ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 461

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
20 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 461/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ECB/2014/19)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 461/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7398 — Mirael/Ferrovial/NDH1) ( 1 )

10

2014/C 461/03

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.7292 — DEMB/Mondelēz/Charger OpCo) ( 1 )

11

2014/C 461/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7453 — Cutrale / Safra / Chiquita) ( 1 )

12

2014/C 461/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7413 — Cheung Kong Holdings/Mitsubishi Corporation/JV) ( 1 )

12

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 461/06

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

13

2014/C 461/07

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

15

2014/C 461/08

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

16

2014/C 461/09

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

17

2014/C 461/10

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

18

2014/C 461/11

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

19

2014/C 461/12

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2014 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

20

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 461/13

Rata tal-kambju tal-euro

21

2014/C 461/14

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/C 244/06 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma għall-2014 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea

22

2014/C 461/15

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

24

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 461/16

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġina mill-Indja

25

2014/C 461/17

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja

35

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 461/18

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7474 — QIA / BPP / Songbird) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

45

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 461/19

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar is-sistemi ta’ kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2014

dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ECB/2014/19)

(2014/C 461/01)

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ippreżenta lill-Kunsill Rakkomandazzjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ECB/2014/19) Fil-25 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill ikkonsulta l-Kummissjoni Ewropea dwar din ir-Rakkomandazzjoni.

2.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-inizjattiva tal-BĊE li jirrakkomanda li jsiru emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1) (ir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill), li jippermetti lill-Kunsill biex, fir-Regolament tas-Sanzjonijiet tiegħu, jieħu kont tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (2) (“ir-Regolament MSU”).

3.

Ir-Regolament MSU jagħti s-setgħa lill-BĊE li jimponi penali u sanzjonijiet fil-qasam superviżorju u fl-Artikolu 18 jirreferi għar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill. Billi dan tal-aħħar kien adottat qabel ir-Regolament MSU u kien immirat lejn il-qasam mhux superviżorju, il-Kummissjoni tappoġġja modifika ta’ dan ir-Regolament biex jinħoloq qafas legali komprensiv u ċar għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mill-BĊE fil-qasam superviżiv.

4.

Il-BĊE jirrakkomanda b’mod partikolari biex fir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill jiddaħħlu:

(1)

Artikolu 1a ġdid li jiddefinixxi xi prinċipji ġenerali li japplikaw għal penali amministrattivi imposti mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu u sanzjonijiet imposti fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu mhux superviżorji u li jispeċifikaw l-ambitu tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għalihom;

(2)

Artikoli ġodda 4a sa 4c fir-rigward tas-sistema applikabbli għal penali amministrattivi imposti mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu. L-iskop ta’ dawn l-artikoli l-ġodda huwa li tiġi stabbilita distinzjoni bejn is-sistema li tapplika għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu u d-dispożizzjonijiet applikabbli għal sanzjonijiet li l-BĊE jista’ jimponi fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu mhux ta’ superviżjoni. Dan biex jiġi żgurat li tkun tapplika sistema waħda fil-każ ta’ kull piena amministrattiva tal-BĊE imposta fil-qasam superviżorju, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll ir-regoli stipulati fir-Regolament MSU; u

(3)

Li jsiru emendi addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji u l-proċeduri li jirregolaw l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill ikunu kompatibbli ma’ dawk li jirregolaw l-impożizzjoni mill-BĊE ta’ penali amministrattivi fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu skont ir-Regolament MSU.

2.   KUMMENTI ĠENERALI

5.

Is-sanzjonijiet mill-BĊE jista’ jkollhom impatt maġġuri fuq l-operaturi tas-suq. Id-deċiżjonijiet ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet jistgħu wkoll jiġu kkontestati fi proċess ġuridiku. Għalhekk, ir-regoli li japplikaw għandhom ikunu ċari, konsistenti u jipprovdu ċertezza legali biex jiġi żgurat li l-operaturi tas-suq ikunu jafu r-regoli proċedurali u sostantivi applikabbli. Tali ċarezza, konsistenza u ċertezza legali hija importanti wkoll fir-rigward tal-interazzjoni ta’ atti ġuridiċi differenti.

6.

Peress li r-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill huwa bbażat fuq l-Art. 132(3) TFUE dan jista’ jittratta biss ksur tar-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE, u mhux ksur ta’ atti (oħra) direttament applikabbli tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk, l-emendi kollha rakkomandati li jkopru ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, għajr ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE, ma għandhomx jinżammu fir-Regolament tal-Kunsill.

