ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
19 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 195/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 195/02

Kawża C-527/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li qed jaġixxi taħt l-isem Filmspeler (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2001/29/KE — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Artikolu 3(1) — Avviż lill-pubbliku — Kunċett — Bejgħ ta’ mediaplayer — Moduli addizzjonali (add-ons) — Pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur — Aċċess għal siti tal-internet ta’ streaming — Artikolu 5(1) u (5) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Użu legali)

2

2017/C 195/03

Kawża C-564/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Eżami ex officio ta’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-liġi tal-Unjoni — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Sistema ta’ awtolikwidazzjoni — Artikolu 199(1)(g) — Applikazzjoni biss fil-każ ta’ beni immobbli — Ħlas indebitu tat-taxxa mix-xerrej ta’ oġġetti lill-bejjiegħ b’riżultat ta’ fattura mfassla b’mod żbaljat — Deċiżjoni tal-awtorità fiskali li tikkonstata dejn fiskali taħt ir-responsabbiltà tax-xerrej ta’ oġġetti u li tirrifjuta l-ħlas tat-tnaqqis mitlub minnu, kif ukoll li timponi multa fiskali fuqu)

3

2017/C 195/04

Kawża C-632/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casație şi Justiție – ir-Rumanija) – Costin Popescu vs Guvernul României et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Trasport bit-triq — Liċenzja tas-sewqan — Direttiva 2006/126/KE — Artikolu 13(2) — Kunċett ta’ dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva — Obbligu li tinkiseb liċenzja tas-sewqan impost fuq il-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex isuqu mopeds mingħajr liċenzja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni)

4

2017/C 195/05

Kawża C-51/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Viti għall-impjanti li huma intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 9021 — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1212/2014 — Validità)

4

2017/C 195/06

Kawża C-142/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Bini tal-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg (il-Ġermanja) — Żoni Natura 2000 fil-kuritur tax-xmara Elbe iktar ’il fuq mill-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett)

5

2017/C 195/07

Kawża C-464/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Pénzügyi Ismeretterjesztő és Érdek-képviseleti Egyesület (PITEE) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għal aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni — Rifjut — Rikors għal annullament — Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Rappreżentanza quddiem il-qrati tal-Unjoni — Avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz fir-rigward tal-appellanti — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

6

2017/C 195/08

Kawża C-625/16 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Anikó Pint vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirriżultaw mill-Gvern Ungeriż dwar il-proċedura EU Pilot no 8572/15 [CHAP(2015)00353 et 6874/14/JUST] dwar allegat ksur mill-Ungerija tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Talba ta’ komunikazzjoni ta’ dokumenti — Assenza ta’ risposta tal-Kummissjoni Ewropea)

6

2017/C 195/09

Kawża C-555/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – proċeduri kriminali kontra Vincenzo D’Andria u Giuseppina D’Andria

7

2017/C 195/10

Kawża C-581/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fis- 16 ta’ Novembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Nicola Turco

7

2017/C 195/11

Kawża C-582/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fis-16 ta’ Novembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Consalvo

8

2017/C 195/12

Kawża C-610/16 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 minn Anastasia-Soultana Gaki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-112/16, Gaki vs Il-Parlament

8

2017/C 195/13

Kawża C-29/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – Novartis Farma SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

9

2017/C 195/14

Kawża C-42/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fis-26 ta’ Jannar 2017 – M.A.S., M.B.

10

2017/C 195/15

Kawża C-101/17 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2017 minn Verus Eood mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-7 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-82/14 – Copernicus-Trademarks vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

10

2017/C 195/16

Kawża C-141/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fil-21 ta’ Marzu 2017 – José Luis Cabana Carballo vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

11

2017/C 195/17

Kawża C-145/17 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 minn Internacional de Productos Metálicos, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-217/16, Internacional de productos metálicos vs Il-Kummissjoni

12

2017/C 195/18

Kawża C-154/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Litwanja) fis-27 ta’ Marzu 2017 – SIA E LATS

14

2017/C 195/19

Kawża C-169/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ April 2017 – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino

14

2017/C 195/20

Kawża C-181/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

15

2017/C 195/21

Kawża C-205/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 195/22

Kawża T-512/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Green Source Poland vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — FEŻR — Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Rifjut li jingħata kontribut finanzjarju għal proġett kbir — Impriża responsabbli mit-twettiq tal-proġett — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà]

17

2017/C 195/23

Kawża T-744/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Meta Group vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-sitt programm qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2002-2006) — Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm qafas għall-innovazzjoni u l-kompetittività (2007-2013) — Rimbors tas-sommom imħallsa — Ammont li għad irird jitħallas mill-ammont totali tal-kontibuzzjoni finanzjarja mogħtija lir-rikorrenti — Spejjeż eliġibbli — Responsabbiltà kuntrattwali)

17

2017/C 195/24

Kawża T-264/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta April 2017 – Gameart vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Dokumenti stabbiliti minn Stat Membru — Talba għal aċċess għad-dokumenti mibgħuta lill-Istat Membru — Trasferiment tat-talba għal aċċess lill-Kummissjoni — Rifjut ta’ aċċess — Kompetenza tal-Kummissjoni — Dokument li joriġina minn istituzzjoni — Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001]

18

2017/C 195/25

Kawża T-375/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – Germanwings vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur kumpannija tal-ajru li tuża l-ajruport ta’ Zweibrücken — Vantaġġ — Imputabbiltà lill-Istat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Aċċes għal dokumenti — Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat — Rifjut li jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar)

19

2017/C 195/26

Kawża T-403/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – JYSK vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — FEŻR — Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Rifjut ta’ għoti ta’ kontribut finanzjarju għal proġett kbir — Impriża responsabbli mit-twettiq tal-proġett — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà]

20

2017/C 195/27

Kawża T-622/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – Deere vs EUIPO (EXHAUST-GARD) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EXHAUST-GARD — Raġuni relattiva għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2017/C 195/28

Kawża T-681/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Environmental Manufacturing vs EUIPO – Société Elmar Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti Outils WOLF — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

21

2017/C 195/29

Kawża T-721/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – BASF vs EUIPO – Evonik Industries (DINCH) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DINCH — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament KE Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009)

21

2017/C 195/30

Kawża T-25/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Haw Par vs EUIPO – Cosmowell (GELENKGOLD) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GELENKGOLD — Trademark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Awtorità ta’ res judicata — Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti miksub permezz tal-Użu — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smiegħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Serje ta’ trade marks)

22

2017/C 195/31

Kawża T-36/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Enercon vs EUIPO – Gamesa Eólica (Sfumaturi ta’ aħdar) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009]

23

2017/C 195/32

Kawża T-97/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Kasztantowicz vs EUIPO – Gbb Group (GEOTEK) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GEOTEK — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark — Tardività — Regola 61(2) u (3) u Regola 65(1) tar-Regolament Nru 2868/95 — Notifika tat-terminu mogħti lid-detentur permezz ta’ fax — Assenza ta’ fatti li jistgħu jikkontestaw ir-rapport ta’ trażmissjoni pprovdut mill-EUIPO — Artikolu 78 tar-Regolament Nru 207/2009 — Regola 57 tar-Regolament Nru 2868/95 — Talba għas-smiegħ ta’ xhieda — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-EUIPO]

23

2017/C 195/33

Kawża T-132/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – PayPal vs EUIPO – Hub Culture (VENMO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VENMO — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2017/C 195/34

Kawża T-200/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Gfi PSF vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet — Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent — Offerta rċevuta diġà miftuħa — Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju)

24

2017/C 195/35

Kawża T-224/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Mejju 2017 – Messe Friedrichshafen vs EUIPO – El Corte Inglés (Out Door) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Out Door — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OUTDOOR PRO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009]

25

2017/C 195/36

Kawża T-446/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017– CC vs Il-Parlament (Appell — Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali — Żbalji fil-ġestjoni tal-lista tal-kandidati li għaddew — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Produzzjoni ta’ provi ġodda — Dannu materjali — Ugwaljanza fit-trattament — Żnaturament tal-fatti — Telf ta’ opportunità)

26

2017/C 195/37

Kawża T-569/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2017 – OU vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Proċeduri dixxiplinari — Sospensjoni — Somma miżmuma fir-rigward tar-remunerazzjoni — Twiddiba — Rimbors — Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal)

26

2017/C 195/38

Kawża T-580/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – Azoulay et vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Membri tal-persunal temporanju — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi — Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

27

2017/C 195/39

Kawża T-588/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – HN vs Il-Kummissjoni [Servizz pubbliku — Uffiċjali — Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli ġodda dwar il-karriera u l-promozzjoni lejn il-gradi AD 13 u AD 14 — Uffiċjali fil-grad AD 12 — Eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet partikolari — Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Talba għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip konsulent jew ekwivalenti — Assenza ta’ tweġiba mill-Awtorità tal-Ħatra — Proċedura ta’ promozzjoni 2015 — Applikazzjoni ġdida għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip konsulent jew ekwivalenti jew kap tal-unità jew ekwivalenti — Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra — Natura konfermattiva tar-rifjut ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip konsulent jew ekwivalenti — Rekwiżiti marbuta mal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà]

28

2017/C 195/40

Kawża T-381/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2017 – Düll vs EUIPO – Cognitect (DaToMo) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ annullament — Irtirar tal-applikazzjoni għal revoka — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

28

2017/C 195/41

Kawża T-123/17 R: Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Enerġija — Deċiżjoni tal-ACER li tiċħad talba għal intervent fil-Każ A-001-2017(konsolidat) — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

29

2017/C 195/42

Kawża T-158/17 R: Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2017 – Post Telecom vs BEI (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan għall-bini u għall-uffiċċji tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

30

2017/C 195/43

Kawża T-159/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972)

