ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 150

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
13 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 150/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8462 — KKR/CDPQ/USI Insurance Services) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 150/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2017/C 150/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq permezz tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 150/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8477 — LGP/OMERS/OPE Caliber Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2017/C 150/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8286 — RHI/Magnesita Refratários) ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 150/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8462 — KKR/CDPQ/USI Insurance Services)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 150/01)

Fl-10 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8462. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Mejju 2017

(2017/C 150/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0876

JPY

Yen Ġappuniż

123,82

DKK

Krona Daniża

7,4402

GBP

Lira Sterlina

0,84588

SEK

Krona Żvediża

9,6673

CHF

Frank Żvizzeru

1,0963

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3665

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,576

HUF

Forint Ungeriż

310,24

PLN

Zloty Pollakk

4,2170

RON

Leu Rumen

4,5450

TRY

Lira Turka

3,9038

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4731

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4941

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4761

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5892

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5314

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 226,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,6336

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5047

HRK

Kuna Kroata

7,4225

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 497,16

MYR

Ringgit Malażjan

4,7243

PHP

Peso Filippin

54,087

RUB

Rouble Russu

62,3148

THB

Baht Tajlandiż

37,778

BRL

Real Brażiljan

3,4227

MXN

Peso Messikan

20,5521

INR

Rupi Indjan

69,9395


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/3


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq permezz tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE

(2017/C 150/03)

1.   Introduzzjoni

Fl-2015, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ħadu d-deċiżjoni li jistabbilixxu Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (“MSR”) (1) permezz tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet (“l-ETS”) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-MSR se tibda taħdem mill-2019. L-MSR għandha l-għan li tevita li s-suq tal-karbonju tal-UE jaħdem b'eċċess strutturali kbir ta' kwoti tal-emissjonijiet, bir-riskju assoċjat li dan ixekkel lill-ETS tal-UE milli toħloq is-sinjal meħtieġ ta' investiment biex tintlaħaq il-mira tal-UE għal tnaqqis fl-emissjonijiet b'mod kosteffiċjenti.

Id-Deċiżjoni tiddikjara li sal-15 ta' Mejju ta' kull sena mill-2017 ‘il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni. Din iċ-ċifra tistabbilixxi jekk il-kwoti tal-emissjonijiet maħsuba għall-irkant fis-sena sussegwenti għandhomx jitqiegħdu fir-riżerva.

Din il-Komunikazzjoni hija l-ewwel pubblikazzjoni tal-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni għall-finijiet tal-MSR, u tikkonċerna s-sena 2016. Il-bqija ta' din il-Komunikazzjoni jistabbilixxi fid-dettall kif ġiet ikkalkulata din iċ-ċifra. Peress li l-MSR se tibda taħdem biss mill-2019, din il-pubblikazzjoni qed issir għall-finijiet tal-informazzjoni. Din il-pubblikazzjoni, li hi meħtieġa skont l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni dwar l-MSR, mhix se twassal għat-tqegħid ta' xi kwoti tal-emissjonijiet fir-riżerva.

2.   Il-funzjonament tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq

L-MSR tiffunzjona b'mod awtomatiku meta l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni jkun 'il barra mill-firxa predefinita. Il-kwoti tal-emissjonijiet jiżdiedu mar-riżerva meta l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni jkun iżjed mil-limitu ta' 833 miljun kwota (3). Il-kwoti tal-emissjonijiet jinħarġu mar-riżerva meta l-għadd totali tal-kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni jkun inqas minn 400 miljun kwota. Il-kwoti tal-emissjonijiet jiżdiedu mar-riżerva bi rkantar aktar baxx, u jinħarġu mir-riżerva bi rkantar ta' 100 miljun kwota tal-emissjonijiet iżjed fil-futur.

Għalhekk il-pubblikazzjoni tal-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni, li skontu se jiżdiedu l-kwoti tal-emissjonijiet fir-riżerva jew se jinħarġu l-kwoti tal-emissjonijiet mir-riżerva, hu element ewlieni biex tkun tista' titħaddem ir-riżerva.

3.   L-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni

Skont l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni “għandu jkun in-numru kumulattiv ta' kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008, inkluż in-numru maħruġ skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f'dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt l-EU ETS fir-rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena partikolari, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet skont l-EU ETS bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u n-numru ta' kwoti fir-riżerva.”