7.

L-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament MSU, ir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (3) (“ir-Regolament Qafas tal-MSU”) jistħoqqilha li tiġi ulterjorment ikkjarifikata.

8.

F’dan il-kuntest huwa essenzjali wkoll li jiġi evitat li formulazzjonijiet differenti f’atti differenti jixħtu dubji fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet. Il-Kummissjoni tappella wkoll lill-BĊE biex jirrevoka, wara l-adozzjoni tal-emendi lir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill, kompletament jew parzjalment id-dispożizzjonijiet mir-Regolament Qafas tal-MSU li jkunu (kważi) identiċi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill emendati.

3.   KUMMENTI PARTIKOLARI

Kummenti dwar l-Artikolu 1(a) rakkomandat

9.

L-Artikolu 1a(1) rakkomandat jiddefinixxi l-ambitu tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill. Dan l-Artikolu jistipula li r-Regolament ikun japplika għall-impożizzjoni mill-BĊE ta’ sanzjonijiet fuq impriżi li jonqsu milli jħarsu l-obbligi li jirriżultaw minn regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet mod ieħor. L-espressjoni “ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor espressament” tirreferi għad-dispożizzjonijiet li jkunu japplikaw ukoll f’każ ta’ ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 6, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-Artikolu 1a(1) ikun ifformulat kif ġej.

“Dan ir-Regolament japplika għall-impożizzjoni mill-BĊE ta’ sanzjonijiet fuq impriżi li jonqsu milli jħarsu l-obbligi li jirriżultaw minn regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE.”

10.

Il-BĊE jirrakkomanda lill-Kunsill biex jiddaħħal l-Artikolu 1a(2) fir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill li jkollu l-objettiv li jikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli speċifiċi li jidderogaw mir-regoli tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill eżistenti. Għal deċiżjonijiet ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet barra mill-qasam superviżorju, id-dispożizzjonijiet eżistenti fir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill jibqgħu japplikaw.

11.

Għalkemm il-Kummissjoni tikkondividi l-objettiv tal-BĊE li jimmodifika r-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill biex jikkunsidra l-adozzjoni tar-Regolament MSU, il-Kummissjoni hija kkonċernata li din id-dispożizzjoni suġġerita mill-BĊE toħloq problemi addizzjonali. B’mod partikolari, l-Artikolu 1a(2) ta’ bħalissa, moqri flimkien mal-Artikolu 4b jista’ jiġi interpretat li jfisser li l-proċeduri eżistenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet mir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill ikunu japplikaw għall-impożizzjoni mill-BĊE ta’ penali pekunjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament. Dan ikun ifisser li l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jieħu deċiżjonijiet u ma jkun hemm previst l-ebda involviment tal-Bord ta’ Sorveljanza. Dan jiġi evitat jekk l-ambitu tal-emendi lir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill ikun ristrett għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE, li hija indispensabbli minħabba l-bażi ġuridika tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill.

12.

Peress li r-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill jista’ japplika biss għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE u mhux għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-Artikolu 1a(2) jiġi fformulat kif ġej:

“Ir-regoli li japplikaw għall-impożizzjoni mill-BĊE, fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilu mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013, ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE jidderoga mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 sa fejn stipulat fl-Artikoli 4a sa 4c.”

13.

Rigward il-pubblikazzjoni ta’ penali u sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-Artikolu 1a(3) rakkomandat jistipula li l-BĊE jista’ jippubblika kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali pekunjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fil-qasam superviżorju kif ukoll f’dak mhux superviżorju.

14.

Fid-dawl tal-bażijiet ġuridiċi tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill, l-ambitu tal-Artikolu dwar il-pubblikazzjoni jrid ikun ristrett sabiex ikun ikopri biss ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE.

15.

L-approċċ segwit mir-Rakkomandazzjoni dwar il-pubblikazzjoni mhux konsistenti mar-Regolament MSU. Skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament MSU “Il-BĊE għandu jippubblika kwalunkwe penali msemmija fil-paragrafu 1, jekk tkunx ġiet appellata jew le, fil-każijiet ta’ u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni” Din id-dispożizzjoni tapplika għall-pubblikazzjoni ta’ penali fil-każ ta’ ksur ta’ atti ġuridiċi tal-liġi tal-Unjoni direttament applikabbli (l-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU). Il-liġi rilevanti tal-Unjoni tkun b’mod partikolari l-Artikolu 68 ta’ CRD IV.

