ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
18 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 85/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8396 — Bain Capital Investors/Fintyre) ( 1 )

1

2017/C 85/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8335 — AXA/Caisse des Dépôts et Consignations/Cible) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 85/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2017/C 85/04

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar Proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 u d-Direttiva 2009/101/KE — Aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data

3


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 85/05

Avviż fuq talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba ta’ entità kontraenti

6

2017/C 85/06

Avviż fuq talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba ta’ entità kontraenti

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8396 — Bain Capital Investors/Fintyre)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 85/01)

Fit-13 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8396. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8335 — AXA/Caisse des Dépôts et Consignations/Cible)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 85/02)

Fl-14 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8335. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Marzu 2017

(2017/C 85/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0737

JPY

Yen Ġappuniż

121,49

DKK

Krona Daniża

7,4343

GBP

Lira Sterlina

0,86868

SEK

Krona Żvediża

9,4610

CHF

Frank Żvizzeru

1,0698

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1023

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

308,55

PLN

Zloty Pollakk

4,2982

RON

Leu Rumen

4,5633

TRY

Lira Turka

3,8896

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3940

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4296

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3352

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5318

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5055

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 213,19

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7004

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4141

HRK

Kuna Kroata

7,4133

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 328,53

MYR

Ringgit Malażjan

4,7624

PHP

Peso Filippin

53,867

RUB

Rouble Russu

61,9515

THB

Baht Tajlandiż

37,418

BRL

Real Brażiljan

3,3342

MXN

Peso Messikan

20,5710

INR

Rupi Indjan

70,2510


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/3


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar Proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 u d-Direttiva 2009/101/KE

Aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2017/C 85/04)

Fil-5 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat sett ta’ emendi proposti għad-Direttiva kontra l-ħasil tal-flus u għad-Direttiva 2009/101/KE li għandhom l-għan li b’mod dirett u inċiżiv jindirizzaw l-evażjoni tat-taxxa, flimkien ma’ prattiki tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, sabiex tiġi stabbilita sistema fiskali aktar ġusta u aktar effettiva. Din l-Opinjoni tivvaluta l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data ta’ emendi bħal dawn.

B’mod ġenerali, dawn jidhru li jieħdu approċċ aktar srett minn qabel għall-problema sabiex il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tkun waħda effettiva. F’dan ir-rigward, fost miżuri oħra proposti, dawn jiffukaw fuq mogħdijiet u modalitajiet ġodda li jintużaw biex jiġu ttrasferiti fondi illegali għall-ekonomija legali (eż. muniti virtwali, pjattaformi tal-bdil tal-flus, eċċ.).

Waqt li aħna ma nesprimux xi ġudizzju dwar il-mertu fuq l-iskopijiet tal-politika segwiti mil-liġi, f’dan il-każ speċifiku, aħna ninsabu mħassbin dwar il-fatt li l-emendi jintroduċu wkoll skopijet oħra ta’ politika -barra dak tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu- li ma jidhrux li huma identifikati b’mod ċar.

L-ipproċessar tad-data personali li tinġabar għal skop wieħed għal skop ieħor li kompletament mhuwiex relatat jikser il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data tal-limitu tal-iskop u jhedded l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità. B’mod partikolari, l-emendi jqajmu dubji dwar għala ċerti forom ta’ pproċessar ta’ data personali invażiva, li huma aċċettabbli fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, huma neċessarji barra minn dawk il-kuntesti u dwar jekk dawn humiex proporzjonali.

F’dak li jirrigwardja l-proporzjonalità, fil-fatt, l-emendi jitilqu minn approċċ ibbażat fuq ir-riskju adottat mill-verżjoni attwali tad-Direttiva AML, fuq il-bażi li r-riskju ogħla għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-offiżi predikati assoċjati ma jippermettix l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tiegħu f’waqtu.