Fi ftit kliem, l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni li hu rilevanti għaż-żidiet fl-MSR jew għall-ħruġ mill-MSR jiġi kkalkulat b'din il-formula:

TNAC = Provvista – (Domanda + kwoti tal-emissjonijiet fl-MSR)

Jeżistu tliet elementi differenti li jiddeterminaw l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni: l-ewwel, il-provvista tal-kwoti tal-emissjonijiet mill-1 ta' Jannar 2008; it-tieni, l-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet ċeduti u kanċellati (“id-domanda”); u t-tielet, dak li jinżamm fir-riżerva.

Il-kwoti tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni u l-emissjonijiet verifikati tal-avjazzjoni mhumiex qed jiġu kkunsidrati f'dan il-kuntest.

3.1.   Il-provvista

Il-provvista tal-kwoti tal-emissjonijiet fis-suq jiddeterminawha dawn il-ħames elementi differenti:

il-kwoti tal-emissjonijiet imfaddla mill-2008-12 (“il-fażi 2”),

il-kwoti tal-emissjonijiet irkantati bejn l-1 ta' Jannar 2013 (4) u l-31 ta' Diċembru 2016,

il-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016, inkluż il-kwoti tal-emissjonijiet allokati mir-riżerva għal min jidħol ġdid (“in-NER”),

il-kwoti tal-emissjonijiet ikkwantifikati fi flus mill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) għall-finijiet tal-programm “Ner300”, u

id-drittijiet ta' kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b'rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2016.

L-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet imfaddla mill-fażi 2 tal-ETS tal-UE hu 1 749 540 826 kwota tal-emissjonijiet (5). Dan it-“total bankarju” jirrappreżenta l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet maħruġa waqt il-fażi 2 tal-ETS tal-UE, li ma jkunux ġew ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet verifikati, jew kanċellati. Għalhekk, għall-finijiet biex jinstab l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni, dan jirrappreżenta l-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS fiċ-ċirkolazzjoni fil-bidu tal-perjodu 2013-20 (“il-fażi 3”) fl-1 ta' Jannar 2013 u jitqies bħala tali waqt il-kalkolu.

Skont ir-rapporti mill-irkanti dwar il-pjattaforma komuni tal-irkant u dwar il-pjattaformi rilevanti tan-nonparteċipazzjoni (6), l-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet irkantati bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2016, inkluż l-hekk imsejħa rkanti bikrin, hu 2 774 262 500.

L-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas, inklużi l-kwoti tal-emissjonijiet allokati min-NER, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016 hu 3 600 800 263 (7).

300 000 000 kwota tal-emissjonijiet ġew ikkwantifikati fi flus mill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) għall-finijiet tal-programm “Ner300” (8).

Id-drittijiet ta' kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b'rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2016 jikkorrispondu għal 408 812 200 (9).

3.2.   Id-domanda

Id-domanda tikkonsisti mit-total ta' emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet bejn l-1 ta' Jannar 2013 (10) u l-31 ta' Diċembru 2016, li hi 7 139 317 195 (11), u mill-kwoti tal-allokazzjonijiet kanċellati matul dak l-istess perjodu, li tikkorrispondi għal 193 697 kwota tal-emissjonijiet.

3.3.   Dak li jinżamm fl-MSR

Peress li l-MSR se tibda taħdem fl-2019, bħalissa ma teżisti l-ebda kwota tal-emissjonijiet miżmuma f'din ir-riżerva.

3.4.   L-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni jammontaw għal 1 693 904 897 kwota tal-emissjonijiet.

4.   Konklużjoni

B'konformità mar-regoli miftiehma tal-MSR, ir-riżerva mhix se tiżdied skont l-indikatur ippubblikat fl-2017.

Il-pubblikazzjoni li jmiss se ssir f'Mejju 2018. Permezz ta' din se jiġu stabbiliti l-ewwel żidiet fir-riżerva għall-perjodu minn Jannar sa Awwissu 2019.

