ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
21 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 197/01

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.8306 — Qualcomm/NXP Semiconductors) ( 1 )

1

2017/C 197/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8489 — Cinven/Eurovita) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 197/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2017/C 197/04

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ talba għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Dealurile Zarandului (IĠP))

3

2017/C 197/05

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ talba għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Dealurile Crişanei (IĠP)]

12

2017/C 197/06

Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti — Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

21


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 197/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8437 — Stadler Rail/ÖBB-TS/Stadler Linz JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

23

2017/C 197/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8470 — DAAM/InfraVia/FIH/AI) ( 1 )

24

2017/C 197/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8416 — The Priceline Group/Momondo Group Holdings) ( 1 )

25

2017/C 197/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8521 — SEGRO/PSPIB/SELP/CAT Site) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

26

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 197/11

Notifika għall-attenzjoni ta’ Fared Saal li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1094

27


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/1


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.8306 — Qualcomm/NXP Semiconductors)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 197/01)

Fid-9 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8306 — Qualcomm/NXP Semiconductors, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8489 — Cinven/Eurovita)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 197/02)

Fil-15 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8489. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ġunju 2017

(2017/C 197/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1156

JPY

Yen Ġappuniż

124,25

DKK

Krona Daniża

7,4378

GBP

Lira Sterlina

0,88143

SEK

Krona Żvediża

9,7575

CHF

Frank Żvizzeru

1,0854

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4930

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,293

HUF

Forint Ungeriż

309,13

PLN

Zloty Pollakk

4,2306

RON

Leu Rumen

4,5988

TRY

Lira Turka

3,9450

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4674

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4812

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7015

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5414

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5482

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 271,75

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,6166

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6159

HRK

Kuna Kroata

7,4175

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 830,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,7850

PHP

Peso Filippin

55,902

RUB

Rouble Russu

66,2746

THB

Baht Tajlandiż

37,919

BRL

Real Brażiljan

3,6845

MXN

Peso Messikan

20,2098

INR

Rupi Indjan

71,9705


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Ġunju 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ talba għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Dealurile Zarandului (IĠP))

(2017/C 197/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rumanija bagħtet applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Dealurile Zarandului” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, l-Artikolu 97(1), u l-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 intlaħqu.

(3)

Sabiex tippermetti l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Dealurile Zarandului” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Dealurile Zarandului” (IĠP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi l-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA ĠDIDA LILL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“DEALURILE ZARANDULUI”

PGI-RO-A0031-AM01

Data tas-sottomissjoni: 28.5.2015

1.   Regoli Applikabbli għall-Emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Emenda liż-żona demarkata

Iż-żona demarkata għall-produzzjoni ta’ nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Dealurile Zarandului”, li tifrex tul il-Kontea ta’ Arad, għandha tiġi estiża biex tinkludi l-lokalitajiet Zăbrani, Neudorf, Frumuşeni, Cruceni, Fiscut, Firiteaz, Hunedoara Timişană, Dud u Agrişu Mare. Il-konfigurazzjoni taż-żona ġeografika finali li għaliha qed tintalab il-protezzjoni tal-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika għandha għalhekk tkun kif ġej:

il-Kontea ta’ Arad, id-dwieli ta’ Miniș-Măderat, biċ-ċentri tat-tkabbir tad-dwieli li ġejjin:

Miniș, lokalitajiet:

Il-belt ta’ Lipova (il-lokalitajiet ta’ Lipova u Radna)

Zăbrani (l-irħula ta’ Zăbrani u Neudorf)

Frumușeni (ir-raħal ta’ Frumușeni)

Păuliș (l-irħula ta’ Păuliș u Barațca)

Ghioroc (l-irħula ta’ Miniș, Ghioroc u Cuvin)

Covăsânț (ir-raħal ta’ Covăsânț)

Maderat, lokalitajiet:

Șiria (l-irħula ta’ Șiria, Galșa u Mâsca)

Il-belt ta’ Pâncota (il-lokalità ta’ Pâncota u r-raħal ta’ Maderat)

Târnova (l-irħula ta’ Târnova, Dud, Agrişu Mare u Drauţ)

Il-belt ta’ Ineu (il-lokalità ta’ Ineu u r-raħal ta’ Mocrea)

Șilindia (l-irħula ta’ Șilindia, Satu Mic u Luguzău)

Dealul Viilor, lokalitajiet:

Șagu (l-irħula ta’ Șagu, Cruceni, Fiscut, Firiteaz u Hunedoara Timișană)

Dorobanți, lokalitajiet:

Curtici (ir-raħal ta’ Dorobanți)

L-inbejjed bojod miksuba madwar Lipova, Zăbrani u Neudorf għandhom il-mineralità u t-togħma tipika tal-inbejjed min-Nofsinhar taż-żona tal-vinja Miniș-Măderat. Minħabba l-abbundanza tal-ħsadat, dawn għandhom aċidità relattivament għolja, li tkun kemxejn inqas mal-ewwel kuntatt, u aromi primarji ffurmati tajjeb. B’kuntrast ma’ dan, l-inbejjed ħomor iżommu l-karatteristika speċjali tal-kulur skur taż-żona sħiħa tal-vinja Miniș-Măderat: ħjiel vjola fuq l-isfond aħmar rubin brillanti iżda skur. L-inbejjed huma estrattivi. Skont l-istatistika ONVPV għas-snin 2012, 2013 u 2014, il-kontenut ta’ estratt niexef tal-inbejjed bojod jista’ jilħaq sa 19–20 g/l (Sauvignon), filwaqt li għall-inbejjed ħomor jista’ jitla’ sa 27,55 g/l (Cabernet Sauvignon). L-inbejjed prodotti fil-parti tat-Tramuntana tar-reġjun (Dud, Agrișu Mare, Luguzău) huma ifjen u għandhom aċidità aktar qawwija, minħabba l-istess estrattività: 19,44 g/l għall-inbejjed bojod (Pinot gris u Sauvignon) u 27,63 g/l għall-inbejjed ħomor (Merlot).

Deskrizzjoni tal-inbejjed prodotti fil-lokalitajiet taż-żona tipprovdi spjegazzjoni dwar l-ispeċifiċitajiet analitiċi u organolettiċi tagħhom. Analiżi komparattiva tal-inbejjed prodotti minn diversi varjetajiet ikkultivati kemm fiż-żona l-antika u kif ukoll fil-lokalitajiet li ġew inklużi dan l-aħħar matul l-aħħar erba’ snin ta’ ħsad turi li: il-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Mustoasă de Măderat tvarja minn 11,76–12,30 % alkoħol, aċidità totali ta’ 6,0 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 18,15–19,85 g/l; il-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Riesling Italian tvarja minn 10,60–12,35 % alkoħol, aċidità totali ta’ 5,20–6,30 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 17,20–21,10 g/l; il-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Merlot tvarja minn 12,50–13,00 % alkoħol, aċidità totali ta’ 6,10–6,50 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 24,65–27,55 g/l; u l-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Cabernet Sauvignon tvarja minn 12,20–12,60 % alkoħol, aċidità totali ta’ 4,70–6,69 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 20,63–24,75 g/l; Instab xebħ sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-freskezza u l-fruttożità fil-varjetajiet bojod fil-lokalitajiet ta’ Lipova, Radna, Zăbrani, Neudorf, Păuliş u Baraţca. Ġew osservati togħmiet sekondarji simili ħafna f’varjetajiet bojod ta’ nbid minn pjantaġġuni fil-lokalitajiet ta’ Şagu, Cruceni, Fiscut, Firiteaz, Hunedoara Timişană u Frumuşeni. Il-ħamrija kannella chernozem tipproduċi nbejjed li huma estrattivi, ffurmati tajjeb u mimlija togħma fil-lokalitajiet ta’ Şilindia, Satu Mic, Luguzău, Dud u Agrişu Mare. Mhijiex koinċidenza li d-dwieli ilhom jiġu kkultivati fuq dawn l-artijiet minn żmien il-qedem.

