ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 231

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
17 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 231/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 231/02

Kawża C-10/17 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2017 minn Polo Club mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-67/15 – Polo Club vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

2

2017/C 231/03

Kawża C-50/17 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 minn Universidad Internacional de la Rioja, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-561/15 – Universidad Internacional de la Rioja vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

2

2017/C 231/04

Kawża C-147/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanta (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Marzu 2017 – Sindicatul Familia Constanța et vs Direcția Generală de Asistență Socială și Protecția Copilului Constanța

3

2017/C 231/05

Kawża C-148/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Peek & Cloppenburg KG vs Peek & Cloppenburg KG

4

2017/C 231/06

Kawża C-161/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Marzu 2017 – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff

5

2017/C 231/07

Kawża C-171/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

5

2017/C 231/08

Kawża C-179/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-7 ta’ April 2017 – Bankia S.A. vs Alfonso Antonio Lau Mendoza u Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez

6

2017/C 231/09

Kawża C-192/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ April 2017 – Cobra SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico

7

2017/C 231/10

Kawża C-196/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Kathrin Meyer vs TUIfly GmbH

8

2017/C 231/11

Kawża C-197/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Thomas Neufeldt et vs TUIfly GmbH

9

2017/C 231/12

Kawża C-198/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Ivan Wallmann vs TUIfly GmbH

10

2017/C 231/13

Kawża C-200/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Susanne de Winder vs TUIfly GmbH

10

2017/C 231/14

Kawża C-201/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Holger Schlosser u Nicole Schlosser vs TUIfly GmbH

11

2017/C 231/15

Kawża C-202/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Peter Rebbe, Hans-Peter Rebbe, Harmine Rebbe vs TUIfly GmbH

12

2017/C 231/16

Kawża C-208/17 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ April minn NF mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-192/16, NF vs Il-Kunsill Ewropew

12

2017/C 231/17

Kawża C-209/17 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ April 2017 minn NG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-193/16, NG vs Il-Kunsill Ewropew

13

2017/C 231/18

Kawża C-210/17 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ April 2017 minn NM mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-257/16, NM vs Il-Kunsill Ewropew

14

2017/C 231/19

Kawża C-212/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-24 ta’ April 2017 – Simón Rodríguez Otero vs Televisión de Galicia S.A.

15

2017/C 231/20

Kawża C-225/17 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

15

2017/C 231/21

Kawża C-226/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Brigitte Wittmann vs TUIfly GmbH

17

2017/C 231/22

Kawża C-228/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Reinhard Wittmann vs TUIfly GmbH

18

2017/C 231/23

Kawża C-238/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fid-9 ta’ Mejju 2017 – Renerga UAB vs Energijos skirstymo operatorius AB, Lietuvos energijos gamyba AB

18

2017/C 231/24

Kawża C-246/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Ibrahima Diallo vs État belge

19

2017/C 231/25

Kawża C-265/17 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-194/13, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 231/26

Kawża T-637/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-31 ta’ Mejju 2017 – Alma-The Soul of Italian Wine vs EUIPO – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIÑA SOL — Raġuni relattiva għal rifjut — Ħsara għall-karattru distintiv — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2017/C 231/27

Kawża T-519/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piessevaux vs Il-Kunsill (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda — Ugwaljanza fit-trattament — Drittijiet miksuba — Aspettattivi leġittimi)

22

2017/C 231/28

Kawża T-164/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piper Verlag vs EUIPO (THE TRAVEL EPISODES) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE TRAVEL EPISODES — Raġuni assoluta għal rifjut — Talba għal bidla — Att li ma jistax jiġi adottat mill-Bord tal-Appell — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

23

2017/C 231/29

Kawża T-207/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Avviż ta’ esklużjoni — Avviż ta’ verifika — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

23

2017/C 231/30

Kawża T-285/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2017 – Dominator International vs EUIPO (DREAMLINE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali DREAMLINE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt — Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura]

24

2017/C 231/31

Kawża T-481/16 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2017 – Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali — Evalwazzjoni tal-eżami bil-miktub — Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva — Possibbiltà għal Bord tal-Għażla li jafda l-korrezzjoni tal-eżamijiet bil-miktub lil wieħed mill-membri tiegħu — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

25

2017/C 231/32

Kawża T-785/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Ufesa — Ftehim bonarju — Kisba mir-rikorrenti tat-trade mark mitluba — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

25

2017/C 231/33

Kawża T-170/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – RW vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħruġ fuq leave u irtirar mhux volontarji — Eta tal-irtirar — Artikolu 42ċ tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

26

2017/C 231/34

Kawża T-113/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Crédit Agricole u Crédit Agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

27

2017/C 231/35

Kawża T-242/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – SC vs Eulex Kosovo

28

2017/C 231/36

Kawża T-244/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kumissjoni

29

2017/C 231/37

Kawża T-254/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Intermarché Casino Achats vs Il-Kummissjoni

29

2017/C 231/38

Kawża T-255/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni

30

2017/C 231/39

Kawża T-267/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

31

2017/C 231/40

Kawża T-269/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

32

2017/C 231/41

Kawża T-270/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

33

2017/C 231/42

Kawża T-271/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

34

2017/C 231/43

Kawża T-272/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Webgarden vs EUIPO (Dating Bracelet)

35

2017/C 231/44

Kawża T-283/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – SH vs Il-Kummissjoni

35

2017/C 231/45

Kawża T-284/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

36

2017/C 231/46

Kawża T-285/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill

37

2017/C 231/47

Kawża T-286/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill

38

2017/C 231/48

Kawża T-288/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Sky vs EUIPO – Parrot Drones (Parrot SKYCONTROLLER)

39

2017/C 231/49

Kawża T-290/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

40

2017/C 231/50

Kawża T-291/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Transdev et vs Il-Kummissjoni

41

2017/C 231/51

Kawża T-292/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Région Île-de-France vs Il-Kummissjoni

41

2017/C 231/52

Kawża T-294/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (Lion’s Head)

42

2017/C 231/53

Kawża T-297/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – VSM vs EUIPO (WE KNOW ABRASIVES)

43

2017/C 231/54

Kawża T-299/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (1000)

43

2017/C 231/55

Kawża T-300/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (3000)

44

2017/C 231/56

Kawża T-301/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (2000)

45

2017/C 231/57

Kawża T-302/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (6000)

45

2017/C 231/58

Kawża T-303/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (4000)

46

2017/C 231/59

Kawża T-304/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (5000)

47

2017/C 231/60

Kawża T-305/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Red Bull vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ parallelogramm komposta minn żewġ għelieqi b’kuluri differenti)

47

2017/C 231/61

Kawża T-307/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – adidas v EUIPO – Shoe Branding Europe (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi paralleli)

48

2017/C 231/62

Kawża T-310/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (LION’S HEAD global partners)

49

2017/C 231/63

Kawża T-311/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2017 – Stips vs Il-Kummissjoni

49

2017/C 231/64

Kawża T-313/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Wajos vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

50

2017/C 231/65

Kawża T-314/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Nosio vs EUIPO (MEZZA)

50

2017/C 231/66

Kawża T-318/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 joint Undertaking vs Revoind Industriale

51

2017/C 231/67

Kawża T-330/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Coebus et vs Il-Kummissjoni

52

2017/C 231/68

Kawża T-331/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Steifer vs KESE

53

2017/C 231/69

Kawża T-757/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Facebok vs EUIPO

53

2017/C 231/70

Kawża T-84/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

54

2017/C 231/71

Kawża T-95/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – King.com vs EUIPO – TeamLava (Skrin ta’ wiri u ikoni)

54

2017/C 231/72

Kawża T-126/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

54


 

Rettifika

2017/C 231/73

Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-86/17 ( ĠU C 104, 3.4.2017 )

55

2017/C 231/74

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-161/17 ( ĠU C 151, 15.5.2017 )

57


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 231/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 221, 10.7.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 213, 3.7.2017

ĠU C 202, 26.6.2017

ĠU C 195, 19.6.2017

ĠU C 178, 6.6.2017

ĠU C 168, 29.5.2017

ĠU C 161, 22.5.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/2


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2017 minn Polo Club mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-67/15 – Polo Club vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-10/17 P)

(2017/C 231/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Polo Club (rappreżentant: D. Masson, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Lifestyle Equities CV

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/2


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2017 minn Universidad Internacional de la Rioja, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-561/15 – Universidad Internacional de la Rioja vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-50/17 P)

(2017/C 231/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Universidad Internacional de la Rioja, S.A. (rappreżentanti: C. Lema Devesa u A. Porras Fernandez-Toledano, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li Universidad Internacional de La Rioja, S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanta (ir-Rumanija) fit-23 ta’ Marzu 2017 – Sindicatul Familia Constanța et vs Direcția Generală de Asistență Socială și Protecția Copilului Constanța

(Kawża C-147/17)

(2017/C 231/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicatul Familia Constanța et

Konvenuta: Direcția Generală de Asistență Socială și Protecția Copilului Constanța

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/88 (1), ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva attività bħal dik tal-assistenti soċjali li jaġixxu bħala ġenituri, li hija l-attività eżerċitata mir-rikorrenti?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li attività bħal dik tal-assistenti soċjali li jaġixxu bħala ġenituri, eżerċitata mir-rikorrenti, tista’ tkun is-suġġett ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva bis-saħħa tal-Artikolu 17(1), (3)(b) u (ċ) jew (4)(b)?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti: l-Artikolu 17(1) jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 17(3) jew (4) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li tali deroga għandha tkun espliċita jew tista’ tkun anki impliċita, bl-adozzjoni ta’ att normattiv speċjali li jipprevedi regoli differenti dwar l-organizzazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol fir-rigward ta’ attività professjonali partikolari; fil-każ li tali deroga tista’ ma tkunx espliċita, liema huma l-kundizzjonijiet minimi meħtieġa sabiex ikun jista’ jitqies li dispożizzjoni nazzjonali tintroduċi deroga u tali deroga tista’ tkun espressa bir-regoli ddettaljati li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 272/2004?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel, għat-tieni jew għat-tielet domandi: il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu li fih assistent soċjali li jaġixxi bħala ġenitur iqatta’ mal-minuri li jkun qiegħed jieħu ħsieb, fid-dar tal-assistent soċjali jew f’post ieħor magħżul minnu, jikkostitwixxi ħin tax-xogħol anki jekk ma jwettaq ebda waħda mill-attivitajiet indikati fil-kuntratt individwali tax-xogħol bħala attivitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu?

5)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel, għat-tieni jew għat-tielet domandi: l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 122 tal-Liġi Nru 272/2004; u, fil-każ li tingħata risposta fis-sens li l-Artikolu 17(3)(b) u (ċ) jew (4)(b) ta’ din id-direttiva huwa applikabbli: tali artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali dispożizzjoni nazzjonali?

6)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u, eventwalment, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda: l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, minkejja kollox, li jingħata kumpens ugwali għall-kumpens li l-impjegat kien ikun intitolat għalih matul il-leave annwali sa fejn in-natura tal-attività eżerċitata mill-assistenti soċjali li jaġixxu bħala ġenituri twaqqafhom milli jieħdu dan il-leave jew, minkejja li l-leave ikun formalment ingħata, l-impjegat jibqa’ fil-prattika jwettaq l-istess attività sa fejn matul dan il-perijodu ma jkunx jista’ jissepara ruħu mill-minuri li jkun qiegħed jieħu ħsieb? Fl-affermattiv, sabiex ikun intitolat għal kumpens, huwa meħtieġ li l-impjegat ikun talab awtorizzazzjoni sabiex jissepara ruħu mill-minuri u l-persuna li timpjega tkun irrifjutat li tagħti tali awtorizzazzjoni?

