliet xhur għat-tħejjija tal-ftehim ta' għotja. Ladarba jkun sar l-impenn individwali u jkun ġie ffirmat il-kuntratt, il-prefinanzjament għandu jitħallas fi żmien 30 jum minn meta jiġi ffirmat il-ftehim jew minn 10 ijiem qabel id-data ta' bidu tal-azzjoni, skont liema data tinzerta l-aktar tard. B'segwitu għall-miżuri strutturali li ttieħdu mid-Direttorati Ġenerali fil-qasam tar-Riċerka fl-2014, f'ħafna każijiet, il-prefinanzjament tal-impenn tas-sena N issa jitħallas fis-sena N+1 minflok fis-sena N. Il-pagamenti interim jiġu bbażati fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u jintrabtu ma' rapporti perjodiċi, normalment ta' kull 18-il xahar. Il-pagament finali ta' 10 % jitħallas meta jiġi aċċettat ir-rapport finali.

Għall-azzjonijiet l-oħra kollha previsti fil-programm ta' ħidma, l-impenji provviżorji jsiru fis-sena N u l-pagamenti bil-quddiem jitħallsu fl-istess sena. Il-bqija jitħallsu fis-sena N+1.

Nuqqasijiet ta' pagamenti – Riċerka: il-konsegwenzi prattiċi

Sabiex jiġi ġestit n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fi ħdan il-programmi ta' Riċerka, fl-2014 ġie ttrasferit ammont totali ta' EUR 236,5 miljun mil-linji għall-2014-202 ta' “Orizzont 2020” biex isaħħaħ il-linji baġitarji tal-2007-2013 għall-ikkompletar tal-istess programmi, b'mod li ġie ttardjat il-prefinanzjament tas-sejħiet taħt Orizzont 2020 imnedija fl-2014 u fl-2015. Dan ma kienx il-każ fis-snin preċedenti, u jirriżulta f'dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi ġodda.

Ir-riċerka tieħu ż-żmien u ż-żamma tal-kuntratti milli jiġu ffirmati u tal-finanzjament mhijiex konsistenti mal-għan ta' tisħiħ tal-isforzi ta' riċerka bħala appoġġ għat-tkabbir ekonomiku Iż-żieda fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati għal Orizzont 2020 fil-baġit 2015 hi mistennija tippermetti li dan il-programm kruċjali jirkupra parzjalment.

Erasmus+

Erasmus+ jipprovdi eżempju tajjeb ta' programm annwali li l-livell tal-pagamenti għalih isegwi mill-qrib il-livell tal-impenji, peress li ċ-ċiklu tal-ħajja tal-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet hu marbut mal-kalendarju akkademiku.

Minħabba n-nuqqas ta' pagamenti, madankollu, iż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2014 ma kkorrispondietx għaż-żieda tal-approprjazzjonijiet ta' impenn, li tidher li se tkompli matul il-perjodu 2014-2020. Dan in-nuqqas fil-pagamenti fl-2014 jidher ukoll fil-proporzjon bejn il-pagamenti u l-impenji fil-graff ta' hawn taħt.

Image

Bħala riżultat ta' dan, fl-2014 ma kienx possibbli li titħallas parti mit-tieni prefinanzjament lill-Aġenziji Nazzjonali, li l-għan tagħhom hu l-finanzjament ta' azzjonijiet ta' mobilità. Filwaqt li s-sitwazzjoni għandha kemxejn titjieb, hu mistenni li Erasmus+ se jiġi affrontat b'restrizzjonijiet simili fl-2015.

It-Trasport u l-Enerġija

Il-graff ta' hawn taħt turi l-varjazzjoni dejjem tikber bejn il-livell tal-impenji u l-pagamenti għall-oqsma ta' politika tat-Trasport u l-Enerġija.

Image

L-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit 2015 se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ewwel prefinanzjament tal-proġetti għall-2014-2020 u biex parzjalment jindirizzaw ir-RAL tal-2007-2013, li hu stmat li jammonta għal aktar minn EUR 2 biljun.

Il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (PERE)

Meta mqabbla mal-livell għoli ta' impenji fl-2009 u l-2010, l-implimentazzjoni tal-pagamenti għal dan il-programm bdiet bil-mod peress li l-proġetti PERE fil-biċċa l-kbira jikkonsistu fi proġetti infrastrutturali fuq skala kbira.

Image

B'mod partikolari fl-2014, l-approprjazzjonijiet ta' pagament ma kinux biżżejjed biex ikopru t-talbiet għal pagament kollha li waslu matul is-sena, saħansitra wara l-adozzjoni tardiva tal-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014 li pprovda approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali. Fi tmiem l-2014, ir-RAL kienu għadhom jammontaw għal EUR 2 biljun, nofs l-ammont inizjalment impenjat għall-PERE. Il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fl-2015 jammonta għal EUR 407 miljun, li hu mistenni jkopri l-ħtiġijiet stmati għas-sena.

5.3.2.   Intestatura 4

Il-graff ta' hawn taħt turi l-livell ta' RAL għall-programmi taħt l-Intestatura 4 mill-2007.

Image

L-Intestatura 4 tinkludi strumenti ta' reazzjoni għall-kriżijiet fuq żmien qasir, strumenti fuq żmien itwal li jużaw programmazzjoni pluriennali, u strumenti ad hoc bħal assistenza makrofinanzjarja permezz ta' self u għotjiet. Tliet strumenti kbar (l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni II (IPA), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp), li jużaw programmazzjoni pluriennali, jirrappreżenta 73 % tan-nefqa taħt din l-intestatura. L-appoġġ għal pajjiżi terzi li jiġi ffinanzjat taħt dawn il-programmi tipikament ikollu ċiklu ta' ħajja ta' madwar 6-8 snin. L-istrumenti ta' reazzjoni għall-kriżijiet (l-Għajnuna Umanitarja, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabilità u l-Paċi, il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni) u l-Assistenza Makrofinanzjarja, min-naħa l-oħra, ikollhom ħafna ċikli ta' pagament ħafna iqsar ta' 12-18-il xahar.

Mill-2013, il-biċċa l-kbira tal-istrumenti fl-Intestatura 4 esperjenzaw nuqqasijiet serji fl-approprjazzjonijiet ta' pagament, li l-ewwel laqtu lill-istrumenti umanitarji u dawk relatati mal-kriżijiet b'ċikli ta' implimentazzjoni bi ħlas rapidu, u mbagħad l-istrumenti bħall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat li l-pagamenti rispettivi tagħhom ikunu fil-biċċa l-kbira relatati mal-kuntratti u l-impenji eżistenti. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar fl-2014, minħabba t-tnaqqis kumplessiv fil-pagamenti disponibbli meta mqabbla ma' dawk tal-2013. Għal uħud mill-programmi, it-tisħiħ permezz tal-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014 (u azzjonijiet oħra bħal trasferimenti) (22) wasal tard ħafna u ma kienx biżżejjed biex ikopri l-arretrat pendenti.

