ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 86

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
20 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 86/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 86/02

Kawża C-27/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – Angel Marinkov vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za balgarite v chuzhbina (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiv 2000/78/KE u 2006/54/KE — Kamp ta’ applikazjzoni — Inammissibbiltà manifesta — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

2

2017/C 86/03

Kawża C-345/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali — Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti — Inammissibbiltà manifesta — Artikolu 53(2) — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2017/C 86/04

Kawża C-379/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kuntratti pubbliċi tas-servizzi — Żvilupp tas-softwer u servizzi ta’ manteniment — Interpretazzjoni żbaljata tal-argumenti u żnaturament tal-provi prodotti mill-parti l-oħra għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali)

3

2017/C 86/05

Kawza C-484/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Taranto, l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Antonio Semeraro (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2012/29/UE — Artikolu 2(1)(a) — Regoli minimi dwar id-drittijiet, is-sostenn u l-protezzjoni ta’ vittmi tal-kriminalità — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 49, 51, 53 u 54 — Reat ta’ inġurja — Abrogazzjoni mil-leġiżlatur nazzjonali tar-reat ta’ inġurja — Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

4

2017/C 86/06

Kawża C-522/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ottubru 2016 – A vs Staatssecretaris van Financiën

4

2017/C 86/07

Kawża C-564/16 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-159/15, Puma SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

5

2017/C 86/08

Kawża C-631/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – X BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

6

2017/C 86/09

Kawża C-634/16 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-476/15, European Food SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

7

2017/C 86/10

Kawża C-637/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Florian Hanig vs Société Air France SA

8

2017/C 86/11

Kawża C-644/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Synthon BV vs Astellas Pharma Inc.

9

2017/C 86/12

Kawża C-648/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria (l-Italja) fis-16 ta’ Diċembru 2016 – Fortunata Silvia Fontana vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

10

2017/C 86/13

Kawża C-651/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Il-Latvja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – DW

10

2017/C 86/14

Kawża C-652/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Nigyar Rauf Kaza Ahmedbekova, Rauf Emin Ogla Аhmedbekov vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

11

2017/C 86/15

Kawża C-660/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Dachau vs Achim Kollroß

12

2017/C 86/16

Kawża C-661/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl

13

2017/C 86/17

Kawża C-672/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Imofloresmira – Investimentos Imobiliários S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

14

2017/C 86/18

Kawża C-676/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – CORPORATE COMPANIES s.r.o. vs Ministerstvo financí ČR

15

2017/C 86/19

Kawża C-677/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Madrid (Spanja) fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Montero Mateos vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid

15

2017/C 86/20

Kawża C-679/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Diċembru 2016 – A

16

2017/C 86/21

Kawża C-9/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Maria Tirkkonen

17

2017/C 86/22

Kawża C-15/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-13 ta’ Jannar 2017 – Bosphorus Queen Shipping Ltd Corp. vs Rajavartiolaitos

17

2017/C 86/23

Kawża C-25/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – Tietosuojavaltuutettu

19

2017/C 86/24

Kawża C-33/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrajno Sodišče Pliberk (l-Awstrija) fit-23 ta’ Jannar 2107 – Čepelnik d.o.o. vs Michael Vavti

20

2017/C 86/25

Kawża C-72/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) – Ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Prospector Offshore Drilling SA et vs Her Majesty's Treasury, Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

21

2017/C 86/26

Kawża C-148/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Högsta domstolen – L-Iżvezja) – Riksåklagaren vs Zenon Robert Akarsar

21

2017/C 86/27

Kawża C-159/16: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākā tiesa – Il-Latvja) – kawża mressqa minn „Starptautiskā lidosta Riga VAS, fil-preżenza ta’: Konkurences padome

22

2017/C 86/28

Kawża C-282/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – RMF Financial Holdings Sàrl vs Heta Asset Resolution AG

22

2017/C 86/29

Kawża C-394/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – FMS Wertmanagement AöR vs Heta Asset Resolution AG

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 86/30

Kawża T-92/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2017 – Anderson vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Trasport ferrovjarju — Għajnuna mogħtija mill – awtoritajiet Daniżi favur l – impriża pubblika Danske Statsbaner — Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall – provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri bejn Copenhagen u Ystad — Deċiżjoni li tiddikjara l – għajnuna kompatibbli mas – suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis tad – dritt sostantiv — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

23

2017/C 86/31

Kawża T-646/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej — Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas manifest ta’ setgħat leġiżlattivi tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011)

24

2017/C 86/32

Kawża T-509/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Kessel medintim vs EUIPO – Janssen-Cilag (Premeno) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Premeno — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti Pramino — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti — Dritt għal smigħ — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

24

2017/C 86/33

Kawża T-696/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Bodegas Vega Sicilia vs EUIPO (TEMPOS VEGA SICILIA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TEMPOS VEGA SICILIA — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark ta’ inbid li tinvolvi indikazzjonijiet ġeografiċi — Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009)

25

2017/C 86/34

Kawża T-16/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Mast-Jägermeister vs EUIPO (Disinn Komunitarju — Applikazzjoni għal disinni Komunitarji li jirrappreżentaw tazzi — Kunċett ta’ rappreżentazzjoni xierqa għar-riproduzzjoni — Nuqqas ta’ preċiżjoni tar-rappreżentazzjoni rigward il-portata tal-protezzjoni mitluba — Rifjut li jiġu rrimedjati l-irregolaritajiet — Rifjut li tingħata data ta’ ffajljar — Artikoli 36 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002)

26

2017/C 86/35

Kawża T-82/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – International Gaming Projects vs EUIPO– adp Gauselmann (TRIPLE EVOLUTION) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TRIPLE EVOLUTION — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Evolution — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

26

2017/C 86/36

Kawża T-106/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZIRO — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti zero — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2017/C 86/37

Kawża T-196/15: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Valéria Anna Gyarmathy mis-sentenza mogħtija 5 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-97/13, Gyarmathy vs FRA

28

2017/C 86/38

Kawża T-870/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Miserini Johansson vs BEI

28

2017/C 86/39

Kawża T-24/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – LA Superquimica vs EUIPO – D-Tack (D-TACK)

30

2017/C 86/40

Kawża T-40/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2017 – Habermaaß vs EUIPO – Here Global (h)

30

2017/C 86/41

Kawża T-51/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 86/42

Kawża T-65/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Westbrae Natural vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (COCONUT DREAM)

32

2017/C 86/43

Kawża T-476/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – Adama Agriculture u Adama France vs Il-Kummissjoni

33


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 086/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 78, 13.3.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 70, 6.3.2017

ĠU C 63, 27.2.2017

ĠU C 53, 20.2.2017

ĠU C 46, 13.2.2017

ĠU C 38, 6.2.2017

ĠU C 30, 30.1.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – Angel Marinkov vs Predsedatel na Darzhavna agentsia za balgarite v chuzhbina

(Kawża C-27/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiv 2000/78/KE u 2006/54/KE - Kamp ta’ applikazjzoni - Inammissibbiltà manifesta - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni))

(2017/C 086/02)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angel Marinkov

Konvenut: Predsedatel na Darzhavna agentsia za balgarite v chuzhbina

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (qorti amministrattiva tal-belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2015, hija manifestament inammissibbli billi hija tirrigwarda d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula billi dawn jirrigwardaw l-Artikoli 30 u 47 kif ukoll l-Artikolu 52(1) tal- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 11, 29.03.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

(Kawża C-345/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 53(2) - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2017/C 086/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz

Konvenut: État belge

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (qorti tal-ewwel istanza ta’ Liège, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2016, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-379/16) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi tas-servizzi - Żvilupp tas-softwer u servizzi ta’ manteniment - Interpretazzjoni żbaljata tal-argumenti u żnaturament tal-provi prodotti mill-parti l-oħra għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali))

(2017/C 086/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: N. Bambara, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Taranto, l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Antonio Semeraro

(Kawza C-484/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/29/UE - Artikolu 2(1)(a) - Regoli minimi dwar id-drittijiet, is-sostenn u l-protezzjoni ta’ vittmi tal-kriminalità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 49, 51, 53 u 54 - Reat ta’ inġurja - Abrogazzjoni mil-leġiżlatur nazzjonali tar-reat ta’ inġurja - Nuqqas ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2017/C 086/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Giudice di piace di Taranto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Antonio Semeraro

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni li tagħti risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di piace di Taranto (qorti tal-paċi ta’ Taranto, l-Italja), li saret b’deċiżjoni tat-2 ta’ Settembru 2016.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ottubru 2016 – A vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-522/16)

(2017/C 086/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 62 tal-Kodiċi Doganali (1), moqri flimkien mal-Artikoli 205, 212, 216, 217 u 218 tar-Regolament Nru 2454/93 (2), u d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nru 2777/75 (3) u Nru 1484/95 (4), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni meħtieġa sabiex issir id-dikjarazzjoni fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali, tinkludi wkoll id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 1484/95?

