ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
8 ta' Ġunju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 204/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 204/02

Komunikazzjoni mill-Ministru Għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2

2016/C 204/03

Notifika mill-Italja dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 li tikkonċerna r-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku għall-ajruporti ta’ Milan Malpensa, Milan Linate u Orio al Serio (Bergamo) ( 1 )

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 204/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8040 — Silver Lake Group/Cegid Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 

Rettifika

2016/C 204/05

Rettifika għall-Avviż għall-attenzjoni ta’ CHOE Kyong-song, CHOE Yong-ho, HONG Sung-Mu, JO Chun Ryong, JO Kyongchol, KIM Chun-sam, KIM Chun-sop, KIM Jong-gak, KIM Rak Kyom, KIM Won-hong, PAK Jong-chon, RI Jong-su, SON Chol-ju, YUN Jong-rin, PAK Yong-sik, HONG Yong Chil, RI Hak Chol, YUN Chang Hyok, CHU Kyu-Chang u PAEK Se-bong u l-Forzi tal-Missili Strateġiċi tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) ( ĠU C 182, 20.5.2016 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Ġunju 2016

(2016/C 204/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1348

JPY

Yen Ġappuniż

122,16

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,77880

SEK

Krona Żvediża

9,2238

CHF

Frank Żvizzeru

1,0979

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2225

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

310,48

PLN

Zloty Pollakk

4,3486

RON

Leu Rumen

4,5073

TRY

Lira Turka

3,2897

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5260

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4505

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8145

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6320

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5362

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 311,68

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,8695

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4579

HRK

Kuna Kroata

7,5128

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 032,70

MYR

Ringgit Malażjan

4,6050

PHP

Peso Filippin

52,229

RUB

Rouble Russu

73,7121

THB

Baht Tajlandiż

39,990

BRL

Real Brażiljan

3,9788

MXN

Peso Messikan

21,0712

INR

Rupi Indjan

75,7405


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/2


Komunikazzjoni mill-Ministru Għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Ungerija skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2016/C 204/02)

STEDINA PUBBLIKA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-OFFERTI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR, ESPLORAZZJONI U PRODUZZJONI TA’ IDROKARBURI TAĦT KONĊESSJONI FIŻ-ŻONA BÁZAKERETTYE

F’isem l-Istat Ungeriż, il-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali (“l-Awtorità Kontraenti” jew “il-Ministru”) bħala l-Ministru responsabbli għall-minjieri u għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat, hawnhekk qiegħed joħroġ stedina pubblika għall-preżentazzjoni tal-offerti għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi b’kuntratt ta’ konċessjoni abbażi tal-Att CXCVI tal-2011 dwar l-assi nazzjonali (“l-Att dwar l-Assi Nazzjonali”), l-Att XVI tal-1991 dwar il-Konċessjonijiet (“l-Att dwar il-Konċessjonijiet”) u l-Att XLVIII tal-1993 dwar il-minjieri (“l-Att dwar il-Minjieri”), soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin.

1.

Il-Ministru se jippubblika l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti, jiġġudika l-offerti u jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (Magyar Bányászati és Földtani Hivatal) f’konformità mal-Att dwar il-Konċessjonijiet u l-Att dwar il-Minjieri. L-offerti li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti se jiġu evalwati minn Kumitat ta’ Evalwazzjoni mwaqqaf mill-Ministru.

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni l-Ministru se joħroġ id-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni, li abbażi tagħha, il-Ministru jista’ mbagħad jikkonkludi l-kuntratt ta’ konċessjoni mal-offerent rebbieħ f’konformità mat-Taqsima 5(1) tal-Att dwar il-Konċessjonijiet (1).

Il-lingwa tal-proċedura tal-offerti hija l-Ungeriż.

2.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti hija miftuħa għal kwalunkwe persuna fiżika domestika jew barranija u għal kwalunkwe organizzazzjoni transparenti skont it-tifsira tal-Att dwar l-Assi Nazzjonali, sakemm dawn jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti; huma permessi wkoll offerti konġunti. Fil-każ ta’ offerti konġunti għal din l-attività ta’ konċessjoni, l-offerenti għandhom jinnominaw wieħed minn fosthom bħala rappreżentant, imma jassumu obbligazzjoni in solidum għall-prestazzjoni tal-kuntratt ta’ konċessjoni. Skont il-proċedura tal-offerti, l-offerenti domestiċi u barranin se jiġu ttrattati fuq bażi ugwali.