Il-miżuri implimentati (ara t-Taqsima 2.2 hawn fuq) setgħu biss itaffu parzjalment l-effetti tan-nuqqas ta' pagamenti billi pposponew iż-żmien meta jsir il-ħlas, filwaqt li l-impenji tal-imgħoddi xorta kellhom jiġu onorati.

It-talbiet għal pagament pendenti fi tmiem is-sena

Kumplessivament, it-talbiet għal pagament fi tmiem is-sena 2014 għall-Intestatura 4 żdiedu b'mod konsiderevoli. Fil-biċċa l-kbira, dan hu dovut għal żieda qawwija fit-talbiet u għal nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament relatati bħal ma ġara fil-każ tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, kif jidher fil-graff ta' hawn taħt.

Image

Min-naħa l-oħra, it-tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġits 2013 u 2014 ippermetta li jiġi rimedjat il-livell tat-talbiet għal pagament pendenti għall-Għajnuna Umanitarja (23):

Image

Kif jidher hawn fuq, ir-RAL tal-Intestatura 4 u tat-tliet strumenti kbar fuq żmien twil b'mod partikolari, ilu ħames snin jiżdied b'mod kostanti, bi qbil mal-livelli tal-impenji tal-QFP preċedenti. Il-programmi li l-impenn għalihom kien ittieħed inizjalment fl-2010, pereżempju, se jkunu ġew ifformalizzati mal-pajjiż terz benefiċjarju matul l-2011, u l-kuntratti jkunu ġew konklużi sal-2014. Minn dan isegwi li issa hemm bżonn li ħafna minn dawn il-programmi ta' daqs akbar, li l-impenn għalihom ikun ittieħed fi żmien meta l-impenji kienu qed jiżdiedu b'mod drastiku, jitħallsu. Hu mistenni li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit 2015 se jnaqqas id-diskrepanza, u dan għandu jgħin biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni, li però se tkompli tkun waħda tensa, u kemm id-diskrepanza u kemm ir-RAL huma mistennija li se jiżdiedu fir-rigward ta' bosta strumenti bħall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.

6.   IL-PROSPETTI GĦALL-PROGRAMMI GĦALL-2014-2020

Il-baġit 2016 se jkollu jinkludi biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament mhux biss biex gradwalment jiġi eliminat il-livell anormali ta' talbiet għal pagament pendenti derivati mill-impenji relatati mal-programmi tal-2007-2013, iżda anke għall-programmi għall-2014-2020 fl-Intestaturi 1a u 4, li l-implimentazzjoni tagħhom ġiet imxekkla min-nuqqasijiet ta' pagamenti. Il-baġit 2016 irid jinkludi wkoll l-approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġa għal fondi oħra, bħall-Iżvilupp Rurali (Intestatura 2) biex jiġi evitat il-ħolqien ta' arretrat ġdid li ma kienx jeżisti fl-imgħoddi.

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtiġijiet ta' pagament li se jkun hemm fl-2016 għall-programmi għall-2014-2020 fl-Abbozz ta' Baġit 2016.

7.   KONKLUŻJONIJIET

F'dawn l-aħħar snin, u b'mod partikolari fl-2014, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ma kinux biżżejjed biex ikopru t-talbiet għal pagament li waslu. Għaldaqstant, dan wassal biex fi tmiem is-sena kien hemm arretrat dejjem jikber ta' talbiet għal pagament pendenti, b'mod partikolari għall-programmi għall-2007-2013 tal-Politika ta' Koeżjoni. Il-Kummissjoni ħadet numru ta' miżuri ta' mitigazzjoni biex timminimizza l-effetti negattivi tan-nuqqasijiet ta' pagamenti, billi ssodisfat, sa fejn kien possibbli, l-obbligi derivati mill-impenji tal-imgħoddi. Madankollu, bħala effett sekondarju, l-implimentazzjoni tal-programmi għall-2014-2020 ġiet imxekkla.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2015 huma mistennija li se jwasslu għal tnaqqis fl-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti għall-programmi tal-2007-2013. Il-Kummissjoni identifikat il-livell tal-pagamenti meħtieġa sabiex gradwalment jiġi eliminat il-livell anormali ta' talbiet għal pagament pendenti għall-programmi tal-2007-2013 sa tmiem l-2016. Fl-Abbozz ta' Baġit tagħha għall-2016, il-Kummissjoni se tipproponi approprjazzjonijiet ta' pagament biex jintlaħaq dan l-iskop.

Il-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi ta' dan, li t-tliet istituzzjonijiet jistgħu jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw pjan biex il-livell tal-kontijiet mhux imħallsa li jikkorrispondu għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 jitnaqqas għal livell sostenibbli sa tmiem l-2016.


(1)  Dan jirriżulta mir-regoli magħrufa bħala “N+2”/“N+ 3” li permezz tagħhom, il-pagamenti għandhom isiru fi żmien sentejn (N+2) jew tliet snin (N + 3) wara li jkunu saru l-impenji korrispondenti. Fi tmiem l-2013, iż-żewġ regoli dwar diżimpenn kienu japplikaw fl-istess ħin.

(2)  L-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati permezz ta' baġits emendatorji kien ta' EUR 6,7 biljun fl-2012, ta' EUR 11,6 biljun fl-2013 u ta' EUR 3,5 biljun fl-2014.

(3)  L-arretrat ta' talbiet għal pagament pendenti għall-programmi ta' Koeżjoni 2007-2013 fi tmiem is-sena żdied minn EUR 11-il biljun fl-2011 għal EUR 16-il biljun fl-2012, EUR 23,4 biljun fl-2013, u EUR 24,7 biljun fl-2014.

(4)  Għandu jiġi nnotat li, fir-rigward tal-politiki b'ġestjoni kondiviża, bħall-Politika ta' Koeżjoni (li fiha l-Kummissjoni tirrimborża n-nefqa tal-Istati Membri), l-imgħax fuq pagamenti tardivi ma jkunx applikabbli.

(5)  Il-5 % li jifdal għandu jitħallas f'għeluq il-programm, li se jseħħ fl-2017-2019, b'segwitu għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-programm ġie implimentat b'suċċess u li m'hemm bżonn issir l-ebda korrezzjoni.

(6)  Il-leġiżlazzjoni dwar il-politika ta' koeżjoni tiddisponi għal skadenza regolatorja ta' 60 jum.

(7)  Id-definizzjoni ta' arretrat normali u anormali qiegħda fit-Taqsimiet 3.4 u 4.3.

(8)  Il-baġit emendatorju 2/2014 oriġinalment ġie ppreżentat bħala l-abbozz ta' baġit emendatorju 3/2014.