Dawn ineħħu wkoll is-salvagwardji eżistenti li kieku kienu jagħtu ċertu grad ta’ proporzjonalità, pereżempju, fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għal aċċess għal informazzjoni dwar tranżazzjonijiet finanzjarji mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzarja.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-emendi jwessgħu b’mod sinifikanti l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kemm mill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll mill-pubbliku, bħala għodda ta’ politika biex tiffaċilita u tisfrutta l-infurzar tal-obbligi tat-taxxa. Fil-mod ta’ kif soluzzjoni bħal din hi implimentata, aħna naraw nuqqas ta’ proporzjonalità, b’riskji sinifikanti u mhux neċessarji għad-drittijiet individwali tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Sfond dwar id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

1.

F’Mejju 2015 ġiet adottata direttiva ġdida tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (“id-Direttiva AML”) (1). L-objettiv iddikjarat tal-leġislazzjoni l-ġdida hu li ttejjeb l-għodod għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, peress li l-flussi ta’ flus illeċiti jheddu li jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju, kif ukoll is-suq intern tal-Unjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

2.

Il-protezzjoni tas-solidità, l-integrità u l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja mhumiex l-uniċi għanijiet ta’ politika tad-Direttiva AML. Tabilħaqq, f’Ġunju 2003, it-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF (2)) irrevediet ir-Rakkomandazzjonijiet tagħha sabiex tkopri l-finanzjament tat-terroriżmu, u pprovdiet aktar rekwiżiti ddettaljati fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-verifika tal-konsumatur. Din indikat is-sitwazzjonijiet fejn riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jista’ jiġġustifika miżuri politiċi mtejba u wkoll is-sitwazzjonijiet fejn riskju mnaqqas jista’ jiġġustifika kontrolli inqas rigorużi.

3.

Id-Direttiva AML, bħala konsegwenza, tipprovdi sett artikulat ta’ regoli mfassal biex jipprevjeni kemm il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus kif ukoll il-finanzjament tat-terroriżmu permezz ta’ flussi finanzjarji illeċiti. Din tippromulga applikazzjoni tal-konsumatur ibbażata fuq ir-riskju minħabba diliġenza għal tranżazzjonijiet suspettużi. Din tiddependi fuq l-akkwist u l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u dwar l-attivitajiet investigattivi koordinati tal-UIFs (Unità tal-Intelligence Finanzjarja) li huma stabbiliti fl-Istati Membri.

1.2.   Il-Proposta: nindirizzaw l-evażjoni tat-taxxa u l-finanzjament tat-terroriżmu

4.

Fit-2 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Komunikazzjoni li tistipula Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż emendi fid-Direttiva AML sabiex tiġi indirizzata l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz ta’ pjattaformi ta’ trasferiment u muniti virtwali u sabiex ir-rwol tal-UIFs jitfassal mill-ġdid (3).

5.

Barra minn hekk, l-iskandli finanzjarji (4) u riskju miżjud tal-evażjoni tat-taxxa jidher li ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-bżonn sabiex l-azzjoni tad-Direttiva AML tiġi kkalibrata mill-ġdid u sabiex timmiraha aktar direttament lejn l-evażjoni tat-taxxa, li, skont il-verżjoni attwali tad-Direttiva, tidher biss bħala sors ta’ fondi illeċiti, iżda li mhijiex immirata direttament.

6.

Fil-5 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat sett ta’ emendi proposti (il-“Proposta”) għad-Direttiva AML u d-Direttiva 2009/101/KE li, fil-kuntest ta’ azzjoni koordinata mal-G20 u l-OECD, immirat sabiex jindirizza b’mod dirett u b’mod inċiżiv l-evażjoni tat-taxxa kemm minn persuni ġuridiċi kif ukoll fiżiċi bl-iskop li tiġi stabbilita sistema fiskali aktar ġusta u aktar effettiva (5). Aħna ninnutaw li f’dan il-kuntest, għall-kuntrarju tal-premessa 42, il-KEPD ma ġiex ikkonsultat qabel l-adozzjoni tal-Proposta (6).

7.