Taħlita ta’ ftit għarfien dwar il-politika Ewropea dwar il-protezzjoni taż-żoni demarkati minn indikazzjoni ġeografika u nuqqas ta’ għaqdiet tal-produtturi tal-inbid fiż-żmien meta r-Rumanija ssieħbet mal-Unjoni Ewropea rriżultat f’sitwazzjoni fejn xi lokalitajiet bi tradizzjonijiet antiki ta’ produzzjoni ta’ nbejjed bi kwalità speċifika tħallew barra miż-żona ta’ Dealurile Zarandului.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat/Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati

Dealurile Zarandului

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

3.   Kategoriji għall-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi

qawwa alkoħolika totali u attwali: mhux anqas minn 10 % tal-volum

l-aċidità totali (aċidu tartariku): mhux anqas minn 4,5 g/l.

aċidità volatili (aċidu aċetiku): mhux iktar minn 1,2 g/l

Estratt niexef li ma jirriduċix: mhux anqas minn 17 g/l,

it-total tad-diossidu tal-kubrit: mhux iktar minn 300 mg/l

id-diossidu tal-kubrit ħieles: mhux iktar minn 60 mg/l

1.   Muscat Ottonel:

Dehra: ċara, brillanti

Kulur: isfar lewn it-tiben jew isfar qawwi, skont il-kwalità tal-għeneb fil-ħsad

Riħa: delikata, xi ħjiel ta’ fjuri, riħa tipika tal-Muscat minn ħsadat fit-Tramuntana tal-vinji

Togħma: togħma tipika tal-Muscat, bi ħjiel bellusi pjaċevoli. Jeħtieġ korrezzjoni tal-aċidità.

2.   Traminer roz:

Dehra: ċara

Kulur: aħdar fl-isfar

Riħa: aroma ta’ petali tal-ward, speċjalment minn ħsadat fiż-żona tal-lokalità ta’ Păuliş

Togħma: speċifika, ta’ ħuxlief maħsud frisk

3.   Sauvignon:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: isfar ċar b’laqtiet ħadrana

Riħa: ta’ fjuri tad-dwieli

Togħma: togħma ta’ frott, pjaċevolment aċiduża, armonjuża

4.   Pinot Gris:

Dehra: ċara

Kulur: abjad fl-aħdar, b’laqtiet kemxejn safranija

Riħa: tat-tuffieħ tas-sajf

Togħma: sħiħa, b’togħma ħafifa tal-qoxra tal-ħobż moħmi

5.   Feteasca regala:

Dehra: ċara

Kulur: isfar fl-aħdar

Riħa: aroma qarsa tat-tuffieħ tas-sajf, li tirrifletti l-kontenut minerali għoli tal-ħamrija skeletrika

Togħma: mimlija, definita tajjeb, li tinkorpora l-karattru distintiv tal-parti tat-Tramuntana tal-vinji

6.   Feteasca alba:

Dehra: ċara

Kulur: isfar fl-aħdar

Riħa: fjuri tad-dielja u tat-tuffieħ

Togħma: pjaċevoli, definita tajjeb, tipika

7.   Riesling italian:

Dehra: ċara

Kulur: abjad fl-aħdar

Riħa: ebda aroma primarja speċifika

Togħma: mimlija, tal-inbid, friska ħafna, pjaċevolment aċiduża

8.   Riesling de Rhin:

Dehra: ċara

Kulur: abjad fl-aħdar, tipika

Riħa: ebda aroma primarja partikolari

Togħma: tal-inbid, friska, pjaċevolment aċiduża

9.   Chardonnay:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: isfar dehbi

Riħa: aroma tan-nwar tal-akaċja u tal-ħuxlief maħsud

Togħma: pjaċevoli, florali, b’aċidità ħafifa

10.   Mustoasă de Măderat

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: isfar fl-aħdar, bħal felli tal-lumi, tistħajlu għandu togħma kemxejn qarsa

Riħa: tuffieħ aħdar mhux misjur, b’noti tan-nwar tad-dwieli, speċjalment fiż-żoni fejn il-produzzjoni hija inqas mill-istandard għal din il-varjetà

Togħma: friska, rinfreskanti, vivaċi, minħabba l-aċidità għolja, speċjalment f’żoni b’livelli sinifikanti ta’ produzzjoni

11.   Furmint:

Dehra: ċara

Kulur: abjad fl-aħdar, b’laqtiet isfar ċar

Riħa: aroma primarja ta’ frott tropikali

Togħma: pjaċevoli, bħal frotta tropikali sukkulenti, oriġinali

12.   Furmint de Miniş:

Dehra: ċara

Kulur: abjad fl-aħdar, b’laqtiet isfar tal-lumi

Riħa: aroma ta’ frott tropikali

Togħma: pjaċevoli, friska, tfakkrek fi frotta tropikali sukkulenti, tipika

13.   Cabernet Sauvignon:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar rubin intens, b’laqtiet blu qawwi meta jsir minn għeneb maħsud miż-żona minn Covăsânţ sa Lipova, li tiffavorixxi l-varjetajiet ħomor

Riħa: aroma distinta ta’ veġetazzjoni selvaġġa u tal-ħaxix

Togħma: l-inbid żagħżugħ huwa wisq aħrax, tanniku, veġetali u saħansitra ma tistax tixorbu; huwa jeħtieġ minimu ta’ sentejn maturazzjoni fil-bettija. Bil-maturazzjoni t-togħma titjieb u ssir pjaċevolment bellusija, mimlija u ratba. L-aċidità għolja tiegħu meta mqabbla ma’ vinji oħrajn u l-estratt ġeneruż iżidu s-sostenibbiltà tiegħu, u dan jiżgura l-freskezza maż-żmien.