30

2017/C 195/44

Kawża T-202/17: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2017 – Calhau Correia de Paiva vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 195/45

Kawża T-203/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – GY vs Il-Kummissjoni

32

2017/C 195/46

Kawża T-206/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni u EUBAM

33

2017/C 195/47

Kawża T-216/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Mabrouk vs Il-Kunsill

34

2017/C 195/48

Kawża T-222/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Recylex et vs Il-Kummissjoni

34

2017/C 195/49

Kawża T-228/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Zhejiang Jndia Pipeline Industry vs Il-Kummissjoni

35

2017/C 195/50

Kawża T-229/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 195/51

Kawża T-234/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Siberian Vodka vs EUIPO – Friedr. Schwarze (DIAMOND ICE)

38

2017/C 195/52

Kawża T-235/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Dometic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY)

39

2017/C 195/53

Kawża T-238/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Gugler vs EUIPO – Gugler France (GUGLER)

39

2017/C 195/54

Kawża T-239/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

40

2017/C 195/55

Kawża T-241/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni

41

2017/C 195/56

Kawża T-246/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Национальный Продукт)

42

2017/C 195/57

Kawża T-247/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 – Azarov vs Il-Kunsill

43

2017/C 195/58

Kawża T-250/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – avanti vs EUIPO (avanti)

43

2017/C 195/59

Kawża T-251/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

44

2017/C 195/60

Kawża T-252/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

45

2017/C 195/61

Kawża T-253/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 –Der Grüne Punkt vs EUIPO – Halston Properties (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ)

45


 

Rettifika

2017/C 195/62

Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T-232/16 P ( ĠU C 63, 27.2.2017 )

47


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 195/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 178, 6.6.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 168, 29.5.2017

ĠU C 161, 22.5.2017

ĠU C 151, 15.5.2017

ĠU C 144, 8.5.2017

ĠU C 129, 24.4.2017

ĠU C 121, 18.4.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li qed jaġixxi taħt l-isem Filmspeler

(Kawża C-527/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Artikolu 3(1) - Avviż lill-pubbliku - Kunċett - Bejgħ ta’ mediaplayer - Moduli addizzjonali (add-ons) - Pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur - Aċċess għal siti tal-internet ta’ streaming - Artikolu 5(1) u (5) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Użu legali))

(2017/C 195/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Brein

Konvenut: Jack Frederik Wullems, li qed jaġixxi taħt l-isem Filmspeler

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-bejgħ ta’ mediaplayer, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fuqu ġew installati minn qabel add ons, disponibbli fuq l-internet, li jinkludu hypertext links li jwasslu għal siti tal-internet liberament aċċessibbli għall-pubbliku li fuqhom tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ dan id-dritt.

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) u (5) tad-Direttiva 2001/29 għandhom jiġu interpretati fis-sens li atti ta’ riproduzzjoni temporanja, fuq mediaplayer bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur miksub permezz ta’ xandir bi streaming fuq sit tal-internet li jappartjeni lil terza persuna li jipproponi dan ix-xogħol mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju tad-drittijiet tal-awtur ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet iddikjarati fl-imsemmija dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-564/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Eżami ex officio ta’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-liġi tal-Unjoni - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Sistema ta’ awtolikwidazzjoni - Artikolu 199(1)(g) - Applikazzjoni biss fil-każ ta’ beni immobbli - Ħlas indebitu tat-taxxa mix-xerrej ta’ oġġetti lill-bejjiegħ b’riżultat ta’ fattura mfassla b’mod żbaljat - Deċiżjoni tal-awtorità fiskali li tikkonstata dejn fiskali taħt ir-responsabbiltà tax-xerrej ta’ oġġetti u li tirrifjuta l-ħlas tat-tnaqqis mitlub minnu, kif ukoll li timponi multa fiskali fuqu))

(2017/C 195/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tibor Farkas

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 199(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendat bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-kunsinni ta’ proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur ta’ kreditu eżekutorju fil-kuntest ta’ proċedura ta’ bejgħ obbligatorju.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2010/45/UE, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ix-xerrej ta’ proprjetà jiċċaħħad mid-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li jkun ħallas indebitament lill-bejjiegħ abbażi ta’ fattura mfassla skont ir-regoli relattivi għas-sistema ordinarja tat-taxxa fuq il-valur miżjud, filwaqt li t-tranżazzjoni rilevanti kienet tidħol taħt il-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni, meta l-bejjiegħ ikun ħallas it-taxxa msemmija lit-Teżor pubbliku. Madankollu, dawn il-prinċipji jeżiġu, jekk ir-rimbors, mill-bejjiegħ lix-xerrej, tat-taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata indebitament isir impossibbli jew eċċessivament diffiċli, b’mod partikolari fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ, li x-xerrej għandu jkun jista’ jindirizza t-talba għal rimbors tiegħu direttament kontra l-awtorità fiskali.

3)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet fiskali nazzjonali jimponu fuq persuna taxxabbli, li tkun xtrat proprjetà li l-kunsinna tagħha tidħol taħt is-sistema tal-awtolikwidazzjoni, sanzjoni fiskali li tammonta għal 50 % tal-ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud li din hija marbuta li tħallas lill-amministrazzjoni fiskali, meta din tal-aħħar ma tkun bagħtiet ebda telf ta’ dħul fiskali u meta ma jkunx hemm ħjiel ta’ frodi fiskali, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 90, 07.03.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casație şi Justiție – ir-Rumanija) – Costin Popescu vs Guvernul României et

(Kawża C-632/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Trasport bit-triq - Liċenzja tas-sewqan - Direttiva 2006/126/KE - Artikolu 13(2) - Kunċett ta’ “dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva - Obbligu li tinkiseb liċenzja tas-sewqan impost fuq il-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex isuqu mopeds mingħajr liċenzja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni))

(2017/C 195/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație şi Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Costin Popescu

Konvenuti: Guvernul României, Ministerul Afacerilor Interne, Direcția Regim Permise de Conducere si înmatriculare a Vehiculelor, Direcția Rutieră, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și înmatriculare a vehiculelor

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, adottata fid-dawl tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva fid-dritt intern, li ttemm l-awtorizzazzjoni ta’ sewqan ta’ mopeds mingħajr li s-sewwieqa jkunu detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan, li l-ħruġ tagħha huwa suġġett li d-detenturi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk meħtieġa għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur oħrajn.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-51/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Viti għall-impjanti li huma intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 9021 - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1212/2014 - Validità))

(2017/C 195/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stryker EMEA Supply Chain Services BV

Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond

Dispożittiv

L-intestatura 9021 tan-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014, tas-16 ta’ Ottubru 2014 għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħtha viti għall-impjant medikali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn il-prodotti jippreżentaw karatteristiċi li jiddistingwuhom mill-prodotti ordinarji mit-tmiem tal-manifattura tagħhom u l-preċiżjoni kbira tagħhom, kif ukoll mill-metodu tagħhom ta’ manifattura u l-ispeċifikazzjoni tal-funzjoni tagħhom. B’mod partikolari, il-fatt li viti għall-impjant medikali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistgħux jiddaħħlu fil-ġisem ħlief permezz ta’ strumenti medikali speċifiċi, u mhux bi strumenti ordinarji, jikkostitwixxi karatteristika li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biex jiġu distinti dawn il-viti għall-impjanti medikali minn prodotti ordinarji.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-142/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Bini tal-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg (il-Ġermanja) - Żoni Natura 2000 fil-kuritur tax-xmara Elbe iktar ’il fuq mill-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett))

(2017/C 195/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn W. Ewer, avukat)

Dispożittiv

1)

Billi ma wettqitx, waqt l-awtorizzazzjoni għall-bini tal-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg, qrib Hamburg (il-Ġermanja), evalwazzjoni korretta u kompleta tal-effetti, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Pénzügyi Ismeretterjesztő és Érdek-képviseleti Egyesület (PITEE) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-464/15 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Talba għal aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni - Rifjut - Rikors għal annullament - Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentanza quddiem il-qrati tal-Unjoni - Avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz fir-rigward tal-appellanti - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

(2017/C 195/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Pénzügyi Ismeretterjesztő és Érdek-képviseleti Egyesület (PITEE) (rappreżentant: D. Lazar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Erlbacher, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Pénzügyi Ismeretterjesztő és Érdek-képviseleti Egyesület (PITEE) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 402, 31.10.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Anikó Pint vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-625/16 P) (1)

((Appell - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirriżultaw mill-Gvern Ungeriż dwar il-proċedura EU Pilot no 8572/15 [CHAP(2015)00353 et 6874/14/JUST] dwar allegat ksur mill-Ungerija tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Talba ta’ komunikazzjoni ta’ dokumenti - Assenza ta’ risposta tal-Kummissjoni Ewropea))

(2017/C 195/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Anikó Pint (rappreżentant: D. Lazar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Anikó Pint għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  GU C 112, 10.04.2017


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – proċeduri kriminali kontra Vincenzo D’Andria u Giuseppina D’Andria

(Kawża C-555/16)

(2017/C 195/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Salerno

Partijiet fil-kawża prinċipali

Vincenzo D’Andria u Giuseppina D’Andria

B’digriet tal-4 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li:

1)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida marbuta mal-għoti ta’ konċessjonijiet għal tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.

2)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fis- 16 ta’ Novembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Nicola Turco

(Kawża C-581/16)

(2017/C 195/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Salerno

Parti fil-kawża prinċipali

Nicola Turco

B’digriet tal-4 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li:

1)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida marbuta mal-għoti ta’ konċessjonijiet għal tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.

2)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Salerno (l-Italja) fis-16 ta’ Novembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Alfonso Consalvo

(Kawża C-582/16)

(2017/C 195/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Salerno

Parti fil-kawża prinċipali

Alfonso Consalvo

B’digriet tal-4 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li:

1)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida marbuta mal-għoti ta’ konċessjonijiet għal tul iqsar minn dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allineament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.