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li tagħmel parti mill-persuni li jistgħu jitqiesu li huma debituri anki l-persuna fiżika li ma wettqitx hija stess, fattwalment, l-att deskritt f’dan is-subparagrafu (“[ipprovdiet] l-informazzjoni meħtieġa biex saret id-dikjarazzjoni”) u lanqas ma tista’ tinżamm responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ dan l-att bħala uffiċjal, iżda li kienet involuta mill-qrib u konsapevolment fit-tfassil u l-formazzjoni sussegwenti ta’ struttura ta’ kumpanniji u ta’ flussi kummerċjali li fil-kuntest tagħha, imbagħad (persuni oħra) “pprovdew l-informazzjoni meħtieġa biex saret id-dikjarazzjoni”?

3)

Il-kundizzjoni “li kienu jafu, jew raġonevolment kellhom ikunu jafu li dik l-informazzjoni kienet falza” imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 201(3) tal-Kodiċi Doganali, għandha tiġi interpretata fis-sens li persuni ġuridiċi u fiżiċi, li huma operaturi ekonomiċi ta’ esperjenza, ma jisgħux jinżammu responsabbli għall-ħlas tad-dazji addizzjonali li huma dovuti minħabba abbuż ta’ dritt, jekk huma jkunu ħolqu l-istruttura ta’ tranżazzjonijiet bl-għan li jevitaw id-dazji addizzjonali biss wara li rċevew il-konferma minn esperti rinomati fil-qasam tad-dritt doganali li din l-istruttura kienet legalment u fiskalment aċċettabbli?

4)

L-Artikolu 221(4) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ tliet snin ma jiġġeddidx meta, wara l-iskadenza tat-terminu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali, jiġi stabbilit li dazji fuq l-importazzjoni li jirriżultaw, b’applikazzjoni tal-Artikolu 201 tal-Kodiċi Dognali, mill-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera ta’ merkanzija, ma nġabrux preċedentement minħabba l-provvista ta’ informazzjoni falza jew inkompleta fid-dikjarazzjoni?

5)

L-Artikolu 221(3) u (4) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta d-debitur tad-dejn doganali jkun diġà rċieva, fir-rigward ta’ dikjarazzjoni doganali, komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji dovuti u meta l-imsemmi debitur ikun appella minn din il-komunikazzjoni taħt l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali, l-awtoritajiet doganali huma awtorizzati, fir-rigward tal-istess dikjarazzjoni doganali, flimkien mal-komunikazzjoni kkontestata quddiem qorti, iwettqu rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni legalment dovuti, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 221(4) tal-Kodiċi Doganali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

(3)  Regolament (KEE) Nru 2777/75 tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 1975, dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 2, p. 138).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1484/95, tat-28 ta’ Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 437).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/5


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-159/15, Puma SE vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-564/16 P)

(2017/C 086/07)

Lingwa tal-kawża: l-Inglż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf, D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Puma SE

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tikkundanna lil Puma SE għall-ispejjeż esposti mill-Uffiċċju.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni proċedurali tal-Uffiċċju, bi ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, inkwantu kkonstatat li Puma “debitament invokat” it-tliet deċiżjonijiet preċedenti tal-Uffiċċju sabiex tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha li turi r-reputazzjoni tat-trade marks ta’ Puma (Regola 19(2)(c) tar-Regolament Nru 2868/95 (2)). B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali aċċettat li dan l-obbligu jista’ jiġi eżerċitat permezz ta’ riferimenti ġenerali u impreċiżi għal dokumenti prodotti fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti li jinvolvu partijiet differenti – u li fihom il-parti l-oħra fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni inkwistjoni ma kinitx parti.

Peress li l-Uffiċċju ma jistax jinjora, iżda pjuttost għandu jirrispetta, id-dritt li l-parti l-oħra tinstema’ (Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009), il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali neċessarjament tobbliga lill-Uffiċċju jadotta rwol attiv fil-proċedimenti inter partes. Dan jippreġudika n-natura kontradittorja ta’ dawn il-proċedimenti, id-dritt korrispondenti ta’ newtralità tal-Uffiċċju, kif ukoll l-amministrazzjoni tajba ta’ dawn il-proċedimenti.

It-tieni nett, billi kkwalifikat id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Uffiċċju invokati minn Puma bħala “prassi deċiżjonali” tal-Uffiċċju, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat kemm in-natura kontradittorja tal-proċedimenti inter pares kif ukoll il-kunċett ta’ “reputazzjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. Din il-kunsiderazzjoni żbaljata doppja, tat lok għal ksur doppju tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Minn naħa, ir-rekwiżit bil-quddiem tal-applikazzjoni nnifisha tal-ġurisprudenza Technopol ma ġiex issodisfatt f’dan il-każ inter partes preżenti ġaladarba din il-ġurisprudenza dwar l-obbligu tal-Uffiċċju li jinvestiga ex officio il-fatti rilevanti tal-każ li għandu jiġi deċiż jirrigwarda biss il-proċedimenti ex parte. Fi kwalunkwe każ, fid-dawl tal-assenza inevitabbli ta’ “prassi deċiżjonali” kwalunkwe tal-Uffiċċju fir-rigward tar-reputazzjoni tat-trade marks ta’ Puma, ma jista’ jkun hemm ebda obbligu ta’ motivazzjoni għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-konstatazzjonijiet magħmula dwar ir-reputazzjoni tat-trade marks ta’ Puma f’deċiżjonijiet preċedenti għas-sitwazzjoni tal-każ inkwistjoni.

Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx – mingħajr ma tikser il-prinċipju tal-kontradittorju li jirregola l-proċedimenti inter partes previst fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – tiddeduċi mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba l-obbligu addizzjonali tal-Bord tal-Appell li jistieden, ex officio, lil Puma tipproduċi provi addizzjonali tar-reputazzjoni invokata minnha għat-trade marks ta’ Puma.

It-tielet nett, il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu tal-Uffiċċju li jistieden, ex officio, lil Puma tipproduċi provi addizzjonali barra minn hekk kisret l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (applikabbli fid-dawl tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95) li japplika biss għall-fatti u għall-provi ppreżentati mill-partijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1995, L 303, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – X BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-631/16)

(2017/C 086/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (1), tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn [IMPRIŻA A] Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, huwa validu?

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 (2), tat-28 ta’ Settembru 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn [IMPRIŻA I] Ltd (iċ-Ċina), u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14, huwa validu?

3)

Jekk l-ewwel jew it-tieni domanda teħtieġ risposta negattiva, dan ifisser li r-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji mħallsa għandu jinkludi interessi?

4)

Jekk it-tielet domanda teħtieġ risposta affermattiva, kif għandhom għalhekk dawn l-interessi jiġu kkalkolati?


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1467, tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C 34/14 (ĠU 2016, L 245, p. 16).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731, tat-28 ta’ Settembru 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 262, p 4).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/7


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-476/15, European Food SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-634/16 P)

(2017/C 086/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Food SA, Société des produits Nestlé SA

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lil European Food għall-ispejjeż inkorsi mill-EUIPO.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li r-Regolamenti Nru 207/2009 (1) u Nru 2868/95 (2) jipprevedu żewġ tipi ta’ termini għall-preżentata ta’ elementi fil-kuntest ta’ proċedimenti quddiem l-EUIPO: dawk li huma indikati fil-leġiżlazzjoni nnifisha u li ma jistgħux għaldaqstant jiġu estiżi mill-EUIPO, u dawk li huma ffissati mill-EUIPO f’kull każ individwali għall-finijiet tal-organizzazzjoni tajba tal-proċedura, li jistgħu jiġu estiżi fuq talba tal-partijiet meta ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ jiġġustifikawh. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sens li l-ebda terminu ma japplika għall-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażati fuq raġunijiet assoluti hija żbaljata.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali fehmet ħażin is-sens u l-effett tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009. Dan l-artikolu japplika għat-tipi kollha ta’ proċedimenti quddiem l-EUIPO u għat-termini kollha applikabbli, jiġifieri (i) dawk li huma ffissati direttament mir-Regolamenti Nru 207/2009 u Nru 2868/95 u (ii) dawk li huma ffissati mill-EUIPO fl-eżerċizzju tal-kompetenza tiegħu fil-qasam tal-organizzazzjoni tal-proċeduri quddiemu.

