ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 226

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
14 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 226/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8484 — Gasunie/Vopak/Oiltanking/JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2017/C 226/02

Komunikazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew — CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 226/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2017/C 226/04

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

2017/C 226/05

Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fir-rigward tagħhom twettqu r-rekwiżiti kostituzzjonali skont l-Artikolu 103 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, u Deċiżjonijiet relatati

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 226/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8422 — ChemChina/AKC/JVs) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8484 — Gasunie/Vopak/Oiltanking/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 226/01)

Fis-6 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8484. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/2


Komunikazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

(2017/C 226/02)

Il-Kanċellerija tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew kellha l-laqgħa annwali tagħha fis-7 ta’ Ġunju 2017 taħt il-presidenza tas-Sinjura Sylvie Guillaume, Viċi President tal-Parlament Ewropew.

F’dik il-laqgħa, tfasslet il-lista li ġejja tar-rebbieħa tal-premju għas-sena 2017.

Il-premijiet se jingħataw waqt ċerimonji pubbliċi ta’ premjazzjoni li se jsiru fl-Istati Membri tar-rebbieħa u se jkunu organizzati mill-Uffiċċji tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, ir-rebbieħa se jiltaqgħu fil-Parlament Ewropew fi Brussell, f’avveniment ċentrali li se jsir fil-11 ta’ Ottubru 2017.

CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

Rebbieħa

 

Αικατερίνη Παναγοπούλου

 

Αμερίκος Αργυρίου

 

Антони Стоянов

 

Agence de Développement rural Europe et Territoires

 

Border Communities against Brexit

 

Μπορούμε

 

Brexpats - Hear our voice

 

Bürger Europas

 

Buscant Alternatives

 

CERMI (Comité español de representantes de personas con discapacidad)

 

Charita Česká Repubblika

 

Cristian Pantazi

 

Davide Sousa Moura

 

Don Virginio Rigoldi

 

Ewa Dados

 

Fondazione Opera Immacolata Concezione ONLUS

 

Foróige

 

Għaqda Każini tal-Banda

 

“Glaskunst langs de Maas” van Stichting Ecrevissecomité Obbicht

 

Hej främling!

 

Herta Hoffmann

 

Hope for girls

 

Hrvatska udruga Transplant

 

Ján Benčík

 

Junge Aktion der Ackermann-Gemeinde

 

Labdarības maratona “Dod Pieci” komanda

 

Lietuvos moterų lobistinė organizacija

 

Mazowieckie Stowarzyszenie Pracy dla Niepełnosprawnych “De Facto”

 

Médecins du monde - Belgique

 

Mihály Bencze

 

Mosaik

 

Mouvement du Nid/Délégation du Bas-Rhin

 

Pescatori siciliani di Mazara del Vallo

 

Plataforma de afectados por Hepatitis C

 

Plataforma de Apoio aos Refugiados

 

PRAKSIS

 

Pulse of Europe

 

Robert Hébras

 

Saint-Omer Cricket Club Stars

 

SámiSoster ry

 

Stowarzyszenie Drogami Tischnera

 

Strom života

 

Students and Refugees Together (START) - Avril Bellinger

 

Széll Tamás

 

Szilárd István

 

Teeme Ära

 

Teresa de Sousa

 

Tvrtko Barun

 

#VORREIPRENDEREILTRENO ONLUS

 

ZDUS - Zveza društev upokojencev Slovenije


Il-Kummissjoni Ewropea

14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Lulju 2017

(2017/C 226/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1417

JPY

Yen Ġappuniż

129,17

DKK

Krona Daniża

7,4367

GBP

Lira Sterlina

0,88215

SEK

Krona Żvediża

9,5430

CHF

Frank Żvizzeru

1,1011

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4518

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,120

HUF

Forint Ungeriż

307,27

PLN

Zloty Pollakk

4,2332

RON

Leu Rumen

4,5635

TRY

Lira Turka

4,0763

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4770

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4564

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,9167

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5578

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5722

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 298,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0961

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7443

HRK

Kuna Kroata

7,4050

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 238,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,9093

PHP

Peso Filippin

57,720

RUB

Rouble Russu

68,4750

THB

Baht Tajlandiż

38,761

BRL

Real Brażiljan

3,6733

MXN

Peso Messikan

20,3212

INR

Rupi Indjan

73,5825


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/5


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 226/04)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 388, fin-nota ta’ spjega għas-subtitli tan-NM “9612 10 10 sa 9612 10 80 Żigarelli”, jiżdied it-test li ġej:

“Dawn is-subtitli jinkludu prodotti li huma żigarelli bil-linka, sensittivi għas-sħana u lesti għall-użu, jiġifieri li huma adattati biex jintużaw f’tajprajter jew fi kwalunkwe magna li tinkorpora apparat għall-istampar mingħajr l-ebda proċess ieħor ta’ manifattura.

It-tul u l-wisa’ taż-żigarelli bil-linka li huma lesti għall-użu huma ddeterminati skont it-tip ta’ magna li jintużaw fiha.

