ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 124

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
21 ta' April 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 124/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8428 — CVC/Żabka Polska) ( 1 )

1

2017/C 124/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8442 — Ardian/Groupe Prosol) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 124/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2017/C 124/04 BERS/2017/2

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-31 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni BERS/2011/1 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2017/2)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 124/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8408 — Cinven/CPPIB/Travel Holdings Parent Corporation) ( 1 )

6

2017/C 124/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2017/C 124/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.8462 — KKR/CDPQ/USI Insurance Services) — Każ kandidat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8428 — CVC/Żabka Polska)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 124/01)

Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8428. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8442 — Ardian/Groupe Prosol)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 124/02)

Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8442. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ April 2017

(2017/C 124/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0745

JPY

Yen Ġappuniż

117,16

DKK

Krona Daniża

7,4381

GBP

Lira Sterlina

0,83920

SEK

Krona Żvediża

9,6203

CHF

Frank Żvizzeru

1,0701

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2120

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,907

HUF

Forint Ungeriż

313,50

PLN

Zloty Pollakk

4,2588

RON

Leu Rumen

4,5405

TRY

Lira Turka

3,9067

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4278

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4494

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3550

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5301

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5009

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 220,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1282

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3965

HRK

Kuna Kroata

7,4550

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 316,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,7257

PHP

Peso Filippin

53,422

RUB

Rouble Russu

60,4465

THB

Baht Tajlandiż

36,931

BRL

Real Brażiljan

3,3770

MXN

Peso Messikan

20,1980

INR

Rupi Indjan

69,4375


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/3


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-31 ta’ Marzu 2017

li temenda d-Deċiżjoni BERS/2011/1 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2017/2)

(2017/C 124/04)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2),

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/1171 (3), li tirrigwarda l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) dwar l-emendi proposti għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE. Fit-30 ta’ Settembru 2016, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adotta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 (4) li temenda l-istatus u l-involviment fix-xogħol tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tal-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jipparteċipaw fiż-ŻEE. Rappreżentanti tal-awtoritajiet rilevanti tan-Norveġja, l-Islanda u l-Liechtenstein għandhom jipparteċipaw fix-xogħol tal-Bord Ġenerali tal-BERS mingħajr drittijiet ta’ vot, u f’dak tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv. Il-Gvernaturi tal-bank ċentrali ta’ dawn l-Istati Membri tal-EFTA, u, fir-rigward tal-Liechtenstein, rappreżentant f’livell għoli tal-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll rappreżentant f’livell għoli tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri tal-EFTA, u membru tal-kulleġġ tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, meta jkun rilevanti għall-kompiti tagħha, għandhom ikunu membri tal-Bord Ġenerali mingħajr drittijiet ta’ vot. Rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-EFTA, u, fir-rigward tal-Liechtenstein, rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi, u rappreżentant tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv. Dawn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet relevanti ta’ dawn l-Istati Membri tal-EFTA mhumiex se jipparteċipaw fix-xogħol tal-BERS, fejn tista’ tiġi diskussa s-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

(2)

L-istrumenti legali tal-BERS għandhom jiġu adottati mill-Bord Ġenerali u ffirmati mill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS biex jiċċertifika l-konformità tagħhom mad-deċiżjoni tal-Bord Ġenerali.

(3)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BERS/2011/1 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-President tal-BERS jista’, skont l-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, jistieden lil persuni oħra fuq bażi ad hoc għal punti speċifiċi tal-aġenda fuq proposta mill-President jew minn membri oħra tal-Bord Ġenerali, fejn xieraq u bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità.”;

(b)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Skont id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 (*1) il-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Islanda u n-Norveġja, u fir-rigward tal-Liechtenstein, rappreżentant f’livell għoli tal-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll rappreżentant f’livell għoli tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), għandhom ikunu membri tal-Bord Ġenerali mingħajr drittijiet ta’ vot. Membru tal-kulleġġ tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali mingħajr drittijiet ta’ vot, meta dan ikun rilevanti għal-kompiti tiegħu.