Fit-tielet lok, billi ffokat fuq it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95, il-Qorti Ġenerali injorat l-aspett ċentrali ta’ din ir-regola li jinsab fl-ewwel subparagrafu tagħha, jiġifieri l-fatt li l-Bord tal-Appell huwa suġġett għall-istess dispożizzjonijiet proċedurali bħad-diviżjoni li tat id-deċiżjoni kkontestata. L-ewwel subparagrafu ma huwiex limitat għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, iżda japplika għall-proċedimenti kollha, inklużi l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Fir-raba’ lok, is-sentenza appellata kisret l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (i) sa fejn hija ma applikatx din id-dispożizzjoni għat-termini ffissati mill-EUIPO u (ii) sa fejn ċaħħdet lill-Bord tal-Appell mis-setgħa tiegħu li jivverifika, skont l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009, jekk il-provi ppreżentati għall-ewwel darba għandhomx jitqiesu bħala “ġodda” u, fin-nuqqas ta’ dan, li jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu rigward l-ammissibbiltà ta’ dawn il-provi.

Fl-aħħar nett, is-sentenza appellata tikser l-ekwilibriju bejn id-drittijiet proċedurali rispettivi tal-partijiet billi tagħti lil kull parti fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità d-dritt inkundizzjonat li tipproduċi kwalunkwe prova fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO, inkluż fl-istadju tal-appell. Dan iċaħħad lill-konvenut minn pass tal-eżami amministrattiv meta l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jagħżel deliberatament li ma jippreżentax fatti jew provi – jew fatti jew provi rilevanti – quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni. Barra minn hekk, l-għoti lil kull parti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-dritt inkundizzjonat li tipproduċi kwalunkwe prova fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti imur ukoll kontra l-prinċipji ta’ ekonomija tal-proċedura u ta’ amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU 2009, L 78, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Florian Hanig vs Société Air France SA

(Kawża C-637/16)

(2017/C 086/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Florian Hanig

Konvenuta: Société Air France SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu “intra-Komunitarji” ikopri wkoll “pajjizi u territorji extra-Ewropej” fis-sens tal-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tagħhom japplikaw biss l-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni stabbiliti fir-Raba’ Parti tat-TFUE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Synthon BV vs Astellas Pharma Inc.

(Kawża C-644/16)

(2017/C 086/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Synthon BV

Konvenuta: Astellas Pharma Inc.

Domandi preliminari

1)

a.

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/48/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kriterju li għandu jiġi stabbilit sabiex tiġi evalwata l-fondatezza ta’ talba għal produzzjoni ta’ provi, għandha ssir distinzjoni skont jekk il-parti li hija mitluba l-produzzjoni ta’ provi hijiex l-awtur tal-vjolazzjoni (allegat) jew jekk din hijiex terz?

b.

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija fl-affermattiv, f’liema rigward dawn il-kriterji jvarjaw?

2)

a.

Meta motiv ta’ difiża kontra talba għal produzzjoni ta’ provi jsostni li d-dritt tal-proprjetà intellettwali li huwa sottostanti għat-talba huwa null (jew ma għadux jeżisti), il-fondatezza ta’ dan il-motiv ta’ difiża għandha għalhekk tiġi evalwata billi jsir riferiment għall-istess kriterju bħal dak li japplika għall-kwistjoni tal-veradiċità tal-ksur allegat (fil-każ li d-dritt tal-proprjetà intellettwali invokat jeżisti)?

b.

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija fin-negattiv, f’liema rigward dawn il-kriterji jvarjaw?

c.

Fir-risposta għad-domandi 2.a u 2.b, għandha ssir distinzjoni skont jekk id-dritt tal-proprjetà intellettwali inkwistjoni ngħatax wara li kien is-suġġett ta’ eżami tal-validità tiegħu (bħal fil-każ ta’ privattiva Ewropea) jew jekk inħoloqx ipso iure (bħad-drittijiet tal-awtur)?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria (l-Italja) fis-16 ta’ Diċembru 2016 – Fortunata Silvia Fontana vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

(Kawża C-648/16)

(2017/C 086/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fortunata Silvia Fontana

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria

Domanda preliminari

L-Artikoli 113 u 114 TFUE kif ukoll id-Direttiva 112/2006/KE (1) jostakolaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana kkostitwita mill-Artikoli 62e(3) u 62a tad-Digriet Leġiżlattiv 331/1993 [konvertit f’liġi] Nru 427, tad-29 ta’ Ottubru 1993, sa fejn din tippermetti l-applikazzjoni tal-VAT għal fatturat globali, stabbilit bl-induzzjoni, fid-dawl tal-osservanza tal-obbligi ta’ tnaqqis u ta’ riperkussjoni u, b’mod ġenerali, tal-prinċipju ta’ newtralità u ta’ trasferiment tat-taxxa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Il-Latvja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – DW

(Kawża C-651/16)

(2017/C 086/13)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DW

Konvenuta: Valsts sociālās apdrošināšanas aģentūra

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 45(1) u (2) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma teskludix mill-perijodu ta’ 12-il xahar li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi kkalkulata l-bażi medja ta’ kontribuzzjoni li tintuża sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tal-allowance tal-maternità, ix-xhur li matulhom persuna ħadmet f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u kienet koperta mill-iskema komuni ta’ assigurazzjoni tal-Komunità Ewropea, iżda li, billi tqis li matul dan il-perijodu l-persuna ma kinitx koperta mis-sigurtà soċjali Latvjana, tekwivali d-dħul tagħha għall-bażi medja ta’ kontribuzzjoni fl-Istat, fatt li jista’ jnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-allowance tal-maternità riċveuta minnha meta mqabbel mal-ammont possibbli tal-allowance li hija setgħet tikseb li kieku, matul il-perijodu tal-kalkolu, hija ma kinitx daħlet taħdem f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea iżda kienet taħdem fil-Latvja?


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Nigyar Rauf Kaza Ahmedbekova, Rauf Emin Ogla Аhmedbekov vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

(Kawża C-652/16)

(2017/C 086/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nigyar Rauf Kaza Ahmedbekova, Rauf Emin Ogla Аhmedbekov

Konvenut: Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

Domandi preliminari

1)

Mill-Artikolu 78(1) u (2)(a), (d) u (f) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-premessa 12 u mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (1), jirriżulta li r-raġuni sabiex applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali titqies li hija inammissibli prevista fl-Artikolu 33(2)(e) tal-istess direttiva, tikkostitwixxi regola li għandha effett dirett u li ma tistax ma tiġix applikata mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-każ li jkunu applikabbli dispożizzjonijiet iktar favorevoli tad-dritt nazzjonali, li jipprevedu l-eżami tal-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali mill-perspettiva ta’ jekk l-applikant jissodisfax, fl-ewwel lok, il-kundizzjonijiet sabiex jingħata l-istatus ta’ refuġjat u, fit-tieni lok, il-kundizzjonijiet sabiex jingħata protezzjoni sussidjarja, kif jeżiġi l-Artikolu 10(2) tal-istess direttiva?

2)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, mill-Artikolu 33(2)(e) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(3) u mal-Artikolu 2(a), (c) u (g), kif ukoll mal-premessa 60 tal-istess direttiva, jirriżulta li hija inammissibbli applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata, f’isem minuri akkumpanjat, mill-ġenitur tiegħu, meta din l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq il-kwalità tal-wild bħala membru tal-familja ta’ persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bbażata fuq ir-raġuni li din il-persuna għandha l-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta’ Genève?