16.

La r-Regolament MSU, u lanqas ir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill ma fihom dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam superviżorju u dak mhux superviżorju. Il-Kummissjoni tappoġġa l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ pubblikazzjoni għal sanzjonijiet bħal dawn u tiffavorixxi approċċ li jkun konsistenti mas-sistema stabbilita fir-Regolament MSU għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament. Għalhekk il-Kummissjoni tissuġġerixxi li tinħoloq sistema ta’ pubblikazzjoni għal ksur ta’ deċiżjonijiet u regolamenti tal-BĊE li tkun identika għas-sistema għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament.

17.

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u jinħoloq qafas ċar u komprensiv għall-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur tar-regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE l-Artikolu 1a(3) jista’ jiġi fformulat kif ġej, filwaqt li jitqiesu kemm l-Artikolu 18(6) tar-Regolament MSU kif ukoll l-Artikolu 68 ta’ CRD IV.

“Mingħajr dewmien mhux dovut, il-BĊE jippubblika fuq il-websajt uffiċjali tiegħu kull deċiżjoni li timponi fuq impriża sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fil-qasam superviżorju kif ukoll f’dak mhux superviżorju. Il-pubblikazzjoni ssir wara li d-deċiżjoni tkun ġiet notifikata lill-impriża kkonċernata u tkun tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-impriża kkonċernata, sakemm il-pubblikazzjoni b’dan il-mod ma tkun la:

(a)

tippreġudika l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni kriminali li tkun tinsab għaddejja; u lanqas

(b)

tikkawża, safejn ikun jista’ jiġi stabbilit, xi danni sproporzjonati lill-entità kkonċernata.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali deċiżjonijiet ikunu ppubblikati fuq bażi anonima. Alternattivament, meta dawk iċ-ċirkustanzi aktarx ikunu ser jintemmu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni taħt dan il-paragrafu tista’ tiġi posposta għal dak il-perjodu ta’ żmien.

Jekk ikun hemm appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ deċiżjoni, il-BĊE, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblika wkoll fuq il-websajt uffiċjali tiegħu informazzjoni dwar l-istatus tal-appell inkwistjoni u l-eżitu tiegħu. Il-BĊE jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata skont dan il-paragrafu tibqa’ fuq il-websajt uffiċjali tiegħu għal mill-inqas ħames snin.”

18.

Fl-aħħar nett, billi l-Artikolu 132 tar-Regolament Qafas dwar l-MSU jipprevedi sistema ta’ publikazzjoni sħiħa għal deċiżjonijiet li jimponu fuq l-entitajiet ikkonċernati penali pekunjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam superviżorju, il-Kummissjoni tkun favur li jitħassar dan l-Artikolu mir-Regolament Qafas dwar l-MSU sa fejn dan ikun ikopri wkoll ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE, peress li, wara l-adozzjoni tal-Artikolu ta’ hawn fuq, ma jkun jibqagħlu l-ebda skop.

Kummenti dwar l-Artikolu 4a rakkomandat

19.

L-Artikolu 4a(1) rrakkomandat ikun joħloq regoli speċifiċi rigward il-limiti massimi ta’ sanzjonijiet li jkunu jistgħu jiġu imposti mill-BĊE f’każijiet ta’ ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu. Fil-każ tal-kompiti mhux superviżorji l-limiti massimi tar-Regolament tas-Sanzjonijiet eżistenti tal-Kunsill jibqgħu fis-seħħ, filwaqt li f’każ ta’ ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament il-limiti massimi huma definiti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU.

20.

Il-BĊE jirrakkomanda li għal ħlasijiet perjodiċi ta’ penali l-limitu massimu jkun ta’ 5 % tal-fatturat medju ta’ kuljum għal kull jum ta’ ksur. Fil-każ ta’ multi, il-livell massimu rakkomandat huwa ta’ 10 % tal-fatturat annwali totali. Dan tal-aħħar jikkorrispondi mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU. Madankollu, ma hemm l-ebda preċedent fir-Regolament MSU għall-perċentwali tal-5 % u r-rakkomandazzjoni tal-BĊE ma tispjegax għaliex għandha tintgħażel perċentwali differenti. Għaldaqstant, ir-raġunijiet għal din l-għażla għandhom mill-inqas jiġu spjegati fil-premessi tar-Regolament tal-Kunsill.

