ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
19 ta' April 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 122/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8361 — Qatar Airways/Alisarda/Meridiana) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 122/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2017/C 122/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2017/C 122/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2017 dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 tal-24 ta’ Novembru 2015

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 122/05

Avviż rigward il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

6

2017/C 122/06

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 122/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8421 — WestRock/MPS) ( 1 )

18

2017/C 122/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8426 — Linde/PJSC Power Machines/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8361 — Qatar Airways/Alisarda/Meridiana)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 122/01)

Fit-22 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8361. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ April 2017

(2017/C 122/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0630

JPY

Yen Ġappuniż

116,01

DKK

Krona Daniża

7,4376

GBP

Lira Sterlina

0,84763

SEK

Krona Żvediża

9,5820

CHF

Frank Żvizzeru

1,0686

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1033

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,704

HUF

Forint Ungeriż

312,55

PLN

Zloty Pollakk

4,2450

RON

Leu Rumen

4,5189

TRY

Lira Turka

3,8991

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4027

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4069

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2652

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5178

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4845

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 202,93

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3805

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3227

HRK

Kuna Kroata

7,4255

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 091,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,6905

PHP

Peso Filippin

52,584

RUB

Rouble Russu

59,9350

THB

Baht Tajlandiż

36,503

BRL

Real Brażiljan

3,3277

MXN

Peso Messikan

19,7661

INR

Rupi Indjan

68,4915


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ April 2017

(2017/C 122/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0682

JPY

Yen Ġappuniż

116,26

DKK

Krona Daniża

7,4381

GBP

Lira Sterlina

0,84375

SEK

Krona Żvediża

9,5908

CHF

Frank Żvizzeru

1,0686

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1093

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,759

HUF

Forint Ungeriż

312,58

PLN

Zloty Pollakk

4,2363

RON

Leu Rumen

4,5180

TRY

Lira Turka

3,9423

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4155

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4273

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3040

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5186

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4937

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 221,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3001

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3524

HRK

Kuna Kroata

7,4370

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 203,32

MYR

Ringgit Malażjan

4,7113

PHP

Peso Filippin

53,064

RUB

Rouble Russu

59,8860

THB

Baht Tajlandiż

36,693

BRL

Real Brażiljan

3,3194

MXN

Peso Messikan

19,8272

INR

Rupi Indjan

69,0080


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ April 2017

dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 tal-24 ta’ Novembru 2015 (1)

(2017/C 122/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 210(2) u l-Artikolu 214(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni C(2015) 9500 final stabbilixxiet mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni - il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (“il-Faċilità”) - sabiex jgħin lit-Turkija tittratta l-ħtiġijiet immedjati umanitarji u ta’ żvilupp tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti tagħhom, kif ukoll dawk tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex jiġġestixxu u jindirizzaw il-konsegwenzi tal-fluss ta’ dħul ta’ refuġjati. Il-Faċilità għandha l-għan li tikkoordina u tissimplifika l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet bilaterali tal-Istati Membri.

(2)

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, fil-Coreper tat-3 ta’ Frar 2016 qablu dwar “Fehim Komuni li jistabbilixxi qafas ta’ governanza u kundizzjonalità għall-Faċilità tar-Refuġjati fit-Turkija bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Kummissjoni” (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Fehim Komuni”), u dwar Mudell għal Ċertifikat ta’ Kontribuzzjoni li permezz tiegħu l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jagħtu kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija.

(3)

Fil-Coreper tat-3 ta’ Frar 2016 l-Istati Membri qablu li jneħħu r-referenzi dwar l-imgħax għall-kontribuzzjonijiet mogħtija tard kemm mill-abbozz tal-Fehim Komuni kif ukoll mill-abbozz tal-Mudell għal Ċertifikat ta’ Kontribuzzjoni. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 855 emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 final, sabiex din tallinja ruħha mal-Fehim Komuni.

(4)

Skont il-punt 2 tal-Fehim Komuni, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (4). Dan jinkludi dispożizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ammonti riċevibbli (5) u dwar il-ħlas tal-imgħax (tard) ta’ inadempjenza (6).