Tabella 1

Ħarsa ġenerali

Il-provvista

(a)

It-tfaddil mill-fażi 2

1 749 540 826

(b)

l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2016, inkluż min-NER

3 600 800 263

(c)

l-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet irkantati bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2016, inkluż l-irkanti bikrin

2 774 262 500

(d)

l-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet ikkwantifikati fi flus mill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) għall-finijiet tal-programm “Ner300”

300 000 000

(e)

id-drittijiet ta' kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b'rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2016

408 812 200

B'kollox (il-provvista)

8 833 415 789

Id-domanda

(a)

It-tunnellati ta' emissjonijiet verifikati mill-installazzjonijiet permezz tal-ETS tal-UE bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-31 ta' Diċembru 2016

7 139 317 195

(b)

Il-kwoti tal-emissjonijiet ikkanċellati b'konformità mal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sal-31 ta' Diċembru 2016

193 697

B'kollox (id-domanda)

7 139 510 892

Dak li jinżamm fl-MSR

L-għadd ta' kwoti tal-emissjonijiet fir-riżerva

0

L-għadd totali ta' kwoti tal-emissjonijiet fiċ-ċirkolazzjoni

1 693 904 897


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

(2)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(3)  Dan il-limitu jirrifletti l-leġiżlazzjoni attwali. Il-bidliet fil-parametri tal-Istabbiltà tas-Suq ikkontemplati fil-kuntest tar-reviżjoni tal-ETS jaf jibdluha b'mod temporanju.

(4)  Din iċ-ċifra tinkludi l-hekk imsejħa “irkanti bikrija”, jiġifieri l-kwoti tal-emissjonijiet validi għall-perjodu 2013-20, li jkunu ġew irkantati qabel l-1 ta' Jannar 2013.

(5)  Ara r-Rapport tas-Suq tal-Karbonju 2015; COM(2015) 576.

(6)  Jinsab fuq: http://www.eex.com/en/products/environmental-markets/emissions-auctions/archive u https://www.theice.com/marketdata/reports/148

(7)  Skont silta mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta' April 2017

(8)  L-ewwel porzjon ta' 200 miljun kwota tal-emissjonijiet – mibjugħa fl-2011 u fl-2012 – u t-tieni porzjon ta' 100 miljun kwota tal-emissjonijiet – mibjugħa fl-2013 u fl-2014; Għal aktar tagħrif ara https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/lowcarbon/ner300/docs/summary_report_ner300_monetisation_en.pdf.

(9)  Skont silta mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta' April 2017

(10)  B'rabta mal-emissjonijiet verifikati matul il-perjodu 2008-2012, ara l-ispjegazzjonijiet dwar it-total bankarju (it-Taqsima 3.1).

(11)  It-total tal-emissjonijiet verifikati huma bbażati fuq silta mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (EUTL) fl-1 ta' April 2017 biex jitqiesu emissjonijiet verifikati rrappurtati sal-31 ta' Marzu 2017. Għaldaqstant l-emissjonijiet rappurtati wara dik id-data mhumiex riflessi f'dan it-total.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8477 — LGP/OMERS/OPE Caliber Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 150/04)

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u OPE USA Investment Corporation (“OPE”), entità li tagħmel parti mill-OMERS Group (“OMERS Group”, il-Kanada) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ OPE Caliber Holdings Inc., li flimkien mas-sussidjarji li huma kollha proprjetà tagħha hija riferita bħala Caliber Collision Centers (“CCC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

LGP hija ditta tal-investiment tal-ekwità privata fl-Istati Uniti tal-Amerika bil-kwartieri ġenerali f’Los Angeles. Is-settur primarji ta’ konċentrazzjoni ta’ LGP huma l-bejgħ bl-imnut, il-konsumaturi, il-kura tas-saħħa, il-benesseri, in-negozji u s-servizzi tal-konsumaturi u tad-distribuzzjoni;

OMERS Group huwa l-amministratur ta’ Ontario Municipal Employees Retirement System Primary Pension Plan fil-Kanada;

CCC tħaddem netwerk ta’ ċentri ta’ tiswija tal-karozzi maħbuta fl-Istati Uniti tal-Amerika. CCC hija esklussivament attivi fl-Istati Uniti tal-Amerika u li bħalissa la għandha u lanqas ma hu previst li jkollha attivitajiet ta’ negozju jew introjti fiż-ŻEE. CCC hija bħalissa unikament ikkontrollata minn OPE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8477 — LGP/OMERS/OPE Caliber Holdings, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8286 — RHI/Magnesita Refratários)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 150/05)

1.