2)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-konċessjonarju tal-logħob tal-ażżard li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tat-tul tal-konċessjoni, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/8


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 minn Anastasia-Soultana Gaki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-112/16, Gaki vs Il-Parlament

(Kawża C-610/16 P)

(2017/C 195/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Anastasia-Soultana Gaki (rappreżentant: G. Keisers, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – Novartis Farma SpA vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

(Kawża C-29/17)

(2017/C 195/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis Farma SpA

Konvenuta: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE (1), kif sussegwentement emendat, u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 6, moqrija flimkien mal-premessa 2 tal-istess direttiva, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali (l-Artikolu 1(4)a) tad-Digriet Liġi ripetutament iċċitat) li, sabiex ikun limitat l-infiq tinkoraġixxi, permezz tal-inklużjoni fil-lista ta’ prodotti mediċinali rimborsabbli mis-Servizio Sanitario Nazionale (servizz nazzjonali tas-saħħa Taljan), l-użu ta’ prodott mediċinali barra mill-indikazzjoni terapewtika awtorizzata għall-pazjenti kollha, irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet terapewtiċi tal-pazjent individwali u minkejja l-eżistenza u d-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti mediċinali awtorizzati għall-indikazzjoni terapewtika speċifika?

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (dwar il-formula maġistrali) japplika fil-każ fejn il-preparazzjoni tal-prodott farmaċewtiku, għalkemm isseħħ fi spiżerija abbażi ta’ riċetta medika ddestinata għal pazjent individwali, madankollu isseħ f’serje, b’mod identiku u ripetut, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi tal-pazjent inkwistjoni, u fejn il-prodott jingħata lill-istruttura ta’ sptar u mhux lill-pazjent (meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prodott mediċinali jaqa’ fil-klassi H-OSP [prodotti mediċinali użati biss fi sptar]) u fejn il-prodott jintuża anki fi struttura differenti minn dik li fiha jsir l-ippakkjar?

3)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (2), kif sussegwentement emendat, u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 25 u 26, kif ukoll l-anness tiegħu, li jattribwixxu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) il-kompetenza esklużiva sabiex tevalwa l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali li għandhom bħala indikazzjoni terapewtika t-trattament ta’ patoloġiji onkoloġiċi, kemm fil-kuntest tal-proċedura għal ħruġ tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (proċedura obbligatorja ċċentralizzata), kif ukoll għall-finijiet tal-monitoraġġ u tal-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ farmakoviġilanza wara t-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tirriżerva lill-awtorità regolatorja nazzjonali (l-AIFA) il-kompetenza li tieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ sigurtà ta’ prodotti mediċinali relatati mal-użu tagħhom “off-label”, u li l-approvazzjoni tagħhom taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni Ewropea, abbażi ta’ evalwazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)?

4)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/105/KEE (3), kif emendata sussegwentement, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tagħha, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tippermetti lill-Istat Membru, fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet li jieħu fil-qasam ta’ rimbors tal-ispejjeż tas-saħħa sostnuti minn persuna assigurata, li jipprevedu r-rimbors ta’ prodott mediċinali użat barra mill-indikazzjonijiet terapewtiċi speċifikati fl-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, jew minn aġenzija Ewropea speċjalizzata, fi tmiem ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni ċċentralizzata, mingħajr ma l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2001/83/KE jiġu ssodisfati?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol.27, p. 69)

(2)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)

(3)  Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 345)


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fis-26 ta’ Jannar 2017 – M.A.S., M.B.

(Kawża C-42/17)

(2017/C 195/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

M.A.S., M.B.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 325(1) u (2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qrati kriminali jħallu mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li tipprekludi, f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet, ir-repressjoni ta’ frodi serji li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni milli għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat, anki fejn tali nuqqas ta’ applikazzjoni ma jkollux bażi legali suffiċjentement preċiża?

2)

L-Artikolu 325(1) u (2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qrati kriminali jħallu mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li tipprekludi, f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet, ir-repressjoni ta’ frodi serji li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni milli għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat, anki fejn fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, il-preskrizzjoni taqa’ taħt id-dritt kriminali sostantiv u hija suġġetta għall-prinċipju ta’ legalità?

3)

Is-sentenza tal-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fit-8 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża C-105/14 Taricco, għandha tiġi interpretata fis-sens li tobbliga lill-qrati kriminali jħallu mhux applikata leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni li tipprekludi, f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet, ir-repressjoni ta’ frodi serji li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni iqsar għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni milli għall-frodi li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Istat, anki fejn tali nuqqas ta’ applikazzjoni jmur kontra l-prinċipji superjuri tal-kostituzzjoni tal-Istat Membru jew id-drittijiet inaljenabbli tal-persuna rrikonoxxuti mill-kostituzzjoni tal-Istat Membru?


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/10


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2017 minn Verus Eood mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-7 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-82/14 – Copernicus-Trademarks vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-101/17 P)

(2017/C 195/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Verus Eood (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Maquet

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza fil-Kawża T-82/14.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza fil-Kawża T-82/14 u, minħabba żnaturament tal-fatti fis-sentenza, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanzi kollha ta’ dawn il-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-aggravji li ġejjin:

1)

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 (1), b’mod partikolari tal-Artikolu 52 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja).

2)

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, b’mod partikolari tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja).

3)

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, b’mod partikolari tal-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja).

4)

Ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatata mal-“applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark ppreżentata in mala fede”.

5)

Ksur tal-“Katalgu tad-Drittijiet Fundamentali” tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

6)

Ksur tad-dritt internazzjonali, jiġifieri tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.

7)

Ksur tad-dritt internazzjonali, jiġifieri tal-Ftehim TRIPS (ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ).

8)

Ksur tal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (KDFUE).

9)

Ksur tal-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

10)

Ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

11)

Ksur tal-Artikolu 17 tad-“Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948”.

12)

Ksur tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Protokolli relattivi mehmuża magħha, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1.

13)

Ksur tal-Artikolu 6 KEDB – Dritt għal smigħ xieraq, b’mod partikolari fir-rigward ta’ fatti (dikjarazzjonijiet) ineżatti jew mgħawġa, insinwazzjonijiet, akkużi foloz, denigrazzjonijiet, inġurji, malafama.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fil-21 ta’ Marzu 2017 – José Luis Cabana Carballo vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

(Kawża C-141/17)

(2017/C 195/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: José Luis Cabana Carballo

Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) u Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 53(3)(a) u (d) tar-Regolament (KE) 883/2004 (1) għandu jitqies bħala waħda mid-dispożizzjonijiet li tgħid mod ieħor imsemmija fl-Artikolu 5 tiegħu, u għaldaqstant għandu japplika minflok id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(b))?

2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 53(3)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni Spanjola dwar iż-żieda ta’ 20 % inkluża fil-pensjoni għal diżabilità permanenti totali għall-eżerċizzju tal-professjoni abitwali hija leġiżlazzjoni li tipprevedi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji jew tad-dħul miksuba barra mill-pajjiż?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, għandu jitqies li l-prassi amministrattiva u ġudizzjarja Spanjola li tissospendi l-pagament taż-żieda ta’ 20 % inkluża fil-pensjoni għal diżabilità permanenti totali għall-eżerċizzju tal-professjoni abitwali meta l-benefiċjarju huwa eliġibbli għal pensjoni tal-irtirar minn Stat Membru ieħor, hija kuntrarja għal din ir-regola Komunitarja?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2(a), il-fatt li ż-żieda ta’ 20 % inkluża fil-pensjoni għal diżabbiltà permanenti totali sabiex tiġi eżerċitata l-prodessjoni abitwali tiġi sospiża wkoll fir-rigward tal-parti li teċċedi l-ammont tal-pensjoni miksuba fi Stat Membru ieħor, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 53(3)(d) tal-imsemmi Regolament?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/12


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 minn Internacional de Productos Metálicos, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-217/16, Internacional de productos metálicos vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-145/17 P)

(2017/C 195/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Internacional de Productos Metálicos, S.A. (rappreżentanti: C. Cañizares Pacheco, E. Tejedor de la Fuente u A. Monreal Lasheras, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-25 ta’ Jannar 2017, fil-Kawża T-217/16.

tirrinvija l-kawża preżenti T-217/16 lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiddeċiedi dwar il-limitazzjoni ratione temporis stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) tal-Kummissjoni Nru 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ locus standi sabiex jiġi ppreżentat rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kontra r-Regolament 2016/278 (1), sa fejn jiġi kkunsidrat li f’din is-sitwazzjoni huma ssodisfatti r-rekwiżiti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Kif inhu magħruf minn din il-Qorti, dawn ir-rekwiżiti huma: i) effett dirett u individwali tal-att ikkontestat jew ii) effett dirett ta’ atti leġiżlattivi li ma jinvolvux miżuri ta’ implementazzjoni.

Fir-rigward tal-effett dirett u individwali tal-att ikkontestat, ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali ma tikkontesta bl-ebda mod l-eżistenza ta’ effett dirett fil-konfront tagħha. Madankollu, dwar l-effett individwali, dan jeżisti fil-konfront ta’ IPM, peress li r-Regolament inkwistjoni jaffettwa lill-importaturi kollha li fid-DAU tagħhom jinkludu nomenklaturi jew kodiċi TARIC dwar il-prodotti li jagħtu lok għal dazji antidumping, bejn is-snin 2009 (dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 91/2009) u 2016 (dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 2016/278), inklużi. Għaldaqstant, dawn l-importaturi jiffurmaw “ċirku ristrett ta’ operaturi ekonomiċi”, peress li l-limitazzjoni tal-effetti tat-tneħħija ta’ tad-dazji anti-dumping taffettwahom b’mod konkret u speċifiku.