(5)

L-Artikolu 83(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 jipprevedi li kull ammont riċevibbli li ma jitħallasx sal-iskadenza indikata fin-nota ta’ debitu għandu jeħel imgħax, mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni speċifika li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għas-settur.

(6)

Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-Faċilità tar-Refuġjati fit-Turkija huma volontarji, u għall-kuntrarju tar-riżorsi proprji, ma jikkorrispondux għal obbligu preeżistenti. Għalhekk mhuwiex xieraq li Stati Membri jintalbu jħallsu mgħax fuq il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Faċilità tar-Refuġjati fit-Turkija li jitħallsu tard. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 jinħtieġ li tiġi emendata kif xieraq sabiex tiġi stabbilita deroga mill-Artikolu 83(1) tal-RAP.

(7)

Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tinforma lill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Facilità dwar il-ħlas fil-ħin tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri lill-Faċilità tar-Refuġjati fit-Turkija li huwa essenzjali sabiex ikun żgurat l-ilħuq tal-għanijiet tagħha.

(8)

Din id-Deċiżjoni jinħtieġ li tapplika b’mod retroattiv mill-10 ta’ Frar 2016, id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 855, sabiex ikunu koperti l-kontribuzzjonijiet li diġà saru mill-Istati Membri,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9500 hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 6, it-test li ġej jiżdied mal-paragrafu 3:

“Mhux dovut imgħax fuq il-ħlas tard ta’ kontribuzzjoni għall-Faċilità tar-Refuġjati fit-Turkija minn Stat Membru.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 ta’ Frar 2016.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2017.

Għall-Kummissjoni

Günther H. OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 855 final.

(2)  Ara d-dok. COMBUD 49/1/16 REV1

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(5)  L-Artikolu 78 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 81 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012

(6)  L-Artikolu 83 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/6


Avviż rigward il-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

(2017/C 122/05)

Il-miżuri li attwalment huma fis-seħħ huma dazju antidumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (1) dwar importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta’ Implimenazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1167 (2), (“il-miżuri fis-seħħ”).

L-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea huma soġġetti għal dazju ta’ 60,4 %, bl-eċċezzjoni tal-prodott immanifatturat minn kumpaniji li huma eżentati. Kumpanija partikolari li tinsab fir-Repubblika tal-Korea, jiġifieri Kiswire Ltd, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni ta’ ħbula u kejbils tal-azzar huma eżentati mid-dazju antidumping, infurmat lill-Kummissjoni li l-indirizz tagħha kien inbidel kif stipulat iktar l-isfel.

Il-kumpanija qalet li l-bidla tal-indirizz ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mid-dazju li applikat għalih bl-indirizz preċedenti. Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif li ngħatalha u kkonkludiet li l-bidla fl-indirizz ma taffettwax il-konklużjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.

It-tabella li tinsab fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, kif emendat l-aħħar mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1167, tinbidel mit-tabella li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika tal-Korea

Bosung Wire Rope Co., Ltd, 568, Yongdeok-ri, Hallim-myeon, Gimae-si, Gyeongsangnam-do, 621-872

A969

 

Chung Woo Rope Co., Ltd, 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo-Gu, Busan

A969

 

CS Co., Ltd, 287-6 Soju-Dong Yangsan-City, Kyoungnam

A969

 

Cosmo Wire Ltd, 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju- Kun, Ulsan

A969

 

Dae Heung Industrial Co., Ltd, 185 Pyunglim — Ri, Daesan- Myun, Haman — Gun, Gyungnam

A969

 

Daechang Steel Co., Ltd, 1213, Aam-daero, Namdong-gu, Incheon

C057

 

DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam

A969

 

Goodwire MFG. Co. Ltd, 984-23, Maegok-Dong, Yangsan-City, Kyungnam

B955

 

Kiswire Ltd, 37, Gurak-Ro, 141 Beon-Gil, Suyeong-Gu, Busan, Korea 48212

A969

 

Manho Rope & Wire Ltd, Dongho Bldg, 85-2 4 Street Joongang- Dong, Jong-gu, Busan

A969

 

Line Metal Co. Ltd, 1259 Boncho-ri, Daeji-Myeon, Changnyeong-gun, Gyeongnam

B926

 

Seil Wire and Cable, 47-4, Soju-Dong, Yangsan-Si, Kyungsangnamdo

A994

 

Shin Han Rope Co., Ltd, 715-8, Gojan-Dong, Namdong-gu, Incheon

A969

 

Ssang Yong Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan

A969

 

Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong, Changwon City, Gyungnam

A969


(1)  ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1167 tat-18 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, fost oħrajn, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta, fost l-oħrajn, mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 19).