7)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda u risposta fin-negattiv għas-sitt domanda, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 jipprekludi dispożizzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 122(3)(d) tal-Liġi Nru 272/2004 f’sitwazzjoni fejn tali liġi tħalli lill-persuna li timpjega l-possibbilta li tiddeċiedi, fid-diskrezzjoni tagħha, jekk tawtorizzax lill-assistent soċjali li jaġixxi bħala ġenitur jissepara ruħu mill-minuri matul il-leave u, fl-affermattiv, l-impossibbiltà ta’ tgawdija de facto tal-leave, minħabba l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni legali, tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni li jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jiġi invokat id-dritt tal-impjegat għal kumpens? Fl-affermattiv, tali kumpens għandu jitħallas mill-Istat minħabba ksur tal-Artikolu 7 tad-Direttiva jew mill-entità pubblika li għandha l-kwalità ta’ persuna li timpjega li ma tkunx awtorizzat, matul il-perijodu tal-leave, is-separazzjoni mill-minuri inkwistjoni? F’tali sitwazzjoni, sabiex ikun intitolat għal kumpens, huwa meħtieġ li l-impjegat ikun talab awtorizzazzjoni sabiex jissepara ruħu mill-minuri u l-persuna li timpjega tkun irrifjutat li tagħti tali awtorizzazzjoni?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Peek & Cloppenburg KG vs Peek & Cloppenburg KG

(Kawża C-148/17)

(2017/C 231/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg

Konvenuta: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf

Domandi preliminari

1)

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2008/95 (1) li l-invalidità jew ir-revoka ta’ trade mark nazzjonali li hija l-bażi tal-invokazzjoni tal-anzjanità ta’ trade mark tal-Unjoni u li kienet is-suġġett ta’ rinunzja jew ta’ skadenza tista’ biss tiġi kkonstatata a posteriori jekk il-kundizzjonijiet tal-invalidità jew tar-revoka jkunu ssodisfatti mhux biss fil-mument tar-rinunzja jew tal-iskadenza tat-trade mark, iżda wkoll fid-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja marbuta ma’ din il-konstatazzjoni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

L-invokazzjoni ta’ anzjanità għandha l-effett, skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2), li t-trade mark nazzjonali tiskadi u ma tistax tintuża iktar b’mod li jinżammu d-drittijiet marbuta magħha, jew inkella t-trade mark nazzjonali hija miżmuma fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni, anki jekk ma teżistix iktar fir-reġistru tal-Istat Membru kkonċernat, bil-konsegwenza li tista’ jew għandha tkompli tintuża sabiex jinżammu d-drittijiet marbuta magħha?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Marzu 2017 – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff

(Kawża C-161/17)

(2017/C 231/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenut: Dirk Renckhoff

Domanda preliminari

L-inklużjoni, f’sit internet aċċessibbli mill-pubbliku, ta’ xogħol li huwa liberament disponibbli għall-utenti tal-internet kollha f’sit internet ieħor bl-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur, tikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1), meta dan ix-xogħol l-ewwel jiġi kkopjat fuq server u sussegwentement, minn hemmhekk, jitniżżel fis-sit internet?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/5


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-171/17)

(2017/C 231/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

tiddikjara li s-sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli introdotta u miżmuma fis-seħħ mill-Ungerija, irregolata bil-Liġi CC tal-2011 u bid-digriet governattiv ta’ eżekuzzjoni Nru 356/2012, tat-13 ta’ Diċembru 2012, li toħloq monopolju permezz tal-għoti ta’ drittijiet esklużivi lil Nemzeti Mobilfizetési Zrt. u tostakola d-dħul fis-suq bl-ingross tal-ħlasijiet mobbli, li preċedentement kien miftuħ għall-kompetizzjoni, u li l-istabbiliment tagħha, barra minn hekk, la kien neċessarju u lanqas ma kien proporzjonat, tmur

fl-ewwel lok, kontra l-Artikolu 15(2)(d) u l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/123/KE (1), u

fit-tieni lok, kontra l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In-nemzeti mobilfizetési rendszerről szóló, 2011. április 1-jei CC. Törvény (Liġi CC tal-1 ta’ April 2011, dwar is-sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli; iktar ’il quddiem il-“Liġi”) bidlet il-kuntest ġuridiku tas-servizzi ta’ ħlas mobbli b’effett mil-1 ta’ April 2013, għalkemm bdiet tipproduċi effetti vinkolanti biss mit-2 ta’ Lulju 2014. Il-liġi tiddefinixxi servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni mobbli ċentralizzata fis-segwenti oqsma: a) servizz pubbliku ta’ parking; b) għoti ta’ aċċess għal toroq pubbliċi bil-għan ta’ ċirkolazzjoni fihom; ċ) trasport ta’ persuni mwettaq minn impriża tal-Istat; d) servizzi oħra pprovduti minn korpi tal-Istat. Mis-servizzi kollha msemmija, fil-prattika, sa issa, fl-Ungerija l-ħlassijiet mobbli huma biss possibbli fil-kuntest tas-servizz pubbliku ta’ parking u fl-ambitu tal-għoti ta’ aċċess għat-toroq pubbliċi bil-għan ta’ ċirkolazzjoni fihom (tikketta ta’ ħlas elettronika “e-matrica” u sistema “HU-GO”). Minkejja dan, din il-proċedura tirrigwarda l-erba’ oqsma rregolati mil-Liġi.

Skont il-Kummissjoni u f’dak li jirrigwarda s-servizz pubbliku ta’ parking, il-kumpannija Nemzeti Mobilfizetési Zrt. fundamentalment twettaq l-istess attività bħal dik imwettqa mill-fornituri l-oħra ta’ servizzi ta’ ħlas mobbli fis-sistema preċedenti, iżda bid-differenza li din għandha dritt esklużiv li tikkonkludi kuntratti ma’ operaturi ta’ parkings u li t-tariffi tagħha huma stabbiliti b’regolament. L-istess jista’ jingħad f’dak li jirrigwarda l-qasam tal-għoti ta’ aċċess għal toroq pubbliċi bil-għan ta’ ċirkolazzjoni fihom, peress li Nemzeti Mobilfizetési Zrt. hija l-unika fornitriċi ta’ servizzi li għandha relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz pubbliku u li tista’ tbiegħ direttament l-awtorizzazzjoni għall-użu tat-toroq. B’konsegwenza ta’ dan, f’dawn iż-żewġ oqsma, il-fornituri l-oħra ta’ servizzi ta’ ħlas mobbli u ta’ servizzi ta’ telefonija mobbli jistgħu joperaw biss bħala rivendituri.

Konsegwentement, l-istabbiliment tas-sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli u d-drittijiet esklużivi mogħtija lil Nemzeti Mobilfizetési Zrt. jostakolaw lill-impriżi Ungeriżi kif ukoll lil dawk barranin milli jidħlu fis-suq bl-ingross tal-ħlas mobbli – u, għaldaqstant, fis-suq tas-servizzi offruti, bis-saħħa ta’ kuntratti mal-fornitur tas-servizz pubbliku ta’ parking jew ta’ servizzi pubbliċi oħra, lil fornituri oħra li huma rivendituri ta’ servizzi ta’ ħlas mobbli – li preċedentement kien miftuħ għall kompetizzjoni. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, ir-regoli dwar is-sistema nazzjonali ta’ ħlas mobbli, meta kkunsidrati globalment, joħolqu diskriminazzjoni u jmorru kontra l-libertà ta’ stabbiliment (ksur tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/123 u tal-Artikolu 49 tat-Trattat FUE). Bl-istess mod, dawn ir-regoli jmorru wkoll kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ksur tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123 u tal-Artikolu 56 tat-Trattat FUE), peress li d-drittijiet esklużivi mogħtija lil Nemzeti Mobilfizetési Zrt. jillimitaw il-provvista ta’ servizzi transkonfinali. Fir-rigward tas-servizzi l-oħra ta’ kummerċjalizzazzjoni mobbli ċentralizzata, li fir-rigward tagħhom madankollu għadu mhux possibbli li jsir ħlas mobbli fl-Ungerija, il-Liġi tistabbilixxi l-istess dritt esklużiv favur Nemzeti Mobilfizetési Zrt. u l-analiżi ġuridika esposta iktar ’il fuq hija valida wkoll f’dan ir-rigward.

Konformament mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat FUE u tad-Direttiva 2006/123, limitazzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jistgħu jiġu stabbiliti biss meta ma jkunux diskriminatorji u jkunu fl-interess pubbliku u meta josservaw, barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità. Skont il-Kummissjoni, l-argumenti mressqa mill-Ungerija ma jippermettux li l-limitazzjonijiet introdotti bil-Liġi jiġu ġġustifikati, peress li ma josservawx ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità.


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fis-7 ta’ April 2017 – Bankia S.A. vs Alfonso Antonio Lau Mendoza u Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez

(Kawża C-179/17)

(2017/C 231/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia S.A.

Konvenuti: Alfonso Antonio Lau Mendoza u Verónica Yuliana Rodríguez Ramírez

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu ġurisprudenza [sentenza tat-Tribunal Supremo (Qorti Suprema) tat-18 ta’ Frar 2016] li tgħid li, minkejja li klawżola ta’ terminazzjoni bikrija hija inġusta u minkejja li din il-klawżola li fuqha t-talba għal eżekuzzjoni hija bbażata, ma għandhiex tiġi arkivjata l-eżekuzzjoni ipotekarja għar-raġuni li t-tkomplija tagħha hija iktar vantaġġuża għall-konsumatur, peress li, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni eventwali ta’ sentenza mogħtija fi proċeduri dikjaratorji bbażati fuq l-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili, din ma tistax tibbenefika lill-konsumatur mill-privileġġi proċedurali speċifiċi għall-eżekuzzjoni ipotekarja, iżda mingħajr ma jittieħed kont ta’ din il-ġurisprudenza li, skont ġurisprudenza ripetuta u stabbilita tat-Tribunal Supremo, dan l-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili (previst mill-kuntratti li joħolqu obbligi reċiproċi) ma japplikax għall-kuntratt ta’ self, peress li dan huwa kuntratt reali u unilaterali li jsir komplet biss mal-ħlas tal-flus u, għaldaqstant, joħloq biss obbligi għal min jissellef u mhux għal min jislef (kreditur), b’tali mod li, jekk din il-ġurisprudenza tal-istess Tribunal Supremo tiġi segwita fil-proċeduri dikjaratorji, il-konsumatur jista’ jikseb deċiżjoni li tiċħad it-talba għal ħall u għal kumpens u ma jistax ikun sostnut li l-kontinwazzjoni tal-eżekuzzjoni ipotekarja tkun iktar vantaġġuża għalih?

2)

F’każ li tiġi ammessa l-applikazzjoni tal-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili għall-kuntratti ta’ self jew f’kull każ ta’ kuntratti ta’ kreditu, l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu ġurisprudenza bħal dik indikata li, sabiex jiġi evalwat jekk it-tkomplija tal-eżekuzzjoni ipotekarja hijiex iktar vantaġġuża għall-konsumatur jew iktar ta’ dannu milli t-trattament ta’ proċedura dikjaratorja abbażi tal-Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili, ma tieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li, f’din il-proċedura jistgħu jiġi miċħuda t-talbiet għal ħall tal-kuntratt u għal kumpens jekk il-qorti tapplika d-dispożizzjoni tal-istess Artikolu 1124 tal-Kodiċi Ċivili li skontu “il-qorti għandha tordna l-ħall mitlub, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet li jiġġustifikaw li jingħata terminu għat-twettiq tal-obbligu”, meta jittieħed kont li, preċiżament fil-kuntest ta’ self u krediti ipotekarji għax-xiri ta’ djar għal perijodu twil (20 jew 30 sena), huwa pjuttost probabbli li l-qrati japplikaw din ir-raġuni ta’ rifjut, speċjalment meta l-ksur konkret tal-obbligu ta’ ħlas ma kienx gravi ħafna?