14.   Merlot:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar rubin, brillanti, bi ħjiel ta’ terrakotta wara l-maturazzjoni

Riħa: aroma pjaċevoli ta’ frott tal-foresti, lampun selvaġġ, u jakkwista noti tal-ballut u tal-vanilla b’riżultat tal-maturazzjoni

Togħma: l-astrinġenza hija aktar moderata milli fil-Cabernet Sauvignon; għandha konsistenza bellusija speċifika għal din il-varjetà, u takkwista bouquet attraenti bil-maturazzjoni

15.   Pinot noir:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar ċirasa skur, brillanti

Riħa: aroma li tinbidel minn ċirasa għal frawli bil-maturazzjoni tal-inbid

Togħma: bellusija, delikata, kumplessa u raffinata, kostanti, speċjalment fin-Nofsinhar tal-vinja

16.   Fetească neagră:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar granata intens

Riħa: aroma kumplessa, oriġinali, b’nota ta’ fjuri awtentika

Togħma: iffurmata sew, pjaċevoli u biżżejjed qawwija, ta’ togħma tajba u attraenti

17.   Burgund Mare

Dehra: ċara

Kulur: aħmar granata intens bi ħjiel ta’ vjola, il-kulur standard li jinsab fil-ħsadat fiż-żona minn Covăsânţ sa Lipova

Riħa: aroma ta’ frott tal-foresta misjur: tut u mirtilli

Togħma: ibbilanċjata, konsistenti, mhux aggressiva

18.   Syrah:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar brillanti

Riħa: bouquet ta’ fjuri, b’aromi pikkanti intensi ħafna

Togħma: konsistenti, b’noti ta’ tin u astrinġenza fina

19.   Novac:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: aħmar rubin intens, b’laqtiet fil-vjola

Riħa: bouquet ta’ mirtilli u aromi ta’ bżar iswed pikkanti

Togħma: tannin integrat tajjeb, konsistenti, b’aċidità fina

20.   Portugais bleu:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar intens kulur il-briks

Riħa: bouquet ta’ frott aħmar, ribes u passolina ħamra

Togħma: lixxa, kemxejn tannika, b’aċidità fina; maqtugħ l-ewwel, iżomm il-karattru tipiku tiegħu speċjalment fiż-żona speċifika għall-varjetajiet ħomor

21.   Sangiovese

Dehra: ċara

Kulur: aħmar ċirasa

Riħa: bouquet ta’ frott irqiq u għeneb misjurin, iffurmata sewwa fil-ħsadat mit-Tramuntana tal-vinji

Togħma: tannika, b’aċidità fina, vivaċi, ħafifa

22.   Cadarcă:

Dehra: ċara

Kulur: aħmar brillanti

Riħa: aroma ta’ frott tal-foresta

Togħma: bellusija, kemxejn aċiduża u b’astrinġenza fina

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’volum %)

10

Aċidità totali minima

4,5 g għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (fi grammi għal kull litru)

1,2

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

300

5.   Metodi tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

Prattiki enoloġiċi

Restrizzjonijiet rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbid

Il-qawwa alkoħolika naturali tista’ tiġi ssupplimentata biss skont il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi. Il-qawwa alkoħolika naturali totali espress f’% tal-alkoħol skont il-volum tista’ tiġi miżjuda biss:

(a)

biż-żieda ta’ most ikkonċentrat jew most ikkonċentrat u msaffi fil-każ tal-għeneb frisk, il-most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew inbid ġdid li jkun għadu fil-fermentazzjoni;

(b)

biż-żieda ta’ most ikkonċentrat jew ta’ most ikkonċentrat u msaffi, jew bil-konċentrazzjoni parzjali, li tinkludi l-ożmożi invertita, fil-każ tal-most.

Iż-żieda tas-sukrożju mhuwiex permess għall-produzzjoni ta’ nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Dealurile Zarandului”.

b.   Produzzjoni massima

Il-produzzjoni tal-għeneb: Il-varjetajiet Fetească regală, Mustoasă de Măderat, Portugais bleu, u Sangiovese

15 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb: Il-varjetajiet Furmint, Furmint de Miniş, Riesling de Rhin, Riesling italian, Merlot, Fetească neagră, u Novac

12 500 hl għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb: Il-varjetajiet Burgund mare, il-varjetajiet Fetească albă Cadarcă

12 500 hl għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb: Il-varjetajiet Muscat Ottonel, Pinot gris, Chardonnay, Sauvignon, Traminer roz, Cabernet Sauvignon, Pinot noir, u Syrah

10 000 hl għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-inbid, l-inbejjed bojod

95 hl għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-inbid, aħmar u rosé, inbejjed aromatizzati

85 hl għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Il-Kontea ta’ Arad, il-vinja Miniș-Măderat, ċentri:

Miniș, lokalitajiet:

Il-belt ta’ Lipova (Lipova u Radna)

Zăbrani (l-irħula ta’ Zăbrani u Neudorf)

Frumușeni (ir-raħal ta’ Frumușeni)

Păuliș (l-irħula ta’ Păuliș u Barațca)

Ghioroc (l-irħula ta’ Miniș, Ghioroc u Cuvin)

Covăsânț (ir-raħal ta’ Covăsânț)

Măderat, lokalitajiet:

Șiria (l-irħula ta’ Șiria, Galșa u Mâsca)

Il-belt ta’ Pâncota (Pâncota u r-raħal ta’ Măderat)

Târnova (l-irħula ta’ Târnova, Dud, Agrişu Mare u Drauţ)

Il-belt ta’ Ineu (Ineu u r-raħal ta’ Mocrea)

Șilindia (l-irħula ta’ Șilindia, Satu Mic u Luguzău)

Dealul Viilor, lokalitajiet:

Șagu (l-irħula ta’ Șagu, Cruceni, Fiscut, Firiteaz u Hunedoara Timișană)

Dorobanți, lokalitajiet:

Curtici (ir-raħal ta’ Dorobanți)

7.   Għenbiet ewlenin tal-inbid

 

Cadarcă N

 

Burgund Mare N

 

Pinot Gris G

 

Fetească neagră N

 

Muscat Ottonel B

 

Cabernet Sauvignon N

 

Sauvignon B

 

Merlot N

 

Fetească regală B

 

Fetească albă B

 

Furmint de Miniş B

 

Furmint B

 

Chardonnay B

 

Novac N

 

Mustoasă de Măderat B

 

Syrah N

 

Sangiovese N

 

Traminer Roz Rs

 

Riesling italian B

 

Riesling de Rhin B

 

Portugais Bleu N

 

Pinot Noir N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rabta maż-żona żona demarkata

Il-fattur naturali speċifiku jingħata mill-għoljiet Zarand, li huma kkaratterizzati minn ħamrija skeletrika b’kontenut għoli tal-ħadid u tal-mikroelementi. Dawn l-ispazji vojta bejn l-għoljiet jipprovdu varjetà ta’ kundizzjonijiet topoklimatiċi, speċifiċi għall-vinji individwali f’din iż-żona, f’kundizzjonijiet li huma simili f’termini tal-pożizzjoni ġeoklimatika u tal-varjetajiet ikkultivati.

Il-pjantaġġuni tad-dwieli għandhom esponiment tan-Nofsinhar b’mod predominanti, b’xi skoperturi eċċezzjonali fil-Lbiċ u fix-Xlokk. B’riżultat ta’ dan, vinji individwali differenti, li jinsabu fuq l-istess latitudni u lonġitudni u li jikkultivaw l-istess varjetà ta’ għenba, huma distinti minn xulxin b’varjetà ta’ karatteristiċi topoklimatiċi. L’għelieqi mżerżqa mtarrġin użati għall-koltivazzjoni tad-dwieli jnaqqsu u jillimitaw il-forza tal-irjieħ u tal-kurrenti tal-arja kesħin. Fit-temp kalm, it-tisħin tal-għoljiet jiżgura ċirkolazzjoni ħafifa tal-arja, li hija favorevoli għall-proċessi fiżjoloġiċi tal-pjanti u biex joħorġu l-kwalitajiet tal-għeneb. L-għoljiet jipprevjenu l-istaġnar tal-ilma żejjed, jgħinu fit-tisħin tal-ħamrija u fil-prevenzjoni tal-kolonizzazzjoni tal-moffa griża.