(9)  Rapporti ta' kull xahar dwar pagamenti interim u talbiet pendenti, Twissija għall-Previżjoni tal-Baġit (darbtejn fis-sena)

(10)  DEC 54/2014

(11)  L-ammonti mhux imħallsa li jirriżultaw mit-tnaqqis tar-rati ta' prefinanzjament għal waħda li tkun inqas mir-rata legali/normali minima mhumiex inklużi fid-definizzjoni attwali ta' “talbiet għal pagament pendenti”: madankollu, għal għadd ta' programmi, xi tnaqqis tar-rati ta' prefinanzjament ġie implimentat fl-2014 (f'xi każijiet diġà fl-2013) b'mod li l-pagamenti jiġu posposti għal data sussegwenti.

(12)  Art. 87 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006: “[…it-]talbiet għall-ħlasijiet interim […] jinġabru flimkien […] sa fejn possibbli, fi tliet okkażjonijiet separati kull sena

(13)  Identika għal dik inkluża fis-sommarju eżekuttiv.

(14)  Rispettivament l-Artikoli 91 u 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

(15)  Minħabba l-limitazzjonijiet ta' likwidità fl-ewwel xhur tas-sena (ara t-taqsima 3.3 hawn fuq), jista' jkun li parti mill-arretrat ma titħallasx sal-iskadenzi regolatorji fil-bidu tas-sena.

(16)  Ħlief għall-Kroazja, ir-Rumanija, is-Slovakkja

(17)  Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(18)  Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(19)  Il-previżjonijiet imressqa mill-Istati Membri f'Jannar 2015 ma kinux ikopru l-programmi operattivi kollha. Għal dawn il-każijiet, il-Kummissjoni użat il-previżjonijiet li rċeviet f'Settembru li għadda. Għall-2016 mhux possibbli li ssir estrapolazzjoni ta' dan it-tip tal-previżjonijiet tal-Istati Membri neqsin, peress li l-previżjonijiet imressqa f'Settembru 2014 kienu jkopru l-2014 u l-2015 biss (u mhux l-2016). Dan ifisser li l-previżjoni għall-2016 tinkludi biss dawk il-programmi operattivi li l-Istati Membri bagħtu l-informazzjoni fir-rigward tagħhom u jista' jkun li jkollha tiġi riveduta għal livell aktar għoli meta l-informazzjoni nieqsa tintbagħat.

(20)  L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill jistabbilixxi li t-total kumulattiv tal-pagamenti ta' prefinanzjament u l-pagamenti interim li jsiru mill-Kummissjoni m'għandux jaqbeż il-95 % tal-kontribuzzjoni fuq seba' snin mill-Fondi lill-Programm Operattiv; Il-5 % li jifdal jitħallas biss fil-fażi ta' għeluq tal-programm operattiv.

(21)  Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(22)  + EUR 406 miljun (żieda netta fl-approprjazzjonijiet ta' pagament) għall-Għajnuna Umanitarja, + EUR 30 miljun għall-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u + EUR 250 miljun għall-Istrument Ewropew ta' Viċinat.

(23)  Il-graff madankollu ma tirriflettix l-impatt tal-livell ta' prefinanzjament imnaqqas.

Anness 1: informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2014

Nhar il-15 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat l-arretrat mistenni għall-programmi ta' Koeżjoni 2007-2013 fi tmiem l-2014 u l-2015, skont kif ġej:

 

2010

2011

2012

2013

2014  (*1)

2015  (*1)

Arretrat ta' kontijiet mhux mħallsa fi tmiem is-sena (f'biljuni ta' EUR)

6,1

10,8

16,2

23,4

Massimu ta' 25  (1)

19  (2)

Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll analiżi tal-arretrat mistenni għall-programmi ta' Koeżjoni 2007-2013 fi tmiem l-2014. Kif jidher fit-tabella hawn taħt, il-livell totali tat-talbiet għal pagament li effettivament waslu sa tmiem is-sena 2014 kien ta' madwar EUR 1,5 biljun anqas mill-previżjonijiet mħejjija mill-Istati Membri, u madwar EUR 2,5 biljun aktar mill-medda massima prevista mill-Kummissjoni.

L-ARRETRAT MISTENNI FI TMIEM L-2014

Biljuni ta' EUR

(1)

Talbiet għal pagament li waslu sa tmiem l-2013 u li ma tħallsux sa tmiem l-2013 (arretrat)

23,4

(2)

Talbiet għal pagament li waslu sa tmiem Novembru 2014

31,4

(3) = (1) + (2)

It-talbiet għal pagament rikjesti sa tmiem Novembru biex jitħallsu fl-2014

54,8

(4)

Il-livell awtorizzat ta' approprjazzjonijiet ta' pagament (bil-Baġit Emendatorju 3/2014)

49,4

(5) = (3) – (4)

L-arretrat sa tmiem Novembru 2014, rikjest biex jitħallas sa tmiem l-2014

5,4


 

Previżjoni

Twettiq effettiv

Previżjonijiet mill-Istati Membri tat-talbiet għal pagament li kellhom jitressqu f'Diċembru 2014

23

21,5

Previżjonijiet mill-Kummissjoni tat-talbiet għal pagament li kellhom jitressqu f'Diċembru 2014

18 – 19

21,5

Previżjoni għall-arretrat ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem l-2014: massimu ta' EUR 25 biljun.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ppreżentat għal kull pajjiż individwali, l-istimi tal-Istati Membri tat-talbiet għal pagament li kellhom jitressqu għall-Politika ta' Koeżjoni fl-2014 (EUR 54,33 biljun), it-talbiet għal pagament mibgħuta sal-31 ta' Ottubru 2014 (EUR 31,36 biljun) u, għaldaqstant, it-talbiet għal pagament li kellhom jitressqu f'Novembru u Diċembru (EUR 22,97 biljun).

Il-Kummissjoni żiedet li"Jekk jitqiesu r-rati ta' żball medji li ġew osservati fil-previżjonijiet “gross” tal-Istati Membri f'dawn l-aħħar snin u l-limitu massimu ta' 95 % fil-pagamenti qabel l-għeluq rikjest mill-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, l-istima tal-Kummissjoni hi li t-talbiet li se tirċievi f'Diċembru se jammontaw għal EUR 18-19-il biljun". Dan hu konsistenti mat-tabelli li jidhru hawn fuq.


(*1)  Stimi tal-Kummissjoni abbażi tal-previżjonijiet aġġustati tal-Istati Membri

(1)  Wara li jitqiesu l-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fl-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 3/2014 hekk kif ġie approvat finalment.

(2)  Wara li jitqiesu l-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fl-Abbozz ta' Baġit Emendatorju 3/2014 hekk kif ġie approvat finalment u l-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati fil-baġit 2015.

Anness 2: Intestatura 1b: l-aktar previżjonijiet reċenti mill-Istati Membri

F'dan l-anness jinsabu l-aktar previżjonijiet reċenti mill-Istati Membri fir-rigward tat-tressiq tat-talbiet għal pagament għall-programmi ta' Koeżjoni tal-2007-2013 fl-2015 u l-2016, u qed issir distinzjoni bejn il-previżjonijiet gross (elenkati mill-Istati Membri) u l-previżjonijiet soġġetti għal-limitu massimu (ara l-ispjegazzjoni fit-Taqsima 4.4).