Aktar tard, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talab l-Opinjoni tal-KEPD, li fid-19 ta’ Diċembru adotta test ta’ kompromess dwar il-Proposta (“Il-Pożizzjoni tal-Kunsill” (7)). Il-Pożizzjoni tal-Kunsill għandha l-għan li temenda d-Direttiva AML biss (u mhux id-Direttiva 2009/101/KE) u prinċipalment tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Filwaqt li l-iskop tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa m’għadux imsemmi b’mod espliċitu, l-għodod li fil-Proposta kienu tfasslu sabiex jintlaħaq dak l-iskop (eż. aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja u aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus) għadhom hemm, għalkemm ġew modifikati sa ċertu limitu.

1.3.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-Opinjoni

8.

Din l-Opinjoni tanalizza l-impatt tal-Proposta fuq id-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Aħna nagħtu wkoll rendikont ta’ kif impatt bħal dan jinbidel, wara l-adozzjoni tal-Pożizzjoni tal-Kunsill.

9.

L-Opinjoni tivvaluta wkoll in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data personali li jkun qed isir skont l-emendi proposti lid-Direttiva AML fid-dawl tal-iskopijiet tal-politika identifikati mil-liġi. Meta aħna nirreferu għall-Proposta, għalkemm din tipproponi emendi għal żewġ direttivi distinti, aħna nittrattawha bħala għodda ta’ politika unika u integrata.

10.

Il-qrati diġà jafu bl-interazzjoni tal-ordni pubbliku mad-drittijiet fundamentali. Fil-każ tagħha Digital Rights Ireland  (8), il-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja internazzjonali tikkostitwixxi objettiv ta’ interess ġenerali (9). Madankollu, peress li l-għodod legali ppromulgati għall-ilħuq ta’ dak l-objettiv jinterferixxu mad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, skont il-Qorti, huwa neċessarju, li tiġi vvalutata l-proporzjonalità ta’ miżuri bħal dawn (10).

11.

Għalhekk, l-iskop tal-Opinjoni mhuwiex li tesprimi xi mertu tal-ġudizzju dwar l-għażla tal-objettivi tal-politika li l-leġiżlatur jiddeċiedi li jimmira għalihom. Minflok, l-attenzjoni tagħna tiffoka fuq l-għodod u l-modi ta’ azzjoni li tadotta l-liġi. Huwa l-iskop tagħna li niżguraw li l-għanijiet ta’ politika leġittimi jintlaħqu b’mod effettiv u f’waqthom, bl-interferenza minima bl-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali u b’rispett sħiħ lejn ir-rekwiżiti tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

4.   KONKLUŻJONI

65.

Il-Kummissjoni qed tipproponi emendi ġodda għad-Direttiva AML, sabiex iżżommha aġġornata ma’ innovazzjoni teknika u finanzjarja u ma’ mezzi ġodda ta’ kif twettaq ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. Fl-istess waqt, il-Proposta għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza tas-swieq finanzjarji għal numru ta’ proposti li aħna nidentifikaw, fost l-oħrajn, fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, il-protezzjoni tal-investituri u l-ġlieda kontra l-abbużi mis-sistema finanzjarja.

66.

Aħna rrevedjna l-Proposta u nikkunsidraw li din jenħtieġ li:

Tkun żgurat li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali jservi skop leġittimu, speċifiku u identifikat tajjeb u li jkun marbut magħha b’neċessità u bi propozjonalità. Il-kontrollur tad-data li jkun qed iwettaq l-ipproċessar ta’ data personali għandu jkun identifikat u jinżamm responsabbli għall-konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data.

Tkun żgurat li kwalunkwe limitu fuq l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data għandu jkun stipulat mil-liġi, tirrispetta l-essenza tagħhom u, suġġetta għall-prinċipju tal-proporzjonalità, u tiġi ppromulgata biss jekk ikun meħtieġ li jinkisbu objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-bżonn li jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn.

Tkun żgurat valutazzjoni xierqa tal-propozjonalità tal-miżuri politiċi proposti fir-rigward tal-iskopijiet imfittxija, peress li miżuri bbażati fuq emerġenza li jkunu aċċettabbli sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ attakki terroristiċi jistgħu jirriżultaw bħala eċċessivi meta jiġu applikati għall-prevenzjoni tar-riskju tal-evażjoni tat-taxxa.