19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/8


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2017/C 122/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba tressqet fl-24 ta’ Jannar 2017 minn Distillerie Bonollo S.r.l., Caviro Distillerie S.r.l., Industria Chimica Valenzana S.p.a., Alvinesa Alcoholera Vinicola SA, u Comercial Quimica Sarasa SL (“l-applikanti”), li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu tartariku.

2.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa l-aċidu tartariku, eskluż l-aċidu tartariku D-(-)- b’rotazzjoni ottika negattiva ta’ mill-inqas 12,0 grad, imkejjel f’soluzzjoni ta’ ilma skont il-metodu deskritt fil-Farmakopea Ewropea, li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi tan-NM bil-kodiċi ex 2918 12 00 (il-kodiċi TARIC 2918120090).

3.   Il-miżuri fis-seħħ

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 349/2012 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 (4).

4.   Ir-raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa abbażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping u kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni li x’aktarx id-dumping ikompli

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) titqies bħala pajjiż b’ekonomija mhux tas-suq, l-applikanti stabbilixxew valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina abbażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Arġentina. L-allegazzjoni li x’aktarx jibqa’ jsir id-dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni li x’aktarx ikun hemm kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

L-applikanti ppreżentaw ukoll evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żdiedu b’mod sinifikanti f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.

L-evidenza prima facie pprovduta mill-applikanti turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi rieżaminat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, li wasslu għal effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikanti jallegaw ukoll il-probabbiltà ta’ aktar dannu. F’dan ir-rigward l-applikanti pprovdew ukoll evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-potenzjal tal-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Barra minn hekk, l-applikanti jallegaw li jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri tal-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal aktar dannu għall-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

5.1.    Il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping

Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li se jiġu investigati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, sabiex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu raġonevolment jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).

5.2.2.   Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

Għażla ta’ pajjiż terz b’ekonomija tas-suq

F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, rigward l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.

Fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-Arġentina u l-Awstralja ntużaw bħala pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tipprevedi li terġa’ tuża l-Arġentina. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, produtturi oħrajn tal-Unjoni b’ekonomija tas-suq jistgħu jkunu lokalizzati fost oħrajn fl-Awstralja, il-Brażil, iċ-Ċilì u l-Indja. Il-Kummissjoni, bl-għan li fl-aħħar nett tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, se teżamina jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li dwarhom hemm indikazzjonijiet li teżisti l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.3.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (6)  (7)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati, li huma involuti f’dan ir-rieżami tal-iskadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi mhux relatati li se jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun. Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Kull parti interessata li tixtieq tippreżenta xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, trid tagħmel dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji li ntgħażlu għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika dwar l-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi fl-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat huma mistednin jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   L-investigazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jista’ jiġi vverifikat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta’ kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.7 iktar ‘l isfel). Produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn għandhom ikunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar liema kumpaniji jkunu finalment intgħażlu biex jiġu inklużi fil-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika dwar l-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.4.    Il-Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà li jissoktaw jew jerġgħu jseħħu d-dumping u d-dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fl-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.

Il-partijiet li jippreżentaw lilhom infushom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.5.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.6.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, trid titressaq talba għal smigħ fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.7.    Istruzzjonijiet għall-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala ‘Ristrett (8).

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni ‘Ristretta’ huma meħtieġa li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati ‘Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati’. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed li jippermettu li l-qofol tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tkun raġonevolment tinftiehem. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ ittra elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD personalment jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku

:

TRADE-R671-TARTARIC-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-R671-TARTARIC-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew pożittivi kif ukoll negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk il-konklużjonijiet ikunu msejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din tkun ikkooperat.