Previżjonijiet mill-Istati Membri (f’biljuni ta' EUR)

Perjodu 2007-2013

2015  (*1)

2016

Previżjonijiet gross

Previżjonijiet gross

AT

L-Awstrija

0,09

0,00

BE

Il-Belġju

0,24

0,06

BG

Il-Bulgarija

1,35

0,00

CY

Ċipru

0,06

0,00

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

4,01

3,75

DE

Il-Ġermanja

2,43

0,95

DK

Id-Danimarka

0,04

0,03

EE

L-Estonja

0,09

0,00

ES

Spanja

4,65

1,74

FI

Il-Finlandja

0,21

0,02

FR

Franza

1,92

0,34

GR

Il-Greċja

0,75

0,00

HR

Il-Kroazja

0,22

0,31

HU

L-Ungerija

3,86

1,24

IE

L-Irlanda

0,03

0,01

IT

L-Italja

5,07

1,44

LT

Il-Litwanja

0,09

0,00

LU

Il-Lussemburgu

0,01

0,00

LV

Il-Latvja

0,54

0,09

MT

Malta

0,14

0,04

NL

In-Netherlands

0,21

0,10

PL

Il-Polonja

8,92

3,99

PT

Il-Portugall

0,52

0,06

RO

Ir-Rumanija

6,64

2,81

SE

L-Isvezja

0,11

0,00

SI

Is-Slovenja

0,38

0,18

SK

Is-Slovakkja

2,68

0,64

UK

Ir-Renju Unit

1,52

0,25

CB

Kooperazzjoni Territorjali

1,16

0,25

TOTAL

 

47,93

18,32

TOTAL PREVIŻJONIJIET BIL-LIMITU MASSIMU  (*3)

34,74

2,95  (*2)


(*1)  Iċ-ċifri tal-previżjonijiet għall-2015 ġew ikkalkolati billi – għall-Programmi Operattivi li l-Istati Membri ma bagħtu l-ebda previżjoni fir-rigward tagħhom f'Jannar 2015 – intużaw il-previżjonijiet relatati mibgħuta f'Settembru 2014.

(*2)  L-ammont massimu pagabbli fl-2016 hu ta' EUR 3,5 biljun li EUR 3 biljun minnhom, f'dan l-istadju, ġa ġew ikkonfermati mill-Istati Membri.

(*3)  Dan jinvolvi l-applikazzjoni tar-regola ta' limitu massimu ta' 95 %, li tipprevedi li l-pagamenti interim ma jistgħux jitħallsu qabel il-fażi ta' għeluq sakemm is-somma tal-pagamenti ma tkunx anqas minn 95 % tal-allokazzjoni tal-programmi.


Il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2015

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/272


P8_TA(2015)0267

Livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (COM(2013)0943 – C7-0045/2014 – 2013/0451(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja)

(2017/C 265/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0943),

wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0045/2014),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 168(4) (b) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel (A8-0176/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 68.


P8_TC1-COD(2013)0451

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara aċċidenti nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika [Em. 1. Din l-emenda tapplika matul it-text kollu]

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija Atomika, b'mod partikolari l-Artikoli 31 u 32 l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 114 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, li tfasslet wara li nkisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi fl-Istati Membri  (1) ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew  (3) Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja  (4) , [Em. 3]

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom 2013/59/Euratom  (5) tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti. [Em. 4]

(1a)

B'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. [Em. 5]

(2)

Wara l-inċident tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986, kwantità konsiderevoli ta' materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f'livelli sinifikanti mill-perspettiva tal-qasam tas-saħħa , u kkawżat mard u kundizzjonijiet tas-saħħa ta' theddida għall-ħajja. Livell għoli ta' kontaminazzjoni radjuattiva għadu jippersisti sal-lum. Minħabba li l-materjal radjuattiv rilaxxat ikkontamina l-arja, l-ilma, il-ħamrija u l-veġetazzjoni, ġew adottati miżuri biex jiżguraw li ċerti prodotti agrikoli jidħlu biss ma jidħlux fl-Unjoni għajr skont l- arranġamenti komuni li jħarsu biex tkun salvagwardjata s-saħħa tan-nies waqt li jżommu n-natura unifikata tas-suq u jevitaw distorsjoni tal-kummerċ. [Em. 6]

(2a)

L-Istati Membri huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mal-livelli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari billi jissorveljaw l-istandards ta' sigurtà għall-ikel u l-għalf. L-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE jipprevedi l-adozzjoni ta' miżuri komuni fil-qasam veterinarju li jkollhom bħala objettiv dirett il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, l-Artikolu 114 tat-TFUE jipprevedi livell xieraq ta' armonizzazzjoni biex jiżgura li s-suq intern ikun jista' jaħdem bla intoppi. [Em. 7]

(2b)

Huwa fatt pruvat li doża ogħla ta' radjazzjoni għandha effett dannuż u qerriedi fuq iċ-ċelloli tal-ġisem u tista' twassal għall-kanċer. [Em. 8]

(2c)

Huwa importanti li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu baxxi għal-livelli permissibbli massimi ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel, biex titqies id-doża kumulattiva ogħla kkawżata mill-ikel ikkontaminat ikkunsmat għal perjodu ta' żmien estiż. [Em. 9]

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (6), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89 (7) jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva li jridu jiġu applikati wara aċċident nukelari jew xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal, jew tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' għalf u ikel. Dawn il-livelli massimi permissibbli għadhom jaqblu mal-aħħar parir xjentifiku li hu attwalment disponibbli internazzjonalment u għandhom jiġu riveduti u aġġornati perjodikament biex titqies kwalunkwe evidenza xjentifika ġdida . Il-livelli massimi permissibbli elenkati fl-Annessi I u II ġew riveduti u huma stabbiliti fil-Pubblikazzjoni 105 tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni Radjoloġika. Speċifikament, huma bbażati b'mod partikolari fuq livell ta' referenza ta' 1 mSv kull sena flimkien mad-doża individwali inġestita u jissoponu li 10 % tal-ikel ikkunsmat kull sena ikun kontaminat . [Em. 10]

(4)

Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel massimi applikabbli fil-Ġappun għall-ikel . Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' periklu għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġew adottati miżuri li jimponu kundizzjonijiet speċjali li jikkontrollaw l-importazzjoni ta' ikel u għalf li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Għandhom jitfasslu wkoll miżuri li jimmonitorjaw u jimminimizzaw ir-riskju ta' konsum ta' prodotti tal-ikel minn pajjiżi oħra milquta mix-xita radjuattiva minn aċċident nukleari f'pajjiż ieħor. [Em. 11]

(5)

Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf, tippermetti lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika lill-Unjoni , li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazjoni radjoattiva għall-ħarsien tan-nies biex tiżgura livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika . [Em. 12]

(6)

Il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva għandhom japplikaw għall-ikel u l-għalf li joriġinaw fl-Unjoni jew li jkunu importati minn pajjiżi terzi, skont il-post u ċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika , filwaqt li jitqies l-effett tar-radjazzjoni naturali u kumulattiva hekk kif din titla' 'l fuq mal-katina tal-ikel. Għandu jkun hemm reviżjonijiet perjodiċi ta' dawn il-livelli . [Em. 13]

(7)

Il-Kummissjoni għandha tintgħarraf f'każ ta' aċċident nukleari, jew ta' livelli ogħla minn tas-soltu ta’ radjoattività, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom (8), jew skont il-Konvenzjoni IAEA dwar notifika bikrija ta’ aċċident nukleari tas-26 ta’ Settembru 1986.