Min-naħa l-oħra, rigward tal-effett dirett ta’ atti leġiżlattivi li ma jinvolvux miżuri ta’ implementazzjoni, l-analiżi tiffoka fuq l-akkreditazzjoni tal-assenza ta’ atti ta’ implementazzjoni fir-Regolament 2016/278. Għaldaqstant, il-pagamenti magħmula li l-Qorti Ġenerali tirreferi għalihom bħala atti ta’ implementazzjoni tar-regolament ma jistgħu jitqiesu b’dan il-mod, peress li l-uniċi tranżazzjonijiet riċevuti mir-rikorrenti joriġinaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 91/2009 (2), peress li ma rċevew bl-ebda mod pagamenti li joriġinaw mid-dispożizzjonijiet tar-regolament ikkontestat (Regolament Nru 2016/278). Prova ta’ dan huwa l-istess pagamenti li dak iż-żmien saru lil IPM mill-awtoritajiet fiskali Spanjoli saru qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament ikkontestat.

B’hekk, l-Artikolu 2 ikkontestat huwa regola awtonoma li ma teħtieġ ebda att posterjuri sabiex tipproduċi effetti legali mill-jum tad-dħul fis-seħħ tagħha, ladarba sempliċement iħassar xi dazji antidumping minħabba l-inkompatibbiltà tiegħu mal-Ftehim Antidumping u t-Trattat GATT.

Barra minn hekk, ir-regolament jimponi obbligu li ma jsirx – jinkludi ordni li tipprojbixxi lill-Istat Spanjol milli jieħu mill-ġdid deċiżjonijiet sabiex jitħallsu dazji antidumping – b’hekk jistakola t-teħid ta’ kwalunkwe att ta’ natura fiskali li jista’ jiġi annullat fil-livell nazzjonali, peress li l-preżentata ta’ rikors għal annullament tkun l-uniku mod li kellha IPM sabiex tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/278.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-rikorrenti ssostni li ma hemm l-ebda dubju li IPM għandha dritt, skont l-Artikolu 263 TFUE, li tippreżenta rikors għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2016/278, peress li l-imsemmi regolament, min-natura tiegħu stess u l-kontenut tiegħu, ma fih ebda miżura ta’ implementazzjoni.

2.

It-tieni aggravju, li huwa bbażat fuq it-talba magħmula lill-Qorti Ġenerali dwar ir-rikonoxximent tal-applikazzjoni retroattiva tal-effetti tal-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat. F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li tqis il-Qorti Ġenerali fid-digriet appellat, fejn tgħid li ma hijiex kompetenti sabiex tiddikjara r-retroattività tal-Artikolu 1 tar-Regolament ikkontestat, ir-rikorrenti tqis li din il-kompetenza hija konsegwenza neċessarja tal-annullament tal-Artikolu 2 tar-regolament, peress li dan l-artikolu jipprevedi l-limitazzjoni ratione temporis li fuq l-applikabbiltà tiegħu tirrattata r-rikors għal annullament ddikjarat inammissibbli. Għaldaqstant, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ retroattività tal-Artikolu 1 tar-regolament magħmula mir-rikorrenti hija kompletament ammissibbli, sa fejn hija stess, ladarba tiġi ddikjarata n-nullità tal-Artikolu 2 tar-regolament, tintlaqa’ impliċitament.


(1)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 52, p. 24)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2009, L 29, p. 1)


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Litwanja) fis-27 ta’ Marzu 2017 – SIA “E LATS”

(Kawża C-154/17)

(2017/C 195/18)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “E LATS”

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Il-punt (1) tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li xogħlijiet użati mixtrija minn rivenditur, li jkollhom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż (bħal f’dan il-każ) u li jerġgħu jinbiegħu primarjament sabiex jinkisbu dawn il-metalli u dan il-ħaġar, jistgħu jitqiesu li huma oġġetti użati?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva, sabiex tiġi llimitata l-applikazzjoni ta’ din is-sistema partikolari, huwa rilevanti li r-rivenditur jkun jaf bl-intenzjoni ulterjuri tax-xerrej li jikseb il-metalli prezzjużi jew il-ħaġar prezzjuż li jkunu jinsabu f’dawn ix-xogħlijiet użati, jew huma rilevanti l-karatteristiċi oġġettivi tat-tranżazzjoni (il-kwantità tal-prodotti, l-istatus legali tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni, eċċ.)?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ April 2017 – Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino vs Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino

(Kawża C-169/17)

(2017/C 195/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 34 u 35 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(1) tad-Digriet Irjali 4/2014, tal-10 ta’ Jannar 2014, li japprova r-regola dwar il-kwalità tal-laħam, tal-perżut, tal-ispalla u tal-filett tal-majjal iberiku, li tissubordina l-użu tat-terminu “ibérico” fir-rigward tal-prodotti ppreparati jew ikkummercjalizzati fi Spanja għall-kundizzjoni li dawk li jrabbu l-majjali tar-razza iberika b’sistemi ta’ trobbija intensiva (ta’ majjali) iżidu s-superfiċji totali minimu ta’ spazju liberu sabiex dan jilħaq iż-2m2 għal kull annimal ħaj ta’ iktar minn 110 kg, minkejja li jirriżulta – fejn applikabbli – li l-għan tar-regola huwa li tittejjeb il-kwalità tal-prodotti kkonċernati?

2)

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (1), moqri flimkien tal-Artikolu 12 ta’ din l-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(1) tad-Digriet Irjali 4/2014, tal-10 ta’ Jannar 2014, li japprova r-regola dwar il-kwalità tal-laħam, tal-perżut, tal-ispalla u tal-filett tal-majjal iberiku, li tissubordina l-użu tat-terminu “ibérico” fir-rigward tal-prodotti ppreparati jew ikkummercjalizzati fi Spanja għall-kundizzjoni li dawk li jrabbu l-majjali tar-razza iberika b’sistemi ta’ trobbija intensiva (ta’ majjali) iżidu s-superfiċji totali minimu ta’ spazju liberu sabiex dan jilħaq iż-2m2 għal kull annimal ħaj ta’ iktar minn 110 kg, minkejja li l-għan tar-regola nazzjonali huwa li tittejjeb il-kwalità tal-prodotti u li hija ma hijiex intiża speċifikament sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-majjali?

F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/120/KE, moqri flimkien mal-Artikoli 34 sa 35 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(1) tad-Digriet Irjali 4/2014, li tobbliga lill-produtturi ta’ Stati Membri oħra, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-prodotti ppreparati jew ikkummercjalizzati fi Spanja – u mhux il-protezzjoni tal-majjali – li josservaw l-istess kundizzjonijiet ta’ trobbija tal-annimali bħal dawk li huma imposti fuq il-produtturi Spanjoli sabiex il-prodotti miksuba mill-majjali tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ irregolati mill-imsemmi digriet?

3)

L-Artikoli 34 u 35 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 8(2) tad-Digriet Irjali 4/2014, tal-10 ta’ Jannar 2014, li japprova r-regola dwar il-kwalità tal-laħam, tal-perżut, tal-ispalla u tal-filett tal-majjal iberiku, li, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-imsemmija prodotti, timponi età minima ta’ 10 xhur għall-qtil tal-majjali li minnhom jiġu miksuba prodotti tal-kategorija “de cebo”?


(1)  ĠU L 47, p. 5.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/15


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-181/17)

(2017/C 195/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u J. Rius, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara, konformement mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li r-Renju ta’ Spajna, billi stabbilixxa numru minimu ta’ vetturi sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni ta’ trasport pubbliku, naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 3 u 5(b) tar-Regolament Nru 1071/2009 dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ trasportatur;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-talba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea kontra r-Renju ta’ Spanja tirrigwarda l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, p. 51) (1).

Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(1) u (2) u skont l-Artikolu 5(b) tar-regolament suespost, billi impona bħala rekwiżit għall-kisba tal-awtorizzazzjoni ta’ trasport pubbliku, il-fatt li l-impriżi għandu jkollhom minn tal-inqas tliet vetturi.


(1)  ĠU L 300, p. 51.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-205/17)

(2017/C 195/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE billi naqas milli jadotta l-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, ECLI:EU:C:2011:260);

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja sabiex iħallas lill-Kummissjoni penalità fl-ammont ta’ EUR 171 217,2 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343, ECLI:C:2011:260), li jibda jgħodd mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-jum li fih is-sentenza fil-Kawża C-343/10 tiġi eżegwita;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja sabiex iħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR 19 303,9 għal kull jum, li tibda tgħodd mid-data li fiha tingħata s-sentenza tal-14 ta’ April 2011, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-343/10, ECLI:EU:C:2011:260), sad-data tas-sentenza f’din il-kawża jew sad-data tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza fil-Kawża C-343/10, jekk tingħata retroattivament;

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta’ Spanja ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tan-nuqqas ta’ sistemi ta’ ġbir tal-ilma urban mormi fl-agglomerazzjoni ta’ Valle de Güimar, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/271 (1), u tan-nuqqas ta’ trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Alhurín el Grande, Barbate, Isla Cristina, Matalascañas, Tarifa, Valle de Güimar, Peníscola, Aguiño-Carreira-Ribeira, Estepona (San Pedro de Alcántara), Coín, Nerja, Gijón-Este, Noreste (Valle Guerra), Benicarló, Teulada-Moraira, Vigo y Santiago, skont l-Artikolu 4(1) (3) u, jekk applikabbli fil-każ 4 tagħha, id-Direttiva 91/271.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/271, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26).