Il-prodotti li mhumiex lesti għall-użu huma esklużi minn dawn is-subtitli (ġeneralment, it-Taqsimiet VI u VII).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/6


Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fir-rigward tagħhom twettqu r-rekwiżiti kostituzzjonali skont l-Artikolu 103 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, u Deċiżjonijiet relatati

(2017/C 226/05)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE ilhom minn Marzu 2000 jindikaw f’nota f’qiegħ il-paġna jekk id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom tiddependix mit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali ta’ xi waħda mill-Partijiet Kontraenti. Dawn ir-rekwiżiti ġew innotifikati fir-rigward tad-Deċiżjonijiet elenkati hawn taħt. Il-Partijiet Kontraenti inkwistjoni issa nnotifikaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li temmew il-proċeduri interni tagħhom. Id-dati tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet huma kif indikat. Barra minn hekk, ċerti Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jistgħu jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali tad-Deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq u li huma wkoll elenkati hawn taħt.

Numru tad-Deċiżjoni

Data tal-adozzjoni

Referenza għall-pubblikazzjoni

Att(i) ġuridiċi integrati

Data tad-dħul fis-seħħ

182/2013

8.11.2013

ĠU L 92, 27.3.2014, p. 6

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 27.3.2014, p. 6

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva fir-rigward għad-dispaċċ ta’prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri

1.8.2016

256/2014

12.12.2014

ĠU L 311, 26.11.2015, p. 4

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 71, 26.11.2015, p. 4

Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi

1.8.2016

9/2015

25.2.2015

ĠU L 93, 7.4.2016, p. 15

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 7.4.2016, p. 13

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

1.1.2016

15/2015

25.2.2015

ĠU L 93, 7.4.2016, p. 26

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 7.4.2016, p. 23

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 520/2012 tad-19 ta’ Ġunju 2012 dwar it-twettiq tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza stipulati fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.1.2016

25/2015

25.2.2015

ĠU L 93, 7.4.2016, p. 39

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 7.4.2016, p. 34

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/58/UE tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sistema ta’ traċċabilità ta’ oġġetti pirotekniċi

1.1.2016

28/2015

25.2.2015

ĠU L 93, 7.4.2016, p. 42

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 21, 7.4.2016, p. 37

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.1.2016

102/2015

30.4.2015

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 55

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 4.8.2016, p. 53

Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”)

1.7.2016

103/2015

30.4.2015

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 57

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 4.8.2016, p. 55

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/89/UE tal-14 ta’ Frar 2014 dwar proġett bi prova għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ kooperazzjoni amministrattiva deskritti fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

1.7.2016

115/2015

30.4.2015

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 72

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 4.8.2016, p. 69

Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

1.5.2016

116/2015

30.4.2015

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 74

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 4.8.2016, p. 71

Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

1.6.2016

117/2015

30.4.2015

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 76

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 4.8.2016, p. 73

Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

1.1.2016

122/2015

30.4.2016

ĠU L 211, 4.8.2016, p. 83

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 4.8.2016, p. 80

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/99/UE tal-21 ta’ Ottubru 2014 li għall-finijiet biex tiġi adattata mal-progress tekniku, temenda d-Direttiva 2009/126/KE dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

1.1.2016

186/2015

10.7.2015

ĠU L 8, 12.1.2017, p. 16

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 12.1.2017, p. 15

Id-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-varar ta’ eCall interoperabbli madwar l-UE kollha

1.3.2016

188/2015

10.7.2015

ĠU L 8, 12.1.2017, p. 20

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 12.1.2017, p. 18

Id-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur

1.5.2016

191/2015

10.7.2015

ĠU L 8, 12.1.2017, p. 25

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 12.1.2017, p. 22

Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali

1.5.2016

193/2015

10.7.2015

ĠU L 8, 12.1.2017, p. 29

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 12.1.2017, p. 25

Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar-li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE

1.8.2016

197/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 1

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 790/2010 tas-7 ta’ Settembru 2010 li jemenda l-Annessi VII, X u XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti eżentati mill-kontrolli veterinarji skont dik id-Direttiva

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2013 tal-14 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bożnja u Ħerzegovina

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f’impjanti tal-kombustjoni

1.8.2016

198/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 5.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 5.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 294/2013 tal-14 ta’ Marzu 2013 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva, kif korret permezz tal-ĠU L 226, 24.8.2013, p. 44

1.8.2016

199/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 7.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 7.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-entrati għall-benessri tal-annimali f’ċerti ċertifikati mudell tas-saħħa

1.8.2016

200/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 8.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 8.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/9 tas-6 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta’ ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik

1.8.2016

201/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 9.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 9.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 483/2014 tat-8 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tad-dijarea fil-porċini kkawżata minn deltakoronavirus fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ sprej ta’ demm imnixxef u plażma tad-demm ta’ oriġini porċina maħsuba għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini mrobbija

1.8.2016

207/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 20.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 20.