Sabiex iwettaq l-attività soġġetta għal konċessjoni, filwaqt li juża r-riżorsi tiegħu stess, l-offerent li jiffirma l-kuntratt ta’ konċessjoni (“id-Detentur tal-Konċessjoni”) għandu jwaqqaf kumpanija b’uffiċċju reġistrat fl-Ungerija (“il-Kumpanija tal-Konċessjoni”) fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-Detentur tal-Konċessjoni għandu jkollu l-maġġoranza tal-ishma, l-interessi tan-negozju u d-drittijiet tal-vot fil-kumpanija meta tiġi mwaqqfa u sakemm tkun qed twettaq l-operat tagħha, u bħala sid, għandu jimpenja ruħu li jinforza r-rekwiżiti speċifikati fil-kuntratt ta’ konċessjoni fi ħdan il-Kumpanija tal-Konċessjoni. Il-Kumpanija tal-Konċessjoni għandha tgawdi d-drittijiet u tkun soġġetta għall-obbligi skont il-kuntratt ta’ konċessjoni bħala operatur tal-minjieri.

3.

Id-durata tal-konċessjoni: 20 sena mid-dħul fis-seħħ tal-kuntratt ta’ konċessjoni; id-durata oriġinali tista’ tiġi estiża darba mingħajr ebda sejħa għall-offerti oħra għal massimu ta’ nofs id-durata oriġinali tagħha jekk id-Detentur tal-Konċessjoni u l-Kumpanija tal-Konċessjoni jkunu kkonformaw mal-obbligi kollha tagħhom f’konformità mal-kuntratt u fil-ħin.

4.

Id-dejta dwar iż-żona magħżula għall-konċessjoni:

Iż-żona magħżula għall-konċessjoni: iż-żona tinsab bejn il-muniċipalitajiet mogħtija fit-tabella ta’ hawn taħt fil-kontej ta’ Zala u Somogy.