Il-Qorti Ġenerali

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Green Source Poland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-512/14) (1)

([“Rikors għal annullament - FEŻR - Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Rifjut li jingħata kontribut finanzjarju għal proġett kbir - Impriża responsabbli mit-twettiq tal-proġett - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2017/C 195/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Green Source Poland sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Clausen u B.-R. Killmann, sussegwentement B.-R. Killmann u R. Lyal, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2289 finali, tas-7 ta’ April 2014, li tirrifjuta l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Xiri u implementazzjoni ta’ teknoloġija innovattiva ta’ manifattura ta’ biokomponenti għall-produzzjoni ta’ biofuel”, li jagħmel parti mill-programm operattiv “Ekonomija innovattiva” għall-interventi strutturali fil-kuntest tal-objettiv “Konverġenza” fil-Polonja,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Green Source Poland sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Meta Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-744/14) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-sitt programm qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2002-2006) - Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm qafas għall-innovazzjoni u l-kompetittività (2007-2013) - Rimbors tas-sommom imħallsa - Ammont li għad irird jitħallas mill-ammont totali tal-kontibuzzjoni finanzjarja mogħtija lir-rikorrenti - Spejjeż eliġibbli - Responsabbiltà kuntrattwali”))

(2017/C 195/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u R. Lyal, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli teżegwixxi l-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn diversi kuntratti ta’ sussidju li hija kkonkludiet mar-rikorrenti abbażi tas-sitt programm qafas tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-Innovazzjoni (2002-2006) u tal-programm qafas għall-innovazzjoni u l-kompetittività (2007-2013), sabiex jiġi ddikjarat li l-kumpensi mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-krediti invokati mir-rikorrenti huma illegali, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti lilha abbażi tal-imsemmija kuntratti ta’ sussidju, miżjuda bl-interessi moratorji u bir-rivalutazzjonijiet ta’ muniti, u sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Meta Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta April 2017 – Gameart vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dokumenti stabbiliti minn Stat Membru - Talba għal aċċess għad-dokumenti mibgħuta lill-Istat Membru - Trasferiment tat-talba għal aċċess lill-Kummissjoni - Rifjut ta’ aċċess - Kompetenza tal-Kummissjoni - Dokument li joriġina minn istituzzjoni - Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001”])

(2017/C 195/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gameart sp. z o.o. (Bielsko-Biała, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Kamejsza u M. Pawlicka, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u A. Pospíšilová Padowska, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J.-B. Laignelot, K. Pleśniak u E. Rebasti, sussegwentement minn J.-B. Laignelot u E. Rebasti, bħala aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2015 sa fejn din ċaħdet it-talba għal aċċess għad-dokumenti stabbiliti mir-Repubblika tal-Polonja, li ntbagħtitilha minn din tal-aħħar abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2015 hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal aċċess għad-dokumenti stabbiliti mir-Repubblika tal-Polonja li ntbagħtitilha minn din tal-aħħar abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – Germanwings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur kumpannija tal-ajru li tuża l-ajruport ta’ Zweibrücken - Vantaġġ - Imputabbiltà lill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Aċċes għal dokumenti - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat - Rifjut li jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditjar”))

(2017/C 195/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Germanwings (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Buchet, T. Maxian Rusche, R. Sauer u K. Herrman, sussegwentement minn A. Buchet, T. Rusche, K. Herrman u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68), u, min-naħa l-oħra, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/1288 GESTDEM, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-aċċess parzjali għall-fajl amministrattiv dwar il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.27339.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) sa fejn jikkonċerna l-ewwel ftehim konkluż bejn Flughafen Zweibrücken GmbH u Germanwings GmbH, kif ukoll l-Artikolu 3(4)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/152, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 27339 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-Ajruport ta’ Zweibrücken u għal-linji tal-ajru li jużaw l-ajruport (ĠU 2016, L 34, p. 68), huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti minn Germanwings.

4)

Germanwings għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – JYSK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/15) (1)

([“Rikors għal annullament - FEŻR - Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Rifjut ta’ għoti ta’ kontribut finanzjarju għal proġett kbir - Impriża responsabbli mit-twettiq tal-proġett - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”])

(2017/C 195/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JYSK sp. z o.o. (Radomsko, il-Polonja) (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn R. Lyal, B.-R. Killmann u M. Clausen, sussegwentement minn R. Lyal u B.-R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3228, tal-11 ta’ Mejju 2015, li tirrifjuta l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Ċentru Ewropew ta’ Servizzi Kondiviżi – Sistemi ta’ loġistika intelliġenti”, li jagħmel parti mill-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” stabbilita mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

JYSK sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – Deere vs EUIPO (EXHAUST-GARD)

(Kawża T-622/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea EXHAUST-GARD - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 195/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Partijiet

Rikorrenti: Deere & Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment N. Weber u T. Heitmann, sussegwentment minn N. Weber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Settembru 2015 (Każ R 196/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EXHAUST-GARD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deere & Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 11.1.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Environmental Manufacturing vs EUIPO – Société Elmar Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T-681/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Trade mark figurattiva internazzjonali preċedenti Outils WOLF - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 195/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1252/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Environmental Manufacturing LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017 – BASF vs EUIPO – Evonik Industries (DINCH)

(Kawża T-721/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DINCH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament KE Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2017/C 195/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Schabenberger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2080/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Evonik Industries u BASF.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BASF SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Haw Par vs EUIPO – Cosmowell (GELENKGOLD)

(Kawża T-25/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GELENKGOLD - Trademark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Awtorità ta’ res judicata - Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti miksub permezz tal-Użu - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smiegħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Serje ta’ trade marks”))

(2017/C 195/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Haw Par Corp. Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: R.-D. Härer, C. Schultze, J. Ossing, C. Weber, H. Ranzinger, C. Gehweiler u C. Brockmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Sachs u C. Sachs, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 (Kaz R 1907/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haw Par u Cosmowell.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Haw Par Corp. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Enercon vs EUIPO – Gamesa Eólica (Sfumaturi ta’ aħdar)

(Kawża T-36/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 195/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Overhage, R. Böhm u A. Silverleaf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz Cerralbo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 597/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gamesa Eólica u Enercon.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Kasztantowicz vs EUIPO – Gbb Group (GEOTEK)

(Kawża T-97/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GEOTEK - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark - Tardività - Regola 61(2) u (3) u Regola 65(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - Notifika tat-terminu mogħti lid-detentur permezz ta’ fax - Assenza ta’ fatti li jistgħu jikkontestaw ir-rapport ta’ trażmissjoni pprovdut mill-EUIPO - Artikolu 78 tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 57 tar-Regolament Nru 2868/95 - Talba għas-smiegħ ta’ xhieda - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-EUIPO”])

(2017/C 195/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Martin Kasztantowicz (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Ronneburger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gbb Group Ltd (Letchworth, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 3025/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Gbb Group u M. Kasztantowicz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Martin Kasztantowicz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2017 – PayPal vs EUIPO – Hub Culture (VENMO)

(Kawża T-132/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VENMO - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 195/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PayPal, Inc. (San José, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck, avukat, u I. Junkar, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hub Culture Ltd (Hamilton, Bermuda, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Hill, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jananr 2016 (Każ R 2974/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Paypal u Hub Culture.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal- Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 2974/2014-5) hija annullata.

2)

EUIPO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn PayPal, Inc.

3)

Hub Culture Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Gfi PSF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/16) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet - Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent - Offerta rċevuta diġà miftuħa - Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju”))

(2017/C 195/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gfi PSF Sàrl (Leudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-2 u tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) li jiċħdu l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet ta’ dan l-uffiċċju (ĠU 2015/S 251-459901) kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni konfermattiva tal-OP tat-22 ta’ April 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gfi PSF Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 5 ta’ Mejju 2017 – Messe Friedrichshafen vs EUIPO – El Corte Inglés (Out Door)

(Kawża T-224/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Out Door - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OUTDOOR PRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 195/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Messe Friedrichshafen GmbH (Friedrichshafen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Schulte Hemming, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Frar 2016 (Każ R 2302/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u Messe Friedrichshafen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Messe Friedrichshafen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2017– CC vs Il-Parlament

(Kawża T-446/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Żbalji fil-ġestjoni tal-lista tal-kandidati li għaddew - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Produzzjoni ta’ provi ġodda - Dannu materjali - Ugwaljanza fit-trattament - Żnaturament tal-fatti - Telf ta’ opportunità”))

(2017/C 195/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: CC (rappreżentanti: G. Maximini u C. Hölzer, avukati)

Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Despotopoulou, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (imħallef uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016, CC vs Il-Parlament (F-9/12 RENV, EU:F:2016:165), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (imħallef uniku) tal-21 ta’ Lulju 2016, CC vs Il-Parlament (F 9/12 RENV) hija annullata, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, l-ewwel nett, ikkalkola t-telf tal-opportunità li s-Sinjura CC tiġi rreklutata bħala uffiċjal bi prova mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea billi eskluda l-perijodu ta’ bejn is-16 ta’ Frar 2006 u l-31 ta’ Awwissu 2007 u, it-tieni nett, ikkalkola t-telf tal-opportunità li s-Sinjura CC tiġi rreklutata bħala uffiċjal bi prova mal-istituzzjonijiet l-oħra u mill-korpi tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ metodu differenti minn dak li huwa uża fir-rigward tal-Kunsill.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem Awla tal-Qorti Ġenerali li ma hijiex dik li ddeċidiet dan l-appell.