Il-mikroklima, bl-influwenzi Mediterranji tagħha, tirriżulta f’rebbiegħa bikrija u b’ħafna xita, u ħarifa twila, sħuna u xotta. Dejta ekoklimatika: temperatura medja annwali: 11,2 °C, preċipitazzjoni annwali totali: 644 mm, temperaturi attivi totali: 3 291 °C, it-total ta’ sigħat ta’ xemx: 1 490, it-total ta’ preċipitazzjoni attiva: 365 mm. Il-medja ta’ għaxar snin għall-umdità relattiva hija ta’ madwar 75 %. L-inbejjed miksubin minn ħamrija skeletrika, ferruġinuża għandhom kulur aħmar brillanti b’laqtiet rubini profondi u huma ġenerużi u espressivi ħafna.

Il-valutazzjoni organolettika tal-inbejjed prodotti fuq l-għoljiet Zarand turi intensità qawwija ta’ kulur fil-varjetajiet ħomor, b’laqtiet fil-blu qawwija fl-inbejjed żgħażagħ li jsiru ħomor kulur il-briks meta jimmaturaw l-inbejjed. Minn togħma astrinġenti tannika meta jkun żagħżugħ, l-inbid isir ibbilanċjat, sod, pjaċevoli, b’palat qawwi u bellusi mal-maturazzjoni.

L-inbejjed bojod miksuba madwar Lipova, Zăbrani u Neudorf għandhom il-mineralità u t-togħma tipika tal-inbejjed min-Nofsinhar taż-żona tal-vinja Miniș-Măderat. Minħabba l-abbundanza tal-ħsadat, dawn għandhom aċidità relattivament għolja, li tkun kemxejn inqas mal-ewwel kuntatt, u aromi primarji ffurmati tajjeb. B’kuntrast ma’ dan, l-inbejjed ħomor iżommu l-karatteristika speċjali tal-kulur skur taż-żona sħiħa tal-vinja Miniș-Măderat: ħjiel vjola fuq l-isfond aħmar rubin brillanti iżda skur. L-inbejjed huma estrattivi. Skont l-istatistika ONVPV għas-snin 2012, 2013 u 2014, il-kontenut ta’ estratt niexef tal-inbejjed bojod jista’ jilħaq sa 19–20 g/l (Sauvignon), filwaqt li għall-inbejjed ħomor jista’ jitla’ sa 27,55 g/l (Cabernet Sauvignon). L-inbejjed prodotti fil-parti tat-Tramuntana tar-reġjun (Dud, Agrișu Mare, Luguzău) huma ifjen u għandhom aċidità aktar qawwija, minħabba l-istess estrattività: 19,44 g/l għall-inbejjed bojod (Pinot gris u Sauvignon) u 27,63 g/l għall-inbejjed ħomor (Merlot).

Deskrizzjoni tal-inbejjed prodotti fil-lokalitajiet taż-żona tipprovdi spjegazzjoni dwar l-ispeċifiċitajiet analitiċi u organolettiċi tagħhom. Analiżi komparattiva tal-inbejjed prodotti minn diversi varjetajiet ikkultivati kemm fiż-żona l-antika u kif ukoll fil-lokalitajiet li ġew inklużi dan l-aħħar matul l-aħħar erba’ snin ta’ ħsad turi li: il-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Mustoasa de Măderat tvarja minn 11,76–12,30 % alkoħol, aċidità totali ta’ 6,0 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 18,15–19,85 g/l; il-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Riesling Italian tvarja minn 10,60–12,35 % alkoħol, aċidità totali ta’ 5,20–6,30 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 17,20–21,10 g/l; il-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Merlot tvarja minn 12,50–13,00 % alkoħol, aċidità totali ta’ 6,10–6,50 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 24,65–27,55 g/l; u l-qawwa alkoħolika naturali tal-varjetà Cabernet Sauvignon tvarja minn 12,20–12,60 % alkoħol, aċidità totali ta’ 4,70–6,69 g/l aċidu tartariku, estratt niexef totali 20,63–24,75 g/l; Instab xebħ sinifikanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-freskezza u l-fruttożità fil-varjetajiet bojod fil-lokalitajiet ta’ Lipova, Radna, Zăbrani, Neudorf, Păuliş u Baraţca. Ġew osservati togħmiet sekondarji simili ħafna f’varjetajiet bojod ta’ nbid minn pjantaġġuni fil-lokalitajiet ta’ Şagu, Cruceni, Fiscut, Firiteaz, Hunedoara Timişană u Frumuşeni. Il-ħamrija kannella chernozem tipproduċi nbejjed li huma estrattivi, ffurmati tajjeb u mimlija togħma fil-lokalitajiet ta’ Şilindia, Satu Mic, Luguzău, Dud u Agrişu Mare. Mhijiex koinċidenza li d-dwieli ilhom jiġu kkultivati fuq dawn l-artijiet minn żmien il-qedem.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Ebda dispożizzjoni oħra.

10.   Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_de_sarcini_ig_dealurile_zarandului_modif_cf_notif_133_2016_accept_changes_18032016.pdf


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/12


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ġunju 2017

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ talba għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Dealurile Crişanei (IĠP)]

(2017/C 197/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rumanija bagħtet applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Dealurile Crişanei” skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni u kkonkludiet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96, l-Artikolu 97(1), u l-Artikoli 100, 101 u 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 intlaħqu.

(3)

Sabiex tippermetti l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-applikazzjoni għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Dealurile Crişanei” jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-applikazzjoni għall-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Dealurile Crişanei” (IĠP) skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi l-emenda tal-ispeċifikazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA ĠDIDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

“DEALURILE CRIŞANEI”

PGI-RO-A0106-AM01

Data tas-sottomissjoni: 3.6.2015

1.   Regoli applikabbli għall-emenda

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Emenda mhux minuri

2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

2.1.   Emenda liż-żona demarkata

L-assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Inbid tal-vinji tradizzjonali ta’ Satu Mare ressqet applikazzjoni biex timmodifika l-ispeċifikazzjonijiet għad-Dealurile Sătmarului GI, biex tiġi estiża ż-żona tal-produzzjoni demarkata biex tinkludi l-lokalitajiet li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ta’ Satu Mare. Dawn il-lokalitajiet kienu ġew inklużi b’mod skorrett fiż-żona ddemarkata tal-ispeċifikazzjonijiet għad-Dealurile Crișanei GI, peress illi hemm serje ta’ argumenti rigward il-post u l-fatturi ekopedoklimatiċi f’dawk il-lokalitajiet, li huma speċifiċi għaż-żona tal-indikazzjoni Dealurile Sătmarului u mhux dik Dealurile Crișanei. Dan ta’ hawn fuq huwa sostnut b’informazzjoni rigward l-inbejjed mir-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Dealurile Sătmarului, jiġifieri minn Rătești, li ilhom ħafna jiġu prodotti u li huma magħrufa bl-isem “Dealurile Răteștilor” jew “Vinul de Halmeu”.