(*1)  Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 tat-30 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE [2017/275] (ĠU L 46, 23.2.2017, p. 1).”;"

2.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-President tal-BERS għandu jfassal aġenda preliminari għal laqgħa ordinarja tal-Bord Ġenerali u jippreżentaha lill-Kumitat ta’ Tmexxija għall-konsultazzjoni mill-anqas tmint ijiem kalendarji qabel il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija flimkien mad-dokumentazzjoni relatata. Wara dan, il-President għandu jippreżenta l-aġenda provviżorja lill-membri tal-Bord Ġenerali flimkien mad-dokumentazzjoni relatata mill-anqas 10 jiem kalendarji qabel il-laqgħa tal-Bord Ġenerali. Meta jkun qed jiġi ppjanat ix-xogħol u jitħejjew l-aġendi tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li dawk il-membri li qed jipparteċipaw bis-saħħa tal-Artikolu 4(7) jistgħu jintalbu biex ma jipparteċipawx fil-laqgħat tal-Bord Ġenerali, meta tiġi diskussa s-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a   Wara li jirċievi l-aġenda provviżorja kull membru jista’, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol tal-BĊE, jissottometti talba lis-Segretarjat tal-BERS sabiex jiġi diskuss punt tal-aġenda mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dawk il-membri li qed jipparteċipaw bis-saħħa tal-Artikolu 4(7), meta tiġi diskussa s-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. L-identità tar-rappreżentant li jagħmel it-talba għandha tibqa’ anonima.”;

3.

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’li ġej:

“2.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jeżamina bil-quddiem punti fuq l-aġenda preliminari għal laqgħa tal-Bord Ġenerali flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jiżgura t-tħejjija tal-inkartamenti għall-Bord Ġenerali u, fejn xieraq, għandu jipproponi għażliet jew soluzzjonijiet. Meta jkun qed jippjana x-xogħol u jipprepara l-aġendi tal-laqgħat tal-Bord Ġenerali għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li dawk il-membri li qed jipparteċipaw bis-saħħa tal-Artikolu 4(7) jistgħu jintalbu biex ma jipparteċipawx fil-Bord Ġenerali, meta tiġi diskussa s-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jirrapporta fuq bażi kontinwa lill-Bord Ġenerali dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-BERS.”;

4.

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a   Rappreżentant wieħed tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Islanda u n-Norveġja, u, fir-rigward tal-Liechtenstein, rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll rappreżentant tal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv.”;

(b)

il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-President tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jipproponi aġenda mill-anqas 10 ijiem kalendarji qabel il-laqgħa, imħejjija skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u li għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat Tekniku Konsultattiv għall-approvazzjoni. Dokumenti għal punti tal-aġenda għandhom ikunu disponibbli għall-membri kollha tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv mis-Segretarjat tal-BERS. Meta jkun qed jippjana x-xogħol u jipprepara l-aġendi tal-laqgħat tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li dawk il-membri li qed jipparteċipaw bis-saħħa tal-Artikolu 13(2a) jistgħu jintalbu biex ma jipparteċipawx fix-xogħol tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv, meta tiġi diskussa s-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. Wara li jirċievi l-aġenda provviżorja kull membru jista’, fi żmien tliet ijiem tax-xogħol tal-BĊE, jissottometti talba lis-Segretarjat tal-BERS sabiex jiġi diskuss punt tal-aġenda mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dawk il-membri li qed jipparteċipaw bis-saħħa tal-Artikolu 13(2a), meta tiġi diskussa s-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. L-identità tar-rappreżentant li jagħmel it-talba għandha tibqa’ anonima.”;

5.