Muniċipalità

Kontea

Muniċipalità

Kontea

Alsórajk

Zala

Mikekarácsonyfa

Zala

Bak

Zala

Murarátka

Zala

Baktüttös

Zala

Muraszemenye

Zala

Balatonmagyaród

Zala

Nagybakónak

Zala

Bánokszentgyörgy

Zala

Nagykanizsa

Zala

Barlahida

Zala

Nagyrécse

Zala

Bázakerettye

Zala

Nemesrádó

Zala

Becsvölgye

Zala

Nemessándorháza

Zala

Bocska

Zala

Nemesszentandrás

Zala

Borsfa

Zala

Nova

Zala

Börzönce

Zala

Oltárc

Zala

Bucsuta

Zala

Ortaháza

Zala

Csákány

Somogy

Páka

Zala

Csapi

Zala

Petrikeresztúr

Zala

Csertalakos

Zala

Pölöske

Zala

Csömödér

Zala

Pölöskefő

Zala

Csörnyeföld

Zala

Pördefölde

Zala

Dobri

Zala

Pötréte

Zala

Eszteregnye

Zala

Pusztaederics

Zala

Felsőrajk

Zala

Pusztamagyaród

Zala

Fűzvölgy

Zala

Pusztaszentlászló

Zala

Galambok

Zala

Rédics

Zala

Garabonc

Zala

Rigyác

Zala

Gelse

Zala

Sávoly

Somogy

Gelsesziget

Zala

Somogysámson

Somogy

Gosztola

Zala

Somogyzsitfa

Somogy

Gutorfölde

Zala

Sormás

Zala

Hahót

Zala

Söjtör

Zala

Homokkomárom

Zala

Szécsisziget

Zala

Hosszúvölgy

Zala

Szentkozmadombja

Zala

Iborfia

Zala

Szentliszló

Zala

Iklódbördőce

Zala

Szentmargitfalva

Zala

Kacorlak

Zala

Szentpéterfölde

Zala

Kányavár

Zala

Szőkedencs

Somogy

Kerkaszentkirály

Zala

Tófej

Zala

Kerkateskánd

Zala

Tormafölde

Zala

Kilimán

Zala

Tornyiszentmiklós

Zala

Kiscsehi

Zala

Újudvar

Zala

Kisrécse

Zala

Valkonya

Zala

Kistolmács

Zala

Várfölde

Zala

Kissziget

Zala

Zajk

Zala

Lasztonya

Zala

Zalakaros

Zala

Lendvadedes

Zala

Zalakomár

Zala

Lenti

Zala

Zalamerenye

Zala

Letenye

Zala

Zalasárszeg

Zala

Lickóvadamos

Zala

Zalaszentbalázs

Zala

Lispeszentadorján

Zala

Zalaszentmihály

Zala

Lovászi

Zala

Zalatárnok

Zala

Magyarszentmiklós

Zala

Zalaújlak

Zala

Magyarszerdahely

Zala

Zebecke

Zala

Maróc

Zala

 

 

Is-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni: il-wiċċ u s-sodda ta’ blat: 5 000 metru taħt il-livell tal-Baħar Baltiku.

Żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera stabbilita għall-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali ta’ idrokarburi mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni.

Wieħed jista’ jara l-koordinati tal-angoli li jiddelimitaw iż-żona magħżula għall-konċessjoni fis-Sistema tal-Projezzjoni Uniformi Nazzjonali, filwaqt li d-dejta dwar iż-żoni mnaddfa biex jagħmlu spazju għal minjiera stabbilita għall-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali ta’ idrokarburi, li mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni, tista’ tiġi kkonsultata fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu, billi wieħed jikklikkja fuq il-menu li jinżel “Koncesszió”) u/jew fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

Id-daqs taż-żona magħżula għall-konċessjoni: 986,91 km2.

Iż-żoni tal-minjiera li s-saff fuqani tagħhom jinsab f’pożizzjoni ogħla mis-saff fuqani taż-żona magħżula għall-konċessjoni u li għandhom sodda ta’ blat li tikkorrispondi għal jew testendi taħt is-sodda ta’ blat taż-żona magħżula għall-konċessjoni mhumiex inklużi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni.

5.

Miżata minima netta tal-konċessjoni: HUF 366 000 000 (tliet mija u sitta u sittin miljun forint) + VAT, iżda tista’ tiddaħħal offerta għal ammont fiss akbar fil-proċedura tal-offerti. Hekk kif ir-riżultat jiġi ppubblikat, l-offerent rebbieħ għandu jħallas il-miżata tal-konċessjoni għall-ammont, skont il-mod u sad-data speċifikata fil-kuntratt ta’ konċessjoni.

6.

Il-parteċipazzjoni fil-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni hija soġġetta għall-ħlas ta’ miżata għall-parteċipazzjoni ta’ HUF 7 000 000 (seba’ miljun forint) + VAT; dan l-ammont għandu jitħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

7.

Minbarra li jħallsu l-miżata għall-parteċipazzjoni, biex l-offerta tagħhom tkun valida l-offerenti għandhom jippreżentaw garanzija tal-offerta ta’ HUF 50 000 000 (ħamsin miljun forint) sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti, bħala garanzija li l-offerta hija vinkolanti. Il-garanzija tal-offerta mħallsa tkun konfiskata mill-Awtorità Kontraenti jekk l-offerent jirtira jew jekk l-offerent jikseb suċċess iżda mbagħad ma jikkonkludix il-kuntratt jew jonqos milli jħallas il-miżata tal-konċessjoni offruta, għall-ammont, skont il-mod u sad-data tal-iskadenza stipulata fil-kuntratt. Il-garanzija tal-offerta għandha titħallas skont il-mod speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

8.