3)

Fil-każ li huwa paċifiku li l-kontinwazzjoni tal-eżekuzzjoni ipotekarja tkun iktar vantaġġuża għall-konsumatur minħabba t-terminazzjoni antiċipata, l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu ġurisprudenza bħal dik indikata li tapplika dispożizzjoni legali kumplimentari (Artikolu 693(2) tal-Ley de Enjuiciamiento Civil (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) minkejja li l-kuntratt jista’ jkompli jeżisti mingħajr il-klawżola ta’ terminazzjoni antiċipata, u tħalli effetti għall-imsemmi Artikolu 693.2 LEC minkejja n-nuqqas tal-preżunzjoni fundamentali tiegħu: l-eżistenza fil-kuntratt ta’ klawsola valida u effikaċi ta’ terminazzjoni antiċipata, li speċifikament ġiet iddikjarata inġusta, nulla u mingħajr effett?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-13 ta’ April 2017 – Cobra SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-192/17)

(2017/C 231/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cobra SpA

Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 1999/5/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li manifattur, meta japplika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III, u fil-preżenza ta’ standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiela ta’ testijiet tar-radju essenzjali li għandhom jitwettqu, għandu jirrikorri għand organu nnotifikat u, għaldaqstant, mal-marka “CE” (li tattesta l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-istess direttiva) iżid in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan l-organu nnotifikat?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (1) ta’ hawn fuq, jekk il-manifattur – wara li jkun applika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III, fil-preżenza ta’ standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiela ta’ testijiet tar-radju essenzjali li għandhom jitwettqu, u wara li madankollu b’mod volontarju kkonsulta organu nnotifikat fejn talbu jirrepeti l-lista tat-testijiet imsemmija iktar ’il fuq – mal-marka “CE” li tattesta l-konformità mar-rekwiziti essenzjali msemmija fid-Direttiva 1999/5/KE għandu jżid in-numru ta’ identifikazzjoni tal-organu nnotifikat?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (2) ta’ hawn fuq, jekk il-manifattur – li, wara li jkun applika l-proċedura prevista fit-tieni paragrafu tal-Anness III, fil-preżenza ta’ standards armonizzati li jiddefinixxu s-sensiela ta’ testijiet tar-radju essenzjali li għandhom jitwettqu, u wara li madankollu, sussegwentement, b’mod volontarju kkonsulta organu nnotifikat billi talbu jirrepeti l-lista tat-testijiet imsemmija iktar ’il fuq, b’mod volontarju akkumpanja l-prodott bin-numru ta’ identifikazzjoni tal-organu kkonsultat – għandu jindika n-numru ta’ identifikazzjoni tal-organu anki fuq il-prodott u fuq l-imballaġġ tiegħu?


(1)  Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 1999, dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 254).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Kathrin Meyer vs TUIfly GmbH

(Kawża C-196/17)

(2017/C 231/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kathrin Meyer

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Thomas Neufeldt et vs TUIfly GmbH

(Kawża C-197/17)

(2017/C 231/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomas Neufeldt, Julia Neufeldt u Gabriel Neufeldt, it-tnejn irrappreżentati mill-ġenituri Sandra Neufeldt u Thomas Neufeldt

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Ivan Wallmann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-198/17)

(2017/C 231/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ivan Wallmann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Susanne de Winder vs TUIfly GmbH

(Kawża C-200/17)

(2017/C 231/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Susanne de Winder

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Holger Schlosser u Nicole Schlosser vs TUIfly GmbH

(Kawża C-201/17)

(2017/C 231/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holger Schlosser, Nicole Schlosser

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2017 – Peter Rebbe, Hans-Peter Rebbe, Harmine Rebbe vs TUIfly GmbH

(Kawża C-202/17)

(2017/C 231/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Rebbe, Hans-Peter Rebbe, Harmine Rebbe

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/12


Appell ippreżentat fil-21 ta’ April minn NF mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-192/16, NF vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża C-208/17 P)

(2017/C 231/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: NF (rappreżentanti: P. O’Shea, BL, I. Whelan, BL, B. Burns, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill Ewropew

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu;

tiddeċiedi b’mod definittiv fuq is-suġġett ta’ dan l-appell u tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni u kkundannat lill-konvenut fil-Kawża T-192/16 għall-ispejjeż tar-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-kuntest ta’ dan l-appell;

tirrinvijja l-kwistjonijiet imqajma f’din il-proċedura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi billi tispeċifika li hija għandha obbligu li tiddikjara li hija għandha ġurisdizzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Nuqqas ta’ motivazzjoni

2)

Nuqqas ta’ eżami adegwat tal-kwistjoni ta’ jekk il-ftehim kontenzjuż kienx fir-realtà deċiżjoni tal-konvenut

3)

Ksur ta’ kwistjonijiet ta’ fatti rilevanti

4)

Nuqqas ta’ eżami tal-provi tal-proċess

5)

Nuqqas ta’ eżami sħiħ u ta’ evalwazzjoni tal-kwistjonijiet importanti

6)

Assenza ta’ talbiet ta’ informazzjoni addizzjonali rilevanti

7)

Teħid ta’ deċiżjoni mingħajr informazzjoni suffiċjenti disponibbli

8)

Ksur tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-294/83


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/13


Appell ippreżentat fil-21 ta’ April 2017 minn NG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-193/16, NG vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża C-209/17 P)

(2017/C 231/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: NG (rappreżentanti: P. O’Shea, BL, I. Whelan, BL, B. Burns, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill Ewropew

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu

tiddeċiedi b’mod definittiv fuq is-suġġett ta’ dan l-appell u tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni u kkundannat lill-konvenuta fil-Kawża T-193/16 għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-kuntest ta’ dan l-appell;

tirrinvijja l-kwistjonijiet imqajma f’din il-proċedura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi billi tispeċifika li hija għandha obbligu li tiddikjara li hija għandha ġurisdizzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Nuqqas ta’ motivazzjoni

2)

Nuqqas ta’ eżami adegwat tal-kwistjoni ta’ jekk il-ftehim kontenzjuż kienx fir-realtà deċiżjoni tal-konvenut

3)

Ksur ta’ kwistjonijiet ta’ fatti rilevanti

4)

Nuqqas ta’ eżami tal-provi tal-proċess

5)

Nuqqas ta’ eżami sħiħ u ta’ evalwazzjoni tal-kwistjonijiet importanti

6)

Assenza ta’ talbiet ta’ informazzjoni addizzjonali rilevanti

7)

Teħid ta’ deċiżjoni mingħajr informazzjoni suffiċjenti disponibbli

8)

Ksur tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-294/83


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/14


Appell ippreżentat fil-21 ta’ April 2017 minn NM mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-257/16, NM vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża C-210/17 P)

(2017/C 231/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: NM (rappreżentanti: P.O’Shea, BL, I. Whelan, BL, B. Burns, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill Ewropew

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali li tiċħad ir-rikors minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu

tiddeċiedi b’mod definittiv fuq is-suġġett ta’ dan l-appell u tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni u kkundannat lill-konvenut fil-Kawża T-257/16 għall-ispejjeż tar-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-kuntest ta’ dan l-appell

tirrinvijja l-kwistjonijiet imqajma f’din il-proċedura lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi billi tispeċifika li hija għandha obbligu li tiddikjara li hija għandha ġurisdizzjoni

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Nuqqas ta’ motivazzjoni

2)

Nuqqas ta’ eżami adegwat tal-kwistjoni ta’ jekk il-ftehim kontenzjuż kienx fir-realtà deċiżjoni tal-konvenut

3)

Ksur ta’ kwistjonijiet ta’ fatti rilevanti

4)

Nuqqas ta’ eżami tal-provi tal-proċess

5)

Nuqqas ta’ eżami sħiħ u ta’ evalwazzjoni tal-kwistjonijiet importanti

6)

Assenza ta’ talbiet ta’ informazzjoni addizzjonali rilevanti

7)

Teħid ta’ deċiżjoni mingħajr informazzjoni suffiċjenti disponibbli

8)

Méconnaissance des principes établis par la Cour dans l’affaire C-294/83


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-24 ta’ April 2017 – Simón Rodríguez Otero vs Televisión de Galicia S.A.

(Kawża C-212/17)

(2017/C 231/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Simón Rodríguez Otero

Konvenuta: Televisión de Galicia S.A.

Il-parti l-oħra: Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-prinċipju ta’ ekwivalenza bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti, għandu jitqies li x-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba “ċirkostanzi oġġettivi” skont l-Artikolu 49(1)(c) tar-Regolamenti tal-Ħaddiema [Estatuto de los Trabajadores] u x-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba “raġunijiet oġġettivi” previsti fl-Artikolu 52 tal-imsemmija regolamenti jikkostitwixxu “sitwazzjonijiet paragunabbli” u li, għaldaqstant, il-kumpensi differenti mħallsa f’każ jew f’ieħor jikkostitwixxu differenza fit-trattament bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti li hija pprojbita mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, hemm lok li jitqies li l-għanijiet ta’ politika soċjali li ġġustifikaw il-ħolqien tal-“contrato de relevo” jiġġustifikaw ukoll, skont il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas iċċitat iktar ’il fuq, id-differenza fit-trattament li tikkonsisti fil-ħlas ta’ kumpens għax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol li jkun inqas favorevoli fil-każ li l-impriża tiddeċiedi liberament li l-imsemmi “contrato de relevo” jkun għal żmien determinat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/15


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14, Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-225/17 P)

(2017/C 231/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Khazar Sea Shipping Lines Co., IRISL Europe GmbH, IRISL Marine Services and Engineering Co., Irano Misr Shipping Co., Safiran Payam Darya Shipping Lines, Shipping Computer Services Co., Soroush Sarzamin Asatir Ship Management, South Way Shipping Agency Co. Ltd, Valfajr 8th Shipping Line Co. (rappreżentanti: M. Taher, solicitor, M. Lester QC, barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14;

tiddeċiedi l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u b’mod partikolari:

tannulla l-“miżuri ta’ Ottubru 2013” (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497 (1) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (2) u r-Regolament tal-Kunsill Nru 971/2013 (3) li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 (4)) u l-“miżuri ta’ Novembru 2013” (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685 (5) li temenda d-Deċizjoni 2010/413 u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1203/2013 (6) li jimplementa r-Regolament Nru 267/2012) sa fejn dawn il-miżuri restrittivi japplikaw għall-appellanti;

alternattivament, tiddikjara li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 huma inapplikabbli sa fejn dawn japplikaw fil-konfront tal-appellanti minħabba illegalità; u

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-appell u tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà, l-appellanti jistrieħu fuq l-aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 kellhom bażi legali valida.

2.

It-tieni aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 ma kinux jiksru l-prinċipji ta’ res judicata, ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u ne bis in idem, jew id-dritt għal rimedju effettiv.

3.

It-tielet aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-appellat ma għamilx użu ħażin ta’ poter meta stabbilixxa l-miżuri ta’ Ottubru 2013.

4.

Ir-raba’ aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-appellat ma kisirx id-dritt ta’ difiża tal-appellanti.

5.

Il-ħames aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Ottubru 2013 ma kinux interferenza mhux ġusitifikata u sproporzjonata fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti.

Insostenn tal-appell fir-rigward tat-talba għal annullament, l-appellanti jistrieħu fuq l-aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta naqset milli ssib li l-appellant għamel numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta qis li l-kriterji elenkati fil-miżuri ta’ Novembru 2013 kienu ġew issodisfatti fil-konfront ta’ kull appellant.

2.