3)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, mill-Artikolu 33(2)(e) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1) u mal-Artikolu 2(a), (c) u (g), kif ukoll mal-premessa 60 tal-istess direttiva, jirriżulta li hija inammissibbli applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’isem persuna adulta meta din l-applikazzjoni tkun ibbażata, fil-kuntest tal-proċeduri quddiem l-awtorità amministrattiva kompetenti, esklużivament fuq il-kwalità tal-applikant bħala membru tal-familja ta’ persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bbażata fuq ir-raġuni li din il-persuna għandha l-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta’ Genève, u meta l-applikant ma jkollux, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni, id-dritt li jeżerċita attività bħala impjegat?

4)

L-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (2), ikkunsidrat flimkien mal-premessa 36 tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-evalwazzjoni ta’ theddida raġonevoli ta’ prosekuzzjoni jew ta’ riskju reali ta’ dannu gravi għandha tkun ibbażata biss fuq fatti u ċirkustanzi li jikkonċernaw l-applikant?

5)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni), ikkunsidrat flimkien mal-premessa 36 tal-istess direttiva u mal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), jippermetti ġurisprudenza nazzjonali ta’ Stat Membru li:

a)

tobbliga lill-awtorità kompetenti tevalwa fil-kuntest ta’ proċedura komuni l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali tal-persuni li huma membri tal-istess familja meta dawn l-applikazzjonijiet ikunu bbażati fuq fatti komuni u, b’mod partikolari, fuq id-dikjarazzjoni li hija biss persuna waħda minn dawn il-membri tal-familja li għandha l-kwalità ta’ refuġjat;

b)

tobbliga lill-awtorità kompetenti twaqqaf il-proċedura għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ta’ membri tal-istess familja li, fil-kwalità individwali tagħhom, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal tali protezzjoni, sakemm tiġi konkluża l-proċedura għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-membru tal-familja li tkun ibbażata fuq ir-raġuni li din il-persuna għandha l-kwalità ta’ refuġjat fis-sens tal-Artikolu 1A tal-Konvenzjoni ta’ Genève;

u, b’mod partikolari, l-imsemmija ġurisprudenza hija konformi ma’ kunsiderazzjonijiet marbuta mal-interessi superjuri tal-wild, mal-ħarsien tar-riunifikazzjoni tal-familja u mar-rispett tad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, mad-dritt li l-individwu kkonċernat jibqa’ fl-Istat Membru sakemm tiġi evalwata l-applikazzjoni, fid-dawl tal-Artikoli 7, 18 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-premessi 12 u 60 kif ukoll l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/32, tal-premessi 16, 18 u 36 kif ukoll l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/95, u tal-premessi 9, 11 u 35 kif ukoll l-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (3)?

6)

Il-premessi 16, 18 u 36, kif ukoll l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni), ikkunsidrati flimkien mal-premessa 24 u mal-Artikoli 2(d) u (j), 13 u 23(1) u (2) tal-istess direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod konkret l-Artikolu 8(9) taż-Zakon za ubezhishteto i bezhantsite (Liġi dwar l-ażil u r-refuġjati), li tipprovdi li għandhom jitqiesu bħala refuġjati anki l-membri tal-familja ta’ barrani li jkollu l-istatus ta’ refuġjat, sa fejn dan huwa kompatibbli mal-istatus individwali tagħhom u sakemm ma jkunx hemm raġunijiet taħt id-dritt nazzjonali li jeskludu l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat?

7)

Mir-raġunijiet għal persekuzzjoni previsti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni), jirriżulta li t-tressiq ta’ kawża quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra l-Istat ta’ oriġini tal-persuna kkonċernata jimplika li din il-persuna tagħmel parti minn grupp soċjali partikolari fis-sens tal-Artikolu 10(1)(d) tal-istess direttiva, jew li tali tressiq ta’ kawża għandu jitqies bħala l-espressjoni ta’ opinjoni politika fis-sens tal-Artikolu 10(1)(e) tal-istess direttiva?

8)

Mill-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), jirriżulta li l-qorti hija obbligata teżamina fid-dettall ir-raġunijiet ġodda għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali invokati fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja li ma kinux tqajmu fir-rikors ippreżentat quddiem din il-qorti kontra d-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali?

9)

Mill-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), jirriżulta li l-qorti hija obbligata tevalwa l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi tal-Artikolu 33(2)(e) tal-istess direttiva fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja ta’ rikors kontra deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti protezzjoni internazzjonali, f’sitwazzjoni fejn fid-deċiżjoni kkontestata l-applikazzjoni kienet evalwata mill-perspettiva ta’ jekk l-applikant jissodisfax, fl-ewwel lok, il-kundizzjonijiet sabiex jingħata l-istatus ta’ refuġjat u, fit-tieni lok, il-kundizzjonijiet sabiex jingħata protezzjoni sussidjarja, kif jeżiġi l-Artikolu 10(2) tal-istess direttiva?


(1)  ĠU 2013 L 180, p. 60.

(2)  ĠU 2011, L 337, p. 9.

(3)  ĠU 2013, L 180, p. 96.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Dachau vs Achim Kollroß

(Kawża C-660/16)

(2017/C 086/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Dachau

Konvenut: Achim Kollroß

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżiti applikabbli għaċ-ċertezza tal-eżekuzzjoni ta’ provvista ta’ servizzi, bħala kundizzjoni għat-tnaqqis tat-taxxa relatata ma’ pagament akkont skont is-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2014, FIRIN (C-107/13, EU:C:2014:151), mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti b’mod purament oġġettiv jew għandhom jiġu stabbiliti mill-perspettiva tal-persuna taxxabbli li għamlet il-pagament akkont fid-dawl taċ-ċirkustanzi li hija setgħet taf bihom?

2)

Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112//KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), id-dritt għal tnaqqis joriġina fl-istess mument li fih issir eżiġibbli t-taxxa u, fid-dawl tal-kompetenzi leġiżlattivi li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) u l-Artikolu 186 ta’ din id-direttiva jagħtu lill-Istati Membri, dawn tal-aħħar huma awtorizzati li jissuġġettaw kemm l-aġġustament tat-taxxa kif ukoll l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input għar-rimbors tal-pagament akkont?

3)

Iċ-ċentru tat-taxxi kompetenti fir-rigward tal-persuna taxxabbli li għamlet il-pagament akkont għandu jirrimborsa t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ meta din tal-aħħar ma tistax tirkupra l-pagament akkont mingħand il-benefiċjarju tal-pagament akkont? Fl-affermattiv, dan għandu jseħħ fil-kuntest tal-proċedura ta’ ffissar, jew proċedura ta’ ekwità separata hija suffiċjenti għal dan il-għan?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Finanzamt Göppingen vs Erich Wirtl

(Kawża C-661/16)

(2017/C 086/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Göppingen

Konvenut: Erich Wirtl

Domandi preliminari

1)

Skont is-sentenza FIRIN tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2014, C-107/13 (1), it-tnaqqis tat-taxxa tal-input fir-rigward ta’ pagament akkont huwa eskluż meta jirriżulta li t-twettiq tal-avveniment li jagħti lok għat-taxxa jkun inċert meta jsir il-ħlas tal-pagament akkont. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tas-sitwazzjoni oġġettiva jew fid-dawl tal-pożizzjoni oġġettiva tal-persuna li tħallas il-pagament akkont?

2)

Is-sentenza FIRIN tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi interpretata fis-sens li, skont id-dritt tal-Unjoni, aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imwettaq mill-persuna li tkun ħallset il-pagament akkont fil-kuntest tal-ħlas ta’ fattura akkont li tikkonċerna l-kunsinna ta’ merkanzija, ma jiddependix mir-rimbors tal-pagament akkont imħallas f’sitwazzjoni fejn din il-kunsinna fl-aħħar mill-aħħar ma titwettaqx?

3)

Fil-każ li d-domanda preliminari preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv: l-Artikolu 186 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), li jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw il-modalitajiet tal-aġġustament previst fl-Artikolu 185 tal-istess direttiva, jawtorizza lil Stat Membru, f’dan il-każ lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, li l-valur taxxabbli jista’ jitnaqqas biss meta jkun ġie rrimborsat il-pagament akkont u, għaldaqstant, li t-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ dovuta u t-tnaqqis tat-taxxa tal-input għandhom jiġu aġġustati fl-istess żmien u taħt l-istess kundizzjonijiet?