Fil-5 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża RHI AG (l-Awstrija) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Magnesita Refratários S.A. Kollha kemm hi (il-Brażil) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal RHI AG: il-provvista ta’ prodotti reżistenti għas-sħana, sistemi u servizzi, l-estrazzjoni tal-materja prima fiż-ŻEE u madwar id-dinja,

—   għal Magnesita Refratários S.A.: il-provvista ta’ prodotti reżistenti għas-sħana, sistemi u servizzi, l-estrazzjoni tal-materja prima fiż-ŻEE u madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulna l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8286 — RHI/Magnesita Refratários, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 150/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 150/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“PORC NOIR DE BIGORRE”

Nru tal-UE: PDO-FR-02106 — 14.1.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet

“Porc noir de Bigorre”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam (u ġewwieni) frisk

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-laħam tal-“Porc noir de Bigorre” huwa prodott ġej mill-majjal ta’ Gascon ta’ razza pura, maskili u femminili, maqtula fl-età minima ta’ 12-il xahar u ta’ mhux aktar minn 24 xahar.

Il-karkassi għandhom piż minimu ta’ 100 kilogramma, ħxuna tax-xaħam ta’ mill-inqas 30 mm u tal-muskoli ta’ mill-inqas 45 mm, imkejla fil-livell tal-flett.

Ix-xaħam fih in-neofitadien, indikatur tal-idrokarburi għall-konsum tal-ħaxix, fi kwantità ta’ aktar minn 0,4 Unità Arbitrarja ta’ Żona (UAA), imkejla minn qatgħa żgħir fix-xaħam tad-dahar.

Il-laħam huwa ta’ kulur aħmar skur. Il-kulur imkejjel bl-użu tal-iskala Ġappuniża fuq il-gluteus medius huwa ta’ aktar minn jew ugwali għal 3. Ix-xaħam estern huwa abjad u l-proporzjon tax-xaħam intramuskolari huwa ta’ 2,5 % imkejjel fit-tul tad-dahar (longissi-mus dorsi), jew aktar.

Ladarba jkun misjur, il-laħam għandu konsistenza ftit fibruża, ratba, immerrqa, tarija u mimlija togħma.

Il-laħam jinbiegħ iffriżat; huwa pprojbit il-laħam imkessaħ wara li jkun niżillu s-silġ.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Waqt it-treddigħ, il-majjali żgħar jistgħu jikkunsmaw suppliment, li jikkonsisti f’taħlita b’bażi taċ-ċereali, tas-sojja u tat-trab tal-ħalib. Il-kwantità massima ta’ dan l-għalf ikkunsmata minn kull majjal żgħir matul dan il-perjodu hija ta’ 5 kg. L-ikel jista’ jiġi minn barra ż-żona ġeografika. Fil-fatt, l-għalf kollu ma jistax jiġi miż-żona ġeografika, minħabba li l-karatteristiċi topografiċi u klimatiċi tagħha ma jippermettux il-produzzjoni tal-materja prima veġetali kollha, l-aktar il-pjanti tal-proteini u l-legumi, indispensabbli għall-bilanċ alimentari tal-annimali. Dan is-sehem tal-konsum, limitat għal 5 kg, jirrappreżenta kwantità inqas minn dik li jipprovdi t-treddigħ, fażi li matulha majjal żgħir jixrob medja ta’ 40 litru ħalib tal-omm, li tirrappreżenta madwar 8 kg ta’ materja niexfa taż-żona ġeografika. It-taħlita b’bażi taċ-ċereali, tas-sojja u tat-trab tal-ħalib ma tistax tiġi ċċertifikata li ġejja miż-żona definita minħabba s-sorsi varji tal-għalf.

Wara l-ftim, il-majjali żgħar jikkunsmaw għalf b’bażi taċ-ċereali (minimu ta’ 70 % bil-piż ta’ materja prima), possibbilment issupplimentat bi proteini (kejk tal-kolza, kejk tal-ġirasol, ful, piżelli), u minerali u vitamini. Iċ-ċereali jridu jiġu miż-żona ġeografika.

Mill-iżgħar età ta’ 3,5 xhur, u mhux iżjed tard minn 6 xhur, il-majjali jinżammu f’witat bil-ħaxix, matul il-fażi tat-tismin, u billi hemm densità massima ta’ 20 annimal għal kull ettaru, il-majjali jieħdu parti mill-ikel tagħhom mill-mergħat. B’hekk huma jieklu l-ħaxix, prinċipalment b’bażi ta’ xnien u ta’ ħxejjex, tal-frott u ta’ riżorsi oħra taż-żona.