4)

l-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2017 – OU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-569/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Proċeduri dixxiplinari - Sospensjoni - Somma miżmuma fir-rigward tar-remunerazzjoni - Twiddiba - Rimbors - Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2017/C 195/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OU (rappreżentanti: J. -N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta): Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu għal żmien ta’ sitt xhur b’effett mill-15 ta’ Jannar 2007 u, min-naħa l-oħra, għar-rimbors tal-imsemmija somom, flimkien ma’ mgħax.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2015 li biha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba ta’ OU intiża għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tirrimborsa lil OU s-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-141/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – Azoulay et vs Il-Parlament

(Kawża T-580/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Rifjut ta’ rimbors tal-ispejjeż skolastiċi - Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))

(2017/C 195/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Irit Azoulay (Brussell, il-Belġju), Andrew Boreham (Wansin Hannut, il-Belġju), Mirja Bouchard (Villers-la-Ville, il-Belġju) u Darren Neville (Ohain, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tal-24 ta’ April 2015 li jiċħdu l-għoti tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2014/2015 u, jekk dan jitqies meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-Parlament tas-17 u 19 ta’ Novembru 2015 li jiċħdu parzjalment l-ilmenti tar-rikorrenti tal-20 ta’ Lulju 2015.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-9/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2017 – HN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/16) (1)

([“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli ġodda dwar il-karriera u l-promozzjoni lejn il-gradi AD 13 u AD 14 - Uffiċjali fil-grad AD 12 - Eżerċizzju ta’ responsabbiltajiet partikolari - Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Talba għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ - Assenza ta’ tweġiba mill-Awtorità tal-Ħatra - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Applikazzjoni ġdida għal klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ jew ‘kap tal-unità jew ekwivalenti’ - Ċaħda mill-Awtorità tal-Ħatra - Natura konfermattiva tar-rifjut ta’ klassifikazzjoni f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ - Rekwiżiti marbuta mal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà”])

(2017/C 195/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HN (rappreżentanti: F. Sciaudone u R. Sciaudone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A-C. Simon, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża b’mod partikolari għall-annullament tad-“deċiżjoni li tiċħad it-talba [tar-rikorrent] sabiex jitqies li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu f’pożizzjoni tat-tip ‘konsulent jew ekwivalenti’ skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal [il-ġodda]” u skont id-Deċiżjoni SEC(2013) 691, tat-18 ta’ Diċembru 2013, intitolata “Komunikazzjoni lill-Kummissjoni li temenda r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-uffiċċji tal-Membri tal-Kummissjoni u dwar il-persuni responsabbli għall-komunikazzjoni”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropa bin-numru F-18/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropa fl-1 ta’ Settembru 2016).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2017 – Düll vs EUIPO – Cognitect (DaToMo)

(Kawża T-381/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ annullament - Irtirar tal-applikazzjoni għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 195/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Düll (Südergellersen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wolff-Marting, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cognitect, Inc. (Durham, North Carolina, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2016 (Każi magħquda R 1383/2015-2 u R 1481/2015-2), dwar proċedimenti ta’ annullament bejn Cognitect, Inc. u Klaus Düll.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Klaus Düll u Cognitect, Inc. huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll nofs kull wieħed mill-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/29


Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER

(Kawża T-123/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Enerġija - Deċiżjoni tal-ACER li tiċħad talba għal intervent fil-Każ A-001-2017(konsolidat) - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 195/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)

Konvenuta: l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-ACER tas-17 ta’ Frar 2017 li tiċħad t-talba għal intervent tar-rikorrenti fil-Każ A-001-2017 (konsolidat).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/30


Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2017 – Post Telecom vs BEI

(Kawża T-158/17 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan għall-bini u għall-uffiċċji tal-Grupp tal-BEI fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 195/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Post Telecom SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Thewes, C. Saettel u T. Chevrier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: T. Gilliams, P. Kiiver u C. Solazzo, aġenti, assistiti minn M. Belmessieri u B. Schutyser, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-BEI tas-6 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 1 tas-sejħa għal offerti OP-1305, intitolata “Servizzi ta’ komunikazzjoni permezz ta’ netwerk metropolitan u netwerk estiż għall-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment”, u tad-deċiżjoni li dan il-lott jingħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ Marzu 2017, mogħti fil-Kawża T-158/17 R, huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/30


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Claro Sol Cleaning vs EUIPO – Solemo (Claro Sol Facility Services desde 1972)

(Kawża T-159/17)

(2017/C 195/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Claro Sol Cleaning, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solemo Oy (Helsinki, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni “Claro Sol Facility Services desde 1972” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 318 993

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 478/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Jannar 2017, fil-Każ R 478/2016-1, li laqgħet parzjalment l-appell ippreżentat minn Solemo Oy u parzjalment annullat parzjalment id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni Nru B 2472267, fil-konfront tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropa Nru 13.318.993 “Claro Sol Facility Services desde 1972” li tappartjeni għall-appellanti, li permezz tagħha l-imsemmija trade mark ġiet miċħuda totalment għall-klassijiet 37 u 39 u miċħuda parzjalment għall-klassi 35;

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13.318.993 “Claro Sol Facility services desde 1972” għas-servizzi kollha koperti bil-klassijiet 35, 37 u 39, minħabba n-nuqqas ta’ eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fit-territorju li fih hija protetta t-trade mark nazzjonali preċedenti, irreġistrata fil-Finlanda bin-Nru 250.356 “SOL”, li tappartjeni għall-intervenjenti.

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/31


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2017 – Calhau Correia de Paiva vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/17)

(2017/C 195/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Calhau Correia de Paiva (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: V. Villante u G. Pandey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet u l-atti segwenti, skont il-każ billi tikkonstata minn qabel li l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 u s-sistema lingwistika inkwistjoni huma illegali u ma japplikawx għar-rikorrenti skont l-Artikolu 277 TFUE;

id-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u tal-bord tal-għażla tad-9 ta’ Novembru 2015 li isem il-kandidata ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14;

id-deċiżjoni tal-EPSO u tal-bord tal-għażla tat-23 ta’ Ġunju 2016 li d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2015 ma tinbidilx u li isem il-kandidata ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva;

id-deċiżjoni tal-EPSO tat-22 ta’ Diċembru 2016 li tiċħad l-ilment amministrattiv ippreżentat mir-rikorrenti skont l-Artikoli 90(2) tal-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni tal-bord tal-għażla li isem il-kandidata ma jitniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 u kontra d-deċiżjoni negattiva ta’ eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet sa fejn l-EPSO impona l-użu ta’ tastiera QWERTY UK, AZERTY FR/BE jew QWERTZ DE għat-twettiq tal-istudju tal-każ, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1 tal-1958 għal dak li jirrigwarda s-sistema lingwistika approvata u msaħħa mill-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/293/14, kif ukoll fuq eċċezzjoni ta’ illegalità u ta’ inapplikabbiltà ta’ dan l-avviż ta’ kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità sa fejn l-EPSO u/jew il-bord tal-għażla llimitaw l-għażla tat-tieni lingwa tal-kandidati fil-kompetizzjoni għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet għal dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ eżami tal-kompetizzjoni tal-EPSO.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn l-EPSO ma mmotivax id-deċiżjoni tiegħu li japprova u li jippromwovi sistema lingwistika speċifika kif ukoll fuq ksur tal-avviż ta’ kompetizzjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn l-EPSO eżerċita funzjonijiet mogħtija lill-bord tal-għażla.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – GY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/17)

(2017/C 195/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GY (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tiddikjara u tiddeċiedi li:

id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/293/14 tat-23 ta’ Diċembru 2016 li r-rikorrent ma jiġix ammess għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas somma stmata ex aequo et bono għal EUR 5 000 għad-dannu morali mġarrab;

il-Kummissjoni Ewropea, fi kwalunkwe każ, hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Bord tal-Għażla sa fejn huwa ma żvelax lir-rikorrent il-kriterji ta’ evalwazzjoni li huwa adotta sabiex jeżegwixxi s-sentenza tal-20 ta’ Lulju 2016, GY vs Il-Kummissjoni, F-123/15, EU:F:2016:160.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-avviż tal-kompetizzjoni min-naħa tal-Bord tal-Għażla sa fejn huwa rrestrinġa arbitrarjament l-evalwazzjoni tiegħu tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent billi bbaża ruħu biss, fir-rigward ta’ tliet mistoqsijiet, fuq it-tul ta’ din l-esperjenza.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li jivvizzjaw b’illegalità d-deċiżjoni li jingħatawlu biss 17-il punt minn 56 (filwaqt li l-limitu minimu kien iffissat għal 22 punt).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni u EUBAM

(Kawża T-206/17)

(2017/C 195/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Fruntieri fil-Libja (EUBAM)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-EUBAM Libya, tal-24 ta’ Jannar 2017, li tissostitwixxi d-deċiżjoni inizjali tas-16 ta’ Frar 2014 li ma tilqax l-offerta sottomessa mill-kumpannija Argus fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea għal ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 110 tar-Regolament Nru 966/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), tar-regoli stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt għall-għoti tal-kuntratt, b’mod partikolari l-punti 4.1 u 12.1 tal-istruzzjonijiet lill-offerenti, u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ nondiskriminazzjoni. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet:

l-ewwel parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ mobilizzazzjoni tar-riżorsi tekniċi u operattivi konformi mal-kliem tal-kuntratt;

it-tieni parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ mobilizzazzjoni tar-riżorsi umani konformi mal-kliem tal-kuntratt;

it-tielet parti, ibbażata fuq in-natura artifiċjali tal-pjan ta’ mobilizzazzjoni u t-teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza tal-passat tal-offerenti f’ambjenti ostili.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-modifika sostanzjali tal-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:

l-ewwel parti, ibbażata fuq l-evalwazzjoni tar-riżorsi umani;

it-tieni parti, ibbażata fuq l-evalwazzjoni tar-riżorsi tekniċi u tal-pjan ta’ mobilizzazzjoni.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/34


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-216/17)

(2017/C 195/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J-R. Farthouat, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153, tas-27 ta’ Jannar 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2017 L 23, p. 19) sa fejn din tapplika għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrent jallega li l-iffriżar tal-assi tiegħu jikser il-prinċipju ta’ żmien ragonevoli, stabbilit rispettivament fl-Artikolu 6 tal-KEDB u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrent jallega li l-iffriżar tal-assi ma huwiex suffiċjentement fondat:

Kuntrarjament għall-provi prodotti mir-rikorrent, il-Kunsill iqis li l-assi tar-rikorrent ma humiex leġittimi, iżda ma jimmotivax id-deċiżjoni tiegħu.