21.

L-Artikolu 4a(2) irrakkomandat jipprovdi definizzjoni ta’ fatturat annwali li ma tikkorrispondix mad-definizzjonijiet fl-Artikoli 18(1) tar-Regolament MSU u l-Artikolu 67(2)(e) ta’ CRD IV li japplikaw għall-impożizzjoni ta’ penali pekunjarji amministrattivi għall-ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament. Peress li tali definizzjonijiet diverġenti jistgħu jwasslu għal interpretazzjonijiet differenti, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li d-dispożizzjoni tkun konsistenti kemm mar-Regolament MSU kif ukoll mas-CRD IV:

“Għall-għanijiet tal-paragrafu 1: (a) ‘fatturat annwali totali’ tfisser il-fatturat nett annwali totali ta’ persuna ġuridika, inkluż l-introjtu gross li jkun jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu minn ishma u titoli oħra varjabbli jew ta’ redditu fiss, u kummissjonijiet jew miżati tal-impriza fis-sena ta’ negozju preċedenti. Meta l-impriza tkun sussidjarja ta’ impriża possedenti, l-introjtu gross relevanti jkun l-introjtu gross fis-sena ta’ negozju preċedenti li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati finanzjarji annwali tal-impriża possedenti aħħarija fil-grupp li jkun taħt superviżjoni tal-BĊE; (b) ‘fatturat medju ta’ kuljum’ tfisser il-fatturat annwali totali, kif definit f’(a) diviż b’365.”

Kummenti dwar l-Artikolu 4b rakkomandat

22.

L-objettiv tal-Artikolu 4b rakkomandat huwa li jiddefinixxi l-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-qasam superviżorju. Peress li dan ikun jidderoga mill-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-Regolament tas-Sanzjonijiet eżistenti tal-Kunsill ikun japplika biss f’każ ta’ ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE (l-Artikolu 18(7) tar-Regolament MSU) u mhux f’każ ta’ liġi tal-Unjoni direttament applikabbli (l-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU).

23.

Madankollu, il-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall-impożizzjoni mill-BĊE tal-penali amministrattivi kollha fil-qasam superviżorju hija stipulata fir-Regolament MSU (b’mod partikolari fl-Artikoli 26(8) u 24). Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma tara l-ebda mertu fil-ħolqien ta’ artikolu speċifiku li jittratta proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u b’hekk tissuġġerixxi li l-Artikolu 4b ikun fih sempliċement referenza dikjaratorja għar-Regolament MSU. Dan l-Artikolu jista’ jiġi fformulat kif ġej:

“B’deroga mill-Artikolu 3(1) sa (8), id-deċiżjonijiet tal-BĊE li jikkonċernaw ksur relatat mar-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam superviżorju jittieħdu skont il-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.”

24.

Għandu jiġi enfasizzat li interpretazzjoni tal-Artikolu 4b, jew bidliet għalih, li jkunu jimponu separazzjoni bejn poteri ta’ investigazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet permezz tal-ħolqien ta’, pereżempju, unità investigattiva fi ħdan il-BĊE ma jkunx ġuridikament meħtieġa. Deċiżjonijiet tal-BĊE ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet fil-qasam superviżorju huma suġġetti għall-ġuriżdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 261 TFUE f’rabta mal-Artikolu 5 tar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill peress li l-Artikolu 18(7) tar-Regolament MSU jirreferi għar-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill kollu, inkluż l-Artikolu 5 tiegħu. Barra minn dan il-Kummissjoni jkollha dubji serji fir-rigward tal-poter tal-Kunsill li jimponi tali rekwiżiti fir-rigward tal-organizzazzjoni interna tal-BĊE.

Kummenti dwar l-Artikolu 4c rakkomandat

25.

L-Artikolu 4c rakkomandat jistabbilixxi ċerti limiti ta’ żmien għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu. L-Artikolu rakkomandat ikun japplika fil-każ ta’ ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE. Fid-dawl tal-kummenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan l-artikolu m’għandux japplika għall-ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, għajr għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE. Il-limiti ta’ żmien għal deċiżjonijiet mhux superviżorji tal-BĊE huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament tas-Sanzjonijiet preżenti tal-Kunsill.

26.