Jinġieb għalf supplimentari għat-tismin tagħhom. Dan l-għalf huwa bbażat għal mill-inqas 70 % fuq iċ-ċereali, (qamħ, ħafur, xgħir, segala, tritikal), possibbilment issupplimentat minn prodotti derivati miċ-ċereali u/jew minn żieda ta’ proteini (ful, piżelli, kejk tal-kolza jew kejk tal-ġirasol) u ta’ minerali u vitamini. Iċ-ċereali jridu jiġu miż-żona ġeografika. Huma biss iż-żidiet ta’ proteini, f’minerali u vitamini li jiġu minn barra ż-żona. Minħabba l-limiti tagħha, iż-żona ġeografika ma tipproduċix biżżejjed.

Il-kwantità massima ta’ kuljum ta’ għalf supplimentari mogħti lil kull majjal hija ta’ 3 kg, espressi bħala materja niexfa.

Dawn ir-regoli jiżguraw proporzjon minimu ta’ 72,6 % ta’ għalf li jiġi miż-żona ġeografika, għat-tul ta’ ħajja tal-annimal.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-annimali jitwieldu, jitrabbew, jissemmnu u jinqatlu fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata

L-identifikazzjoni ta’ kull karkassa ssir b’tikketta mqabbda fl-intern ta’ kull nofs karkassa fil-livell tal-flett, li tinkludi d-data tal-qatla, in-numru tal-azjenda tas-simna, in-numru tal-biċċerija, in-numru tal-identifikazzjoni tal-majjal u l-kliem NB.

Sal-aħħar stadju tad-distribuzzjoni, il-karkassi jkollhom tikketta li minbarra d-dettalji skont ir-regolament, tippreċiża bħala minimu: l-isem tal-produttur, in-numru tal-azjenda, in-numru tal-identifikazzjoni tal-majjal, id-data tal-qtil.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinkludi l-muniċipalitajiet jew partijiet mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Il-muniċipalitajiet kollha ta’:

id-Département tal-Haute-Garonne:

Ardiège, Aspret-Sarrat, Ausson, Bagiry, Balesta, Barbazan, Blajan, Bordes-de-Rivière, Boudrac, Boulogne-sur-Gesse, Cardeilhac, Cassagnabère-Tournas, Cazaril-Tambourès, Charlas, Ciadoux, Cier-de-Rivière, Clarac, Cuguron, Le Cuing, Eup, Franquevielle, Galié, Génos, Gensac-de-Boulogne, Gourdan-Polignan, Huos, Labarthe-Rivière, Labroquère, Lalouret-Laffiteau, Larcan, Larroque, Lécussan, Lespugue, Lodes, Loudet, Lourde, Lunax, Luscan, Malvezie, Martres-de-Rivière, Mont-de-Galié, Montgaillard-sur-Save, Montmaurin, Montréjeau, Nénigan, Nizan-Gesse, Ore, Payssous, Pointis-de-Rivière, Ponlat-Taillebourg, Régades, Saint-Bertrand-de-Comminges, Saint-Gaudens, Saint-Ignan, Saint-Lary-Boujean, Saint-Loup-en-Comminges, Saint-Marcet, Saint-Pé-d’Ardet, Saint-Pé-Delbosc, Saint-Plancard, Saman, Sarrecave, Sarremezan, Sauveterre-de-Comminges, Saux-et-Pomarède, Sédeilhac, Seilhan, Les Tourreilles, Valcabrère, Valentine, Villeneuve-de-Rivière, Villeneuve-Lécussan.

id-Département tal-Gers:

il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Mirande-Astarac, ħlief Lamazère,

il-muniċipalitajiet tal-canton ta’ Pardiac-Rivière-Basse, ħlief Castelnau-d’Anglès, L’Isle-de-Noé, Izotges, Montesquiou, Mouchès,

fil-canton ta’ Astarac-Gimone, il-muniċipalitajiet ta’ Arrouède, Aujan-Mournède, Bellegarde, Bézues-Bajon, Cabas-Loumassès, Chélan, Cuélas, Esclassan-Labastide, Labarthe, Lalanne-Arqué, Lourties-Monbrun, Manent-Montané, Masseube, Moncor-neil-Grazan, Monlaur-Bernet, Mont-d’Astarac, Panassac, Ponsan-Soubiran, Pouy-Loubrin, Saint-Arroman, Saint-Blancard, Samaran, Sarcos, Seissan, Sère,

fil-canton ta’ Fezensac, il-muniċipalitajiet ta’ Gazax-et-Baccarisse, Peyrusse-Grande, Peyrusse-Vieille, Saint-Pierre-d’Aubézies.