Billi jqis li l-assi tar-rikorrent ma humiex leġittimi, il-Kunsill qed iwettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fattwali, jekk wieħed jassumi li għamel xi tip ta’ evalwazzjoni;

L-iffriżar ma għandu l-ebda skop sa fejn huwa intiż li jgħin it-Tuneżija tirkupra l-assi miżapproprjati. Madankollu, l-ebda wieħed mill-assi tar-rikorrent ma kien miżapproprjat.

3.

Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrent jallega li, sa fejn l-iffriżar tal-assi tiegħu seħħ wara l-waqgħa tal-President Ben Ali, tali ffriżar jikser id-dritt għax-xogħol tiegħu.

4.

Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrent jallega li l-iffriżar huwa, f’kull każ, sproporzjonat u jikser id-drittijiet għall-proprjetà tiegħu.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/34


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2017 – Recylex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/17)

(2017/C 195/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Recylex SA (Pariġi, Franza), Fonderie et Manufacture de Métaux (Anderlecht, il-Belġju), Harz-Metall GmbH (Goslar, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wellinger, S. Reinart u K. Bongs, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Frar 2017 (C(2017) 900 finali) dwar proċedimenti skont l-Artikolu 101 TFUE;

tagħti lir-rikorrenti termini għall-ħlas; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ma applikatx għar-rikorrenti l-punt 26 (l-aħħar paragrafu) tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni (1) fir-rigward tat-tul tal-ksur.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball meta applikatx għar-rikorrenti l-punt 26 (l-aħħar paragrafu) tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni fir-rigward ta’ Franza.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball meta applikat żieda speċifika ta’ 10 % fil-kalkolu tal-multa bbażata fuq il-punt 37 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi (2)

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball meta ma tatx lir-rikorrenti tnaqqis ta’ 50 % fil-multa skont l-ewwel inċiż tal-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju li l-multa għandha tkun speċifika għal min iwettaq il-ksur.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tuża l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tati lir-rikorrenti termini għall-ħlas għal kwalunkwe parti mill-multa li għandha dovuta.


(1)  Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2006, C 298, p. 17), kif emendata l-aħħar bil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar emendi għall-Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (ĠU 2015, C 256, p. 1).

(2)  Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Zhejiang Jndia Pipeline Industry vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/17)

(2017/C 195/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Jndia Pipeline Industry Co. Ltd (Wenzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: S. Hirsbrunner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141, tas-26 ta’ Jannar 2017, li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU 2017,L 22, p. 14) sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni, kif ukoll kull parti li hija awtorizzata tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta hija kkunsidrat li t-tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx bi standards tekniċi tal-Istati Uniti u tal-Unjoni kienu interkambjabbli.

Il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha li tevalwa l-provi rilevanti b’mod imparzjali sa fejn diversi dikjarazzjonijiet fattwali li jikkonċernaw l-interkambjabbiltà li jinsabu fir-regolament ikkontestat ma humiex preċiżi, huma kontradittorji, jew jagħtu impressjoni żbaljata. B’mod partikolari, l-allegazzjoni li l-uniku importatur li kien ikkoopera kien allegatament naqas milli jipproduċi provi rilevanti ma hijiex preċiża.

Il-Kummissjoni kienet ippreżumiet, b’mod żbaljat, li t-tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx kien doppjament iċċertifikat skont l-istandards Ewropej u dawk tal-Istati Uniti. Hija bbażat ruħha unikament fuq allegazzjonijiet tal-aħħar minuta mressqa mil-lanjanti li jidhru għall-ewwel darba fir-regolament ikkontestat innfisu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata fir-rigward tal-aġġustament tal-valur normali, u invokat argumenti kontradittorji.

Il-Kummissjoni bbażat ruħha, b’mod żbaljat, fuq l-infiq u fuq id-data ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiddetermina l-livell xieraq tal-aġġustament. Hija ċaħdet proposta għal aġġustament li kienet ibbażata fuq data tas-suq Ċiniża minħabba raġunijiet li ma kinux iġġustifikati.

F’dan ir-rigward, ir-regolament ikkontestat kien kiser l-Artikolu 20 tar-regolament bażiku u l-Artikolu 296 TFUE, u ma huwiex immotivat suffiċjentement fid-dritt.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-determinazzjoni tal-perijodu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni ħadet azzjoni b’mod arbitrarju billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni perijodu alternattiv minkejja li hija kellha d-data rilevanti fil-pussess tagħha minħabba investigazzjoni preċdenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-proċedura li wasslet għar-regolament ikkontestat ma hijiex konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

Il-Kummissjoni ma kinitx ikkomunikat l-“informazzjoni disponibbli” lir-rikorrenti fi żmien xieraq wara l-komunikazzjoni provviżorja. Meta l-Kummissjoni finalent żvelat din l-informazzjoni fl-istess ħin bħad-data u bħall-informazzjoni l-oħra kollha għall-ewwel darba fil-mument tal-komunikazzjoni finali, hija ma kinitx tat biżżejjed żmien lir-rikorrenti sabiex twettaq evalwazzjoni fil-fond.

Hija kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi ma pprovditilhiex il-possibbiltà li tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha fuq elementi prinċipali bbażati fuq allegazzjonijiet tal-aħħar minuta u mhux ivverifikati mressqa mil-lanjant u li jidhru għall-ewwel darba fir-regolament ikkontestat.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li r-regolament ikkontestat, adottat fis-26 ta’ Jannar 2017, bi żball jistabbilixxi d-dazji antidumping tar-rikorrenti billi jibbaża fuq id-dispożizzjonijiet tar-regolament bażiku li jipprevedu metodu eċċezzjonali, dak tal-pajjiż analogu, sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali tal-importazzjonijiet ta’ provenjenza mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, filwaqt li d-dritt li jippermetti lill-Unjoni li tapplika tali trattament eċċezzjonali kien skada fil-11 ta’ Diċembru 2016.

L-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tosserva t-termini speċifiċi tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mal-WTO permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova din l-adeżjoni. Inkwantu istituzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tosserva l-impenji internazzjonali meħuda mill-Unjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha.

Ir-regolament ikkontestat huwa wkoll inkompatibbli mal-obbligu tal-Unjoni li tinterpreta r-regoli antidumping tagħha konformement mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta d-dispożizzjonijiet tiegħu huma intiżi speċifikament sabiex jagħtu effett lil ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-229/17)

(2017/C 195/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, kif ukoll M. Winkelmüller, F. van Schewick u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/133, tal-25 ta’ Jannar 2017, dwar iż-żamma b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14342:2013 “Pavimentar tal-injam: Karatteristiċi, evalwazzjoni ta’ konformità u mmarkar” skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 21, p. 113);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/145, tal-25 ta’ Jannar 2017, dwar iż-żamma b’restrizzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 14904:2006 “Superfiċji għal spazji għall-isport — Superfiċji fuq ġewwa li jintużaw għal aktar minn sports wieħed: Speċifikazzjoni” skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 22, p. 62);

tannulla l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU 2017, C 76, p. 32) sa fejn din tirreferi għall-istandard armonizzat EN 14342:2013 “Pavimentar tal-injam – Karatteristiċi, evalwation ta’ konformità u mmarkar”;

tannulla l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-implementazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU 2017, C 76, p. 32) sa fejn din tirreferi għall-istandard armonizzat EN 14904:2006 “Superfiċji għal spazji għall-isport – Superfiċji fuq ġewwa li jintużaw għal aktar minn sports wieħed – Speċifikazzjoni”;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-isejjeż.

Motivi u agrumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li, fil-kuntest tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni kisret il-formalitajiet essenzjali previsti fl-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 305/2011 (1). B’dan il-mod, il-Kummissjoni ma adixxietx lill-kumitat stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE (2), il-konsultazzjoni tal-korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni kkonċernat hija vvizzjata u d-deċiżjonijiet kontenzjużi ma ġewx adottati “fid-dawl tal-opinjoni” tal-kumitat stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Bit-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, peress li dawn ma jiħdux pożizzjoni dwar il-kwistjoni, determinanti skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 305/2011, ta’ jekk l-istandards armonizzati inkwistjoni jissodisfawx il-mandat korrispondenti u jiggarantixxux l-osservanza tar-rekwiżiti fundamentali applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Minn dan jirriżulta li la r-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lanqas il-Qorti Ġenerali ma jistgħu jiddeterminaw il-kunsiderazzjonijiet essenzjali ta’ natura legali u fattwali li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 305/2011

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-deċiżjonijiet u l-komunikazzjonijiet ikkontestati jiksru dispożizzjonijiet sostantivi tar-Regolament Nru 305/2011

L-ewwel nett, id-deċiżjonijiet u l-komunikazzjonijiet ikkontestati jiksru l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 17(5), peress li l-Kummissjoni, bi ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ma evalwatx il-konformità tal-istandards armonizzati inkwistjoni mal-mandati korrispondenti u b’hekk ma rrikonoxxietx l-assenza effettiva ta’ konformità tal-imsemmija standards.