(1)  ECLI:EU:C:2014:151

(2)  ĠU L 347, p. 1.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Imofloresmira – Investimentos Imobiliários S.A. vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-672/16)

(2017/C 086/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Imofloresmira – Investimentos Imobiliários S.A.

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

Fil-każ fejn proprjetà immobbli, li minkejja li tinsab vakanti għal perijodu ta’ sentejn jew iktar, qed tiġi kkummerċjalizzata, jiġifieri, hija disponibbli fis-suq tal-kiri jew għall-provvista ta’ servizzi tat-tip “office centre”, fejn huwa paċifiku li l-proprjetarju kkonċernat għandu l-intenzjoni li jikri l-proprjetà suġġett għall-VAT, u qed iwettaq dak li hu neċessarju biex din l-intenzjoni tiġi kkonkretizzata, id-definizzjoni bħala “nuqqas ta’ użu effettiv tal-proprjetà immobbli għall-finijiet tal-impriża” u/jew “nuqqas ta’ użu effettiv tal-proprjetà immobbli fi tranżazzjonijiet intaxxati”, skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 26(1) tal-Kodiċi tal-VAT (Código do IVA) u tal-Artikolu 10(1)(b) tal-Iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet relatati ma’ proprjetà immobbli (Regime de Renúncia à Isençãdo Iva nas Operações relativas a Bens Imóveis) approvata bid-Digriet Liġi Nru 21/2007, tad-29 ta’ Jannar, fir-redazzjonijiet preċedenti tiegħu, hija konformi mal-Artikoli 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, u, konsegwentement, it-tnaqqis inizjalment imwettaq għandu jiġi aġġustat inkwantu kien ogħla minn dak li kellu dritt għalih il-persuna suġġetta għat-taxxa?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, fid-dawl ta’ interpretazzjoni korretta tal-Artikoli 137, 167, 168, 184, 185 u 187 tad-Direttiva 2006/112/KE […], dan l-aġġustament jista’ jiġi impost f’darba waħda biss, għall-perijodu kollu li jkun għadu ma ddekorriex, hekk kif tistabbilixxi l-leġiżlazzjoni Portugiża fl-Artikolu 10(1)(b) u (c) tal-Iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet relatati ma’ proprjetà immobbli approvata bid-Digriet Liġi Nru 21/2007, tad-29 ta’ Jannar, fir-redazzjoni preċedenti tiegħu, fil-każijiet fejn il-proprjetà immobbli tinsab vakanti għal perijodu ta’ iktar minn sentejn, iżda dejjem fi stat ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-kiri (bil-possibbiltà ta’ rinunzja) u/jew għall-provvista ta’ servizzi (taxxabbli), b’tali mod li l-proprjetà immobbli tiġi affetwata fis-snin sussegwenti għall-attivitajiet intaxxati li jagħtu d-dritt għat-tnaqqis?

3)

L-Artikolu 2(c) moqri flimkien mal-Artikolu 10(1)(b) tal-Iskema ta’ rinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT fuq it-tranżazzjonijiet relatati ma’ proprjetà immobbli approvata bid-Digriet Liġi Nru 21/2007, tad-29 ta’ Jannar, huma konformi mal-Artikoli 137, 167, 168 u 184 tad-Direttiva 2006/112/KE […], għad-determinazzjoni tal-impossibbiltà għal persuna suġġetta għall-VAT li tirrinunzja għall-eżenzjoni tal-VAT meta tidħol f’kuntratti ġodda ta’ kiri wara li jkun sar aġġustament ta’ darba tal-VAT, u sabiex tiġi kompromessa l-iskema sussegwenti ta’ tnaqqis matul il-perijodu ta’ aġġustament?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – CORPORATE COMPANIES s.r.o. vs Ministerstvo financí ČR

(Kawża C-676/16)

(2017/C 086/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CORPORATE COMPANIES s.r.o.

Konvenut: Ministerstvo financí ČR

Domanda preliminari

Il-persuni li, fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, ibiegħu kumpanniji diġà rreġistrati fir-reġistru tal-kumpanniji u kkostitwiti bil-għan li jinbiegħu (kumpanniji “ready made”), li l-bejgħ tagħhom isir permezz tat-trasferiment ta’ sehem fil-kumpannija sussidjarja li qed tinbiegħ, jidħlu taħt l-iskop tal-Artikolu 2(1)(3)(ċ) u tal-Artikolu 3(7)(a) tad-Direttiva 2005/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu?


(1)  ĠU 2005 L 309, p. 15.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Madrid (Spanja) fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Montero Mateos vs Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid

(Kawża C-677/16)

(2017/C 086/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Montero Mateos

Konvenuta: Agencia Madrileña de Atención Social de la Consejería de Políticas Sociales y Familia de la Comunidad Autónoma de Madrid

Domanda preliminari

Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, inkluż fl-ordimanent Komunitarju permezz tad-Direttiva tal-Kunsill tal-Unjoni 1999/70 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li t-tmiem tal-kuntratt temporanju ta’ “interinidad” [kuntratt temporanju ta’ sostituzzjoni jew fl-istennija ta’ pożizzjoni vakanti] konkluż għall-kopertura ta’ pożizzjoni vakanti fl-iskadenza tat-terminu miftiehem bejn il-persuna li timpjega u l-ħaddiema, jikkostitwixxi raġuni oġġettiva li tiġġustifika li l-leġiżlatur nazzjonali ma jipprevedi f’tali każ ebda kumpens għax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol, filwaqt li għal ħaddiem permanenti paragunabbli li tkeċċa minħabba raġuni oġġettiva jipprevedi kumpens ta’ 20 jum għal kull sena ta’ servizz?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Diċembru 2016 – A

(Kawża C-679/16)

(2017/C 086/20)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenuta: Espoon kaupungin sosiaali- ja terveyslautakunnan yksilöasioiden jaosto

Domandi preliminari

1)

Benefiċċju bħall-għajnuna individwali prevista fil-liġi dwar is-servizzi għall-persuni b’diżabbiltà għandu jitqies bħala benefiċċju tal-mard fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004 (1)?

2)

Jekk l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta negattiva, hemm restrizzjoni għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kif stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 TFUE, meta l-għoti lill-barrani ta’ benefiċċju bħall-għajnuna individwali skont il-liġi dwar il-persuni b’diżabbiltà ma huwiex suġġett għal leġiżlazzjoni partikolari u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju huma interpretati fis-sens li l-għajnuna individwali ma tingħatax fi Stat Membru ieħor li fih persuna tistudja għal perijodu ta’ tliet snin fl-edukazzjoni għolja bil-ħsieb li tikseb lawrja?

Huwa rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li benefiċċju bħall-għajnuna individwali tista’ tingħata fil-Finlandja għal komun differenti mill-komun fejn tirrisjedi l-persuna inkwistjoni, pereżempju meta din tal-aħħar tkun qed tistudja f’komun ieħor?

Id-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà huma rilevanti għall-eżami tal-kawża fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni?

3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-risposta li tagħti għat-tieni domanda preliminari, tqis li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kif ġiet interpretata fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ moviment, tali restrizzjoni tista’ madankollu tkun iġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali relatati mal-obbligu tal-komun li jissorvelja l-organizzazzjoni tal-għajnuna individwali, mal-possibbiltajiet tal-komun li jagħżel modalitajiet ta’ għajnuna xierqa kif ukoll maż-żamma tal-koerenza u tal-effikaċja tas-sistema ta’ għajnuna individwali prevista fil-liġi dwar is-servizzi għall-persuni b’diżabbiltà?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Maria Tirkkonen

(Kawża C-9/17)

(2017/C 086/21)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Tirkkonen

Konvenuta: Maaseutuvirasto

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) għandu jiġi interpretat li jfisser li d-definizzjoni ta’ “kuntratt pubbliku” fis-sens ta’ din id-direttiva tinkludi sistema

li permezz tagħha organu pubbliku jkollu l-intenzjoni li jikseb servizzi fis-suq matul perijodu limitat bil-quddiem, billi jikkonkludi kuntratti, suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ ftehim qafas anness mas-sejħa għal offerti, mal-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi fil-fajl ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tal-kapaċità tal-fornituri u tas-servizz ipprovdut, u li jgħaddu minn eżami deskritt iktar preċiżament fis-sejħa għal offerti, u,

li tul il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt ma jkunx iktar possibbli li ssir aderazzjoni magħha?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-13 ta’ Jannar 2017 – Bosphorus Queen Shipping Ltd Corp. vs Rajavartiolaitos

(Kawża C-15/17)

(2017/C 086/22)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bosphorus Queen Shipping Ltd Corp.