L-aktar rata baxxa tar-royalty tal-minjieri pagabbli abbażi tal-kuntratt ta’ konċessjoni se tkun 16 % f’konformità mad-deċiżjoni tal-Ministru; fil-proċedura tal-offerti tista’ tiddaħħal offerta għal royalty ogħla tal-minjieri, li jekk ikun hemm qbil tiġi rreġistrata fil-kuntratt ta’ konċessjoni u għandha titħallas għad-durata tal-konċessjoni.

9.

Il-kundizzjonijiet legali, finanzjarji, tekniċi u kundizzjonijiet oħra u informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti jistgħu jinsabu fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

10.

Id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jista’ jinġabar sal-jum qabel id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti, fuq preżentazzjoni ta’ prova dokumentarja adegwata li l-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jkun tħallas. Ix-xerrej se jingħata ċertifikat f’ismu li jikkonferma li hu rċieva d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Meta jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, sabiex jiġi kkuntattjat u sabiex jirċievi l-informazzjoni, ix-xerrej għandu jippreżenta wkoll Skeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent tal-Konċessjoni, li tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) billi wieħed jikklikkja fuq l-opzjoni “Koncessziós pályázatok közzététele” (“Avviżi dwar l-offerti għall-konċessjonijiet”) fil-menu li jinżel imsejjaħ “Koncesszió” (“Konċessjonijiet”) u/jew mis-sit web tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

11.

Il-prezz tax-xiri tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti huwa ta’ HUF 100 000 (mitt elf forint) + VAT, li għandu jitħallas permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-messaġġ li jakkumpanja t-trasferiment għandu jiddikjara l-kodiċi BAZCHDV u l-isem tal-parti li qed tixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jistax jitħallas fi flus kontanti u mhuwiex rifondibbli, la parzjalment u lanqas b’mod sħiħ. Jekk id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti ma jiġix riċevut, il-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti jitħallas lura lill-pagatur fi żmien ħamest ijiem mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni.

L-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-prezz tax-xiri għad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u dwar ir-riċevuta tad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti tista’ titniżżel mis-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

12.

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati biss minn persuni li xtraw id-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti u li ħallsu kemm il-miżata tal-parteċipazzjoni u kemm il-garanzija tal-offerta. Jekk tiġi ppreżentata offerta konġunta, huwa biżżejjed li wieħed mill-offerenti jixtri d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

13.

L-offerti għandhom jiġu ppreżentati personalment fis-27 ta’ Settembru 2016 bejn l-10.00 u 12.00, bl-Ungeriż, kif speċifikat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti. Aktar informazzjoni dwar il-post tal-preżentazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija (www.mbfh.hu) u/jew tal-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali (www.kormany.hu/hu/nemzeti-fejlesztesi-miniszterium).

14.

Hekk kif l-offerta tiġi ppreżentata hija ssir vinkolanti fuq l-offerent u tibqa’ vinkolanti sakemm il-proċedura tal-offerti tispiċċa. L-offerenti ma jistgħux jeskludu r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità mal-offerta tagħhom.

15.

Il-Ministru jirriżerva d-dritt li jiddikjara li l-proċedura tal-offerti għall-konċessjoni ma kinitx ta’ suċċess. L-ebda pretensjoni li tirriżulta mill-proċedura tal-offerti li tkun ġiet iddikjarata li ma kinitx ta’ suċċess ma tista’ tiġi mressqa kontra l-Ministru, l-Istat Ungeriż rappreżentat mill-Ministru, jew il-Ministeru għall-Iżvilupp Nazzjonali bħala l-post tax-xogħol tal-Ministru.

16.

L-offerent rebbieħ jakkwista d-dritt esklussiv għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona magħżula għall-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni permezz tal-Kumpanija tal-Konċessjoni, imwaqqfa b’mod obbligatorju għal dak l-iskop. Ladarba d-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sit għax-xogħol tal-minjieri ssir finali u infurzabbli, id-dritt ta’ konċessjoni għaż-żona għall-prospettar ikun limitat għaż-żona tas-sit għax-xogħol tal-minjieri.

17.

Kull offerent jista’ jippreżenta offerta waħda biss.

18.

Il-limitu ta’ żmien għall-aġġudikazzjoni tal-offerti għall-konċessjoni: fi żmien 90 jum mid-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti.