Il-Kummissjoni tinnota li d-dispożizzjonijiet rakkomandati jikkoinċidu fil-biċċa l-kbira mal-Artikoli 130 u 131 tar-Regolament Qafas dwar l-MSU u li r-Rakkomandazzjoni tal-BĊE ma tipprovdix spjegazzjonijiet dwar l-interazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u għaliex, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ħafna dispożizzjonijiet identiċi għandhom ikunu parti minn żewġ strumenti legali differenti. Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jadotta d-dispożizzjonijiet rakkomandati, fil-fehma tal-Kummissjoni jkun importanti li jitħassru l-Artikoli 130 u 131 tar-Regolament Qafas dwar l-MSU sa fejn dawn ikopru ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE.

27.

Fir-rigward tal-mertu, l-Artikolu 4(c) huwa ovvjament ibbażat fuq l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (4), iżda f’numru ta’ każijiet l-abbozzar għandu jittejjeb. L-ewwel nett, fil-paragrafu 1, “kontinwat” għandha tiġi sostitwita bi “ksur permanenti jew ripetut”, anke biex jiġu evitati d-diskussjonijiet dwar sitwazzjonijiet marġinali. Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 4c(1) għandu jiġi fformulat kif ġej:

“B’deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li timponi sanzjoni dwar il-ksur ta’ deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur permanenti jew ripetut, ħames snin wara li l-ksur ikun intemm.”

28.

It-tieni, l-Artikolu 4c(2) jorbot l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni ma’ “kull azzjoni” tal-BĊE li tiġi nnotifikat lill-entità taħt superviżjoni. Il-kunċett ta’ “kull azzjoni” hu madankollu pjuttost impreċiż, peress li jkun jidher li kull miżura meħuda fil-qasam superviżorju tista’ titqies bħala “azzjoni” fis-sens ta’ dan il-paragrafu. Anki l-kunċett ta’ “notifika” mhuwiex definit fir-Regolament, li tista’ twassal għal aktar inċertezza legali. Fil-veduta tal-Kummissjoni l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni għandha tkun marbuta ma’ mument oġġettiv li jkun jista’ jiġi identifikat b’mod ċar. Dan pereżempju jista’ jkun il-ftuħ ta’ proċedura ta’ ksur jew il-ftuħ formali ta’ investigazzjoni li tkun notifikata lill-impriża kkonċernata. Dan mhux biss jipprovdi aktar ċertezza legali għall-impriżi, iżda wkoll għall-BĊE stess.

29.

L-intenzjoni tal-Artikolu 4c(3) hija li jiġi żgurat li f’ċerti sitwazzjonijiet, il-preskrizzjoni fl-Artikolu 4c tiġi awtomatikament estiża. Madankollu, parti mid-dispożizzjoni jidher li tissuġġerixxi li għandha tittieħed deċiżjoni li testendu l-limiti ta’ żmien. L-abbozzar tad-dispożizzjoni għandu għalhekk jiġi ċċarat.

“Il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jiġu awtomatikament imtawla jekk: (a) deċiżjoni tal-BĊE tkun soġġetta għal rieżami quddiem il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew għal kontestazzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jew (b) ikun hemm proċedimenti kriminali pendenti kontra l-impriża kkonċernata in konnessjoni mal-istess fatti. F’każ bħal dan, il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jiġu estiżi għall-perjodu ta’ żmien li jkun hemm bżonn biex il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew il-Qorti tal-Ġustizzja jikkonkludu l-proċedimenti jew sal-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali kontra l-impriża kkonċernata.”

30.

L-Artikolu 4c(4) rakkomandati jirregola l-limiti ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tal-ħlas jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħlas. Bħal fl-Artikolu 4c(2) issir referenza għal “kull azzjoni” mill-BĊE li tista’ twassal għal interruzzjoni tal-preskrizzjoni. Ma hi meħtieġa l-ebda notifika lill-impriża kkonċernata biex il-preskrizzjoni tiġi estiża. Hawnhekk ukoll l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni għandha tkun marbuta ma’ aktar kriterji oġġettivi li jiżguraw iċ-ċertezza legali, kemm għall-impriżi kif ukoll il-BĊE.

31.