Konvenut: Rajavartiolaitos

Domandi preliminari

1)

It-termini “kosta jew lil interessi relatati” li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 (1), għandhom jiġu interpretati skont id-definizzjoni tat-termini “interessi konnessi” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li jinsabu fl-Artikolu II(4) tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1969 dwar l-Intervent fil-Baħar Miftuħ f’Każi ta’ Aċċidenti ta’ Tniġġis miż-Żejt?

2)

Skont id-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu II(4)(c) tal-Konvenzjoni tal-1969, imsemmija fl-ewwel domanda preliminari, it-termini “interessi konnessi” jirreferu b’mod partikolari għall-benesseri tar-reġjun ikkunsidrat, inkluż il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marini, tal-fawna u tal-flora. Id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tirreferi wkoll għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi, tal-fawna u tal-flora taż-żona ekonomika esklużiva jew tikkonċerna biss il-konservazzjoni tal-interessi tar-reġjun kostali?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda preliminari, x’għandu jinftiehem bit-termini “kosta jew lil interessi relatati” li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35?

4)

Xi jfissru t-termini “riżorsi tal-baħar territorjali jew taż-żona ekonomika esklussiva tiegħu” li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar, kif ukoll it-termini “riżorsi [fil-baħar territorjali jew żona ekonomika esklużiva ta’] dak l-Istat” li jinsabu fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35? Il-kunċett ta’ riżorsi bijoloġiċi jirreferi unikament għall-ispeċi maqbuda jew jirreferi wkoll għall-ispeċi assoċjati mal-ispeċi maqbuda jew li huma dipendenti fuqhom, imsemmija fl-Artikolu 61(4) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar, bħal pereżempju l-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora li l-ispeċi maqbuda jieklu minnhom?

5)

Kif għandu jiġi interpretat it-terminu “theddid” li jinsab fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar u fid-Direttiva 2005/35? In-natura ta’ dan ir-riskju tista’ tiġi stabbilita permezz tal-kunċett ta’ riskju astratt jew tal-kunċett ta’ riskju konkret jew anki permezz ta’ metodu ieħor?

6)

Waqt l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetenza tal-Istat kostali, li tinsab fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, għandu jiġi kkunsidrat li ħsara kbira li kienet jew hemm ir-riskju li tinħoloq tikkostitwixxi konsegwenzi iktar gravi minn tniġġis sinjifikattiv tal-ambjent marittimu, li kien jew hemm ir-riskju li jinħoloq, fis-sens tal-Artikolu 220(5) tal-Konvenzjoni tal-liġi dwar il-baħar? Kif għandu jiġi ddefinit it-tniġġis sinjifikattiv tal-ambjent marittimu u kif għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-ħsara kbira li kienet jew hemm ir-riskju li tinħoloq?

7)

Liema huma l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni tal-importanza tal-ħsara li nħolqot jew li hemm ir-riskju li tinħoloq? Matul din l-evalwazzjoni, għandha tingħata importanza, pereżempju għat-tul u għall-portata ġeografika tal-effetti dannużi li jimmanifestaw ruħhom bħala forma ta’ ħsara? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, kif għandhom jiġu evalwati t-tul u l-portata tal-ħsarat?

8)

Id-Direttiva 2005/35 tistabbilixxi regoli minimi u ma tipprekludix l-adozzjoni, mill-Istati Membri, ta’ miżuri iktar stretti, konformi mad-dritt internazzjonali, kontra t-tniġġiż ikkawżat mill-vapuri [Artikolu 1(2)]. Il-possibbiltà li jiġu applikati dispożizzjonijiet iktar stretti tapplika wkoll għall-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, li jirregola l-kompetenza tal-Istat kostali sabiex jintervjeni kontra vapur fi tranżitu?

9)

Matul l-interpretazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetenza tal-Istat kostali, iddefiniti fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar u fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35, għandha tingħata importanza għall-kundizzjonijiet ġeografiċi u ekoloġiċi u għall-vulnerabbiltà taż-żona tal-baħar Baltiku?

10)

It-termini “evidenza oġġettiva ċara” li jinsabu fl-Artikolu 220(6) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi tal-baħar, kif ukoll it-termini “evidenza ċara u oġġettiva” li jinsabu fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/35 jirreferu mhux biss għall-prova dwar it-twettiq, mill-vapur, tal-ksur imsemmi fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, iżda wkoll għall-prova taċ-ċirkustanzi tar-rimi? Liema tip ta’ prova għandha tkun meħtieġa sabiex tintwera l-eżistenza tar-riskju li ħsara kbira tiġi kkawżata lill-kosta jew lil interessi relatati jew kull riżors tal-baħar territorjali jew taż-żona ekonomika esklużiva, jiġifieri pereżempju lill-għasafar, lill-ħut u lill-ambjent marittimu taż-żona? Ir-rekwiżit ta’ evidenza oġġettiva ċara/evidenza ċara u oġġettiva jfisser li, pereżempju, l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi dannużi tar-rimi ta’ żejt għandha dejjem tkun ibbażata fuq studji u fuq riċerki konkreti li jirrigwardaw il-konsegwenzi tar-rimi ta’ żejt li seħħ?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/35, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar it-tniġġiż ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur (ĠU 2005 L 255, p. 11), kif emendata bid-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU 2009, L 280, p. 52).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-19 ta’ Jannar 2017 – Tietosuojavaltuutettu

(Kawża C-25/17)

(2017/C 086/23)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tietosuojavaltuutettu

Konvenuta: Jehovan todistajat -uskonnollinen yhdyskunta

Domandi preliminari

1)

L-eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva dwar id-data personali (1) previsti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġbir u l-ipproċessar ta’ data personali li jwettqu l-membri ta’ komunità reliġjuża fil-kuntest tal-attività ta’ ppridkar bieb bieb ma jaqgħux taħt dan il-kamp ta’ applikazzjoni? Għall-finijiet tal-eżami tal-applikabbiltà tad-Direttiva, x’importanza għandha tingħata, minn naħa, lill-fatt li huma l-komunità reliġjuża u l-parroċċi tagħha li jorganizzaw l-attività ta’ ppridkar li fil-kuntest tagħha d-data hija miġbura u, min-naħa l-oħra, lill-fatt li din fl-istess ħin hija huwa wkoll prattika reliġjuża individwali tal-membri tal-komunità reliġjuża?

2)

Id-definizzjoni ta’ “sistema ta’ ħażna” msemmija fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva dwar id-data personali, ikkunsidrata fid-dawl tal-premessi 26 u 27 ta’ din id-direttiva, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-data personali kollha (li tinkludi l-ismijiet u l-indirizzi kif ukoll data u kwalunkwe karatteristika oħra dwar persuna) miġbura b’mod mhux awtomatiku fil-kuntest tal-attività ta’ ppridkar bieb bieb deskritt preċedentement

a)

ma tikkostistwixxix sistema ta’ ħażna, peress li ma tirrigwardax sistemi ta’ ħażna jew listi speċifiċi jew sistema oħra ta’ riċerka komparabbli fis-sens tad-definizzjoni mogħtija mil-liġi Finlandiża dwar id-data personali; jew

b)

tikkostitwixxi sistema ta’ ħażna, peress li d-data neċessarja għal użu ulterjuri, fid-dawl tal-għan tagħhom, tista’ tkun is-suġġett ta’ tfittxija faċli fil-prattika u mingħajr spejjeż eċċessivi fis-sens tal-liġi Finlandiża dwar id-data personali?

3)

L-espressjoni “[…] li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali […]” li tinsab fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar id-data personali għandha tiġi interpretata fis-sens li komunità reliġjuża li torganizza attività li fil-kuntest tagħha hija miġbura data personali (b’mod partikolari billi jitqassam ir-raġġ ta’ azzjoni fost il-predikaturi differenti, billi jkun hemm segwitu tal-attività ta’ dawn il-predikaturi u biż-żamma ta’ reġistru ta’ persuni li ma jixtiqux li dawn jiġu f’darhom) tista’ tiġi kkunsidrata responsabbli mill-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-membri tagħha, anki jekk, skont din il-komunità reliġjuza, huma biss il-predikaturi li għandhom aċċess għad-data rilevanti?