19.

L-Awtorità Kontraenti se tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u mhi se tapplika l-ebda kriterju preferenzjali.

20.

Il-kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-offerta:

(I)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kontenut tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka soġġett għall-konċessjoni:

il-merti professjonali tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka (it-tfassil tal-programm li jimmira għall-prospettar massimu tal-idrokarburi);

id-durata ppjanata għar-riċerka;

l-impenn finanzjarju mwettaq fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Xogħol ta’ Riċerka;

kemm huma aġġornati s-soluzzjonijiet tekniċi previsti;

il-miżuri previsti għall-ħarsien tal-ambjent u l-prevenzjoni u tnaqqis ta’ ħsara matul ix-xogħol soġġett għall-konċessjoni;

kemm huwa previst malajr il-bidu tal-produzzjoni (skont il-liġi, f’inqas minn ħames snin).

(II)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-kapaċità tal-offerent li jwettaq il-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-kapaċità finanzjarja tal-offerent, id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa biex jiġi ffinanzjat ix-xogħol li għandu jitwettaq skont il-konċessjoni, u l-proporzjon ta’ dan kostitwit minn riżorsi proprji;

il-valur totali tax-xogħol imwettaq f’konnessjoni ma’ minjieri tal-idrokarburi fit-tliet snin ta’ qabel l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

(III)

Il-kriterji ta’ valutazzjoni relatati mal-obbligi ta’ pagament meħuda fil-kuntratt ta’ konċessjoni:

il-miżata netta tal-konċessjoni offruta meta mqabbla mal-miżata minima tal-konċessjoni stabbilita mill-Ministru;

l-ammont tar-royalty tal-minjieri offruta b’paragun mar-royalty minima tal-minjieri stabbilita mill-Ministru.

Il-kriterji tal-aġġudikazzjoni dettaljati u l-leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura tal-awtorizzazzjoni tax-xogħol ta’ konċessjoni u kif din għandha ssir u titlesta huma speċifikati fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

21.

Il-kuntratt ta’ konċessjoni

Il-kuntratt ta’ konċessjoni għandu jiġi konkluż fi żmien 90 jum wara li jitħabbar ir-riżultat. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-Ministru darba biss, b’massimu ta’ 60 jum.

L-offerent rebbieħ huwa intitolat li jwettaq l-attività ekonomika esklussiva kkontrollata mill-istat (il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi f’żona delimitata) permessa skont il-konċessjoni għad-durata tal-konċessjoni skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-kuntratt ta’ konċessjoni.

Meta jippreżentaw l-offerta, l-offerenti għandhom iqisu t-Taqsima 22/A(13) tal-Att dwar il-Minjieri, li tiddikjara li fil-każ tal-idrokarburi d-dritt tal-operatur tal-minjieri għall-prospettar jew il-permess tiegħu għall-prospettar jista’ jkopri total ta’ mhux aktar minn 15 000 km2 ta’ territorju għall-prospettar. Meta jiġi stabbilit it-territorju għall-prospettar, għandu jitqies ukoll it-territorju għall-prospettar tal-operatur tal-minjieri li jikkontrolla — skont it-tifsira tal-Kodiċi Ċivili — l-operatur tal-minjieri li jixtieq jikseb id-dritt jew il-permess għall-prospettar. Fil-każ ta’ offerti konġunti, kull wieħed mill-offerenti għandu jissodisfa dan il-kriterju individwalment.

L-abbozz tal-kuntratt ta’ konċessjoni huwa anness mad-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

22.

Wara li jinxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti, l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-offerti tista’ tintalab esklussivament bl-Ungeriż, bil-miktub, skont il-mod stipulat fid-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti; it-tweġibiet se jkunu disponibbli għall-partijiet kollha mill-Uffiċċju Ungeriż għall-Minjieri u l-Ġeoloġija permezz tal-indirizz tal-e-mail indikat fuq l-Iskeda għall-Identifikazzjoni tal-Offerent li ġiet ippreżentata meta nxtara d-Dokument tas-Sejħa għall-Offerti.

Budapest, il-5 ta’ April 2016.