L-inklużjoni tal-lokalitajiet in kwistjoni fiż-żona ta’ Satu Maru u, għalhekk, fl-indikazzjoni “Dealurile Sătmarului” u mhux f’“Dealurile Crișanei”, hija appoġġata b’dejta dwar ir-riżalt u l-klima ta’ għoljiet bħal Ardud-Beltiug-Hurez, Hododului, Tășnad-Săuca-Pir, Săcășeni-Supur, Tășnad-Cehal, li huma iktar weqfin u huma mtarrġa b’tali mod li jpattu għal kemm huma weqfin, b’ħamrija tat-tafal aħmar tal-Plejstoċenu u b’xaqlibiet li jħarsu lejn it-Tramuntana inqas weqfin koperti b’ħamrija aktar podżolika. L-influwenzi Mediterranji jippermettu l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ nbejjed b’aromi tal-fjuri jew tal-frott (il-frott irqiq tal-bosk tal-Pinot noir, tal-Merlot, tal-Burgund mare), kif ukoll inbejjed b’riħa ta’ bżar jew ħaxix b’noti primarji pjaċevoli (Fetească albă, Furmint). It-togħmiet huma tipiċi tal-varjetà: togħma mimlija, tannika, bellusija u b’astrinġenza moderata, qawwija, friska (l-inbejjed bojod).

Il-lokalitajiet li qegħdin jitneħħew miż-żona tal-indikazzjoni ġeografika “Dealurile Crişanei” jinsabu fil-kontea ta’ Satu Mare. Dawn huma:

Valea lui Mihai

Il-muniċipalità ta’ Carei, il-lokalità ta’ Carei

Pir (ir-raħal ta’ Pir)

Săuca (ir-raħal ta’ Săuca)

Cehal (l-irħula ta’ Cehal, Cehăluț u Orbău)

Il-belt ta’ Tășnad, bil-lokalità ta’ Tășnad

Sanislău, fil-Kontea ta’ Satu Mare, bil-lokalità ta’ Sanislău (ir-raħal ta’ Sanislău)

Rătești, bil-lokalitajiet:

Beltiug (l-irħula ta’ Beltiug, Rătești u Șandra)

Ardud (l-irħula ta’ Ardud, Ardud Vii u Gerăușa)

Viile Satu Mare (l-irħula ta’ Viile Satu Mare u Tătărăști)

Socond (l-irħula ta’ Socond u Hodişa)

Supur (l-irħula ta’ Dobra, Hurezu Mare u Racova)

Acâș (ir-raħal ta’ Unimăt)

Bogdand (l-irħula ta’ Bogdand, Babța, Ser u Corund)

Hodod (l-irħula ta’ Hodod, Nadișu Hododului, Lelei, Giurtelecu Hododului)

Il-lokalitajiet ta’ hawn fuq ma għadhomx fiż-żona ddemarkata tal-indikazzjoni “Dealurile Crişanei”.

Bid-demarkazzjoni mill-ġdid taż-żona ġeografika tal-indikazzjoni ġeografika “Dealurile Crişanei” bit-tneħħija tal-lokalitajiet elenkati hawn fuq li jinsabu fit-territorju tal-Kontea ta’ Satu Mare, iż-żona tal-kultivazzjoni u tal-produzzjoni demarkata li minnha se jinkisbu l-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika se tinkludi dawn li ġejjin:

Il-Kontea ta’ Bihor, il-lokalitajiet:

Diosig (l-irħula ta’ Diosig u Vaida)

Săcueni (l-irħula ta’ Săcueni u Cadea)

Ciuhoi (l-irħula ta’ Sâniob u Ciuhoi)

Biharia (ir-raħal ta’ Biharia)

Cetariu (l-irħula ta’ Şişterea u Paleu)

Tileagd (ir-raħal ta’ Tileagd)

Valea lui Mihai.

Il-Kontea ta’ Sălaj, il-lokalitajiet:

il-belt ta’ Șimleu Silvaniei, il-lokalitajiet ta’ Șimleu Silvaniei u Cehei

Nuşfalău (l-irħula ta’ Nuşfalău, Boghiş, Bozieş u Bilghez)

Vârşolţ (ir-raħal ta’ Vârşolţ)

Ip (l-irħula ta’ Ip, Zăuan, Zăuan Băi)

Camăr (ir-raħal ta’ Camăr)

Pericei (l-irħula ta’ Pericei, Sici u Bădăcin)

Carastelec (l-irħula ta’ Carastelec u Dumuslău)

Crasna (ir-raħal ta’ Crasna)

Măerişte (ir-raħal ta’ Măerişte, Doh u Uileacu Şimleului)

il-muniċipalità ta’ Zalău, il-lokalità ta’ Zalău

Meseşenii de Jos (l-irħula ta’ Meseşenii de Jos u Aghireş)

Crişeni (Crişeni u Gârceiu)

Hereclean (l-irħula ta’ Hereclean, Guruslău, Dioşod u Badon)

Dobrin (l-irħula ta’ Dobrin u Doba)

Horoatu Crasnei (ir-raħal ta’ Horoatu Crasnei)

Coşeiu (Coşeiu u Archid)

Şamşud (l-irħula ta’ Şamşud u Valea Pomilor)

Bocşa (l-irħula ta’ Bocşa u Borla)

Sărmăşag (l-irħula ta’ Sărmăşag, Lompirt, Ilisua u Moiad)

Bobota (l-irħula ta’ Bobota, Dersida u Zalnoc).

Il-lokalità ta’ Valea lui Mihai fil-kontea ta’ Satu Mare, bi żball ġiet inkluża fl-indikazzjoni ġeografika ta’ “Dealurile Crişanei” fil-fajl tekniku li ntbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 118(s) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

L-iżball tal-inklużjoni tal-lokalità ta’ Valea lui Mihai fil-kontea ta’ Satu Mare, fiż-żona tal-indikazzjoni, huwa minħabba li fil-passat, skont id-diviżjoni/id-demarkazzjoni taż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli fil-perjodu tar-reġim Komunista fir-Rumanija, meta l-lokalitajiet ġew organizzati skont il-vinji u ċ-ċentri għat-tkabbir tad-dwieli, kien hemm vinja magħrufa bl-isem ta’ Valea lui Mihai li estendiet fiż-żewġ kontej, Satu Mare u Bihor.