It-tieni aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-appellant ma kienx kiser id-dritt ta’ difiża tal-appellanti meta reġa’ inkludihom fil-lista ta’ miżuri ta’ Novembru 2013.

3.

It-tielet aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-fatt li l-appellanti reġgħu ġew inklużi fil-lista ta’ miżuri ta’ Novembru 2013 ma kisirx il-prinċipji ta’ res judicata, ċertezza legali, aspettattivi leġittimi u ne bis in idem, jew id-dritt għal rimedju effettiv.

4.

Ir-raba’ aggravju, jallega li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta sabet li l-miżuri ta’ Novembru 2013 ma kinux interferenza mhux ġusitifikata u sproporzjonata fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 46).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685/PESK, tas-26 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 46).

(6)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 316, p. 1).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Brigitte Wittmann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-226/17)

(2017/C 231/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brigitte Wittmann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Reinhard Wittmann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-228/17)

(2017/C 231/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Reinhard Wittmann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-assenza minħabba mard ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-assenza spontanja ta’ parti sostanzjali mill-persunal meħtieġ għat-twettiq tat-titjiriet tat-trasportatur bl-ajru, minħabba waqfien fix-xogħol mhux awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew skont ftehim kollettiv (“strajk selvaġġ”), tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004? Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: kemm għandha tkun ir-rata ta’ assenza sabiex tali ċirkustanza tiġi ammessa?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: iċ-ċirkustanza straordinarja fiha nnifisha kellha tkun preżenti meta ġiet ikkanċellata t-titjira jew it-trasportatur bl-ajru jista’ jistabbilixxi skeda ġdida ta’ titjiriet għal raġunijiet ekonomiċi?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel jew għat-tieni domanda: il-kunċett ta’ natura evitabbli huwa marbut maċ-ċirkustanza straordinarja jew pjuttost mal-konsegwenzi tal-okkorrenza tal-imsemmija ċirkustanza? 4)


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fid-9 ta’ Mejju 2017 – “Renerga” UAB vs “Energijos skirstymo operatorius” AB, “Lietuvos energijos gamyba” AB

(Kawża C-238/17)

(2017/C 231/23)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto apylinkės teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Renerga” UAB

Konvenuti:“Energijos skirstymo operatorius” AB, “Lietuvos energijos gamyba” AB

Domandi preliminari

1)

L-għan li l-Artikolu 36(f) tad-Direttiva 2009/72 (1) jassenja lill-awtorità regolatorja għall-finijiet tal-kompiti regolatorji speċifikati fl-imsemmija direttiva, jiġifieri li “jiġi żgurat li l-operaturi tas-sistema u l-utenti tas-sistema jingħataw inċentivi xierqa, kemm għall-perijodu qasir kif ukoll għal dak fit-tul, sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-prestazzjoni tan-network u titrawwem l-integrazzjoni tas-suq”,, għandu jinftiehem u jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li ma jingħata ebda inċentiv (kumpens għal servizz pubbliku) jew li jiġu limitati?

2)

Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/72 l-obbligi ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu ddefiniti b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli, u li l-Artikolu 3(6) tal-istess direttiva jipprovdi li l-kumpens finanzjarju għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jsir b’mod nondiskriminatorju u trasparenti:

2.1

L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu limitazzjoni ta’ miżura ta’ appoġġ mogħtija lill-fornituri li fuqhom huma imposti obbligi ta’ servizz pubbliku (iktar ’il quddiem il-“fornituri ta’ servizz pubbliku”) jekk dawn tal-aħħar jwettqu perfettament l-obbligi ta’ servizz pubbliku li huma imposti fuqhom?

2.2

Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/72, l-obbligu previst fid-dritt nazzjonali li jiġi sospiż il-ħlas ta’ kumpens finanzjarju għal servizz pubbliku lill-fornituri ta’ servizz pubbliku indipendentement mit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom jew tal-obbligi tagħhom, filwaqt li din ir-regola tagħmel ir-raġuni għal-limitazzjoni (sospensjoni) tal-ħlas ta’ kumpens għal servizz pubbliku dipendenti mit-twettiq tal-attivitajiet u tal-obbligi imposti fuq persuna marbuta mal-imsemmi fornitur (meta l-istess impriża għandha holding ta’ kontroll f’din il-persuna u fil-fornitur) li tħallas il-kumpens ta’ servizz pubbliku kkalkolat fuq il-konsum tagħha stess, għandu jitqies li huwa obbligu diskriminatorju, mhux ċar u restrittiv għall-kompetizzjoni leali?

2.3

Skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/72, l-obbligu previst fid-dritt nazzjonali li jiġi sospiż il-ħlas ta’ kumpens finanzjarju lill-fornituri ta’ servizz pubbliku filwaqt li dawn tal-aħħar jibqgħu marbuta li jwettqu b’mod sħiħ l-obbligi tagħhom ta’ servizz pubbliku u l-obbligi kuntrattwali tagħhom relatati fil-konfront tal-impriżi li qed jixtru l-elettriku, għandu jitqies li huwa diskriminatorju, mhux ċar u restrittiv għall-kompetizzjoni leali?

3.

Skont l-Artikolu 3(15) tad-Direttiva 2009/72, li jobbliga lill-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kwalunkwe tibdil magħmul lill-miżuri adottati sabiex ikunu sodisfatti l-obbligi ta’ servizz universali u ta’ servizz pubbliku, Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi raġunijiet, regoli u mekkaniżmu sabiex jiġi limitat il-ħlas ta’ kumpens għal servizz pubbliku lill-fornituri ta’ servizz pubbliku?

4.

Bl-introduzzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu ta’ raġunijiet, regoli u mekkaniżmu sabiex jiġi limitat il-kumpens li għandu jitħallas lill-fornituri ta’ servizz pubbliku, Stat Membru ikun qiegħed jikser l-għanijiet tal-implementazzjoni tad-Direttiva 2009/72 u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni)?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU 2009 L 211, p. 55).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Ibrahima Diallo vs État belge

(Kawża C-246/17)

(2017/C 231/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ibrahima Diallo

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li d-deċiżjoni dwar il-konstatazzjoni tad-dritt ta’ residenza għandha tittieħed u tiġi nnotifikata fit-terminu ta’ sitt xhur jew fis-sens li jippermetti li d-deċiżjoni tittieħed f’dan it-terminu iżda li tiġi nnotifikata sussegwentement? Fil-każ li d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tkun tista’ tiġi nnotifikata sussegwentement, f’liema terminu għandha ssir tali notifika?

2)

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, moqri flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu, mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (2) u mal-Artikoli 7, 20, 21 u 41 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li d-deċiżjoni adottata fuq din il-bażi għandha biss tittieħed fit-terminu ta’ sitt xhur li huwa jipprevedi, mingħajr ma jeżisti l-ebda terminu għan-notifika tagħha, u lanqas l-ebda effett fuq id-dritt ta’ residenza fil-każ fejn in-notifika ssir wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu?

3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effettività tad-dritt ta’ residenza tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ effettività jipprekludi li awtorità nazzjonali jkollha mill-ġdid għad-dispożizzjoni tagħha, wara l-annullament ta’ deċiżjoni dwar id-dritt iċċitat iktar ’il fuq, it-terminu kollu ta’ sitt xhur li hija kellha bis-saħħa tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema terminu jkun għad għandha l-awtorità nazzjonali wara l-annullament tad-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta r-rikonoxximent tad-dritt inkwistjoni?

4)

L-Artikoli 5, 10 u 31 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, moqrija flimkien mal-Artikoli 8 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, mal-Artikoli 7, 24, 41 u 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni u mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huma kompatibbli ma’ ġurisprudenza u ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikoli 39/2(2), 40, 40a, 42 u 43 tal-liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar id-dħul fit-territorju, l-istabbiliment, ir-residenza u t-tneħħija ta’ barranin, u l-Artikolu 52(4) tad-digriet irjali tat-8 ta’ Ottubru 1981 dwar id-dħul fit-territorju, l-istabbiliment, ir-residenza u t-tneħħija ta’ barranin, li jwasslu għal sitwazzjoni fejn sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni li tirrifjuta r-residenza abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, mogħtija mill-Conseil du contentieux des étrangers, ikollha effett interruttiv u mhux sospensiv tat-terminu mandatorju ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE, mill-Artikolu 42 tal-liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 u mill-Artikolu 52 tad-digriet irjali tat-8 ta’ Ottubru 1981?

5)

Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri tirrikjedi li tkun tirriżulta konsegwenza fil-każ li jinqabeż it-terminu ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 10(1) tiegħu u, fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema għandha tkun tali konsegwenza? L-istess Direttiva 2004/38/KE tirrikjedi jew tippermetti li l-konsegwenza fil-każ li jinqabeż dan it-terminu tkun l-għoti awtomatiku tal-permezz ta’ residenza mitlub mingħajr ma jkun ġie kkonstatat jekk l-applikant jissodisfax effettivament il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika mid-dritt ta’ residenza li jkun qed jitlob?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/21


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-194/13, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-265/17 P)

(2017/C 231/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, N. Khan, H. Leupold, A. Biolan, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: United Parcel Service, Inc., FedEx Corp.

Talbiet

tannulla s-sentenza;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Il-Qorti tal-Ġenerali żbaljat meta qieset, fis-sentenza tagħha, li l-Kummissjoni kienet marbuta tiżvela lil UPS il-verżjoni definittiva tal-mudell tagħha ta’ konċentrazzjoni tal-prezzijiet qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

2)

Anki jekk in-nuqqas tal-Kummissjoni li tiżvela l-aħħar verżjoni tal-mudell tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet lil UPS qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni seta’ jikser id-drittijiet tad-difiża ta’ UPS, il-Qorti Ġeneral żbaljat fil-karatterizzazzjoni tagħha tan-natura probatorja tal-mudell tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet u, konsegwentement, fit-test legali applikat sabiex jiġi stabbilit li d-Deċiżjoni għandha tiġi annullata.

3)

Anki jekk f’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jkun hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ UPS, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tindirizza s-sottomissjonijiet tal-Kummissjoni li l-motiv ta’ UPS kien ineffettiv u li UPS setgħet tifhem il-mudell tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet.

4)

Fi kwalunkwe każ, il-konstatazzjonijiet li saru fis-sentenza ma jiġġustifikawx l-annullament tad-Deċiżjoni.