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) NRU 1322/2014 tad-19 ta’ Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

1.7.2016

213/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 31.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 31.

Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE

1.8.2016

219/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 41.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 40.

Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

1.6.2016

228/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 52.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 51.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014 tas-26 ta’ Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 73/2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

1.6.2016

229/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 53.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 52.

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Riformulat), kif ikkoreġut mill-ĠU L 158, 19.6.2012, p. 25

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi regoli dwar il-pjanijiet nazzjonali tranżizzjonali msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/119/UE tal-10 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-dejta u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 63, 2.3.2012, p. 1), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 328, 28.11.2012, p. 27

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/134/UE tat-28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għal-manifattura tal-ħġieġ

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/135/UE tat-28 ta’ Frar 2012 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/249/UE tas-7 ta’ Mejju 2012 rigward id-determinazzjoni ta’ perjodi tat-tqabbid u tat-tifi għal finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq emissjonijiet industrijali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE tat-12 ta’ Diċembru 2012 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE tal-11 ta’ Frar 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-ikkonzar tal-ġlud

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/163/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għas-siment, ġir u ossidu tal-manjeżju

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/732/UE tad-9 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għall-produzzjoni tal-chlor-alkali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/687/UE tat-26 ta’ Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni ta’ polpa, karta u kartun, kif ikkoreġuta mill-ĠU L 348, 4.12.2014, p. 30.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE tad-9 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass kif ikkoreġuta mill-ĠU L 62, 6.3.2015, p. 35

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/768/UE tat-30 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dwar tekniki ta’ ġestjoni integrata tal-emissjonijiet applikati f’raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.8.2016

230/2015

25.9.2015

ĠU L 85, 30.3.2017, p. 57.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 19, 30.3.2017 p. 56.

Ir-Regolament (UE) Nru 660/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta’ skart

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1234/2014 talt-18 ta’ Novembru 2014 li jemenda l-Annessi IIIB, V u VIII għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart

1.8.2016

244/2015

30.10.2015

ĠU L 161, 22.6.2017, p. 19.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 22.6.2017 p. 18.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014 tat-18 ta’ Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli

1.7.2016

245/2015

30.10.2015

ĠU L 161, 22.6.2017, p. 21.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 22.6.2017 p. 20.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

1.7.2016

252/2015

30.10.2015

ĠU L 161, 22.6.2017, p. 32.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 22.6.2017 p. 32.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.8.2016

275/2015

30.10.2015

ĠU L 161, 22.6.2017, p. 62.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 22.6.2017 p. 64.

Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007

1.8.2016

276/2015

30.10.2015

ĠU L 161, 22.6.2017, p. 64.

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 38, 22.6.2017 p. 66.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.8.2016

318/2015

11.12.2015

Se jiġi ppubblikat

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

1.8.2016

32/2016

5.2.2016

Se jiġi ppubblikat

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/895/UE tal-10 ta’ Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/896/UE tal-10 ta’ Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-format għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi

1.8.2016

89/2016

29.4.2016

Se jiġi ppubblikat

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE

1.1.2017

97/2016

29.4.2016

Se jiġi ppubblikat

Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, kif ikkoreġuta mill-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE

Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE

1.1.2017

98/2016

29.4.2016

Se jiġi ppubblikat

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2171 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2172 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti

1.1.2017

99/2016

29.4.2016

Se jiġi ppubblikat

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1986 tal-11 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 842/2011 li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

1.1.2017

125/2016

3.6.2016

Se jiġi ppubblikat

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011

1.8.2016

127/2016

3.6.2016

Se jiġi ppubblikat

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/7 tal-5 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi formola standard għad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist

1.1.2017

204/2016

30.9.2016

Se jiġi ppubblikat

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jissuplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2012 tad-29 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta’ pożizzjoni netta f’ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta’ ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b’mod xieraq li ishma jew strumenti ta’ dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta’ notifika, livelli limitu ta’ likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2012 tal-5 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għal ishma likwidi u strumenti finanzjarji oħra

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/97 tas-17 ta’ Ottubru 2014 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 918/2012 fir-rigward tan-notifika ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f’dejn sovran

1.2.2017


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8422 — ChemChina/AKC/JVs)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 226/06)

1.

Fis-6 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolamrnt tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi China National Bluestar Group Co. Ltd (“Bluestar Group”, iċ-Ċina), li tappartjeni lil China National Chemical Corporation (“ChemChina”, iċ-Ċina), u Asahi Kasei Corporation (“AKC”, il-Ġappun) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (JV) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kontribuzzjoni ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ChemChina: il-produzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi, mad-dinja kollha,

—   għal AKC: il-produzzjoni ta’ fibri, prodotti kimiċi, materjali elettroniċi, prodotti farmaċewtiċi, apparati mediċi, u djar, mad-dinja kollha,

—   għall-JV: Żewġ joint ventures attivi rispettivament fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni, u fil-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta għadd ta’ prodotti kimiċi fiċ-Ċina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8422 — ChemChina/AKC/JVs fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.