ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 152

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
16 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 152/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8455 — STRABAG/Rohöl-Aufsuchungs AG/JV) ( 1 )

1

2017/C 152/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 152/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2017 li taħtar membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Portugall

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 152/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 152/05

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

5

2017/C 152/06

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2) — Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) (Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 ( ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19 ) u r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 ( ĠU L 347, 20.12.2013, p. 303 ))

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8455 — STRABAG/Rohöl-Aufsuchungs AG/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 152/01)

Fil-5 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8455. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


16.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 152/02)

Fil-5 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8391. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

16.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Mejju 2017

li taħtar membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Portugall

(2017/C 152/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tan-nomini għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2016 (2), tat-23 ta’ Jannar 2017 (3) u tas-17 ta’ Frar 2017 (4), il-Kunsill ħatar lill-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2019.

(2)

Il-gvern tal-Portugall ippreżenta nomina waħda għal kariga li għandha timtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Portugall.

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Portugall

 

Is-Sur Fernando CATARINO JOSÉ

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar membri u membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CARDONA


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU C 447, 1.12.2016, p. 2).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2017 li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Bulgarija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, u s-Slovakkja (ĠU C 27, 27.1.2017, p. 8).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2017 li taħtar membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Portugall (ĠU C 54, 21.2.2017, p. 4).


Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Mejju 2017

(2017/C 152/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0972

JPY

Yen Ġappuniż

124,45

DKK

Krona Daniża

7,4395

GBP

Lira Sterlina

0,84928

SEK

Krona Żvediża

9,6733

CHF

Frank Żvizzeru

1,0944

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3325

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,471

HUF

Forint Ungeriż

309,17

PLN

Zloty Pollakk

4,2089

RON

Leu Rumen

4,5503

TRY

Lira Turka

3,9020

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4741

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4931

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5440

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5875

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5342

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 225,57

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4818

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5629

HRK

Kuna Kroata

7,4332

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 591,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,7489

PHP

Peso Filippin

54,463

RUB

Rouble Russu

61,7094

THB

Baht Tajlandiż

37,903

BRL

Real Brażiljan

3,4065

MXN

Peso Messikan

20,5020

INR

Rupi Indjan

70,2725


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/5


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2017/C 152/05)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (kodifikazzjoni).

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IS-SLOVAKKJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 134, 31.5.2008

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

IS-SLOVAKKJA – L-UKRAINA

Fruntieri tal-art

(1)

Čierna nad Tisou – Čop (linja tal-ferrovija)

(2)

Ubľa – Malyj Bereznyj

(3)

Veľké Slemence – Mali Selmenci

(4)

Vyšné Nemecké – Užhorod

(5)

Maťovské Vojkovce – Pavlovo (Ferrovija; merkanzija biss)

Fruntieri tal-Ajru

(1)

L-Ajruport ta’ Bratislava

(2)

L-Ajruport Košice

(3)

L-Ajruport ta’ Poprad

Ajrudromi

(1)

Nitra

(2)

Piešťany

(3)

Prievidza

(4)

Sliač

(5)

Žilina

(6)

Jasná.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17.

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17.

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

 

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

 

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

 

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

 

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

 

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

 

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

 

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

 

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

 

ĠU C 484, 24.12.2016, p. 30.

 

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

 

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

 

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 11.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


16.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/7


Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)

Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19) u r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 303))

(2017/C 152/06)

I.1.   L-isem u l-indirizz tar-REKT

Isem irreġistrat: Agrupación Europea de Cooperación Territorial DUERO – DOURO

Uffiċċju rreġistrat: Plaza Egido s/n; Trabanca, Salamanca (37173), España

I.2.   Tul ta’ żmien taż-żieda:

Tul ta’ żmien tar-raggruppament : mhux definit

I.3.   L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU: ĠU/S S113 — 16.6.2009

I.4.   L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-membru l-ġdid:

Camarzana de Tera