Il-Qorti Ġenerali

17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-31 ta’ Mejju 2017 – Alma-The Soul of Italian Wine vs EUIPO – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-637/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIÑA SOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara għall-karattru distintiv - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 231/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Coral Gables, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 356/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Alma-The Soul of Italian Wine.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 356/20152015-2), hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

3)

Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piessevaux vs Il-Kunsill

(Kawża T-519/16) (1)

((“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet miksuba - Aspettattivi leġittimi”))

(2017/C 231/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vincent Piessevaux (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, sussegwentement J.-N. Louis, u fl-aħħar L. Ponteville, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi b’mod definittiv, taħt l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent wara t-trasferiment tad-drittijiet li huwa kien kiseb, qabel id-dħul fil-kariga tiegħu fis-servizz tal-Unjoni, mingħand entitajiet tal-pensjoni nazzjonali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vincent Piessevaux huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-91/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2017 – Piper Verlag vs EUIPO (THE TRAVEL EPISODES)

(Kawża T-164/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva THE TRAVEL EPISODES - Raġuni assoluta għal rifjut - Talba għal bidla - Att li ma jistax jiġi adottat mill-Bord tal-Appell - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2017/C 231/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Piper Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Oster, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 1099/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv THE TRAVEL EPISODES bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Piper Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Avviż ta’ esklużjoni - Avviż ta’ verifika - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 231/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni ġenerali tar-rikorrent kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta’ inklużjoni u ta’ attivazzjoni tal-avviż ta’ esklużjoni li jikkonċerna lir-rikorrent fis-sistema ta’ twissija bikrija jew fis-sistema ta’ identifikazzjoni rapida u ta’ esklużjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2017 – Dominator International vs EUIPO (DREAMLINE)

(Kawża T-285/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali DREAMLINE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura”])

(2017/C 231/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dominator International GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: N. Gugerbauer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1669/2015-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali DREAMLINE li tindika l-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominator International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2017 – Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/16 RENV) (1)

((“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami orali - Evalwazzjoni tal-eżami bil-miktub - Deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva - Possibbiltà għal Bord tal-Għażla li jafda l-korrezzjoni tal-eżamijiet bil-miktub lil wieħed mill-membri tiegħu - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2017/C 231/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Valencia, Spanja) (rappreżentant: C. M. Pinto Cañón, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/130/08, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), li r-rikorrenti ma tiġix ammessa sabiex tipparteċipa fl-eżami orali u ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-EPSO mogħtija fl-14 ta’ Settembru 2009, għal dak li jirrigwarda l-ammissjoni tar-rikorrenti għall-eżami orali inkwistjoni.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt, sa fejn huwa indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-EPSO mogħtija fit-23 ta’ Lulju 2009, li tinżamm il-marka eliminatorja ta’ 18/40 fl-aħħar eżami bil-miktub (c) u li tiġi rrifjutata l-ammissjoni ta’ E. Cuallado Martorell għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.

3)

E. Cuallado Martorell u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

E. Cuallado Martorell hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura li permezz tagħha l-kawża ntbagħtet lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bin-numru F-96/09, u sussegwentement mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara appell bin-numru F-96/09 RENV u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settemrbu 2016).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2017 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa)

(Kawża T-785/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Ufesa - Ftehim bonarju - Kisba mir-rikorrenti tat-trade mark mitluba - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 231/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Electrodomesticos España, SA (Huarte-Pamplona, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Duarte Guimarães u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DKSH International Ltd. (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Johannsen u J. Stock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1691/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Electrodomesticos España u DKSH International.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

BSH Electrodomesticos España, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.

3)

DKSH International Ltd. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 6, 9.1.2017.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/26


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – RW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-170/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħruġ fuq leave u irtirar mhux volontarji - Eta tal-irtirar - Artikolu 42ċ tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2017/C 231/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RW (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut(a)(i): Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u A. C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2017 li tqiegħed lil RW fuq leave mhux volontarju fl-interess tas-servizz u li toħorġu fuq irtirar mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017 hija sospiża.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/27


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Crédit Agricole u Crédit Agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/17)

(2017/C 231/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit Agricole SA (Montrouge, Franza), Crédit Agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge) (rappreżentanti: J. P. Tran Thiet, avukat, M. Powell, solicitor, J. Jourdan et J. J. Lemonnier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

B’mod prinċipali:

tannulla l-Artikolu 1(a) u, bħala konsegwenza, l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni.

B’mod sussidjarju:

tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-multa imposta fuq ir-rikorrenti billi teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003.

B’mod addizzjonali:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-uffiċjal tas-seduta tat-2 ta’ Ottubru 2014, tal-4 ta’ Marzu 2015, tas-27 ta’ Marzu 2015, tad-29 ta’ Lulju 2015 u tad-19 ta’ Settembru 2016 u, bħala konsegwenza, l-Artikolu 1(a) u 2(a) tad-Deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2016) 8530 final, tas-7 ta’ Diċembru 2016, dwar proċedura li tapplika l-Artikolu 101 TFUE, fil-każ ta’ prodotti dderivati b’rata ta’ interessi fl-euro (AT.39914 – EIRD), li timponi multa ta’ EUR 114 654 000 fuq ir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis sinjifikattiv tal-multa.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tad-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja u tal-prinċipju tal-kontradittorju.

2.

It-tieni motiv: ksur tad-dmir ta’ imparzjalità u tal-preżunjoni ta’ innoċenza.

3.

It-tielet motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-prattiki ta’ manipulazzjoni allegati.

4.

Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikkwalifika b’mod żbaljat il-prattiki kkonċernati bħala restrizzjonijiet minħabba l-għan tagħhom.

5.

Il-ħames motiv: żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni sa fejn qieset li l-prattiki kollha kienu jikkostitwixxu ksur wieħed.

6.

Is-sitt motiv: id-deċiżjoni kkontestata ma stabbilixxietx b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi li r-rikorrenti kellhom għarfien tal-pjan kollu u r-rieda tagħhom li jieħdu sehem f’dan il-pjan.

7.

Is-seba’ motiv: żball ta’ liġi li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika l-allegat ksur min-naħa tar-rikorrenti bħala ksur kontinwu meta dan il-ksur kien, l-iktar l-iktar, wieħed repetut.

8.

It-tmien motiv: żball ta’ liġi li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata sa fejn imputat il-prattiki tan-negozjanti lir-rikorrenti.

9.

Id-disa’ motiv: il-Kummissjoni imponiet il-multa bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dmir ta’ motivazzjoni tagħha, tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

10.

L-għaxar motiv: il-Qorti Ġenerali għandha tnaqqas l-ammont tal-multa li huwa sproporzjonat fir-rigward tal-gravità u tat-tul tal-prattiki.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/28


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – SC vs Eulex Kosovo

(Kawża T-242/17)

(2017/C 231/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SC (rappreżentanti: L. Moro, avukat u A. Kunst, avukat)

Konvenuta: Eulex Kosovo

Talbiet

tiddikkjara li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali tagħha fil-konfront tar-rikorrenti;

tiddikkjara li l-kompetizzjoni interna tal-2016 kienet illegali u għalhekk il-kuntratt tar-rikorrenti ma ġiex irrinovat b’mod illegali;

tordna li r-rikorrenti tingħata kumpens għat-telf li sostniet minħabba n-nuqqas ta’ tiġdid illegali tal-kuntratt tagħha fl-ammont ta’ 19-il xahar salajru gross kif ukoll l-aġġustamenti ta’ allowance ta’ kull jum u żidiet fis-salarju skont ir-“Remuenerazzjoni tal-Membri tal-Persunal internazzjonali b’kuntratt” u “Livell indikattiv tal-allowances”;

tordna li r-rikorrenti tingħata kumpens għad-danni morali li sosntiet bħala konsegwenza tal-atti u d-deċiżjonijiet illegali tal-konvenuta;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-paragrafi 4 u 6 tal-Programm Operattiv Standard dwar konfigurazzjoni mill-ġdid (POS), li jelenkaw, rispettivament, il-prinċipji u r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Kap tar-Riżorsi Umani (KRU), u tal-paragrafi 5 (Prinċipji) u 7 (Għażliet), b’mod partikolari l-paragrafi 7.1(a) u (b), 7.2(c), (f) u (k) u 7.3(c) tal-POS dwar għażla tal-membri tal-perusnal (ksur ta’ natura kuntrattwali).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-paragrafi 7.2(f) u 7.3(c) tal-POS dwar għażla tal-membri tal-persunal u tal-Artikolu 3.2 tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-konvenuta, tal-prinċipji kuntrattwali ta’ ekwità u ta’ bona fide (ksur ta’ natura kuntrattwali) u tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba skont l-Artikolu 41 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ksur ta’ natura mhux kuntrattwali).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u xierqa (Artikolu 31 tal-Karta), tal-Memorandum ta’ Deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 (Proposta għall-introduzzjoni ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ sewqan) u r-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet tal-2014, kif ukoll tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet ta’ xogħol ġusti u xierqa (Artikolu 31 tal-Karta).


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/29


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kumissjoni

(Kawża T-244/17)

(2017/C 231/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: António Conde & Companhia, SA (Gafanha de Nazaré, il-Portugal) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tieħu azzjoni skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007, tat- 22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU 2007, L 318, p. 1), billi titlob lill-Portugall jippreżentalha lista ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall u li huma awtorizzati jistadu fiż-żona regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral għall-istaġun tal-2017, liema lista tekludi l-bastiment tas-sajd CALVÃO, bil-konsegwenza li naqset milli tibgħat lista li tinkludi dan il-bastiment lis-Segretarjat tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed li permezz tiegħu tallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 billi naqset, b’mod illegali, milli tibgħat lista ta’ bastimenti li tinkludi l-bastiment tas-sajd tar-rikorrenti, bl-isem ta’ CALVÃO, għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd fiż-żona regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral għall-istaġun tal-2017.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma hijiex kompetenti sabiex tipparteċipa fl-abbozzar tal-listi ta’ bastimenti awtorizzati għaliex din hija kompetenza esklużiva tal-Istati Membri. Ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni sabiex tastjeni milli tinterferixxi fl-abbozzar tal-lista kkonċernata u talbitha sabiex tonera l-obbligi tagħha fir-rigward tat-trażmizzjoni tal-lista li tinkluda l-bastiment tas-sajd CALVÃO lis-Segretarjat tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/29


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Intermarché Casino Achats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/17)

(2017/C 231/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Intermarché Casino Achats (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: Mes Y. Utzschneider u J. Jourdan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 inapplikabbli fil-każ inkwistjoni, abbażi tal-Artikolu 277 TFUE;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1056, tad-9 ta’ Frar 2017, abbażi tal-Artikoli 263 u 277 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-9 ta’ Frar 2017, li tordna lir-rikorrenti li jissottometti ruħu għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata hija illegali sa fejn hija fondata fuq dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) u kontra il- Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem, il-“KEDB”). F’dan ir-rigward, hija ssostni li:

l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 jikser id-dritt għal rimedu effettiv iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 6 tal-KEDB, sa fejn dan ma jipprovdix għal rimedji effettivi kontra l-iżvolġiment ta’ operazzjoniijet ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni;

l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 jikser ukoll il-prinċipju opportunitajiet ugwali ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 6 tal-KEDB, sa fejn dan ma jipprovdix għall-aċċess għad-dokumenti li jsejsu d-deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni u lanqas għall-komunikazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni li bih hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tal-aħħar hija insuffiċjentement immotivata bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Fil-fatt, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata fl-ebda mument ma tispjega kif din tal-aħħar hija kkonċernata minn ksur eventwali u lanqas ma tindika bi preċiżjoni l-perijodu kkonċernat li matulu huwa ssuspettat li seħħew istanzi ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. Dan il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni huwa iktar u iktar ta’ ħsara peress li li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix id-dokumenti li fuqhom hija msejsa.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ġiet adottata mill-Kummissjoni mingħajr ma din tal-aħħar għandha għad-dispożizzjoni tagħha indizji suffiċjentement serji li jippermettu li jiġi ssuspettat ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u għalhekk li jiġġustifikaw spezzjoni fl-edifiċji tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ma irrispettax id-dritt fundamentali tal-invjolabbiltà tad-domiċilju previst fl-Artikolu 7 tal-Karta u fl-Artikolu 8 tal-KEDB minħabba n-natura spropozjonata tal-miżura ta’ spezzjoni li hija tordna u l-assenza ta’ garanzija suffiċjenti kontra l-abbuż.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Les Mousquetaires u ITM Entreprises vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-255/17)