4)

Dan l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva dwar id-data personali għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex il-komunità reliġjuża tiġi kkunsidrata responsabbli mill-ipproċessar, għandu jkun hemm atti speċifiċi oħra adottati minnha, bħal ordnijiet jew istruzzjonijiet bil-miktub, li permezz tagħhom tmexxi l-ġbir tad-data, jew huwa biżżejjed li jista’ jiġi kkunsidrat li hija effettivament f’pożizzjoni li tmexxi l-attività tal-membri tagħha?

It-tielet u r-raba’ domanda jeħtieġu risposta fil-każ biss fejn, fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda, id-Direttiva hija applikabbli. Ir-raba’ domanda teħtieġ risposta fil-każ biss fejn, fid-dawl tat-tielet domanda, il-possibbiltà li jiġi applikat l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva lill-komunità reliġjuża ma jistax jiġi kkunsidrat bħala eskluż.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrajno Sodišče Pliberk (l-Awstrija) fit-23 ta’ Jannar 2107 – Čepelnik d.o.o. vs Michael Vavti

(Kawża C-33/17)

(2017/C 086/24)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Okrajno Sodišče Pliberk

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Čepelnik d.o.o.

Konvenut: Michael Vavti

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jimponi fuq xerrej ta’ dak l-istess Stat sospensjoni tal-pagamenti u l-ħlas ta’ depożitu għal somma ugwali għall-ammont li għadu dovut, jekk il-projbizzjoni tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti u l-ħlas tad-depożitu jservu biss bħala garanzija għal eventwali multa, li tiġi imposta biss mat-tmiem ta’ proċedura separata fuq fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor?

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

a.

L-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jimponi fuq xerrej ta’ dak l-istess Stat sospensjoni tal-pagamenti u l-ħlas ta’ depożitu għal somma ugwali għall-ammont li għadu dovut, meta l-fornitur tas-servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li fil-konfront tiegħu għandha tiġi imposta multa, ma jkollu ebda rimedju kontra d-deċiżjoni li timponi l-ħlas tad-depożitu fil-kuntest tal-proċedura relattiva għad-depożitu stess, u ma jiġi rrikonoxxut lilu ebda effett sospensiv għar-rikors ippreżentat mix-xerrej nazzjonali kontra tali deċiżjoni?

b.

L-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jimponi fuq xerrej ta’ dak l-istess Stat sospensjoni tal-pagamenti u l-ħlas ta’ depożitu għal somma ugwali għall-ammont li għadu dovut għas-sempliċi raġuni li l-fornitur tas-servizz huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor?

c.

L-Artikolu 56 TFUE u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru milli jimponi fuq xerrej ta’ dak l-istess Stat sospensjoni tal-pagamenti u l-ħlas ta’ depożitu għal somma ugwali għall-ammont li għadu dovut, għalkemm l-ammont dovut lill-fornitur għadu ma huwiex eżiġibbli u għalkemm l-ammont definittiv tal-ammont dovut għadu ma huwiex iddefinit peress li jeżistu krediti oħra u privileġġi?


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) – Ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Prospector Offshore Drilling SA et vs Her Majesty's Treasury, Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-72/16) (1)

(2017/C 086/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Högsta domstolen – L-Iżvezja) – Riksåklagaren vs Zenon Robert Akarsar

(Kawża C-148/16) (1)

(2017/C 086/26)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/22


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākā tiesa – Il-Latvja) – kawża mressqa minn „Starptautiskā lidosta “Riga” VAS, fil-preżenza ta’: Konkurences padome

(Kawża C-159/16) (1)

(2017/C 086/27)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – RMF Financial Holdings Sàrl vs Heta Asset Resolution AG

(Kawża C-282/16) (1)

(2017/C 086/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankfurt am Main – il-Ġermanja) – FMS Wertmanagement AöR vs Heta Asset Resolution AG

(Kawża C-394/16) (1)

(2017/C 086/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 419, 14.11.2016.


Il-Qorti Ġenerali

20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2017 – Anderson vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/11) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Trasport ferrovjarju - Għajnuna mogħtija mill – awtoritajiet Daniżi favur l – impriża pubblika Danske Statsbaner - Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall – provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ passiġġieri bejn Copenhagen u Ystad - Deċiżjoni li tiddikjara l – għajnuna kompatibbli mas – suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Applikazzjoni ratione temporis tad – dritt sostantiv - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2017/C 086/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anderson (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés u M. I. Rantou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-parti konvenuta: ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat) u Danske Statsbaner (DSB) (Copenhagen, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)

Intervenjent insostenn tal-appellanta: Dansk Tog (Copenhagen, Danemark) (rappreżentanti: G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés u F. Nissen Morten, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li hija intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C-41/08 (ex NN 35/08)) (ĠU 2011, L 7, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske statsbaner (Għajnuna mill-Istat C-41/08 (ex NN 35/08)) huwa annulla sa fejn dan jirrigwarda l-ħlas tal-21 ta’ Diċembru 2009..

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Jørgen Andersen, il-Kummissjoni Ewropea, Dansk Tog, ir-Renju tad-Danimarka u d- Danske Statsbaner (DSB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 103, 2.4.2011.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/13) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi u tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika fl-Unjoni - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ setgħat leġiżlattivi tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”))

(2017/C 086/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bürgerausschuss für die Bürgerinitiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe (rappreżentanti: inizjalment E. Johansson, J. Lund u C. Lund, sussegwentement E. Johansson u T. Hieber, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, A. Pálfy u G. Szima, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová, aġent) u r-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, R. Haţieganu, D. Bulancea u A. Wellman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5969 finali, tat-13 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe”

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 5969 finali, tat-13 ta’ Settembru 2013, li tiċħad it-talba għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe”, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bürgerausschuss für die Bürgerinitiative Minority SafePack – one million signatures for diversity in Europe.

3)

L-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Kessel medintim vs EUIPO – Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T-509/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Premeno - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti Pramino - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti - Dritt għal smigħ - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 086/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kessel medintim GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u U. Staudenmaier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Janssen Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wenz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 349/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Janssen-Cilag u Kessel medintim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kessel medintim GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Bodegas Vega Sicilia vs EUIPO (TEMPOS VEGA SICILIA)

(Kawża T-696/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TEMPOS VEGA SICILIA - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark ta’ inbid li tinvolvi indikazzjonijiet ġeografiċi - Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (CE) Nru 207/2009”))

(2017/C 086/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Vega Sicilia, SA (Valbuena de Duero, Spanja) (rappreżentant: S. Alonso Maruri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Muñiz Rodríguez u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2015 (Każ R 285/2015-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TEMPOS VEGA SICILIA bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bodegas Vega Sicilia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Mast-Jägermeister vs EUIPO

(Kawża T-16/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Applikazzjoni għal disinni Komunitarji li jirrappreżentaw tazzi - Kunċett ta’ ‘rappreżentazzjoni xierqa għar-riproduzzjoni’ - Nuqqas ta’ preċiżjoni tar-rappreżentazzjoni rigward il-portata tal-protezzjoni mitluba - Rifjut li jiġu rrimedjati l-irregolaritajiet - Rifjut li tingħata data ta’ ffajljar - Artikoli 36 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002”))

(2017/C 086/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mast Jägermeister SE (Wolfenbüttel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1842/2015-3), rigward applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ tazzi bħala disinni Komunitarji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mast-Jägermeister SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – International Gaming Projects vs EUIPO– adp Gauselmann (TRIPLE EVOLUTION)

(Kawża T-82/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TRIPLE EVOLUTION - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Evolution - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 086/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Qormi, Malta) (rappreżentanti: inizjalment M. Garayalde Niño u A. Alpera Plazas, sussegwentement M. Garayalde Niño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 0725/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adp Gauselmann u International Gaming Projects.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

International Gaming Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)

(Kawża T-106/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZIRO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti zero - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 086/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: zero Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vuijst u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Oliver Hemming (Cadbury, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 71/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn zero Holding u M. Hemming.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 71/2015-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/28


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Valéria Anna Gyarmathy mis-sentenza mogħtija 5 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-97/13, Gyarmathy vs FRA

(Kawża T-196/15)

(2017/C 086/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Valéria Anna Gyarmathy (Györ, l-Ungerija) (rappreżentant: A. Cech, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata u tilqa’ fl-intier tagħha t-talba li saret fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żnaturament tal-provi u fuq nuqqas ta’ preċiżjoni sostantiva fl-evalwazzjoni fattwali li wettaq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq il-kwistjoni tal-ksur tat-termini nal-avviż ta’ post vakanti.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jipprovdi motivazzjoni adegwata għas-sentenza tiegħu fuq il-kwistjonijiet naxxenti mill-proċess tal-għażla u dan bi ksur tad-dritt tal-appellanti għal smigħ xieraq skont l-Artikolu 47 tal-Karat tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewroprea u skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq in-nuqqas tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jadotta miżuri proċedurali ulterjuri li kien jippremettu lill-appellanti li ssostni l-argument tagħha dwar l-assenza ta’ imparzjalità, oġġettività jew indipendenza fil-proċess tal-għażla.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ddikjara inammissibbli l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza marbut mal-assenjazzjoni tal-post ikkonċernat, abbażi tal-fatt li dan ma kienx tqajjem fil-fażi ta’ qabel il-proċedura ġudizzjarja.