Jekk ma tintbagħatx tweġiba bil-kompjuter, dan ma għandux jitqies bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif intalbet kienet twassal għal piż żejjed mhux raġonevoli jew għal spejjeż żejda mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tat-termini preskrittivi u t-talbiet minn partijiet terzi biex jinstemgħu. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid tiġi ppreżentata fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll il-possibbiltà li jsir smigħ li jinvolvi lill-partijiet bil-għan li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, u l-interess tal-Unjoni.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/. (bl-Ingliż).

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Il-possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal tali rieżami, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

10.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (9).


(1)  ĠU C 329, 7.9.2016, p. 5.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 110, 24.4.2012, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari (tal-Poplu) taċ-Ċina (ĠU L 182, 13.7.2012, p. 1).

(5)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.

(6)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produttur esportatur. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni jitqiesu bħala relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom direttament jew indirettament tikkontrolla lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza, direttament jew indirettament; ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom ir-relazzjonijiet segwenti bejniethom biss: konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(7)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(8)  Dokument ‘Ristrett’ huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8421 — WestRock/MPS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 122/07)

1.

Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża WestRock Company (“WestRock”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Multi Packaging Solutions International Limited (“MPS”, Bermuda) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

WestRock hija fornitur multinazzjonali ta’ karti u ta’ soluzzjonijiet ta’ ippakkjar għall-konsumaturi u għas-swieq ta’ ppakkjar immewweġ. Hija tipprovdi varjetà ta’ soluzzjonijiet ta’ ppakkjar bħalma huma l-kartun li jintewa, kartun, sistemi ta’ distribuzzjoni, unitajiet ta’ wiri fil-punt tax-xiri, kontenituri mmewwġa, ippakkjar protettiv u li jissepara f’porzjonijiet lil klijenti fl-oqsma ta’ prodotti ta’ kura personali u tas-sbuħija, tax-xorb, tal-ikel, tas-servizzi tal-ikel, tal-kura tas-saħħa, tad-dar u l-ġonna, tax-xiri u tat-tabakk. WestRock timmanifattura wkoll karta b’saħħitha kannella (kraft paper), kartun ibbliċjat u kartun irriċiklat u miksi, kif ukoll toffri soluzzjonijiet ta’ stampar kummerċjali;

MPS hija attiva fil-manifattura u fil-bejgħ ta’ soluzzjonijiet ta’ ppakkjar speċifiċi. Dawn jinkludu kartun ta’ kwalità għolja li jintnew bħalma huma kaxxi għar-rigali, fuljetti ta’ tagħrif bħalma huma fuljetti u kotba żgħar, tikketti, l-iktar għal prodotti farmaċewtiċi, prodotti għall-konsumatur u għal finijiet ta’ midja, u ppakkjar riġidu għal fwejjaħ u spirti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), b’ittra elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8421 — WestRock/MPS, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


19.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8426 — Linde/PJSC Power Machines/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 122/08)

1.

Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Linde AG (il-Ġermanja) u PJSC Power Machines (ir-Russja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta, li bħalissa jisimha Linde Power Machines LLC (ir-Russja) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Linde AG: Linde AG huwa grupp internazzjonali tal-gass u t-teknoloġija attiv fis-setturi tal-gassijiet industrijali, tal-gassijiet mediċi, tat-tagħmir, tal-inġinerija u tas-servizzi. Huwa magħmul minn żewġ taqsimiet tan-negozju ewlenin, it-taqsima tal-gassijiet u t-taqsima tal-inġinerija, u taqsima iżgħar tas-servizzi loġistiċi.

—   għal PJSC Power Machines: PJSC Power Machines huwa manifattur ta’ tagħmir tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u apparat ieħor għall-impjanti tal-enerġija, b’mod partikolari turbini u ġeneraturi, li huwa bbażat ir-Russja.

—   għal Linde Power Machines LLC: Linde Power Machines LLC se tkun attiva fl-inġinerija, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ tagħmir tat-trasferiment tas-sħana għal unitajiet ta’ likwefazzjoni ta’ gass naturali kif ukoll forniment ta’ servizzi relatati u parts tal-bdil u se tkuna attiva primarjament fir-Russja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8426 — Linde/PJSC Power Machines/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.