Barra minn hekk, id-dispożizzjoni għandha tiġi ristrutturata sabiex tinħoloq ordni loġika. L-ewwel nett għandha tistipula liema hu l-perjodu ta’ preskrizzjoni u meta dan il-perjodu jibda jiddekorri u jkun biss wara li jiġi stipulat f’liema sitwazzjoni l-preskrizzjoni tiġi interrotta. Il-Kummissjoni għalhekk tissuġġerixxi li l-Artikolu 4c(4) jiġi fformulat kif ġej:

“Id-dritt tal-BĊE li jeżegwixxi deċiżjoni li timponi sanzjoni jiskadi ħames snin wara li tkun għaddiet l-iskadenza għall-ħlas tas-sanzjoni imposta. Kull azzjoni tal-BĊE bl-intenzjoni li teżegwixxi ħlas jew termini u kundizzjonijiet ta’ ħlas skont is-sanzjoni imposta tikkawża interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-eżekuzzjoni. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet jiġi sospiz jekk l-eżekuzzjoni minnu tal-ħlas jiġi sospiż b’deċiżjoni tal-BĊE jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.”

32.

Il-premessi għandhom jiġu adattati f’konformità mal-bidliet proposti fl-Artikoli tar-Regolament irrakkomandat.

4.   KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni b’dan tiddeċiedi li tagħti opinjoni favorevoli dwar l-emendi rakkomandati lir-Regolament tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill, soġġett għall-bidliet imfissra fil-punti 6, 7, 9, 12, 14, 17, 20, 21, 23, 26, 27, 28, 29, 30, 31 u 32 ta’ din l-opinjoni. Fl-anness ta’ din l-opinjoni l-emendi proposti mill-Kummissjoni huma pprovduti f’forma ta’ tabella. Din it-tabella għandha tinqara flimkien mat-test ta’ dawn il-konklużjonijiet.

Din l-opinjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Jonathan HILL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(2)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(3)  ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.

(4)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


ANNESS

PROPOSTI TA’ ABBBOZZAR

Artikolu

Test rakkomandat mill-BĊE

Emendi proposti mill-Kummissjoni

1a (1)

1.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impożizzjoni mill-BĊE ta’ sanzjonijiet fuq impriżi għal nuqqas ta’ konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjonijiet jew regolamenti tal-BĊE, ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor espressament.

1.

Dan ir-Regolament japplika għall-impożizzjoni mill-BĊE ta’ sanzjonijiet fuq impriżi li jonqsu milli jħarsu l-obbligi li jirriżultaw minn regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE.

1a (2)

2.

Ir-regoli li japplikaw għall-impożizzjoni mill-BĊE, fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, ta’ penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE (iktar ‘il quddiem imsejħa konġuntament “penali amministrattivi”) għandhom jidderogaw mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 sal-punt stabbilit fl-Artikoli 4a sa 4c.

2.

Ir-regoli li japplikaw għall-impożizzjoni mill-BĊE, fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilu mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013, ta’ sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE jidderogaw mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 sa fejn stipulat fl-Artikoli 4a sa 4c.

1a (3)

3.

Il-BĊE jista’ jippubblika kull deċiżjoni li timponi fuq impriża penali finanzjarji amministrattivi għal ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fl-oqsma superviżorji u mhux superviżorji, kemm jekk tali deċiżjoni tkun ġiet appellata jew le. Il-BĊE għandu jwettaq tali pubblikazzjoni b’mod konformi mal-liġi tal-Unjoni relevanti, irrispettivament minn kwalunkwe liġi jew regolament nazzjonali u, fejn il-liġi tal-Unjoni relevanti tkun komposta minn Direttivi, minn kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi dawk id-Direttivi.

3.

Mingħajr dewmien mhux dovut, il-BĊE jippubblika fuq il-websajt uffiċjali tiegħu kull deċiżjoni li timponi fuq impriża sanzjonijiet għal ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, kemm fil-qasam superviżorju kif ukoll f’dak mhux superviżorju. Il-pubblikazzjoni ssir wara li d-deċiżjoni tkun ġiet notifikata lill-impriża kkonċernata u tkun tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-impriża kkonċernata, sakemm il-pubblikazzjoni b’dan il-mod ma tkun la:

(a)

tippreġudika l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni kriminali li tkun tinsab għaddejja; u lanqas

(b)

tikkawża, safejn ikun jista’ jiġi stabbilit, xi danni sproporzjonati lill-entità kkonċernata.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali deċiżjonijiet ikunu ppubblikati fuq bażi anonima. Alternattivament, meta dawk iċ-ċirkustanzi aktarx ikunu ser jintemmu f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni taħt dan il-paragrafu tista’ tiġi posposta għal dak il-perijodu ta’ żmien.