id-Département tal-Pyrénées-Atlantiques:

Aast, Bédeille, Bentayou-Sérée, Casteide-Doat, Castéra-Loubix, Coarraze, Ger, Labatmale, Labatut, Lamayou, Maure, Monségur, Montaner, Montaut, Ponson-Debat-Pouts, Ponson-Dessus, Pontacq, Pontiacq-Viellepinte, Saint-Vincent, Saubole.

id-Département tal-Hautes-Pyrénées

il-muniċipalitajiet tal-cantons ta’: Aureilhan, Bordères-sur-l’Échez, Les Coteaux, Moyen Adour, Ossun, Val d’Adour-Rustan-Madiranais, La Vallée de l’Arros et des Baïses (ħlief Asque, parti minnu), Vic-en-Bigorre,

il-muniċipalitajiet li ġejjin: Adast, Adé, Anères, Les Angles, Anla, Antichan, Antist, Aragnouet, Arcizac-ez-Angles, Argelès-Gazost, Arné, Arrayou-Lahitte, Arrodets-ez-Angles, Artigues, Aspin-en-Lavedan, Astugue, Aventignan, Aveux, Avezac-Prat-Lahitte, Ayros-Arbouix, Ayzac-Ost, Barlest, La Barthe-de-Neste, Bartrès, Bazus-Neste, Bertren, Bize, Bizous, Boô-silhen, Bourréac, Campistrous, Cantaous, Capvern, Cheust, Clarens, Créchets, Escala, Escoubès-Pouts, Gaudent, Gazave, Gembrie, Générest, Ger, Gerde, Geu, Gez, Gez-ez-Angles, Hautaget, Hiis, Ilheu, Izaourt, Izaux, Jarret, Julos, Juncalas, Labastide, Laborde, Lagrange, Lannemezan, Lau-Balagnas, Lézignan, Lombrès, Lortet, Loubajac, Lourdes, Loures-Barousse, Lugagnan, Mazères-de-Neste, Mazouau, Montégut, Montgaillard, Montoussé, Montsérié, Nestier, Neuilh, Omex, Ordizan, Ossun-ez-Angles, Ousté, Pailhac, Paréac, Peyrouse, Pierrefitte-Nestalas, Pinas, Poueyferré, Pouzac, Préchac, Réjaumont, Saint-Arroman, Saint-Créac, Sainte-Marie, Saint-Laurent-de-Neste, Saint-Paul, Samuran, Sarp, Sassis, Sère-en-Lavedan, Sère-Lanso, Siradan, Sireix, Soulom, Tajan, Tarbes, Tibiran-Jaunac, Trébons, Troubat, Tuzaguet, Uglas, Viger.

Muniċipalitajiet inklużi parzjalment:

id-Département tal-Haute-Garonne:

Antichan-de-Frontignes, Chaum, Cierp-Gaud, Esténos, Fronsac, Frontignan-de-Comminges, Marignac, Saint-Béat.

id-Département tal-Hautes-Pyrénées:

Adervielle-Pouchergues, Agos-Vidalos, Ancizan, Arcizans-Avant, Arcizans-Dessus, Ardengost, Armenteule, Arras-en-Lavedan, Arreau, Arrens-Marsous, Artalens-Souin, Aspin-Aure, Asque, Asté, Aucun, Avajan, Bagnères-de-Bigorre, Bareilles, Barran-coueu, Bazus-Aure, Beaucens, Beaudéan, Berbérust-Lias, Betpouey, Beyrède-Jumet, Bordères-Louron, Bourisp, Bramevaque, Bun, Cadéac, Cadeilhan-Trachère, Camous, Campan, Camparan, Cauterets, Cazarilh, Cazaux-Debat, Cazaux-Fréchet-Anéran-Camors, Chèze, Esbareich, Esparros, Esquièze-Sère, Estaing, Estarvielle, Estensan, Esterre, Ferrère, Fréchet-Aure, Gaillagos, Gazost, Gèdre, Génos, Germs-sur-l’Oussouet, Gouaux, Grezian, Grust, Guchan, Guchen, Hèches, Ilhet, Jézeau, Labas-sère, Lançon, Loudenvielle, Luz-Saint-Sauveur, Mauléon-Barousse, Nistos, Ossen, Ourde, Ourdis-Cotdoussan, Ourdon, Ouzous, Ris, Sacoué, Sailhan, Saint-Lary-Soulan, Saint-Pastous, Saint-Pé-de-Bigorre, Saint-Savin, Saléchan, Saligos, Salles, Sarrancolin, Sazos, Ségus, Seich, Sers, Sost, Thèbe, Tramezaïgues, Uz, Viella, Vielle-Aure, Vielle-Louron, Vier-Bordes, Viey, Vignec, Villelongue, Viscos, Vizos.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi tal-ambjent naturali taż-żona tal-produzzjoni, Bigorre huma għoljiet u widien imħaffra fis-sediment ġej mill-Pirinej. Il-ħamrija, ġeneralment profonda u aċiduża, u l-klima umda u moderata, jiżguraw tkabbir kważi kontinwu ta’ ħaxix sostanzjali matul is-sena kollha, ħlief għal perjodu qasir tax-xitwa. L-ambjent ta’ sikwit limitat, minħabba l-art imħattba, il-preżenza ta’ ħafna foresti, iwassal għall-ħolqien ta’ witat tar-ragħa għall-majjali, li għandhom kemm żoni ta’ bwar permanenti kif ukoll żoni afforestati.