(2017/C 231/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Les Mousquetaires (Pariġi, Franza), ITM Entreprises (Pariġi) (rappreżentanti: N. Jalabert-Doury, B. Chemama u K. Mebarek, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tispeċifika l-preżunzjonijiet u tipproduċi l-indizji li hija għandha sabiex tiġġustifika l-għan u l-iskop tad-Deċiżjonijiet AT.40466 – Tute 1 u AT.40467 – Tute 2;

tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn dan ma jipprevedix rimedju ġudizzjarju effettiv f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni b’mod konformi mal-Artikoli 6(1), 8 u 13 tal-KEDB u mal-Artikoli 7 u 47 tal-Karta;

tannulla d-Deċiżjonijiet AT.40466 – Tute 1 u AT.40467 – Tute 2, tal-21 ta’ Frar 2017 li tordna lil Les Mousquetaires S.A.S., kif ukoll lis-sussidjarji kollha tagħha, jissottomettu ruħhom għal spezzjoni, abbażi tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjonijiet AT.40466 – Tute 1 u AT.40467 – Tute 2 adottati fl-istess termini fir-rigward ta’ ITM Entreprises S.A.S. fid-9 ta’ Frar 2017, li ma ġewx innotifikati lid-destinatarji tagħhom;

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li taqbad u tikkopja d-data li tinsab fuq għodod ta’ komunikazzjoni u ta’ ħażna li jinkludu data dwar il-ħajja privata tal-utenti u li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex id-data kkonċernata tiġi rrestitwita;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali, tad-dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva minħabba l-assenza ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1/2003 u tad-drittijiet fundamentali minħabba li d-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni huma insuffiċjentement immotivati u, għalhekk, ċaħħdu lir-rikorrenti minn garanzija fundamentali obligatorja f’dan il-kuntest. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet ma jindikawx b’mod suffiċjenti l-portata tal-għan u tal-iskop tal-ispezzjonijiet u ma jipeċifikawx il-preżunzjonijiet u l-indizji miġbura mill-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 20(3) u(4), u 21 tar-Regolament Nru 1/2003 u tad-drittijiet fundamentali minħabba li r-rikorrenti ġew imċaħħda minn garanziji fundamentali oħra. B’mod partikolari, d-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni ma humiex limitati ratione temporis, setgħu jiġu implementati fl-assenza ta’ notifika effettiva u mingħajr l-osservanza tad-dritt għall-assistenza legali, tad-dritt għas-silenzju u tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tar-rikorrenti u ma ppermettewx oppożizzjoni effettiva mir-rikorrenti, fid-dawl tat-tfakkir kostanti ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ ostruzzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-mod li bih il-Kummissjoni ddeċidiet dwar l-adegwatezza, it-tul u l-portata tal-ispezzjonijiet.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali allegatament imwettaq bl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut li tiġi żgurata protezzjoni xierqa ta’ ċerti dokumenti li jinkludu data personali li fir-rigward tagħha r-rikorrenti kienu talbu l-benefiċċju ta’ protezzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

6.

Is-sitt motiv, fejn sussidjarjament jintalab l-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ spezzjoni tad-9 ta’ Frar 2017 abbażi tal-istess motivi.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/31


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

(Kawża T-267/17)

(2017/C 231/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clean Sky 2 Joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 101 370,94 fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 632462 dwar il-proġett intitolat “EASIER-Experimental Acoustic Subsonic wind tunnel Investigation of the advanced geared turbofan Regional aircraft integrating HLD innovative low-noise design”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 524,91 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mill-7 ta’ Frar 2017 sal-1 ta’ April 2017;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 9,72 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett EASIER billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Konsegwentement, ir-rikorrenti rrexxindiet il-Ftehim ta’ għajnuna abbażi tal-Artikolu II.38 tal-Anness II tal-istess ftehim u ħarġet nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 101 370,94 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-finanzjament bil-quddiem jibqa’ l-proprjetà tar-rikorrenti sal-ħlas finali.

Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.

Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/32


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

(Kawża T-269/17)

(2017/C 231/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clean Sky 2 Joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u M. Velardo, lawyer)

Konvenuti: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 433 485,93 fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 325954 dwar il-proġett intitolat “ESICAPIA-Experimental Subsonic Investigation of a Complete Aircraft Propulsion system Installation and Architecture power plant optimization”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 2 244,63 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mis-7 ta’ Frar 2017 u l-1 ta’ April 2017;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 41,57 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett ESICAPIA billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Konsegwentement, ir-rikorrenti rrexxindiet il-Ftehim ta’ għajnuna abbażi tal-Artikolu II.38 tal-Anness II tal-istess ftehim u ħarġet nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 433 485,93 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-finanzjament bil-quddiem jibqa’ proprjetà tar-rikorrenti sal-ħlas finali.

Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.

Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/33


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

(Kawża T-270/17)

(2017/C 231/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clean Sky 2 Joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u by M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 625 793,42 fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 620108 dwar il-proġett intitolat “LOSITA-Low Subsonic Investigation of a large complete Turboprop Aircraft”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 3 240,41 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mis-7 ta’ Frar 2017 u l-ta’ April 2017;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 60,01 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett LOSITA billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Konsegwentement, ir-rikorrenti rrexxindiet il-Ftehim ta’ għajnuna abbażi tal-Artikolu II.38 tal-Anness II tal-istess ftehim u ħarġet nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 625 793,42 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-finanzjament bil-quddiem jibqa’ proprjetà tar-rikorrenti sal-ħlas finali.

Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.

Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

(Kawża T-271/17)

(2017/C 231/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clean Sky 2 Joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u M. Velardo, lawyer)

Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 189 128,26 fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 632456 dwar il-proġett intitolat “WITTINESS-WindTunnel Tests on an Innovative regional A/C for Noise assessment”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 979,32 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mis-7 ta’ Frar 2017 u l-1 ta’ April 2017;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 18,14 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett WITTINESS billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Konsegwentement, ir-rikorrenti rrexxindiet il-Ftehim ta’ għajnuna abbażi tal-Artikolu II.38 tal-Anness II tal-istess ftehim u ħarġet nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 189 128,26 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-finanzjament bil-quddiem jibqa’ proprjetà tar-rikorrenti sal-ħlas finali.

Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.

Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Webgarden vs EUIPO (Dating Bracelet)

(Kawża T-272/17)

(2017/C 231/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Webgarden Szolgáltató és Kereskedelmi Kft. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Jambrik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Dating Bracelet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 450 019

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-01/03/2017 fil-Każ R 0658/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 20 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

Ksur tal-Artikolu 21(1) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – SH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/17)

(2017/C 231/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: SH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat,

konsegwentement,

tikkonstata l-illegalità tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (iktar ’il quddiem “il-PMO”) u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad b’mod espliċitu l-ilment li jġib id-data tat-3 ta’ Frar 2017;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016, sa fejn hija bbażata fuq l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal li jikser il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u/jew fuq it-twelid, il-prinċipju ta’ ugwaljanza, id-dritt għall-edukazzjoni, il-protezzjoni tal-interessi tat-tfal, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ leġittimità ta’ kwalunkwe deroga mid-drittijiet stabbiliti bil-Karta.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn id-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 hija bbażata fuq dispożizzjoni illegali tar-Regolamenti tal-Persunal.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/36


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-284/17)

(2017/C 231/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2017 fuq it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Marine Le Pen 2016/2295 (IMM);

tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil Marine Le Pen is-somma ta’ EUR 35 000 abbażi tal-kumpens għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew li jħallas lil Marine Le Pen is-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanzi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-privileġġji u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“protokoll”). Dan il-motiv jinqasam f’erba’ partijiet.

L-ewwel parti, ibbażata fuq il-portata tal-immunità prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.

It-tieni parti, ibbażata fuq is-suġġett tal-immunità prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.

It-tielet parti, ibbażata fuq is-salvagwardja tradizzjonali mill-Parlament tal-immunità prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.

Ir-raba’ parti, ibbażata fuq il-ksur tal-immunità ta’ M. Le Pen prevista fl-Artikolu 8 tal-protokoll.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-protokoll. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet.

L-ewwel parti, ibbażata fuq is-suġġett tal-Artikolu 9 tal-protokoll.

It-tieni parti, ibbażata fuq l-iżball ta’ liġi tal-Parlament Ewropew fid-dawl tat-tneħħija tal-immunità ta’ M. Le Pen.

It-tielet parti, ibbażata fuq il-fatt li d-deċiżjoni tat-tneħħija tal-immunità tmur kontra l-indipendenza ta’ M. Le Pen u tal-Istituzzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti, ibbażata fuq it-trattament differenti ta’ M. Le Pen meta mqabbel ma’ sitwazzjonijiet paragunabbli u tal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

It-tieni parti, ibbażata fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta każ manfest ta’ fumus persecutionis u li tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/37


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/17)

(2017/C 231/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34), sa fejn tapplika għar-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn japplika għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għall-atti kkontestati.

Il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Kunsill jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 29 TFUE ma kinux issodisfatti mid-deċiżjoni kkontestata.

Il-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi invokat l-Artikolu 215 TFUE ma kinux issodisfatti peress li ma kien hemm ebda deċiżjoni valida taħt il-Kapitolu 2 tat-Titolu V TUE.

Ma kienx hemm rabta suffiċjenti sabiex ikun jista’ jiġi invokat l-Artikolu 215 TFUE kontra r-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq użu ħażin tal-poteri tiegħu.

L-għan reali tal-Kunsill għall-implementazzjoni tal-atti kkontestati kien jikkonsisti essenzjalment f’tentattiv li jindiehes mar-reġim Ukrain attwali (b’mod li l-Ukraina tiżviluppa rabtiet iktar mill-qrib mal-Unjoni), u ma kienx jikkorrispondi mal-għanijiet jew mal-ġustifikazzjonijiet invokati fl-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli josserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu.

Il-“motivi” adottati fl-atti kkontestati sabiex jiġi inkluż ir-rikorrent (minbarra l-fatt li huma żbaljati) huma purament formali, mhux xierqa u speċifikati b’mod mhux xieraq.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrent ma kienx jissodisfa l-kriterji meħtieġa sabiex persuna tiġi inkluża fiż-żmien rilevanti.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Billi inkluda mill-ġdid lir-rikorrent, minkejja l-assenza evidenti ta’ rabta bejn il-“motivi” u l-kriterji ta’ inklużjoni rilevanti, il-Kunsill wettaq żball manifest.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li nkisru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u/jew li huwa ċċaħħad minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill ma kkonsultax b’mod xieraq mar-rikorrent qabel ma inkludieh mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa jew ġusta li jikkorreġi żbalji jew li jipproduċi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi persunali tiegħu.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li nkisru d-drittijiet għall-proprjetà tar-rikorrent skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn, b’mod partikolari, il-miżuri restrittivi jikkostitwixxu restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata għal dawn id-drittijiet.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/38


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-286/17)

(2017/C 231/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 34) sa fejn din tapplika għar-rikorrent;

tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017, L 58, p. 1), sa fejn din tapplika għar-rikorrent.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kunsill ma kellux bażi legali xierqa għall-atti kkontestati.

Il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-Kunsill jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 29 TUE ma kinux issodisfatti bid-deċiżjoni kkontestata.

Il-kundizzjonijiet li jippermettu li wieħed jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215 TFUE ma kinux issodisfatti, u dan għaliex ma kien hemm ebda deċiżjoni valida skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V TUE.

Ma kien hemm ebda rabta suffiċjenti sabiex wieħed jinvoka l-Artikolu 215 TFUE kontra r-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq użu ħażin tal-poteri tiegħu.

L-għan reali tal-Kunsill fl-implementazzjoni tal-atti kkontestati essenzjalment kien li jipprova jintgħoġob mar-reġim attwali fl-Ukrajna (biex b’hekk l-Ukrajna tiżviluppa rabtiet iktar mill-qrib mal-Unjoni), u mhux l-għanijiet/raġunamenti invokati fl-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kunsill naqas mill-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu.