(8)

Biex jitqies li d-dieti tat-trabi fl-ewwel sitt xhur ta' ħajjithom jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti, u biex jitqiesu l-inċertezzi fil-metaboliżmu tat-trabi fit-tieni sitt xhur ta' ħajjithom, ikun ta' benefiċċju li l-applikazzjoni ta' livelli massimi permissibbli aktar baxxi tiġi estiża tul l-ewwel tnax-il xahar tal-ħajja. Għal nisa tqal jew li qed ireddgħu għandhom japplikaw livelli massimi permissibbli iktar baxxi. [Em. 14]

(9)

Biex jiġi ffaċilitat l-addattament tal-livelli massimi permissibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien xjentifiku, il-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi permissibbli għandhom jinkludu l-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti msemmija fl-Artikolu 31 tat-Trattat u l-progress tekniku fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ġdida għall-adattament tal-livelli massimi permissibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill . [Em. 15]

(9a)

Biex jiġi faċilitat l-adattament tal-livelli massimi permissibbli, għandhom jiġu introdotti proċeduri li jippermettu l-konsultazzjoni regolari mal-esperti. Il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta' esperti abbażi ta' kriterji xjentifiċi u etiċi. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kompożizzjoni tal-grupp u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu pubbliċi. Fl-adattament tal-livelli massimi permissibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll ma' esperti minn korpi internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni. [Em. 16]

(9b)

Il-grupp ta' esperti għandu wkoll jagħmel stima tal-effett kumulattiv tal-kontaminazzjoni radjuattiva. [Em. 17]

(9c)

Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu magħmula pubbliċi u għandhom ikunu riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jiġi rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali. [Em. 18]

(10)

Biex jiġi żgurat li l-ikel u l-għalf li jkun fihom livelli ogħla mill-massimi permissibbli ma jitpoġġewx fis-suq tal-UE tal-Unjoni , l-Istati Membri u tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw il-konformità ma' dawn il-livelli permess ta isiru kontrolli bir-reqqa. F'każ ta' nonkonformità għandhom jiġu applikati penali u l-pubbliku għandu jiġu infurmat dwar dan . [Em. 19]

(10a)

Ir-regoli biex tiġi verifikata konformità mal-miżuri mfassla ħalli jiġu evitati, eliminati jew jitnaqqsu r-riskji ta' kontaminazzjoni għall-bnedmin u l-annimali għal livelli aċċettabbli kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) . [Em. 20]

(11)

Bbiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament rigward li jsiru applikabbli l-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(12)

Il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti li jagħmlu applikabbli l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf stabbiliti minn qabel. Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika oħra, ikun madankollu meħtieġ li jitqiesu kif jixraq iċ-ċirkostanzi partikolari u l-kundizzjonijiet applikabbli għal kull aċċident u, għaldaqstant, li tiġi stabbilita proċedura li tippermetti li jitbaxxew b'mod mgħaġġel il-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel u, jekk ikun meħtieġ, li jiġu introdotti livelli massimi permissibbli għal radjunuklidi oħra (notevolment it-tritju) involuti fl-aċċident, bl-għan li jkun żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tal-pubbliku. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. [Em. 21]

(12a)

Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (11) . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom fuq il-kumitat għandhom biżżejjed għarfien dwar il-protezzjoni radjoloġika. [Em. 22]

(13)

Il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza, f'każijiet ġustifikati marbutin ma' ċerti emerġenzi radjoloġiċi li x'aktarx iwasslu jew li jkunu wasslu għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti ta' ikel u għalf. Il-pubbliku għandu jiġu infurmat b'mod immedjat dwar il-miżura u dwar il-livelli massimi. [Em. 23]

(13a)

L-adozzjoni tal-livelli massimi permissibbli taħt dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta' protezzjoni għall-aktar gruppi kritiċi u vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal u l-persuni f'żoni ġeografiċi iżolati jew dawk li jipprattikaw agrikultura ta' sussistenza. Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu l-istess għall-popolazzjoni kollha u għandhom ikunu bbażati fuq l-iktar livelli baxxi. [Em. 24]

(13b)

Meta ikel jew għalf li joriġina fl-Unjoni jew impurtat minn pajjiżi terzi joħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri addizzjonali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Jekk possibbli, il-livelli massimi permissibbli applikabbli u l-miżuri ta' emerġenza addizjonali għandhom jiġu stabbiliti f'regolament ta' implimentazzjoni uniku. [Em. 25]

(13c)

Meta jitfasslu jew isir rieżami tal-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu kont primarjament taċ-ċirkostanzi li ġejjin: il-post, in-natura u l-ambitu tal-aċċident nukleari jew ta' kwalunkwe kawża oħra ta' emerġenza nukleari; in-natura u l-ambitu tas-sustanzi radjoloġiċi rilaxxati fl-arja, l-ilma jew il-ħamrija, kif ukoll fl-ikel u fl-għalf, kemm jekk ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni; ir-riskju ta' kontaminazzjoni radjoloġika attwali jew potenzjali tal-ikel u tal-għalf u d-dożi ta' radjazzjoni riżultanti; it-tip u l-kwantità tal-ikel u l-għalf kontaminat li jista' jilħaq is-suq tal-Unjoni u l-livelli massimi permissibbli għall-ikel u l-għalf kontaminat f'pajjiżi terzi. [Em. 26]

(13d)

Fil-każ ta' aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika li teħtieġ li jiġu applikati l-livelli massimi permissibbli, il-pubbliku għandu jiġi infurmat dwar il-livelli fis-seħħ, kemm mill-Kummissjoni kif ukoll minn kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-pubbliku għandu jingħata informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf li aktarx jakkumula konċentrazzjonijiet iktar qawwija ta' radjuattività. [Em. 27]

(13e)