Dr Miklós SESZTÁK

Ministru


(1)  Fid-data li fiha din l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti qiegħda tiġi ppubblikata, il-membru tal-Gvern responsabbli għas-sorveljanza tal-assi li huma proprjetà tal-istat u għall-minjieri huwa l-Ministru għall-Iżvilupp Nazzjonali f’konformità mat-Taqsima 109(3) u (5) tad-Digriet tal-Gvern Nru 152/2014 tas-6 ta’ Ġunju 2014 li jirregola d-dmirijiet u s-setgħat ta’ ċerti Ministri u membri tal-Gvern.


8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/7


Notifika mill-Italja dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 li tikkonċerna r-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku għall-ajruporti ta’ Milan Malpensa, Milan Linate u Orio al Serio (Bergamo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 204/03)

Skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (1), fit-23 ta’ April 2015 il-Kummissjoni rċeviet in-notifika mill-Italja ta’ abozz ta’ Digriet li jemenda d-Digriet Nru 15 tat-3 ta’ Marzu 2000 dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru fis-sistema tal-ajruporti ta’ Milan, kif emendat (2), u li jħassar id-Digriet Ministerjali Nru 395 tal-1 ta’ Ottubru 2014 (3).

Fis-17 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni kienet adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 deċiżjoni negattiva fir-rigward tad-Digriet Ministerjali Nru 395 tal-1 ta’ Ottubru 2014 (4) li emenda r-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku fis-sistema tal-ajruporti ta’ Milan (l-hekk imsejjah “Digriet Lupi”). Il-Kummissjoni sabet li, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Italja naqset milli tikkonsulta lill-partijiet interessati qabel ma mmodifikat ir-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku.

L-Italja għalhekk ippreparat u nnotifikat abbozz ta’ Digriet ġdid. L-abbozz tad-Digriet innotifikat, meta jiġi adottat u jidħol fis-seħħ, se jemenda r-regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku fis-sistema tal-ajruporti ta’ Milan bl-istess mod li għamel id-Digriet Lupi. Dan se jelimina kull limitazzjoni fl-ajruport ta’ Linate dwar l-għadd ta’ servizzi ta’ kuljum bir-ritorn lejn ajruporti tal-UE identifikati abbażi tal-volum ta’ traffiku tal-passiġġieri. Il-limitazzjonijiet dwar l-użu ta’ inġenji tal-ajru bi struttura dejqa (b’kuritur wieħed) u l-ħidma tal-konnessjonijiet skedati minn punt għal punt fl-ajruport ta’ Linate se jibqgħu fis-seħħ. Fl-istess ħin l-abbozz tad-Digriet innotifikat se jħassar id-Digriet Lupi.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom fi żmien 15-il ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni fl-indirizz:

Directorate-General for Mobility and Transport (Unit E4 internal market and airports)

European Commission

Office: DM24 05/84

1049 Brussels

BELGIUM

Email: Christophe.Dussart@ec.europa.eu


(1)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

(2)  Il-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 60 tat-13 ta’ Marzu 2000 u l-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 14 tat-18 ta’ Jannar 2001.

(3)  Il-Gazzetta Uffiċjali Taljana Nru 237 tal-11 ta’ Ottubru 2014.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 124.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8040 — Silver Lake Group/Cegid Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 204/04)

1.

Fl-1 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża The Carlyle Group L.P. (“Silver Lake” tal-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Cegid Group kollha kemm hi (“Cegid” ta’ Franza) permezz ta’ sejħa għall-offerti.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Silver Lake: investimenti privati f’kumpaniji fuq skala kbira fl-industriji tat-teknoloġija, fl-industriji bbażati fuq it-teknoloġija u fl-industriji tat-tkabbir relatati fuq bażi dinjija;

—   għal Cegid: l-għoti ta’ software tal-finanzi, tat-taxxa u tar-riżorsi umani għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, kif ukoll soluzzjonijiet tas-software vertikali u speċifiċi (pereż. għall-kontabilità u, sa ċertu punt, għall-ħwienet u l-manifattura).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8040 — Silver Lake Group/Cegid Group, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