Il-“motivazzjoni” adottata fl-atti kkontestati sabiex ir-rikorrent jiġi inkluż (minbarra li hija żbaljata) hija sterjotipata, inadegwata u speċifikata b’mod mhux xieraq.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-rikorrent ma jissodisfax il-kriterji meħtieġa sabiex persuna tiġi inkluża fil-lista fiż-żmien rilevanti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta inkluda lir-rikorrent fil-miżuri kkontestati. Billi reġà indika lir-rikorrent, minkejja n-nuqqas ċar ta’ konnessjoni bejn “il-motivazzjoni” u l-kriterji rilevanti ta’ indikazzjoni, il-Kunsill wettaq żball manifest.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent ġew miksura u/jew li huwa ġie miċħud protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fost affarijiet oħra, il-Kunsill naqas milli b’xod xieraq jikkonsulta mar-rikorrent qabel ma wettaq l-indikazzjoni mill-ġdid, u r-rikorrent ma ngħatax opportunità xierqa u ġusta sabiex jew jikkoreġi żbalji jew inkella jipproduċi informazzjoni dwar iċ-ċirkustanzi personali tiegħu.

7.

Is-seba motiv ibbażat fuq li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà taħt l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew miksura sa fejn, fost oħrajn, il-miżuri restrittivi jikkostitwixxu restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata ta’ dawk id-drittijiet.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Sky vs EUIPO – Parrot Drones (Parrot SKYCONTROLLER)

(Kawża T-288/17)

(2017/C 231/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Barry, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Parrot Drones (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Parrot SKYCONTROLLER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 107 842

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 457/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/40


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Stavytskyi vs Il-Kunsill

(Kawża T-290/17)

(2017/C 231/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward Stavytskyi (il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 58, p. 34), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 58, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu lir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-inklużjoni fil-lista jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li dawn jippermettu l-inklużjoni fil-lista fuq il-bażi biss li jkunu suġġetti għal proċeduri kriminali, u li konsegwentement l-azzjoni li ttieħdet fuq l-atti kkontestati kienet illegali.

2.

It-tieni motiv, li jallega li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li ma kellux bażi fattwali solida biżżejjed sabiex jinkludi fil-lista lir-rikorrent minħabba li huwa kien suġġett għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukraini minħabba użu ħażin ta’ fondi u ta’ assi pubbliċi.

3.

It-tielet motiv, li jallega motivazzjoni insuffiċjenti, peress li, fl-atti kkontestati, il-Kunsill ta motivazzjoni insuffiċjenti u standardizzata, billi llimita ruħu li jirriproduċi t-test li jinsab fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-inklużjoni fil-lista.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega bażi legali żbaljata, peress li l-miżuri meħuda mill-Kunsill, fir-rigward tar-rikorrent, ma jikkostitwixxux atti ta’ politika estera, iżda pjuttost miżuri ta’ kooperazzjoni internazzjonali fil-proċeduri kriminali, li għalhekk ġew adottati fuq bażi legali żbaljata.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/41


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Transdev et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-291/17)

(2017/C 231/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Transdev (Issy-les-Moulineaux, Franza), Transdev Ile de France (Issy-les-Moulineaux), Transports rapides automobiles (TRA) (Villepinte, Franza) (rappreżentant: F. Salat-Baroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tippronunzja l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-2 ta’ Frar 2017, dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (ex 2012/NN) eżegwiti minn Franza favur impriżi tat-trasport bix-xarabank fir-reġjun ta’ Île-de-France, sa fejn fl-Artikolu 1 hija tiddikjara li l-iskema ta’ għajnuna reġjonali ġiet eżegwita “b’mod illegali”, filwaqt li din kienet skema ta’ għajnuna eżistenti;

sussidjarjament, tippronunzja l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-2 ta’ Frar 2017, dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (ex 2012/NN) eżegwiti minn Franza favur impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-reġjun ta’ Île-de-France, sa fejn fl-Artikolu 1 tagħha din tiddikjara li l-iskema ta’ għajnuna reġjonali ġiet eżegwita b’mod illegali għall-perijodu ta’ qabel il-25 ta’ Novembru 1998;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, imqajjem b’mod prinċipali, ibbażat fuq il-fatt li l-iskema ta’ għajnuna reġjonali inkwistjoni ma ġietx implementata b’mod illegali, peress li din ma kinitx suġġetta għall-obbligu ta’ komunikazzjoni minn qabel. L-iskema ta’ għajnuna reġjonali fil-fatt hija skema ta’ għajnuna eżistenti, fis-sens tal-Artikolu 108(1) TFUE u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(b) u tal-Kapitolu VI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 2015/1589”). Skont ir-regoli applikabbli għall-iskemi ta’ għajnuna eżistenti, l-implementazzjoni tagħhom ma hijiex illegali, peress li l-Kummissjoni tista’ biss tippreskrivi, jekk ikun il-każ, miżuri utli intiżi li jġiegħluhom jevolvu jew jgħibu għall-ġejjieni.

2.

It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, ibbażat fuq il-fatt li l-iskema ta’ għajnuna reġjonali ma tikkostitwixxix skema ta’ għajnuna eżistenti. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni vvizzjat id-deċiżjoni kkontestata b’illegalità meta qieset li l-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin kien ġie interrott minn rikors ippreżentat fl-2004 mis-Syndicat autonome des transporteurs de voyageurs (iktar ’il quddiem is-“SATV”) quddiem il-qorti nazzjonali. Fil-fatt, l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2015/1589 jipprovdi li l-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin jiġi interrott biss permezz ta’ miżura meħuda mill-Kummissjoni jew Stat Membru, li jaġixxi fuq it-talba tal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li l-preżentata ta’ rikors quddiem il-qorti nazzjonali mis-SATV ma jikkostitwixxix miżura li tinterrompi l-perijodu ta’ preskrizzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/41


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Région Île-de-France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/17)

(2017/C 231/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Région Île-de-France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J.-P. Hordies, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta’ Frar 2017 (SA.26763 – (2014/C) –), dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata minn Franza favur l-impriżi tat-trasport fir-Région Île-de-France, sa fejn ikklassifikat lil din l-iskema bħala għajnuna mill-Istat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tikklassifika l-iskema ta’ appoġġ tar-reġjun bħala għajnuna eżistenti.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Dan il-motiv huwa diviż f’żewġ partijiet:

l-ewwel parti, hija bbażata fuq nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-kriterju ta’ selettività.

It-tieni parti, hija bbażata fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-kriterju tal-benefiċċju ekonomiku indebitu.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/42


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (Lion’s Head)

(Kawża T-294/17)

(2017/C 231/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lion’s Head Global Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Nöske, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lion Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “Lion’s Head” li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 997 073

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1478/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/43


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – VSM vs EUIPO (WE KNOW ABRASIVES)

(Kawża T-297/17)

(2017/C 231/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VSM . Vereinigte Schmirgel- und Maschinen-Fabriken AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Horak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “WE KNOW ABRASIVES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 063 522

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1595/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 63(1) moqri flimkien mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament Nru 207/2009, ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u, għalhekk, tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (1000)

(Kawża T-299/17)

(2017/C 231/54)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “1000” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 333 531

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 650/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-appellanti tintervjeni f’din il-proċedura, tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/44


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (3000)

(Kawża T-300/17)

(2017/C 231/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “3000” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 511 119

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 653/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-appellanti tintervjeni f’din il-proċedura, tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (2000)

(Kawża T-301/17)

(2017/C 231/56)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanija) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “2000” – trade mark tal-Unjoni Nru 12 511 069

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 651/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/45


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (6000)

(Kawża T-302/17)

(2017/C 231/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “6000” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 112 545

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 656/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-appellanti tintervjeni f’din il-proċedura, tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/46


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (4000)

(Kawża T-303/17)

(2017/C 231/58)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “4000” — trade mark tal-Unjoni Nru 12 333 548

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 654/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/47


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (5000)

(Kawża T-304/17)

(2017/C 231/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, Rechtsanwältin)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: is-sinjal “5000” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 333 555

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 655/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ li l-appellanti tintervjeni f’din il-proċedura, tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/47


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2017 – Red Bull vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ parallelogramm komposta minn żewġ għelieqi b’kuluri differenti)

(Kawża T-305/17)

(2017/C 231/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Renck u S. Petivlasova, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ parallelogramm komposta minn żewġ għelieqi b’kuluri differenti) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 326 508

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26/01/2017 fil-Każ R 2582/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/48


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2017 – adidas v EUIPO – Shoe Branding Europe (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi paralleli)

(Kawża T-307/17)

(2017/C 231/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi paralleli) – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 442 166

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1515/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(2) moqri flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/49


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (LION’S HEAD global partners)

(Kawża T-310/17)

(2017/C 231/62)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lion’s Head Global Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Nöske, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lion Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “LION’S HEAD global partners” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 996 979

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1477/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Frar 2017 (Każ R 1477/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lion’s Head Global Partners LLP u Lion Capital LLP u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/49


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2017 – Stips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-311/17)

(2017/C 231/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adolf Stips (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi,

prinċipalment, id-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, tad-19 ta’ Awwissu 2016, li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid 2013, hija annullata;

sussidjarjament, il-Kummissjoni hija kkundannata tikkumpensa b’mod sħiħ id-dannu, kemm materjali kif ukoll morali, li ġarrab ir-rikorrent;

fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni injorat il-motivi tas-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2016, Stips vs Il-Kummissjoni (F-131/15, EU:F:2016:154) u eżegwixxiet din is-sentenza mala fide, u b’hekk kisret l-awtorità assoluta ta’ res judicata tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/50


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Wajos vs EUIPO (Forma ta’ flixkun)

(Kawża T-313/17)

(2017/C 231/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wajos GmbH (Dohr, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, R. Krillke u B. Schneiders, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea “Forma ta’ flixkun” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 886 097

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1526/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/50


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Nosio vs EUIPO (MEZZA)

(Kawża T-314/17)

(2017/C 231/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nosio SpA (Mezzocorona, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avvocati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MEZZA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 822 506

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 1518/2016-5

Talbiet

tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

tiddikkjara ammissibbli l-limitazzjoni proposta fil-klassi 33, jiġifieri “xarbiet alkoliċi, b’mod partikolari inbid u inbid frizzanti, li jinsabu fi fliexken u/jew b’kapaċità ta’ kontenut superjuri jew inferjuri għal 0,375 litru”;

tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-1 ta’ Marzu 2017 mill-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 1518/2016-5, innotifikata fit-23 ta’ Marzu 2017;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi invokati

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/51


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 joint Undertaking vs Revoind Industriale

(Kawża T-318/17)

(2017/C 231/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Clean Sky 2 joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 359 913,75fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 325940 dwar il-proġett intitolat “EULOSAM – Design and Manufacturing of Baseline Low-Speed, Low-Sweep Wind Tunnel Model”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 2 105,25 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3,5 % għall-perijodu ta’ mill-31 ta’ Jannar 2017 u l-1 ta’ April 2017;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 34.51 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett EULOSAM billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Konsegwentement, il-konsorzju rrexxinda l-Ftehim ta’ għajnuna u ħareġ nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 359 913.75 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.

Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/52


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Coebus et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/17)

(2017/C 231/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coebus (Génicourt, Franza), Compagnie des transports voyageurs du Mantois interurbains – CTVMI (Mantes-la-Jolie, Franza), SA des Transports de St Quentin en Yvelines (Trappes, Franza), Les cars Perrier (Trappes), Tim Bus (Magny-en-Vexin, Franza), Transports Voyageurs du Mantois (TVM) (Mantes-la-Jolie) (rappreżentanti: D. de Combles de Nayves, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

b’mod prinċipali, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2017 SA.26763 dwar għajnuna allegata mogħtija lill-impriżi ta’ trasport pubbliku mir-reġjun Ile-de-France sa fejn din tikkunsidra li l-iskema ta’ għajnuna tar-reġjun Ile-de-France stabbilita sa mill-1984 u sal-2008 jikkostitwixxu skema ta’ għajuna ġdida li ġiet “applikata b’mod illegali”;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2017 SA.26763 dwar l-għajnuna allegata mogħtija lill-impriżi ta’ trasport pubbliku mir-reġjun Ile-de-France sa fejn tikkunsidra li l-għajnuna individwali li tirriżulta mill-iskema ta’ għajnuna tar-reġjun Ile-de-Frnace bejn Mejju 1994 u l-25 ta’ Novembru 2008 jikkostitwixxu għajnuna ġdida li ġiet “applikata b’mod illegali”.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv imqajjem fil-kuntest tal-ewwel kap tat-talbiet, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108 TFUE, tal-ksur tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem ir-“Regolament Nru 2015/1589”) (ĠU 2015, L 248, p. 9), kif ukoll il-ksur tar-res judicata inerenti għas-sentenzi mogħtija wara rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv imqajjem fil-kuntest tat-tieni kap tat-talbiet, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2015/1589, sa fejn il-Kummissjoni kkwalifikat bħala miżura li tinterrompi l-preskrizzjoni, miżura li ma kinitx tosserva l-kriterji ta’ kwalifika ta’ din il-kategorija ta’ miżura prevista f’dan l-artikolu.

3.

It-tielet motiv imqajjem fil-kuntest tat-tieni kap tat-talbiet, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet proċedurali tat-terzi interessati, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ li l-preskrizzjoni kienet ġiet interrotta mhux permezz tal-preżentata ta’ rikors quddiem il-qrati amministrattivi, iżda peremzz tal-ewwel talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2008.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2017 – Steifer vs KESE

(Kawża T-331/17)

(2017/C 231/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: G. Steifer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2002 tad-Direttur tar-Riżorsi Umani u Finanzjarji tal-KESE li tiċħad t-talba tar-rikorrent tat-2 ta’ Ottubru 2002 sabiex jiġi rrimborsat, bl-interessi fis-seħħ, il-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni Belġjana tiegħu ittrasferiti fis-sistema Komunitarja;

tannulla l-avviż ta’ iffissar tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent, deċiż permezz tad-Deċiżjoni Nru 360/03 A tal-15 ta’ Diċembru 2003, sa fejn dan kien jeskludi jew kien jastjeni milli jipprevedi r-rimbors tal-arretrati perjodiċi li jikkorrispondu għall-pensjoni tal-irtirar tiegħu li tħallsu mill-Office national des pensions du Royaume de Belgique [l-uffiċċju nazzjonali tal-pensjonijiet tar-Renju tal-Belġju] fil-kont bankarju tal-KESE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004 minħabba t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tegħu;

tikkundanna lill-KESE jirrimborsa lir-rikorrent l-ammont tal-arretrati periodiċi mħallsa mill-ONP lill-Kumitat sa mill-1 ta’ Jannar 2014 abbażi tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu, bl-interessi moratorji bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti, mid-data li fiha kellhom iseħħu dawn ir-rimborsi u sal-ħlas sħiħ tagħhom;

tikkundanna lill-KESE jirrimborsa kull xahar lir-rikorrent l-ammont tal-arretrati periodiċi li xorta ser ikunu fil-futur imħallsa mill-ONP fil-kont bankarju tal-Kumitat;

tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka motivi uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ arrikkiment indebitu tal-Unjoni Ewropea, tad-dritt għall-proprjetà u tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal interpretat fid-dawl tal-għanijiet tiegħu, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati jeskludu jew ma jipprevedux id-dritt tar-rikorrent għar-rimbors tal-ammont tal-pensjoni nazzjonali tiegħu li ma kkontribwixxiex għall-kostituzzjoni tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea tiegħu.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Facebok vs EUIPO

(Kawża T-757/15) (1)

(2017/C 231/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/17) (1)

(2017/C 231/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – King.com vs EUIPO – TeamLava (Skrin ta’ wiri u ikoni)

(Kawża T-95/17) (1)

(2017/C 231/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/17) (1)

(2017/C 231/72)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


Rettifika

17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/55


Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-86/17

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 104 tat-3 ta’ April 2017 )

(2017/C 231/73)

L-avviż fil-Kawża T-86/17, Le Pen vs Il-Parlament għandu jaqra kif ġej:

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2017 — Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-86/17)

(2017/C 104/85)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2016 mogħtija skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew 2009/C 159/01, tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008, “dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew” kif emendata, li tikkonstata kreditu fir-rigward tar-rikorrenti ta’ ammont ta’ EUR 298 497.87 għall-ammonti mħallsa debitament fil-kuntest tal-assistenza parlamentari u li ssostni l-irkupru tagħhom u li timponi fuq l-uffiċjal ikkonċernat li jkun ta l-awtorizzazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-kontabilist tal-Istituzzjoni, li jsir dan l-irkupru skont l-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Artikoli 66, 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-1560, tas-6 ta’ Diċembru 2016, li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat kreditu ta’ EUR 298 497.87 fil-konfront tagħha insegwitu għad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2016, għall-irkupru tas-somom indebitament imħallsa għall-assistenza parlamentari, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Artikoli 66, 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew tħallas lil M. Le Pen, bħala rimbors għall-ispejjeż li jistgħu jinġabru, is-somma ta’ EUR 50 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tnax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-awtur tal-att ma għandux kompetenza. Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2016 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) hija ta’ kompetenza tal-Bureau tal-Parlament Ewropew u li l-firmatarju tad-deċiżjoni ma għandu l-ebda delega sabiex jagħmel dan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni li biha hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, peress li dan ir-rekwiżit huwa previst mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali safejn id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda r-rapport ta’ investigazzjoni mmexxi mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”) u magħluq fis-26 ta’ Lulju 2016, li ma ġiex ikkomunikat lir-rikorrenti. Ir-rikorrenti għalhekk ma ġietx mismugħa u ma setatx targumenta b’mod validu l-motivi tad-difiża tagħha peress li s-Segretarju Ġenerali kien irrifjuta li jikkomunikalha liema dokumenti kienu l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami personali tal-fajl mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew. Skont ir-rikorrenti, dan tal-aħħar illimita ruħu jadotta r-rapport tal-OLAF u qatt ma pproċeda personalment sabiex jeżamina s-sitwazzjoni ta’ din tal-aħħar.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-ineżistenza tal-fatti insostenn tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata magħha (iktar ’il quddiem l-“atti kkontestati”), peress li l-fatti invokati ma kinux eżatti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li hija ma kellhiex għalfejn tipproduċi l-prova tal-ħidma tal-assistent parlamentari tagħha, iżda li għall-kuntrarju kien għall-awtoritajiet kompetenti li jipprovaw mod ieħor.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, safejn is-somma kkontestata lir-rikorrenti ma hijiex immotivata la fid-dettall u lanqas fil-metodu ta’ kalkolu u peress li tassumi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrenti.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li l-atti kkontestati ġew adottati bil-għan li jċaħħdu lir-rikorrenti, deputat tal-Parlament Ewropew, mill-mezzi sabiex teżerċita l-mandat tagħha.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrenti tikkunsidra li s-Segretarju Ġenerali, sabiex jevita li jkun mġiegħel jgħaddilha r-rapport tal-OLAF li kien fil-pussess tiegħu, kien ittrażmetta b’mod illegali t-talba għall-komunikazzjoni ta’ dan ir-rapport lill-OLAF li ma wettqitx il-komunikazzjoni tiegħu.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq trattament diskriminatorju u fuq l-eżistenza ta’ fumus persecutionis, peress li s-sitwazzjoni f’din il-kawża tirrigwarda esklużivament lir-rikorrenti u l-partit tagħha.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq preġudizzju għall-indipendenza ta’ membru parlamentari u l-konsegwenzi tal-assenza ta’ mandat li jorbot. L-atti kkontestati mingħajr ebda dubju għandhom l-għan li jfixklu l-libertà tal-eżerċizzju tal-mandat parlamentari tar-rikorrenti billi jċaħduha mill-mezzi finanzjarji neċessarji sabiex twettaq il-missjoni tagħha. Barra minn hekk, il-membru parlamentari ma tistax tirċievi istruzzjonijiet mis-Segretarju Ġenerali dwar kif għandha teżerċita l-mandat tagħha, taħt it-theddida ta’ sanzjonijiet finanzjarji.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ indipendenza tal-OLAF, peress li dan l-organu ma joffri l-ebda garanzija ta’ imparzjalità u ta’ integrità u peress li jiddependi mill-Kummissjoni Ewropea.


17.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/57


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-161/17

( “Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” C 151 tal-15 ta’ Mejju 2017 )

(2017/C 231/74)

L-avviż fil-kawża T-161/17, għandu jinqara kif ġej Le Pen vs Il-Parlament:

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2017 — Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-161/17)

(2017/C 151/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J. P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Jannar 2017, mogħtija b’applikazzjoni tal-Artikoli 33, 43, 62, 67, 68 tad-Deċiżjoni 2009/C 159/01 tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008“dwar il-Miżuri ta’ Implimentazjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew”, kif emendata, li tikkonstata kreditu fir-rigward tar-rikorrenti ta’ ammont ta’ EUR 41 554 għall-ammonti mħallsa indebitament fil-kuntest tal-assistenza parlamentari u li ssostni l-irkupru tagħhom u li timponi fuq l-uffiċjal ikkonċernat li jkun ta l-awtorizzazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-kontabbli tal-Istituzzjoni, li jsir dan l-irkupru skont l-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Artikoli 66, 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2017-22 tal-11 ta’ Jannar 2017 li tinforma lir-rikorrenti li ġie kkonstatat kreditu ta’ EUR 41 554 fil-konfront tagħha insegwitu għad-deċiżjoni tas-6 ta’ Jannar 2017, għall-irkupru tas-somom indebitament imħallsa għall-assistenza parlamentari, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut u tal-Artikoli 78, 79 u 80 tar-Regolament Finanzjarju;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lil M. Le Pen, bħala rimbors għall-ispejjeż li jistgħu jinġabru, is-somma ta’ EUR 50 000,00.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw il-legalità esterna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv huwa maqsum f’ħames partijiet.

L-ewwel parti, skont liema l-kompetenza fil-qasam ta’ deċiżjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw lill-membri tal-Parlament Ewropew, hija tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew u mhux tas-Segretarju Ġenerali.

It-tieni parti, skont liema l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew ma jistax jemenda n-natura u l-portata tal-kompetenza tiegħu. Madankollu, is-Segretarju Ġenerali ma għandu ebda delega regolari min-naħa tal-President tal-Uffiċċju tal-Parlament li tagħtih is-setgħa li jadotta u li jinnotifika l-atti kkontestati fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw membru tal-Parlament Ewropew.

It-tielet parti, skont liema l-atti kkontestati huma nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti u turi natura arbitrarja.

Ir-raba’ parti, hija bbażata fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.

Il-ħames parti hija bbażata fuq l-assenza ta’ eżami personela tal-fajl mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-legalità interna tal-atti kkontestati. Dan il-motiv huwa maqsum f’sitt partijiet.

L-ewwel parti hija bbażata fuq ksur tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali.

It-tieni parti hija bbażata fuq l-ineżistenza tal-fatti insostenn tal-atti kkontestati.

It-tielet parti, skont liema l-atti kkontestati ma humiex ivvizzjati minn abbuż ta’ poter.

Ir-raba parti, skont liema l-atti kkontestati ma humiex vvizzjati minn abbuż ta’ proċedura.

Il-ħames parti, ibbażata fuq in-natura diskriminatorja tal-atti kkontestati u tal-eżistenza tal-fumus persecutionis.

Is-sitt parti, hija bbażata fuq l-assenza ta’ indipendenza tal-OLAF.