Il-Bigorre tfaċċat fuq ix-xena aktar minn 2 000 sena ilu, fiż-żmien tal-ħakma Rumana. Ir-rabta bejn il-majjal iswed u l-Bigorre ilha stabbilita mis-seklu XI, meta l-patrijiet benedittini ta’ Cluny waqqfu għadd ta’ monasteri speċifikament f’Bigorre, u żviluppaw il-produzzjoni, it-trobbija u t-tkabbir ta’ dan l-annimal partikolarment adattat għat-titjib tal-ambjent naturali u agrikolu Bigourdan.

Għalkemm it-trobbija tal-majjali tar-razza Gaskona nfirxet ħafna lil hinn mir-reġjun tal-Bigorre, giet iċċentrata mill-ġdid u b’mod ċar ħafna, fi ħdan nukleu elitista, mis-seklu XVII u speċjalment fil-bidu tas-seklu XX, perjodu li matulu kien se jisparixxi. Kien in-nukleu li kien baqa’ tal-Bigourdan fis-snin tmenin li kien responsabbli għas-salvagwardja tar-razza u għall-iżvilupp tat-trobbija.

Din ir-razza tat-tip ċircummediterranju, hija kkaratterizzata mill-kulur tal-lanżit, ta’ griż fl-iswed, mir-rata mrażżna tat-tkabbir. Huwa majjal li jħobb jiġri, bis-saqajn irqaq u l-qagħda tagħhom flessibbli, wieqaf baxx fuq saqajh. Huwa adattat totalment għall-ħajja fil-witat, fuq art li tista’ tkun inklinata. Ir-reżistenza tiegħu hija notevoli, b’kapaċità li jiflaħ għall-varjazzjonijiet kbar fil-klima u fl-ikel u li jakkumula malajr riżervi ta’ xaħam meta l-ikel ikun abbondanti. Ma jiflaħx għas-sħana u għar-riħ, u dan jinfluwenza l-għażla tal-witat, li jridu jkollhom siġar għad-dell, u/jew arbuxelli. Huwa kapaċi jkampa f’ambjenti diffikultużi għall-kulivazzjoni (foresti, bwar, mergħat inklinati ferm) u fl-istess ħin iżommhom f’kundizzjoni tajba.

Is-selezzjoni ġenetika ta’ din ir-razza llum issir l-aktar fuq id-doċilità u l-karattru matern tal-majjali femminili, karatteristiċi importanti għal dan it-tip ta’ trobbija.

Il-“Porc noir de Bigorre” jgħix fuq il-wita mill-età ta’ sitt xhur. Matul din il-fażi tal-maturazzjoni, il-majjali li jkunu laħqu d-daqs tal-adulti jieklu minn 5 sa 6 kg ikel kuljum. Billi l-kwantità ta’ għalf mogħti huwa limitat għal 3 kg kuljum, huma għalhekk ikollhom fittxu huma stess bejn 2 u 3 kg ta’ ikel mill-witat. Dan essenzjalment huwa magħmul mill-ħaxix. Miżura mwettqa fuq mogħdijiet bil-ħaxix juri li l-ħnieżer jikkunsmaw sa 2,9 kg ta’ ħaxix kuljum. Il-ħnieżer jinsabu wkoll fil-mergħat, tal-frott (ġandar, qastan…) sal-istaġun, l-għeruq, il-ħniex, insetti… li jikkumplimentaw l-għalf tagħhom. Fil-ħarifa, perjodu li matulu il-frott ikun mifrux ħafna f’ċerti witat, il-majjali jieħdu l-vantaġġ minnu u jikkunsmaw ftit għalf supplimentari.