8.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/9


Rettifika għall-Avviż għall-attenzjoni ta’ CHOE Kyong-song, CHOE Yong-ho, HONG Sung-Mu, JO Chun Ryong, JO Kyongchol, KIM Chun-sam, KIM Chun-sop, KIM Jong-gak, KIM Rak Kyom, KIM Won-hong, PAK Jong-chon, RI Jong-su, SON Chol-ju, YUN Jong-rin, PAK Yong-sik, HONG Yong Chil, RI Hak Chol, YUN Chang Hyok, CHU Kyu-Chang u PAEK Se-bong u l-Forzi tal-Missili Strateġiċi tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 182 tal-20 ta’ Mejju 2016 )

(2016/C 204/05)

It-test tal-avviż ippubblikat f’paġna 8 għandu jaqra kif ġej:

Avviż għall-attenzjoni ta’ CHOE Kyong-song, CHOE Yong-ho, HONG Sung-Mu, JO Chun Ryong, JO Kyongchol, KIM Chun-sam, KIM Chun-sop, KIM Jong-gak, KIM Rak Kyom, KIM Won-hong, PAK Jong-chon, RI Jong-su, SON Chol-ju, YUN Jong-rin, PAK Yong-sik, HONG Yong Chil, RI Hak Chol, YUN Chang Hyok, CHU Kyu-Chang u PAEK Se-bong u l-Forzi tal-Missili Strateġiċi tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK)

Bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/780 tad-19 ta’ Mejju 2016 (1), CHOE Kyong-song, CHOE Yong-ho, HONG Sung-Mu, JO Chun Ryong, JO Kyongchol, KIM Chun-sam, KIM Chun-sop, KIM Jong-gak, KIM Rak Kyom, KIM Won-hong, PAK Jong-chon, RI Jong-su, SON Chol-ju, YUN Jong-rin, PAK Yong-sik, HONG Yong Chil, RI Hak Chol, YUN Chang Hyok u l-Forzi tal-Missili Strateġiċi tar-RDPK ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 (2) li jimponi ċerti miżuri restrittivi kontra persuni jew entitajiet responsabbli mill-programmi tar-RDPK relatati mal-armamenti nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom. Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet għaż-żamma ta’ CHU Kyu-Chang u PAEK Se-bong fil-lista msemmija fl-Artikolu 6(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 ġew aġġornati.

1.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/CFSP tat-22 ta’ April 2013 (3) titlob lill-Unjoni sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni u entitajiet, kif imsemmijin fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/183/CFSP. Id-Deċiżjoni titlob ukoll lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux id-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta' dawk l-istess persuni.

Il-lista stabbilita mill-Kunsill tal-UE tinkludi persuni jew entitajiet responsabbli mill-programmi tar-RDPK relatati mal-armamenti nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

2.

Fid-19 ta' Mejju 2016, il-Kunsill iddeċieda li jżid lill-persuni CHOE Kyong-song, CHOE Yong-ho, HONG Sung-Mu, JO Chun Ryong, JO Kyongchol, KIM Chun-sam, KIM Chun-sop, KIM Jong-gak, KIM Rak Kyom, KIM Won-hong, PAK Jong-chon, RI Jong-su, SON Chol-ju, YUN Jong-rin, PAK Yong-sik, HONG Yong Chil, RI Hak Chol, YUN Chang Hyok, u l-entità Forzi tal-Missili Strateġiċi mal-lista. Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jissostitwixxi d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet li għalihom CHU Kyu-Chang u PAEK Se-bong għandhom jibqgħu fil-lista.

3.

Sabiex jiġu implimentati l-listi l-ġodda u tiġi implimentata d-dikjarazzjoni emendata tar-raġunijiet fil-każ ta' żewġ entraturi eżistenti, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/780 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 skont dan.

L-individwi u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni li jiġu elenkati jew li jinżammu fuq il-lista, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, lill-Kummissjoni Ewropea fuq dan l-indirizz:

European Commission

‘Restrictive measures’

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

4.

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/780 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

5.

Fl-aħħar nett, qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet elenkati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.”


(1)  ĠU L 131, 20.5.2016, p. 55.

(2)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.