5.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ddikjara inammissibbli l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza marbut mal-kompożizzjoni irregolari tal-bord tal-għażla u mal-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, abbażi tal-fatt li dan ma kienx tqajjem fil-fażi ta’ qabel il-proċedura ġudizzjarja u ma kienx marbut strettament mat-talbiet fir-rikors (regola ta’ korrispondenza).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Miserini Johansson vs BEI

(Kawża T-870/16)

(2017/C 086/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Virna Miserini Johansson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Senes, lawyer)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Talbiet

Prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tal-25 ta’ Jannar 2016;

tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-drittijiet salarjali sħaħ tar-rikorrenti flimkien mad-drittijiet aċċessorji rilevanti, inklużi drittijiet sħaħ ta’ pensjoni u kontribuzzjonijiet għas-Sistema ta’ Pensjoni Addizzjonali Volontarja (SPAV);

tikkundanna lill-BEI jirrimborsa l-ammont korrispondenti għat-telf ta’ salarju (evalwat b’mod provviżorju għal EUR 24 000 sal-31 ta’ Diċembru 2016);

tikkundanna lill-BEI jikkalkola retroattivament id-drittijiet għal pensjoni kollha u l-kontribuzzjonijiet SPAV kollha tar-rikorrenti, b’effett mill-1 ta’ Frar 2016;

tikkundanna lill-BEI għad-danni fil-konfront tar-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu morali li ġarrbet, evalwat b’mod provviżorju għal EUR 5 000;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż, inklużi l-onorarji u l-ispejjeż tal-esperti (jekk ikun il-każ).

Sussidjarjament:

tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni li r-rikorrenti ġarrbet minħabba t-telf tad-drittijiet salarjali sħaħ tagħha billi jħallasha somma ta’ danni korrispondenti evalwata b’mod provviżorju għal EUR 24 000 fil-31 ta’ Diċembru 2016;

taħtar espert sabiex jiddetermina l-ammont finali eżatt tas-somma msemmija fil-punt preċedenti, tad-drittijiet ta’ pensjoni u tal-kontribuzzjonijiet SPAV, b’effett mill-1 ta’ Frar 2016;

tikkundanna lill-BEI jirrimborsa l-ispejjeż mediċi u tal-psikoloġi marbuta ma’ problemi tas-saħħa li żviluppaw minħabba stress serju li ġarrbet ir-rikorrenti u li ma humiex irrimborsati mis-sistema ta’ assigurazzjoni tal-mard tal-BEI;

tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti, evalwat għal EUR 5 000, u jekk il-Qorti Ġenerali tqis li hu neċessarju, bl-għajnuna ta’ espert maħtur sabiex jiġi ddeterminat l-ammont eżatt tal-kumpens;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż, inklużi l-onorarji u l-ispejjeż tal-esperti (jekk ikun il-każ).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur mill-BEI tad-drittijiet fundamentali tagħha hekk kif iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali (b’mod partikolari, id-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 1979, Hauer vs Rheinland-Pfalz, C-44/79, EU:C:1979:290).

Ir-rikorrenti targumenta li l-BEI kiser id-dmir ġenerali tiegħu ta’ premura fil-konfront tagħha fir-rigward tal-kundizzjoni medika tagħha u r-riskji li għalihom kienet esposta minħabba din il-kundizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma ġietx informata korrettament dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-prova ta’ marda kkawżata mix-xogħol. Ir-rikorrenti ssostni, fi kwalunkwe każ, li l-marda li minna qed tbati ġiet iddikjarata li ġiet ikkawżata mix-xogħol permezz ta’ opinjoni medika u li hija pprovdiet lill-BEI id-dokumenti kollha rilevanti sabiex tkun tista’ ssir konstatazzjoni. Min-naħa tagħha ma hu nieqes ebda stadju proċedurali ulterjuri, u l-BEI għandu immedjatament jilqa’ t-talbiet tagħha.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/30


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – LA Superquimica vs EUIPO – D-Tack (D-TACK)

(Kawża T-24/17)

(2017/C 086/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LA Superquimica, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: D-Tack GmbH (Hüttlingen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “D-TACK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 650 847

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1983/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016;

tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-estratti tad-database Sitadex rigward it-trade marks Spanjoli Nri 2515958, 2516679, 2542249, 2591412 u 2668711, sottomessi mir-rikorrenti;

Il-Bord tal-Appell naħas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-prova ta’ użu sottomessa mir-rikorrenti.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/30


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2017 – Habermaaß vs EUIPO – Here Global (h)

(Kawża T-40/17)

(2017/C 086/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Habermaaß GmbH AG (Bad Rodach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder, H. Gauß u E. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Here Global BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “h”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 833 141

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24/10/2016 fil-Każ R 0053/2016-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 41 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipji legali li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi applikat u interpretat ir-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/17)

(2017/C 086/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018, tal-15 ta’ Novembru 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 312, p. 26) sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammonti ta’ EUR 38 984 850,50 u ta’ EUR 76 816 098,12 imħallsa mill-aġenzija tal-ħlas approvata mir-Repubblika tal-Polonja;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1) peress li l-Kummissjoni applikat korrezzjoni finanzjarja billi bbażat ruħha fuq konstatazzjonijiet fattwali żbaljati u fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dritt, meta r-Repubblika tal-Polonja wettqet il-ħlas b’mod konformi mad-dispożizzjoniijet tad-dritt tal-Unjoni.

L-ammonti esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni skont id-deċiżjoni kkontestata tħallsu b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (2) u mar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Nru 543/2011 (3), b’tali mod li ma kienx hemm bażi għall-esklużjoni ta’ dawn l-ammonti mill-finanzjament.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 peress li l-ammont tal-korrezzjoni b’rata fissa kif applikata, kien manifestament eċċessiv fid-dawl tar-riskju possibbli ta’ telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 25 % applikata mill-Kummissjoni hija għolja wisq u teċċedi t-telf massimu possibbli li jista’ jġarrab il-fond. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tagħmel riferiment għal-Linji Gwida VI/5330/97 li jikkonċernaw il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji u ddikjarat li hija osservat il-kundizzjonijiet kollha previsti fil-linji gwida ċċitati iktar ’il fuq sabiex tibbenefika mill-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ rata iktar baxxa jew min-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-korrezzjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 peress li l-korrezzjoni finanzjarja ġiet ikkalkolata għall-ispejjeż imwettqa iktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifkazzjoni bil-miktub tar-riżultati tal-verifiki tal-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat.

Skont l-Artikolu 52(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rifjut tal-finanzjament ma jistax jikkonċerna spejjeż imwettqa iktar minn erbgħa u għoxrin xahar qabel in-notifkazzjoni bil-miktub tar-riżultati tal-verifiki tal-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat.


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, p. 549).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, p. 1).


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/32


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Westbrae Natural vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (COCONUT DREAM)

(Kawża T-65/17)

(2017/C 086/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Westbrae Natural, Inc. (Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. McFarland, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaufland Warenhandel GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COCONUT DREAM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 599 501

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 182/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna li l-ispejjeż jitħallsu lir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 – Adama Agriculture u Adama France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-476/16) (1)

(2017/C 086/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.