Speċifiċità tal-prodott

Il-laħam għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

piż minimu tal-karkassa ta’ 100 kg, ħxuna minima tax-xaħam ta’ 30 mm u tal-muskoli ta’ mill-inqas 45 mm, imkejla fil-livell tal-flett;

kulur aħmar qawwi. Il-kulur imkejjel bl-użu tal-iskala Ġappuniża fuq il-muskolu gluteus medius ta’ aktar minn jew ugwali għal 3;

xaħam estern ta’ kulur abjad; il-proporzjon tax-xaħam intramuskolari huwa ta’ 2,5 % imkejjel fit-tul tad-dahar (longissi-mus dorsi), jew aktar, bil-valur medju ta’ 4 %, imqabbel ma’ 1,5 % għall-majjali konvenzjonali.

Ladarba jkun misjur, il-laħam jieħu l-kulur roża u għandu konsistenza ftit fibruża, ratba, immerrqa, tarija u mimlija togħma, bix-xaħam madwar il-qatgħa, u togħma qawwija.

Rabta kawżali

Ir-razza tal-Gascon għandha karatteristiċi li rriżultaw minn sekli ta’ trobbija selettiva mill-bdiewa, u li jippermettu adattament perfett għal din iż-żona u għat-tip ta’ trobbija pprattikata: jiġifieri f’termini tal-kapaċità tagħhom li jimxu, u li jifilħu għall-bidliet fil-klima u fl-ikel.

Fil-witat il-majjali jżidu ħafna fil-piż. Il-witat tal-ħaxix jippermettu u jobbligaw lill-majjali jagħmlu attività fiżika regolari, u dan iwassal għal żvilupp muskolari li mbagħad jipproduċi laħam iktar imraħħam u mogħni b’aktar mijoglobina u għalhekk ikollu kulur aktar ħamrani.

L-għalf li jsibu fil-witat fih komposti aromatiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-laħam. Dan ovvjament ivarja skont l-istaġun, iżda jirrappreżenta, waqt il-perjodu tal-maturazzjoni, madwar 50 % tal-volum ta’ kuljum, li jiekol il-majjal; dan is-sehem huwa ggarantit minħabba densità baxxa ta’ annimali fil-witat u minħabba l-limitazzjoni fil-kwantitajiet mogħtija ta’ għalf.

Huwa prinċipalment matul il-fażi tal-maturazzjoni, u għalhekk fil-witat, li l-majjali jiffurmaw it-tessuti tax-xaħam li jikkondizzjonaw, b’diversi modi, il-kwalitajiet sensorjali. Il-kontenut importanti fl-għalf ikkostitwit minn ħaxix u minn ċereali b’livell baxx ta’ xaħam (notevolment il-qamħ u x-xgħir) jiffavorixxi l-kontenut ta’ antiossidanti, ta’ aċidu olejku, ta’ omega 3 kif ukoll is-sinteżi endoġena ta’ aċidi grassi ftit ossidabbli. In-natura tal-għalf tiddetermina l-kompożizzjoni ta’ lipidi f’aċidi grassi; l-għalf għalhekk jikkontribwixxi għall-kwalitajiet sensorjali speċifiċi ta’ dan il-laħam.

Il-majjal jinqatel fl-età relattivament matura (12 sa 24 xahar imqabbel ma’ 5 sa 6 xhur għal-laħam tal-majjal industrijali) fi tmiem ta’ ħajja kkaratterizzata minn attività muskolari sinifikanti, u dan jagħti lil-laħam kulur qawwi, u konsistenza li wieħed ma jsibx fl-annimali tat-trobbija konvenzjonali.

Fl-aħħar, minħabba r-razza tiegħu, id-dieta tiegħu u l-metodu ta’ trobbija partikolari, il-laħam tal-“Porc noir de Bigorre” jippreżenta l-karatteristiċi tipiċi ta’ kulur aħmar skur, xaħam estern abjad, konsistenza ftit fibruża, tarija, immerrqa u ratba u togħma intensa.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCPorcNoirDeBigorre2016.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.