It-tieni nett, id-deċiżjonijiet u l-komunikazzjonijiet ikkontestati jiksru l-Artikolu 18(2) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u (2), kif ukoll mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 305/2011. Il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-istandards inkwistjoni ma jinkludux proċeduri u kriterji għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ sustanzi perikolużi oħra u li dawn kienu għalhekk inkompleti fir-rigward ta’ karatteristika essenzjali tal-prodotti ta’ kostruzzjoni u konsegwentement kienu jippreġudikaw l-osservanza tar-rekwiżiti fundamentali applikabbli għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Finalment, fil-kuntest tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, il-Kummissjoni wettqet żball ieħor ta’ evalwazzjoni, billi ma rrikonoxxietx il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 305/2011, li tippubblika, bir-riżervi proposti mir-rikorrenti, ir-referenzi ta’ standard armonizzat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU 2011, L 88, p. 5).

(2)  Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/38


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2017 – Siberian Vodka vs EUIPO – Friedr. Schwarze (DIAMOND ICE)

(Kawża T-234/17)

(2017/C 195/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Siberian Vodka AG (Herisau, l-Isvizzera) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Friedr. Schwarze GmbH & Co. KG (Oelde, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “DIAMOND ICE” li tindika lill-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 211 695

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1171/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1171/2016-4;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2017 – Dometic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY)

(Kawża T-235/17)

(2017/C 195/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dometic Sweden AB (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Humphreys, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MOBILE LIVING MADE EASY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 952 592

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1832/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-oġġetti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, sa fejn ikkonfermat id-deċiżjoni;

tannulla l-eżami tal-EUIPO tal-10 ta’ Awwissu 2016 dwar il-kwistjoni jekk l-applikazzjoni tistax tiġi rreġistrata;

tibgħat il-kawża lura quddiem l-EUIPO sabiex jemenda d-deċiżjoni tiegħu;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 75 u 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Gugler vs EUIPO – Gugler France (GUGLER)

(Kawża T-238/17)

(2017/C 195/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gugler France (Besançon, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “GUGLER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 324 902

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1008/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda l-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 3 324 902 u l-obbligu li jiġu sostnuti l-ispejjeż ta’ kanċellazzjoni tar-rikorrent li jammontaw għal EUR 550;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tar-rikorrent fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikoli 8(4) u 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/40


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/17)

(2017/C 195/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: D. Klebs u T. Henze)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 u l-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264, tal-14 ta’ Frar 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn f’dawn huma esklużi mill-finanzjament mill-Unjoni l-pagamenti magħmula mill-aġenzija ta’ pagament tal-Hauptzollamt Hamburg-Jonas tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jistgħu jiġu imputati lill-FAEG fl-ammont ta’ EUR 1 964 861,71, kif ukoll

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ebda kalkolu u dikjarazzjoni żbaljata tal-interessi

Ksur tal-Artikolu 31(1) flimkien mal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1) kif ukoll l-Artikolu 6(h) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 (2) [rispettivament l-Artikolu 52(1) flimkien mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (3) kif ukoll l-Artikolu 29(f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 (4)] għaliex spejjeż ġew esklużi mill-finanzjament, minkejja li l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha applikabbli fiż-żmien inkwistjoni, u b’mod partikolari kkalkolaw u ddikjaraw l-interessi skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fit-Tabella 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 [fil-verżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1233/2007 (5)].

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni

Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, għaliex il-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti u konsistenti għalfejn mill-Artikolu 31(1) moqri flimkien mal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 kif ukoll l-Artikolu 6(h) tar-Regolament (KE) Nr 885/2006 fil-verżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1233/2007 għandu jirriżulta obbligu tal-Istati Membri, li, diġà fis-snin 2006 sa 2008, fil-każ ta’ irregolaritajiet fl-irkupru fuq l-esportazzjoni fit-Tabella 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 885/2006 fil-verżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1233/2007, diġà jindikaw l-irkupri u l-interessi marbuta magħhom f’linja komuni u jerġa’ qabel id-determinazzjoni tal-interessi (fejn l-eżistenza tad-dritt għal interessi f’dan ir-rigward ma hijiex ikkontestata). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti u konsistenti kif ksur tal-obbligi ta’ kontrolli ċentrali kien ikkostitwit konkretament.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq skadenza tat-terminu skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005

Ksur tal-Artikolu 31(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u tal-Artikolu 52(4)(a) tar-Regolament (EU) Nru 1306/2013, għaliex il-Kummissjoni ma kkomunikatx bil-miktub, u b’hekk b’mod effettiv, fi żmien 24 xahar wara l-punt li fih ġew inkorsi l-ispejjeż il-kritiki (kalkolu u dikjarazzjoni tal-interessi kif ukoll ommissjoni ta’ kontrolli ċentrali) li fuqhom kienet ibbażat l-esklużjoni tal-ispejjeż.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq tul eċċessiv tal-proċedura

Ksur tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 kif ukoll tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 u tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif ukoll tal-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 flimkien mal-prinċipju ġenerali li proċedura amministrattiva għandha titmexxa f’terminu raġonevoli u ksur tad-drittijiet tad-difiża, għaliex it-tul tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni kien eċċessiv.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għaliex bil-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, il-Kummissjoni ma evalwatx b’mod xieraq in-natura u l-portata ta’ eventwali ksur. B’mod partikolari, il-Kummissjoni injorat il-fatt li l-Unjoni effettivament ma sofriet l-ebda telf finanzjarju u lanqas ma kellha r-riskju reali li jseħħ dannu u r-rikorrenti (mill-iktar) hija ħatja ta’ nuqqas minuri. Minbarra dan, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità għaliex hija għamlet korrezzjoni għas-sena kontabbli 2010 mingħajr rabta ċara mas-snin finanzjarji 2006 sa 2008.


(1)  Regolament tal-Kunsil (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 322M, p. 162).

(3)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, p. 549).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) Nru 908/2014, tas-6 ta’ Awwissu 2014, li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, p. 59).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jiffissa regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn u l-kwittanza tal-kontijiet tal-FAEG u l-FAEŻR (ĠU L 279, p. 10).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/17)

(2017/C 195/55)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264, tal-14 ta’ Frar 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn huma esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea spejjeż sostnuti mill-aġenzija ta’ pagament akkreditata tar-Repubblika tal-Polonja fl-ammont ta’ EUR 25 708 035,13;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ġie miksur l-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (1), għaliex fir-rigward tal-ispejjeż inkorsi mill-awtoritajiet Pollakki fl-2011 fil-kuntest tal-miżuri eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex skont ir-Regolament Nru 585/2011 (2) bħala pagamenti kumpensatorji għan-nuqqas ta’ ħsad, saret korrezzjoni finanzjarja li hija bbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt żbaljata, minkejja li l-awtoritajiet Pollakki wettqu dawn l-ispejjeż skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u b’mod partikolari ma kisrux l-Artikolu 85 tar-Regolament Nru 543/2011 (3).


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013 L 347, p. 549).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 585/2011, tas-17 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-settur tal-frott u l-ħxejjex (ĠU 2011 L 160, p. 71).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU 2011 L 157, p. 1).


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/42


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (Национальный Продукт)

(Kawża T-246/17)

(2017/C 195/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bl-elementi verbali “Национальный Продукт” – Applikazzjoni Nru 14 747 513

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1017/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-247/17)

(2017/C 195/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tadotta, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, u b’mod partikolari

tagħmel mistoqsijiet lill-Kunsill;

tistieden lill-Kunsill jikkomunika l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ osservazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm dwar ċerti aspetti tal-kawża;

titlob informazzjoni jew kjarifiki mingħand il-Kunsill u mingħand terzi, fosthom il-Kummissjoni, l-EADS u l-Ukraina;

titlob li jiġu ppreżentati dokumenti jew provi marbuta mal-kawża;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet fundamentali

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-ksur tal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, huwa jinvoka n-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi imposti.

2.

It-tieni motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/43


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2017 – avanti vs EUIPO (avanti)

(Kawża T-250/17)

(2017/C 195/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: avanti GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bahmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “avanti” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 646 038

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 801/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni quddiem l-EUIPO fis-6 ta’ Ottubru 2015 bin-numru 14 646 038 u tippubblika t-trade mark sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/44


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

(Kawża T-251/17)

(2017/C 195/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Bosch GmbH (Stuttgart, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Simply. Connected.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 814 057

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 948/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Robert Bosch vs EUIPO (Simply. Connected.)

(Kawża T-252/17)

(2017/C 195/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Bosch GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Simply. Connected.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 814 032

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 947/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 207/2009 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/45


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 –Der Grüne Punkt vs EUIPO – Halston Properties (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ)

(Kawża T-253/17)

(2017/C 195/61)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u N. Ebbecke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Halston Properties, s. r. o. GmbH (Bratislava, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 298 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1357/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

fil-każ li l-intervenjenti tipparteċipa fil-proċedimenti: tordna li l-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


Rettifika

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/47


Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T-232/16 P

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 63 tas-27 ta’ Frar 2017 )

(2017/C 195/62)

L-avviż fil-ĠU dwar il-Kawża T-232/16 P, Il-Kummissjoni vs Frieberger u Vallin, għandu jaqra kif ġej:

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni vs Frieberger u Vallin

(Kawża T-232/16 P) (1)

((Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Żieda fl-età tal-irtirar - Deċiżjoni li tirrifjuta li tiġi kkalkolata mill-ġdid l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni - Prinċipju ta’ ne ultra petita - Żball ta’ liġi - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2017/C 063/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewopea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)

Appellati: Jürgen Frieberger (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju), Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni (F-3/15, EU:F:2016:26), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.

Dispożittiv

1.

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni (F-3/15), hija annullata.

2.

Ir-rikors ippreżentat minn Jürgen Frieberger u minn Benjamin Vallin quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-3/15 huwa miċħud.

3.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura ta’ appell.

4.

J. Frieberger u B. Vallin huma kkundannati jbatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, inklużi l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

5.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati kemm mal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.