Skont l-Ordni tal-Ministru tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija Nru 397/2003 li tapprova d-Deżinjazzjoni taż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli għall-inbid u r-raggruppament tal-lokalitajiet f’reġjuni tat-tkabbir tad-dwieli, vinji u ċentri tat-tkabbir tal-inbid (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 513 tas-16 ta’ Lulju 2003), fil-punt V — Ir-Reġjuni tat-tkabbir tal-Inbid ta’ Crişanei u Maramureşului, il-pożizzjoni 28 tqiegħed lil Valea lui Mihai fil-kontea ta’ Satu Mare barra minn Bihor, fuq il-bażi tas-setturi l-qodma msemmija hawn fuq.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat/Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati

Dealurile Crişanei

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP — Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

3.   Kategoriji għall-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi

qawwa alkoħolika attwali: minimu ta’ 10 % skont il-volum;

l-aċidità totali (aċidu tartariku): minimu ta’ 4,5 g/l;

aċidità volatili (aċidu aċetiku): massimu ta’ 1,2 g/l;

estratt niexef li ma jirriduċix: mhux anqas minn 17 g/l;

it-total tad-diossidu tal-kubrit: massimu ta’ 300 mg/l;

id-diossidu tal-kubrit ħieles: massimu ta’ 60 mg/l

1.   Sauvignon:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: aħdar fl-isfar, brillanti, l-ebda marka ta’ ossidazzjoni

Riħa: aroma raffinata tal-fjura tas-sebuqa

Togħma: b’togħma ta’ frott, pjaċevoli

2.   Traminer roz:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: isfar fl-aħdar, brillanti

Riħa: aroma friska, pjaċevoli tal-petali tal-ward

Togħma: delikata, armonjuża, il-maturazzjoni fil-flixkun tagħti kwalitajiet distinti

3.   Pinot Gris:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: abjad fl-aħdar, b’laqtiet kemxejn safranija

Riħa: aroma primarja pjaċevoli tat-tuffieħ imqatta’ frisk

Togħma: ratba, palatabbli, b’togħma ħafifa tal-qoxra tal-ħobż tas-segala u ta’ fjuri tal-akaċja

4.   Fetească regală:

Dehra: ċara

Kulur: isfar fl-aħdar, jista’ jsir isfar dehbi fil-maturità tal-konsum

Riħa: aroma tat-tuffieħ tas-sajf daqsxejn qares, meta jkun kemxejn immaturat ikollu togħma ħafifa ta’ ħuxlief maħsud frisk u ta’ għasel

Togħma: distintiva, qawwija, li ssir kemxejn qisha l-etere bil-maturazzjoni, ibbilanċjata

5.   Fetească albă:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: abjad fl-aħdar

Riħa: aroma primarja pjaċevoli

Togħma: pjaċevoli, partikolari, bħat-tuffieħ tas-sajf

6.   Riesling varietal (Riesling de Rhin, Riesling Italian):

Dehra: ċara

Kulur: isfar fl-aħdar, brillanti

Riħa: ebda aroma primarja speċifika, għandha noti ġeblin, minerali fil-maturità

Togħma: palatabbli, togħma ta’ frott, friska immens, pjaċevolment aċidulata, nadifa u sobrija

7.   Chardonnay

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: isfar dehbi

Riħa: aroma karatteristika tal-akaċja

Togħma: ratba, żejtnija, mimlija, bellusija, u armonjuża

8.   Iordană

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: isfar fl-aħdar

Riħa: tuffieħ aħdar nej

Togħma: friska u vivaċi minħabba l-livell għoli ta’ aċidità, għandu jiġi kkunsmat bħala “inbid żagħżugħ”

9.   Mustoasă de Măderat:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: isfar fl-aħdar, bħal tal-lumi mhux misjur, jekk jiġi mmaturat fil-flixkun isir isfar ċar

Riħa: tuffieħ aħdar nej, friska, b’ noti ta’ fjura tad-dwieli

Togħma: friska u rinfreskanti, vivaċi minħabba l-livell għoli ta’ aċidità iżda fl-istess ħin inbid “fit-tul”, li jista’ jiġi kkunsmat mill-ewwel mingħajr il-bżonn ta’ maturazzjoni

10.   Furmint:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: abjad fl-aħdar b’laqtiet ta’ isfar ċar u mingħajr marki tal-ossidazzjoni

Riħa: aroma primarja pjaċevoli ta’ frott eżotiku

Togħma: pjaċevoli, simili għal dik ta’ frotta eżotika.

11.   Furmint de Miniş:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: abjad fl-aħdar b’laqtiet ta’ isfar ċar u mingħajr marki tal-ossidazzjoni

Riħa: aroma primarja pjaċevoli ta’ frott eżotiku

Togħma: pjaċevoli, imponenti, b’finitura ċara u akkattivanti, oriġinali.

12.   Muscat Ottonel:

Dehra: ċara u brillanti

Kulur: isfar lewn it-tiben jew isfar intens, skont il-kwalità tal-għeneb fil-ħsad

Riħa: noti delikati ta’ fjuri, aroma tipika tal-Muscat, kumplessa ħafna, sottili u delikata.

Togħma: togħma tipika tal-Muscat, sottili, delikata, sħiħa, armonjuża, mimlija b’mod pjaċevoli u kemxejn bellusija.

13.   Tămâioasă românească:

Dehra: ċara u brillanti

Kulur: isfar lewn it-tiben jew isfar intens, skont il-kwalità tal-għeneb fil-ħsad

Riħa: noti delikati ta’ fjuri, aroma tipika, sottili u delikata;

Togħma: aroma tipika tal-inċens, palat qawwi, armonjuża, b’nota bellusija pjaċevoli

14.   Cabernet Sauvignon:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: aħmar rubin

Riħa: aroma distinta ta’ veġetazzjoni u ħaxix

Togħma: ħarxa, tannika, iebsa, bil-maturazzjoni ssir pjaċevolment bellusija, mimlija u iktar ratba

15.   Pinot noir:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: aħmar ċirasa skur

Riħa: aroma li tinbidel minn ċirasa għal ċirasa qarsa misjura mal-maturazzjoni

Togħma: fina, bellusija, delikata, kumplessa u rfinuta

16.   Merlot:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: aħmar rubin, brillanti

Riħa: aroma pjaċevoli ta’ frott tal-foresti, lampun frisk

Togħma: l-astrinġenza hija aktar moderata milli fil-każ tal-Cabernet Sauvignon, u għandha l-konsistenza bellusija speċifika għal din il-varjetà.

17.   Fetească neagră:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: aħmar granata intens

Riħa: aroma kumplessa u oriġinali

Togħma: iffurmata sew, pjaċevoli u biżżejjed qawwija, ta’ togħma tajba u attraenti

18.   Burgund mare:

Dehra: ċara, pjaċevoli

Kulur: aħmar granata bi ħjiel ta’ vjola, kulur intens

Riħa: aroma ta’ frott tal-foresta misjur passolina ħamra, cowberry, tut u mirtilli.

Togħma: ibbilanċjata, konsistenti, dewwiema, mhux aggressiva.

19.   Syrah:

Dehra: ċara, trasparenti

Kulur: aħmar brillanti

Riħa: riħa ta’ fjuri b’aromi intensi ħafna li jfakkruk fil-bżar

Togħma: tannika, konsistenti, b’palat qawwi

5.   Metodi tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

Prattiki enoloġiċi

Restrizzjonijiet rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbid:

Iż-żieda tas-sakkarożju mhijiex permessa għall-produzzjoni ta’ nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Dealurile Crișanei”.

b.   Produzzjoni massima

Il-produzzjoni tal-għeneb — għall-varjetajiet Fetească regală, Iordană, Mustoasa de Maderat:

15 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb — għall-varjetajiet Fetească albă, Furmint, Furmint de Miniș, Riesling de Rhin u Riesling Italian:

12 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb — għall-varjetajiet Merlot, Feteasca neagra u Burgund mare:

12 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb — għall-varjetajiet Muscat Ottonel, Tămâioasă românească, Pinot gris, Chardonnay, Sauvignon, Traminer roz:

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-għeneb — għall-varjetajiet Cabernet Sauvignon, Pinot noir u Syrah:

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-inbid — għall-inbejjed bojod:

95 hl għal kull ettaru

Il-produzzjoni tal-inbid — għall-inbejjed ħomor, rosé u aromatiċi:

85 hl għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Il-kontea ta’ Bihor

l-irħula ta’ Diosig u Vaida

l-irħula ta’ Săcueni u Cadea

l-irħula ta’ Sâniob, Ciuhoi u Biharia

l-irħula ta’ Cetariu — Șișterea u Paleu

ir-raħal ta’ Tileagd

ir-raħal ta’ Valea lui Mihai

Il-kontea ta’ Sălaj

Il-belt ta’ Șimleu Silvaniei, bil-lokalitajiet ta’ Șimleu Silvaniei u Cehei

l-irħula Nușfalău, Boghiș, Bozieș u Bilghez

ir-raħal ta’ Vârșolț

l-irħula ta’ Ip, Zăuan and Zăuan Băi

ir-raħal ta’ Camăr

l-irħula ta’ Pericei, Sici u Bădăcin

l-irħula ta’ Carastelec, Dumuslău u Crasna

l-irħula ta’ Măeriște, Doh u Uileacu Șimleului

Il-muniċipalità ta’ Zalău

l-irħula ta’ Meseșenii de Jos u Aghireș

l-irħula ta’ Crișeni u Gârceiu

l-irħula ta’ Hereclean, Guruslău, Dioșod u Badon

l-irħula ta’ Dobrin u Doba

l-irħula ta’ Horoatu Crasnei, Coșeiu u Archid

l-irħula ta’ Şamşud, Valea Pomilor, Bocşa u Borla

l-irħula ta’ Sărmăşag, Lompirt, Ilisua u Moiad

l-irħula ta’ Bobota, Dersida u Zalnoc

7.   Għenbiet ewlenin tal-inbid

 

Burgund Mare N

 

Tămâioasă românească B

 

Pinot Gris G

 

Fetească neagră N

 

Muscat Ottonel B

 

Cabernet Sauvignon N

 

Sauvignon B

 

Merlot N

 

Fetească regală B

 

Fetească albă B

 

Furmint de Miniş B

 

Furmint B

 

Iordană B

 

Chardonnay B

 

Mustoasă de Măderat B

 

Syrah N

 

Traminer Roz Rs

 

Riesling italian B

 

Riesling de Rhin B

 

Pinot Noir N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rabta maż-żona demarkata

Il-karatteristika naturali speċifika tal-ambjent hija ż-żona tax-xmara Crișul Repede, ikkonfinata fit-Tramuntana mill-muntanja Șes, għoljiet ġentili qrib il-pjanura u l-influwenza tal-klima tal-Ewropa Ċentrali, li twassal għal ċertu tnaqqis fit-temperaturi u varjabbiltà ikbar tax-xita. Ix-xtiewi f’din iż-żona huma inqas ebsin, u ż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli jgawdu minn ammont kbir ta’ xemx filwaqt li huma protetti mill-irjieħ u mill-kurrenti kesħin.

Fiż-żoni tat-tkabbir tad-dwieli ta’ Diosig u Valea lui Mihai, fiż-żona ta’ Silvania u fiċ-ċentri tat-tkabbir tad-dwieli ta’ Biharia u Tileagd hemm dwieli mifruxa fuq żona kbira, fit-Tramuntana u l-Grigal tal-Oradea. Iċ-ċentri tat-tkabbir tad-dwieli taż-żoni tal-inbid (Diosig, Săcuieni u Sâniob) għandhom tradizzjoni li tmur lura għall-1569-1578. L-inbejjed bojod li jiġu prodotti hawnhekk huma rikki, b’togħma espressiva u karattru qawwi aċiduż u b’togħma ta’ frott. Il-varjetajiet b’potenzjal partikolari f’din iż-żona ta’ tkabbir tal-inbid jinkludu l-Fetească albă, il-Fetească regală, ir-Riesling Italian u l-Muscat Ottonel aromatiku. L-inbejjed ta’ din iż-żona għandhom struttura bbilanċjata tajjeb. Il-potenzjal enoklimatiku tar-reġjun tal-produzzjoni tal-inbid għandu punteġġ ta’ 4 287 fuq l-indiċi idro-eljo-termali. Dan ifisser li r-reġjun huwa partikolarment addattat għall-inbid abjad, li jkollu aromi espressivi ta’ fjuri tal-akaċja, tuffieħ aħdar u ħaxix maqtugħ (Fetească regală), b’finitura twila (Tămâioasă românească), lanġas misjur, noti ta’ vanilla meta jiġi mmaturat fi btieti tal-ballut, b’noti eżotiċi prominenti ta’ ananas (Chardonnay), ibbilanċjat u b’aċidità tajba. L-inbejjed ħomor ikunu mimlija, bellusija, b’aromi li jvarjuaw minn ċirasa sa ċirasa morra misjura meta jimmatura fil-każ tal-Pinot noir, noti ta’ bżar fil-każ tas-Syrah, u frott tal-foresti tipiku — lampun frisk fil-każ tal-Merlot.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Meta jkunu ttikkettati, l-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Dealurile Crișanei” irid ikollhom tikketta prinċipali. It-tikketta ta’ wara mhijiex obbligatorja.

10.   Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_ig_dealurile_crisanei_cf_cererii_de_modif_395_din_20.02.2015_accept_changes.pdf


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/21


KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

(2017/C 197/06)