Il-konformità mal-livelli massimi permissibbli għandha tkun is-suġġett ta' kontrolli xierqa, u għandhom jiġu introdotti sanzjonijiet għall-esportazzjoni, l-importazzjoni jew il-bejgħ deliberat ta' ikel li jeċċedu l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni, [Em. 28]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ikel, kif stabbiliti fl-Anness I,  u l-livelli massimi permissibbli ta' ikel ta' importanza minuri radjuattiva tal-għalf kif stabbilit fl-Anness II, u l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-għalf kif stabbiliti fl-Anness III, li jista' jitqiegħed fis-suq wara aċċident nukleari jew xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika li x'aktarx twassal jew li tkun wasslet għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti tal-ikel u tal-għalf, u l-proċeduri biex dawn il-livelli massimi permissibbli jsiru applikabbli. [Em. 54]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ikel” tfisser kull sustanza jew prodott, kemm jekk ikun ipproċessat, ipproċessat parzjalment, jew mhux ipproċessat, li huwa maħsub, jew li jkun loġikament mistenni li jittiekel mill-bnedmin, dan jinkludi x-xarbiet, iċ-ċuwing gam u kull sustanza, inkluż l-ilma, li jiddaħħal fl-ikel b'mod maħsub waqt il-manifattura, il-preparazzjoni, jew it-trattament; l-“ikel” ma jinkludix kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002/KE;

(a)

għalf;

(b)

annimali ħajjin sakemm ma jkunux ippreparati għat-tqegħid fis-suq għall-konsum uman;

(c)

pjanti qabel il-ħsad;

(d)

prodotti mediċinali skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (12) ;

(e)

prodotti kożmetiċi skont l-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (13) ;

(f)

it-tabakk u l-prodotti tat-tabakk fit-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/37/KE  (14) ;

(g)

sustanzi narkotiċi jew psikotropiċi skont it-Tifsira tal-Konvenzjoni Unika tal-Ġnus Magħquda dwar Droga Narkotika, 1961, u l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar Sustanzi Psikotropiċi, 1971

(h)

fdalijiet u kontaminanti. [Em. 29]

(2)

“ikel ta' importanza minuri” tfisser oġġetti tal-ikel ta' importanza minuri fid-dieta li jagħtu biss kontribut marġinali lill-konsum tal-ikel tal-popolazzjoni; [Em. 55]

(3)

“għalf” tfisser kull sustanza jew prodott, inklużi l-addittivi, sew jekk ipproċessati, parzjalment ipproċessati jew mhux ipproċessati, maħsuba biex jintużaw għat-tmiegħ mill-ħalq lill-annimali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ; [Em. 30]

(4)

“tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma ta' ikel jew għalf għall-għanijiet ta' bejgħ, inkluża l-offerta għall-bejgħ, jew kull forma oħra ta' trasferiment, kemm jekk b'xejn jew le, u l-bejgħ, id-distribuzzjoni, u forom oħra ta' trasferiment operazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ; [Em. 31]

(4a)

“materjali b'kuntatt mal-ikel jew l-għalf” tfisser pakketti u materjali oħrajn maħsuba biex ikunu f'kuntatt mal-ikel; [Em. 32]

(4b)

“sitwazzjoni ta' emerġenza radjoloġika” tfisser avveniment mhux komuni li jinvolvi sors ta' radjazzjoni u li jeħtieġ intervent immedjat biex tiġi mitigata kwalunkwe theddida għas-saħħa u s-sikurezza, jew kwalunkwe konsegwenza negattiva għall-kwalità tal-ħajja, il-proprjetà jew l-ambjent, jew li jirrappreżenta periklu li jista' jwassal għal konsegwenzi negattivi ta' dan it-tip. [Em. 33]

Artikolu 2a

Prattiki li jikkonsistu fit-taħlit ta' prodotti tal-ikel li jkun fihom konċentrazzjonijiet aktar minn dawk permessi mir-regoli dwar il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fl-ikel u fl-għalf b'oġġetti tal-ikel mhux ikkontaminati jew ikkontaminat ftit biex jinkiseb prodott konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, ma għandhomx ikunu awtorizzati. [Em. 34]

Artikolu 3

1.   Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi – partikolarment skont l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-iskambju tal-informazjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew skont il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta’ Settembru 1986, dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari – informazjoni uffiċjali dwar aċċidenti jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, li tikkonferma li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti għall-ikel, ikel ta' importanza minuri jew għalf, x'aktarx jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija tikkontamina l-ikel u l-għalf , għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, fl-iqsar żmien possibbli, Regolament att ta' implimentazzjoni li jagħmel applikabbli dawk il-livelli jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' radjoattività li ma jistgħux jeċċedu l-livelli speċifikati fl-Annessi għal dan ir-Regolament . Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5(2). [Em. 35]

1a.     Il-livelli massimi permissibbli għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u riveduti regolarment biex jitqiesu kif jixraq l-aħħar avvanzi u pariri xjentifiċi disponibbli internazzjonalment, biex tkun riflessa l-ħtieġa li l-pubbliku jkun rassigurat u provdut b'livell għoli ta' protezzjoni u biex jiġu evitati diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali li jipprovdi livell ogħla ta' protezzjoni. [Em. 36]

2.   Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati maċ-ċirkostanzi tal-aċċident nukleari jew l-emerġenza radjoloġika, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta Regolament att ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3). [Em. 37]

3.   Meta tibgħat l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan Artikolu, filwaqt li tiddiskutih mal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha tqis l-istandards bażiċi stabbiliti skont l-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat id-Direttiva 2013/59/Euratom , inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun, billi tqis bħala prijorità l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u  tqis fatturi ekonomiċi u soċjali , b'mod partikolari l-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà . Fit-tfassil ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn grupp indipendenti ta' esperti tas-saħħa pubblika magħżula abbażi tal-għarfien u l-kompetenza tagħhom fil-protezzjoni radjoloġika u s-sikurezza alimentari (“grupp ta' esperti”). Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-kompożizzjoni tal-grupp ta' esperti u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tiegħu . [Em. 38]

3a.     L-atti ta' implimentazzjoni riferuti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità man-natura u l-ambitu tar-radjazzjoni u għandhom jiġu eżaminati kemm-il darba jkun meħtieġ fir-rigward tal-manjiera kif il-kontaminazzjoni tiżviluppa. Il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha twettaq l-ewwel eżami fi żmien mhux aktar minn xahar wara aċċident nukleari jew emerġenza radjoloġika sabiex timmodifika, jekk meħtieġ, il-livelli massimi permissibbli ta' radjuattività u l-lista' ta' radjunuklidi. [Em. 39]

Artikolu 4

1.   Malli l-Kummissjoni tadotta Regolament att ta' implimentazzjoni li jagħmel il-livelli massimi permissibbli applikabbli, l-ikel, u l-għalf li ma jkunux jikkonformaw ma' dawn il-livelli massimi permissibbli ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq. [Em. 40]

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġim tar-responsabbiltà nukleari li għandu jindirizza t-tħassib tal-Istati Membri kollha li jistgħu jintlaqtu minn aċċident nukleari; dan ir-reġim għandu jipprevedi kumpens xieraq f'każ ta' aċċidenti nukleari. [Em. 41]

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikel, jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta' tranżitu. [Em. 42]

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva fit-territorji tagħhom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontrolli uffiċjali għall-oġġetti tal-ikel u tal-għalf, u jwettqu attivitajiet oħra kif jixraq fiċ-ċirkostanzi, inklużi komunikazzjoni pubblika dwar is-sikurezza u r-riskji fir-rigward tal-ikel u tal-għalf, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. [Em. 43]

2.   Kull Stat Membru għandu jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, partikolarment rigward każi fejn ma jitħarsux il-livelli massimi permissibbli.:

a)

l-iskedar regolari ta' kontrolli tal-livelli massimi permissibbli fit-territorju nazzjonali tiegħu;

b)

il-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli;

c)

l-identifikazzjoni tas-servizzi nazzjonali kompetenti responsabbli mill-kontrolli.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra fl-iqsar żmien possibbli.

Każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli għandhom jiġu notifikati permezz tas-sistema ta' twissija bikrija msemmija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Il-Kummissjoni għandha timponi penali fuq Stati Membri li jonqsu milli jimponu penali għat-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni ta' għalf li jaqbeż il-limiti massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni. [Em. 44]

3.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku, primarjament permezz ta' servizz onlajn, dwar il-livelli massimi permissibbli, is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u l-każijiet ta' nonkonformità mal-livelli massimi permissibbli. Il-pubbliku għandu jiġi nnotifikat ukoll dwar l-oġġetti tal-ikel li jistgħu jakkumulaw konċentrazzjonijiet ogħla ta' radjuattività, u, b'mod partikolari, dwar it-tip ta' prodott, il-marka, l-oriġini u d-data tal-analiżi. [Em. 45]

4.     Il-livelli massimi permissibli stabbiliti fl-annessi ta' dan ir-Regolament għandhom iqisu l-effett tad-dekompożizzjoni parzjali ta' iżotopi radjuattivi waqt il-perjodu ta' ħżin ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat. Skont it-tip ta' kontaminazzjoni, pereżempju kontaminazzjoni b'iżotopi tal-jodju, ir-radjuattività ta' oġġetti tal-ikel ippreżervat għandha tkun immonitorjata l-ħin kollu. [Em. 46]

5.     Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza ta' mekkaniżmu għall-kumpens lill-bdiewa li l-oġġetti tal-ikel tagħhom jkunu ġew ikkontaminati sa livell ogħla mil-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva u għaldaqstant ma jkunux jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Dan it-tip ta' mekkaniżmu għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. Ir-rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' dan it-tip. [Em. 47]

Artikolu 4a

1.     Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2017, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-pertinenza tal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva stabbiliti fl-Annessi.

2.     Ir-rapport jeħtieġ jippermetti verifika ta' jekk il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva jiżgurawx li l-limitu fuq id-doża effikaċi għall-esponiment pubbliku ta' 1 mSv/kull sena hux rispettat u jirriżulta f'dożi ta' tirojde li jkunu ta' livell baxx biżżejjed mil-livell ta' referenza ta' 10 mGy rakkomandat mid-WHO għall-amministrazzjoni ta' jodju stabbli għal gruppi partikolarment vulnerabbli.

3.     Ir-rapport għandu jikkunsidra l-possibbiltà li tiġi riveduta l-klassifikazzjoni tar-radjunuklidi u li jiġu inklużi t-tritju u l-karbonju 14 fl-Annessi ta' dan ir-Regolament. Fil-valutazzjoni ta' dawk il-livelli massimi permissibbli, ir-rapport għandu jiffoka fuq il-ħarsien tal-gruppi l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal, u jeżamina jekk ikunx xieraq li l-livelli massimi permissibbli għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni jiġu stabbiliti fuq dik il-bażi. [Em. 48]

Artikolu 5

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf , stabbilit permezz tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15) . Dan il-kumitat għandu jitqies bħala kumitat skont it-tifsira stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 49]

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 6

Biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti fl-Annessi I, II u III jqisu ta' dan ir-Regolament iqisu kull dejta ġdida jew addizzjonali importanti li ssir disponibbli, b'mod partikolari rigward l-għarfien l-aħħar għarfien xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-addattament ta' tissottometti rapport lill-Parlament u lill-Kunsill akkompanjat, fejn meħtieġ, minn proposta biex jiġu adottati dawk l-Annessi u tirrevedi, jekk meħtieġ, il-lista ta' radjunuklidi, wara konsulta mal-grupp ta' esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika 3(3) . [Em. 50]

Artikolu 6a

F'każ ta' aċċident nukleari jew kawża oħra ta' emerġenza radjoloġika li twassal għall-kontaminazzjoni tal-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn tagħti dettalji dwar il-miżuri meħuda f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-informazzjoni notifikata skont l-Artikolu 4(2). [Em. 51]

Artikolu 7

Ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87, kif emendat bir-Regolament (Euratom) Nru 2218/1989, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 (16) u Nru 770/90 (17) huma mħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti li tħassru għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  ĠU C , , p. .

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 u pożizzjoni tal-Kunsill ta'…

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.) u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).

(7)  Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89 tat-18 ta’ Lulju 1989 li jemenda r-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 dwar il-kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-oġġetti tal-ikel u tal-għalf wara inċident nukleari jew fil-każ ta’ kull emerġenza radjoloġika (ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta' Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76).

(9)   Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il- kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal- konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(10)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)   Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(13)  Ir- Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

(14)  Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26).

(15)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(16)  Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli permessi massimi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17).

(17)  Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78).

ANNESS I

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-IKEL

Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għall-ikel għandhom ikunu dawn li ġejjin:

 

Ikel (Bq/kg)  (1)

Ikel tat-trabi (2)

Prodotti tal-ħalib (3)

Ikel ieħor minbarra ikel ta' importanza minuri (4)

Ikel likwidu (5)

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar Sr-90

75

125

750

125

Iżotopi tal-jodju, l-aktar I-131

150

500

2 000

500

Iżotopi alfaemittenti tal-elementi tal-plutonju u tat-transplutonju, l-aktar Pu-239, Am-241

1

20

80

20

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja akbar minn 10t’ijiem l-aktar Cs-134, Cs-137 (6)

400

1 000

1 250

1 000


(1)  Il-livell applikabbli għall-prodotti kkonċentrati jew imnixxfa huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet għad-dilwazzjoni biex ikun żgurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu osservati.

(2)  L-ikel tat-trabi huwa ddefinit bħala oġġetti tal-ikel li huma maħsubin għat-tmigħ tat-trabi tul l-ewwel sitt xhur tal-ħajja, li fihom infushom jilħqu l-ħtiġijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuna u li jitqiegħdu għal bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu ċarament identifikabbli u b'wieħed minn dawn l-ismijiet li ġejjin fuq it-tikketta: “formula tat-trabi”, “formula ta' prosegwiment”“ħalib tat-trabi” u “ħalib tal-prosegwiment”, skont l-Artikoli 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE.

(3)  (Prodotti mill-ħalib huma definiti bħala dawk il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM li ġejjin, inklużi, fejn xieraq, kwalunkwe aġġustamenti li jistgħu jsirulhom aktar tard: 0401, 0402(ħlief 0402 29 11).