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-istrumenti legali tal-BERS għandhom jiġu adottati mill-Bord Ġenerali u ffirmati mill-Kap tas-Segretarjat tal-BERS biex jiċċertifika l-konformità tagħhom mad-deċiżjoni tal-Bord Ġenerali.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a   L-istrumenti legali kollha tal-BERS għandhom jiġu enumerati b’mod sekwenzjali għal identifikazzjoni faċli.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:

“1b   Is-Segretarjat tal- BERS għandu jieħu passi biex jiżgura:

(a)

il-kustodja sigura tal-oriġinali tal-istrumenti legali tal-BERS;

(b)

in-notifika tal-indirizzati;

(c)

fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-istrumenti legali tal-BERS li l-pubblikazzjoni tagħhom ġiet espressament deċiża mill-Bord Ġenerali.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Marzu 2017.

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1171 tat-12 ta’ Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendi għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 38).

(4)  Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 tat-30 ta’ Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/275] (ĠU L 46, 23.2.2017, p. 1).

(5)  Deċiżjoni BERS/2011/1/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011, li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, (ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8408 — Cinven/CPPIB/Travel Holdings Parent Corporation)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 124/05)

1.

Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi ta’ Fifth Cinven Fund, ġestiti minn Cinven Capital Management (V) General Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit) u Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet jakkwistaw kontroll konġunt fuq Travel Holdings Parent Corporation u s-sussidjarji tagħha (“Target” jew “Tourico”). “Target” sussegwentement se jiġi magħqud ma’ Hotelbeds Travel Company, Inc., sussidjarju possedut kollu minn Hotelbeds US Holdco, Inc., li huwa kkontrollat b’mod konġunt minn Cinven u CPPIB.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cinven: impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment.

—   għal CPPIB: organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-investiment maħluqa minn Att tal-Parlament biex tinvesti l-fondi tal-Pjan tal-Pensjoni tal-Kanada.

—   għal Target: kumpanija tas-senserija relatata mal-ivvjaġġar, bil-kwartieri ġenerali f’Orlando, Florida.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), jew bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8408 — Cinven/CPPIB/Travel Holdings Parent Corporation, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 124/06)

1.

Fl-10 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-iState Grid International Development Limited (“SGID”, taċ-Ċina) ikkontrollata mill-Kummissjoni tas-Superviżjoni u tal-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“Central SASAC”) u l-Istat Elleniku, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet se jakkwistaw b’kontroll konġunt lil Independent Power Transmission Operator S.A. (“IPTO”, tal-Greċja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SGID hija impenjata fl-investiment u l-operazzjoni tan-negozji tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku regolat barra mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, b’assi u investimenti fl-Awtralja, il-Brażil, il-Filippini, il-Portugall, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong u l-Italja.

Ir-Repubblika Ellenika, permezz tas-sussidjarja DES ADMIE, tikkontrolla lil IPTO.

IPTO huwa l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Elettriku Ellenika vestit bl-operazzjoni, il-ġestjoni, l-isfruttar, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tagħha sabiex jiżgura l-forniment tal-elettriku tal-Greċja

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.8462 — KKR/CDPQ/USI Insurance Services)

Każ kandidat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 124/07)

1.

Fil-11 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti) u Caisse de depot et placement du Quebec (“CDPQ”, il-Kanada) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett fuq USI Insurance Services (“USI” jew “Target”, l-Istati Uniti).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KKR hija ditta ta’ investiment globali bbażata fl-Istati Uniti li toffri firxa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri tas-suq pubbliċi u privati u li tipprovdi soluzzjonijiet tas-swieq ta’ kapital għall-impriza, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti tagħha.

CDPQ huwa investitur istituzzjonali attiv b’mod globali li jmexxi fondi l-iktar għal pjanijiet ta’ pensjoni pubbliċi u parapubbliċi u pjanijiet ta’ assigurazzjoni. CDPQ jinvesti fi swieq finanzjarji kbar, fl-ekwità privata, fl-infrastruttura u fil-proprjetà immobbli.

The Target hija ditta ta’ sensarija tal-assigurazzjoni u tal-konsultazzjoni attiva fil-proprjetà u d-diżgrazzji, il-benefiċċji tal-impjegati, is-servizzi dwar riskji personali, l-irtirar, programmi u soluzzjonijiet ad hoc fl-Istati Uniti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8462 — KKR/CDPQ/USI Insurance Services, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.