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: April 2017

Perjodu ta' applikazzjoni: Lulju, Awissu, Settembru 2017

04-2017

EUR

BGN

CZK

DKK

HRK

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

26,8225

7,43758

7,45027

311,566

4,23744

1 BGN =

0,511300

1

13,7143

3,80283

3,80932

159,303

2,16660

1 CZK =

0,0372821

0,0729164

1

0,277289

0,277762

11,6158

0,157981

1 DKK =

0,134452

0,262962

3,60635

1

1,00171

41,8907

0,569734

1 HRK =

0,134223

0,262514

3,60020

0,998297

1

41,8194

0,568764

1 HUF =

0,00320960

0,00627733

0,0860894

0,023872

0,0239124

1

0,0136005

1 PLN =

0,235991

0,461552

6,32988

1,75520

1,75820

73,5268

1

1 RON =

0,220794

0,431828

5,92224

1,64217

1,64497

68,7917

0,935601

1 SEK =

0,104231

0,203855

2,79573

0,775226

0,776549

32,4748

0,441673

1 GBP =

1,17892

2,30573

31,6215

8,76831

8,7833

367,310

4,99560

1 NOK =

0,108704

0,212603

2,91571

0,808495

0,809875

33,8684

0,460627

1 ISK =

0,00844510

0,0165169

0,226519

0,0628111

0,0629183

2,63120

0,035786

1 CHF =

0,932271

1,82333

25,0058

6,93384

6,94567

290,463

3,95044


04-2017

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,52912

9,59408

0,848235

9,19929

118,412

1,07265

1 BGN =

2,31574

4,90545

0,433702

4,70359

60,5440

0,548446

1 CZK =

0,168855

0,357688

0,031624

0,342969

4,41465

0,0399907

1 DKK =

0,608950

1,28995

0,114047

1,23687

15,9207

0,144220

1 HRK =

0,607913

1,28775

0,1138529

1,23476

15,8936

0,143975

1 HUF =

0,0145366

0,0307931

0,00272249

0,0295260

0,380054

0,00344277

1 PLN =

1,068832

2,26412

0,200176

2,17095

27,9442

0,253136

1 RON =

1

2,11831

0,187285

2,03114

26,1446

0,236834

1 SEK =

0,472074

1

0,0884123

0,95885

12,3422

0,111803

1 GBP =

5,33946

11,3106

1

10,8452

139,598

1,26457

1 NOK =

0,492333

1,042916

0,0922066

1

12,8719

0,116601

1 ISK =

0,038249

0,081023

0,00716343

0,0776889

1

0,00905864

1 CHF =

4,22236

8,94428

0,790785

8,57623

110,392

1

Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

referenza: April-17

EUR 1 fil-munita nazzjonali

Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

26,8225

0,0372821

DKK

7,43758

0,134452

HRK

7,45027

0,134223

HUF

311,566

0,00320960

PLN

4,23744

0,235991

RON

4,52912

0,220794

SEK

9,59408

0,104231

GBP

0,848235

1,17892

NOK

9,19929

0,108704

ISK

118,412

0,00844510

CHF

1,07265

0,932271

Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8437 — Stadler Rail/ÖBB-TS/Stadler Linz JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 197/07)

1.

Fit-8 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ÖBB-Technische Services-Gesellschaft GmbH (‘ÖBB-TS’, l-Awstrija) u Stadler Rail AG (“Stadler Rail”, l-Iżvizzera), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Stadler Linz GmbH (“Stadler Linz”, l-Awstrija), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   ÖBB-TS: manteniment ta’ vetturi ferrovjarji, rikondizzjonar ta’ partijiet/komponenti, kostruzzjoni u operazzjoni ta’ infrastruttura ferrovjarja, provvediment ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju, manifattura u bejgħ ta’ vetturi ferrovjarji.

—   Stadler Rail: manteniment ta’ vetturi ferrovjarji inkluż servizz ta’ partijiet, manifattura u bejgħ ta’ vetturi ferrovjarji.

—   Stadler Linz: Manteniment ta’ vetturi ferrovjarji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura simplifikata stabbilita fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għal trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2).

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8437 — Stadler Rail/ÖBB-TS/Stadler Linz JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8470 — DAAM/InfraVia/FIH/AI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 197/08)

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Deutsche Alternative Asset Management (Global) Limited (“DAAM”, ir-Renju Unit), InfraVia Capital Partners (“InfraVia”, Franza), u Finanziaria Internazionale Holding SpA (“FIH”, l-Italja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll Agorà Investimenti S.p.a. (“AI”, l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal DAAM: servizzi ta' ġestjoni ta' investimenti u ġestjoni ta' fondi. Din hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Deutsche Bank, li jipprovdi servizzi finanzjarji mad-dinja kollha. DAAM tikkontrolla indirettament, fost l-oħrajn, TCR CapVest SA, fornitur speċjalist ta’ tagħmir ta’ appoġġ fuq l-art fil-qasam tal-avjazzjoni li jipprovdi servizzi ta’ kiri, manutenzjoni/tiswija/assistenza fuq l-art kif ukoll servizzi ta’ amministrazzjoni tal-flotta tal-ajruplani;

—   għal InfraVia: ġestjoni ta’ fondi tal-infrastruttura fis-setturi kollha inkluż it-trasport, l-ambjent, l-enerġija u l-infrastruttura soċjali;

—   għal FIH: iż-żamma ta’ investimenti f’kumpaniji li jaħdmu f’servizzi bankarji ta’ investiment u ġestjoni tal-assi, esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju u investimenti proprjetarji;

—   għal AI: iż-żamma ta’ investimenti f’SAVE, il-kumpanija prinċipali ta’ grupp li għandu operazzjonijiet integrati fis-settur tas-servizzi tal-passiġġieri u li jaħdem prinċipalment fil-ġestjoni tal-ajruporti fil-qasam tan-negozju. SAVE għandha interessi f’kumpaniji ta’ ġestjoni tal-ajruporti ta’ Venezja (IT), Treviso (IT), Verona (IT), Brescia (IT) u Charleroi (B). AI bħalissa hija sussidjarja ta’ FIH.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8470 — DAAM/InfraVia/FIH/AI, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8416 — The Priceline Group/Momondo Group Holdings)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 197/09)

1.

Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Priceline Group Inc. (“The Priceline Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Momondo Group Holdings Limited (“Momondo Group”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal The Priceline Group: provvista ta’ servizzi tal-ivvjaġġar online u servizzi relatati oħra f’224 pajjiż u territorju fl-Ewropa, fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Amerika t’Isfel, ir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, il-Lvant Nofsani u l-Afrika. Il-marki ewlenin tiegħu jinkludu, Booking.com, priceline.com, agoda.com, KAYAK, Rentalcars.com u Opentable;

—   għal Momondo Group: servizzi fis-settur tal-ivvjaġġar online f’35 suq internazzjonali b’enfasi fuq ir-reġjun Nordiku. Ir-rikorrenti huwa proprjetarju ta’ żewġ siti kbar ta’ tfittxija speċifika, jiġifieri Cheapflights u Momondo.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8416 — The Priceline Group/Momondo Group Holdings, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8521 — SEGRO/PSPIB/SELP/CAT Site)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 197/10)

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u l-Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz ta’ SEGRO European Logistics Pernership Sàrl (“SELP”, il-Lussemburgu), il-kontroll konġunt ta’ biċċa art f’Madrid li hija mikrija bħala parkeġġ għall-karozzi (“CAT site”, Spanja), permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet industrijali ħfief li jinsabu madwar agglomerazzjonijiet kbar u f’ċentri ta’ trasport ewlenin f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE.

—   għall-PSPIB: investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-qawwiet Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Il-PSPIB jamministra portafoll dinji diversifikat inklużi stocks, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

—   għal CAT site: huwa ta’ 5,3 ettari ta’ art f’San Fernando de Henares, fil-bidu tal-kuridur A2 lejn il-Lvant minn Madrid u qrib ir-ring road M50 fix-xlokk tal-arjuport internazzjonali prinċipali ta’ Barajas, Spanja. L-Assi fil-Mira bħalissa qed jinkera lil operatur tal-loġistika tal-karozzi bħala spazju għall-parkeġġ.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8521 — SEGRO/PSPIB/SELP/CAT Site f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/27


Notifika għall-attenzjoni ta’ Fared Saal li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1094

(2017/C 197/11)

1.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

ISIL (Da'esh) u Al Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' ISIL (Da'esh) u Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta’ kull waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi jew huma kkontrollati minnhom, jew b’xi mod iservu ta’ appoġġ għalihom.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da'esh) u Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnha jew derivat tagħha;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat lil xi ħadd minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-16 ta’ Ġunju 2017 approva ż-żieda tal-entrata ta’ Fared Saal mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida.

Fared Saal jista jippreżenta f' kull ħin talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel: +1 2129632671

Feks: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni mur fuq https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting

3.

Minbarra d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2017/1094 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem ta’ Fared Saal mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma’ attivitajiet militari lil kull individwu jew entità kkonċernata, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2017/1094 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2017/1094 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 158, 21.6.2017, p. 27.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.