Tkun żammet fis-seħħ salvagwardji li jkunu taw ċertu grad ta’ proporzjonalità (pereżempju, fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess għal informazzjoni dwar tranżazzjonijiet finanzjarji mill-UIFs.

Tkun fasslet aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, inter alia, waqt li tiżgura aċċess għall-entitajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġi biss.

Brussell, it-2 ta’ Frar 2017.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(2)  It-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) hija korp intergovernattiv li ġie stabbilit fl-1989 mill-Ministri tal-ġurisdizzjonijiet tal-Membri tagħha. L-objettivi tal-FATF huma li tistabbilixxi standards u li tippromwovi implimentazzjoni effettiva tal-miżuri legali, regolatorji u operattivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u theddid ieħor relatat mal-integrità tas-sistema finanzjarja internazzjonali.

(3)  COM/2016/050 final.

(4)  B’mod espliċitu, il-Kummissjoni tagħmel referenza għall-iskandlu tal-“Panama Papers” fil-Komunikazzjoni dwar miżuri ulterjuri biex jittejbu t-trasparenza u l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, COM(2016) 451 final.

(5)  Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva 2009/101/KE, COM/2016/0450 final.

(6)  L-ebda test ma ġie sottomess f’abbozz lill-KEPD qabel il-pubblikazzjoni fil-5 ta’ Lulju 2016.

(7)  Ara http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15468-2016-INIT/en/pdf

(8)  Ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ April 2014 f’Kawżi Konġunti C-293/12 u C-594/12, Digital Rights Ireland.

(9)  Digital Rights Ireland, paragrafi 41-42.

(10)  Barra minn hekk, il-Qorti tikkjarifika, “fid-dawl tar-rwol importanti li taqdi l-protezzjoni tad-data personali fid-dawl tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u l-limitu u s-serjetà tal-interferenza ma’ dak id-dritt ikkawżat mid-Direttiva 2006/24/KE, id-diskrezzjoni tal-leġiżlatura tal-UE titnaqqas, bir-riżultat li r-reviżjoni ta’ dik id-diskrezzjoni jenħtieġ li tkun stretta”, Digital Rights Ireland, paragrafi 45-48.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/6


Avviż fuq talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba ta’ entità kontraenti

(2017/C 85/05)

Fit-30 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien il-31 ta’ Jannar 2017.

Din it-talba li għamlu Eneco B.V. u N.V. Nuon Energy, għandha x’taqsam mal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fin-Netherlands.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li l-“kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq, ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta’ 105 ijiem tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fis-6 ta’ Lulju 2017.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw il-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tal-gass fin-Netherlands li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu previst għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.


18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/7


Avviż fuq talba rigward l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba ta’ entità kontraenti

(2017/C 85/06)

Fit-30 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum tax-xogħol wara li waslet it-talba kien il-31 ta’ Jannar 2017.

Din it-talba li għamlu Eneco B.V., N.V. Nuon Energy u DONG Energy, għandha x’taqsam mal-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Netherlands.

L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE jistipula li l-“kuntratti maħsuba sabiex jippermettu li ssir attività msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 li għandha titwettaq, ma għandhomx ikunu soġġetti għal din id-Direttiva jekk l-Istat Membru jew l-entitajiet kontraenti li introduċew it-talba skont l-Artikolu 35 jistgħu juru li, fl-Istat Membru li titwettaq fih, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom mhuwiex ristrett l-aċċess; u lanqas il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati sabiex titwettaq din l-attività f’dik iż-żona ġeografika ma għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva.” Il-valutazzjoni tal-esponiment dirett għall-kompetizzjoni li tista’ ssir fil-kuntest tad-Direttiva 2014/25/UE hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta’ 105 ijiem tax-xogħol li jibda jgħodd mill-jum tax-xogħol imsemmi hawn fuq, biex tieħu deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk dan il-perjodu jiskadi fis-6 ta’ Lulju 2017.

Skont l-Artikolu 35(5) tad-Direttiva 2014/25/UE, talbiet oħrajn li jikkonċernaw il-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku fin-Netherlands li jitressqu qabel jiskadi l-perjodu previst għal din it-talba, ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda, iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.