(4)  L-ikel ta' importanza minuri u l-livelli korrispondenti li għandhom jiġu applikati lilhom huma stabbiliti fl-Anness II.

(5)  L-oġġetti tal-ikel likwidi kif iddefiniti fl-intestatura 2009 u fil-kapitolu 22 tan-nomeniklatura magħquda. Il-valuri jiġu kkalkulati billi jitċies il-konsum ta' ilma tal-vit u l-istess valuri għandhom jiġu applikati għall-ilma tax-xorb.

(6)  Il-karbonju 14, it-tritju u l-potassju 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.

ANNESS II

LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-IKEL TA' IMPORTANZA MINURI

1.   Lista ta’ oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0703 20 00

It-tewm (frisk jew imkessaħ)

0709 59 50

It-tartuf (faqqiegħ) (frisk jew imkessaħ)

0709 99 40

Il-kappar (frisk jew imkessaħ)

0711 90 70

Il-kappar (ippriservat proviżorjament, imma mhux tajjeb għall-konsum immedjat f'dan l-istat)

ex 0712 39 00

It-tartuf (faqqiegħ) (imnixxef, sħiħ, imqatta', imfellel, imfarrak jew fi trab, imma mhux imħejji iktar)

0714

Il-manjoka, l-ararut, is-salep, l-artiċoks, il-patata ħelwa u għeruq u ħxejjex tal-basal simili, b’livell għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfa, sew jekk mqattgħa flieli sew jekk le fil-forma granulata; sago pith

0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż id-dulliegħ), friska, ffriżata, imnixxfa jew provviżorjament ippreżervata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn preservattivi

0903 00 00

Matè

0904

Bżar tal-ġeneru Piper; frott imnixxef jew imfarrak jew mitħun tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta

0905 00 00

Vanilla

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

0907 00 00

Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk)

0908

In-noċimuskata, il-qoxra ta' barra tan-noċimuskata u l-kardamonju

0909

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian, bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża (caraway); frott tal-ġnibru

0910

Ġinġer, żagħfran, żagħfran tal-Indja (turmeric, kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn

1106 20

Id-dqiq, is-smid u t-trab tas-sagu, jew tal-għeruq jew tat-tuberi tal-intestatura Nru 0714

1108 14 00

Lamtu tal-kassava (manioc)

1210

Koni tal-ħops, frisk jew imnixxef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

1211

Pjanti u bċejjeċ minnhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalità użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ inċettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

1301

Gommalakka; il-gomma naturali, ir-reżini, ir-reżini tal-gomma u oleoreżini (eżempju, balsamiċi)

1302

Linfi u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jħaxxnu, kemm jekk modifikati kif ukoll jekk le, derivati minn prodotti veġetali

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1604 31 00

1604 32 00

Kavjar

Sostituti tal-kavjar

1801 00 00

Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

1802 00 00

Qxur tal-kawkaw, ħliefa, ġlud u skart ieħor tal-kawkaw

1803

Pejst tal-kawkaw, kemm jekk bix-xaħam imneħħi u kemm jekk le

2003 90 10

It-tartuf (faqqiegħ) (imħejji jew ippriservat għajr milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku)

2006 00

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħra ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (bl-ilma mneħħi, miksija biz-zokkor maħlul jew ikkristalizzati)

2102

Ħmira (attiva jew inattiva); u mikrorganiżmi oħra ta’ ċellula waħda, mejta (imma ma jinkludux vaċċini tal-intestatura Nru 3002); Trabijiet tal-ħami ppreparati

2936

Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlit flimkien ta’ dawn li ssemmew hawn fuq, kemm jekk f’xi solvent kif ukoll jekk le

3301

Żjut essenzjali (mingħajr terpene jew le), inklużi l-konkreti u l-assoluti; reżinojdi; oleoreżini estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta’ enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati ta’ ilma u soluzzjonijiet ta’ ilma ta’ żjut essenzjali

2.   Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għall-oġġetti ta' ikel ta' importanza minuri kif elenkati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn

 

(Bq/kg)

Iżotopi ta’ strontium, l-aktar Sr-90

7500

Iżotopi tal-jodju, l-aktar I-131

20000

Iżotopi alfaemittenti ta’ elementi tal-plutonju u tat-transplutonju, l-aktar Pu-239, Am-241

800

In-nuklidi l-oħra kollha li għandhom nofs ħajja ta' aktar minn 10t’ijiem, l-aktar Cs-134, Cs-137  (1)

12500

[Em. 57]


(1)  Il-karbonju 14, it-tritju u l-potassju 40 ma humiex inklużi f’dan il-grupp.

ANNESS III

IL-LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA' KONTAMINAZZJONI RADJUATTIVA TAL-GĦALF

Il-livelli massimi permissibbli li se jiġu applikati għaċ-ċesju 134 u ċ-ċesju 137 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Annimali

Bq/kg (1), (2)

Ħnieżer

1 250

Tjur, ħrief, għoġla

2 500

Oħrajn

5 000


(1)  Dawn il-livelli huma maħsubin biex jikkontribwixxu għall-osservanza tal-livelli massimi permessi għall-għalf; waħedhom ma jiggarantixxux din l-osservanza fiċ-ċirkostanzi kollha u ma jnaqqsux il-ħtieġa għal sorveljanza tal-livelli ta' kontaminazzjoni fi prodotti li jkunu ġejjin mill-annimali destinati għall-konsum mill-bnedmin.

(2)  Dawn il-livelli japplikaw għall-għalf li jkun lest għall-konsum.

ANNESS IV

Regolamenti revokati

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87

(ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 2218/89

(ĠU L 211, 22.7.1989, p. 1)

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89

(ĠU L 101, 13.4.1989, p. 17)

Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90

(ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78)

ANNESS V

TABELLA TA' KORELAZZJONI

Regolament (Euratom) Nru 3954/87

Regolament (Euratom) Nru 944/89

Regolament (Euratom) Nru 770/90

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1)

 

 

L-Artikolu 1

 

L-Artikolu 1

 

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1(2)

 

 

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2(1)

 

 

L-Artikolu 3(1) u 3(2)

L-Artikolu 2(2)

 

 

L-Artikolu 3(1)

 

 

L-Artikolu 3(2)

 

 

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(3) u (4)

 

 

L-Artikolu 4

 

 

L-Artikolu 5(1)

 

 

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5(2)

 

 

L-Artikolu 6(1)

 

 

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 6(2)

 

 

L-Artikolu 4(2)

 

L-Artikolu 2

 

L-Anness II(2)

---

---

L-Artikolu 1

---

L-Anness III

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

 

 

---

---

---

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

 

 

L-Artikolu 8

L-Anness

 

 

L-Anness I

 

L-Anness

 

L-Anness II(1)

 

 

L-Anness

L-Anness III

---

---

---

L-Anness IV

---

---

---

L-Anness V