Jekk ikun hemm appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ deċiżjoni, il-BĊE, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblika wkoll fuq il-websajt uffiċjali tiegħu informazzjoni dwar l-istatus tal-appell inkwistjoni u l-eżitu tiegħu. Il-BĊE jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata skont dan il-paragrafu tibqa’ fuq il-websajt uffiċjali tiegħu għal mill-inqas ħames snin.

4 a (2)

2.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1: (a) “fatturat annwali” tfisser il-fatturat annwali ta’ persuna ġuridika, kif iddefinit fil-liġi tal-Unjoni relevanti, skont il-kontijiet finanzjarji annwali l-aktar reċenti li jkunu disponibbli ta’ dik il-persuna. Meta l-impriża tkun sussidjarja ta’ impriża parent, il-fatturat totali annwali relevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kontijiet finanzjarji annwali kkonsolidati l-aktar reċenti li jkunu disponibbli tal-impriża parent finali fil-grupp li jkun taħt is-superviżjoni tal-BĊE; (b) “fatturat medju ta’ kuljum” ifisser il-fatturat annwali, kif iddefinit taħt (a) iktar ‘il quddiem, diviż bi 365.

2.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1: (a) “fatturat annwali totali” tfisser il-fatturat nett annwali totali ta’ persuna ġuridika, inkluż l-introjtu gross li jkun jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu minn ishma u titoli oħra varjabbli jew ta’ redditu fiss, u kummissjonijiet jew miżati tal-impriza fis-sena ta’ negozju preċedenti. Meta l-impriza tkun sussidjarja ta’ impriża possedenti, l-introjtu gross relevanti jkun l-introjtu gross fis-sena ta’ negozju preċedenti li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati finanzjarji annwali tal-impriża possedenti aħħarija fil-grupp li jkun taħt superviżjoni tal-BĊE; (b) “fatturat medju ta’ kuljum” tfisser il-fatturat annwali totali, kif definit f’(a) diviż b’365.

4b (1)

1.

B’deroga mill-Artikolu 3(1) sa (8), ir-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal ksur relatat ma’ deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu.

2.

Wara li tkun twettqet il-proċedura ta’ ksur skont ir-regoli li għandhom jiġu stipulati mill-BĊE b’mod konformi mal-Artikolu 6(2), il-Bord Superviżorju għandu jipproponi lill-Kunsill Governattiv abbozz ta’ deċiżjoni sħiħ sabiex jimponi sanzjoni fuq l-impriża kkonċernata, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Qabel is-sottomissjoni mill-Bord Superviżorju ta’ abbozz ta’ deċiżjoni sħiħ lill-Kunsill Governattiv, għandha ssir seduta fir-rigward tal-ksur allegat tal-impriża.

3.

L-impriża kkonċernata għandha jkollha d-dritt li titlob rieżami mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami tad-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Governattiv skont il-paragrafu 2, b’mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

B’deroga mill-Artikolu 3(1) sa (8), id-deċiżjonijiet tal-BĊE li jikkonċernaw ksur relatati mar-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam superviżorju jittieħdu skont il-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

4c (1)

1.

B’deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva, fir-rigward ta’ ksur relatat ma’ atti relevanti tal-liġi tal-Unjoni li jkunu applikabbli direttament kif ukoll deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwat, ħames snin wara li jkun intemm il-ksur.

1.

B’deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li timponi sanzjoni dwar il-ksur ta’ deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, ħames snin wara li l-ksur ikun intemm.

4c (3)

3.

Il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jistgħu jiġu estiżi jekk: (a) deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tkun soġġetta għal reviżjoni quddiem il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew proċedimenti ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jew (b) ikun hemm proċedimenti kriminali pendenti kontra l-impriża kkonċernata in konnessjoni mal-istess fatti. F’każ bħal dan, il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti għandhom jiġu estiżi għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex isir rieżami tad-deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew mill-Qorti tal-Ġustizzjajew sakemm jiġu konklużi l-proċeduri kriminali kontra l-impriża kkonċernata.

3.

Il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jiġu awtomatikament imtawla jekk: (a) deċiżjoni tal-BĊE tkun soġġetta għal rieżami quddiem il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew għal kontestazzjoni legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jew (b) ikun hemm proċedimenti kriminali pendenti kontra l-impriża kkonċernata in konnessjoni mal-istess fatti. F’każ bħal dan, il-limiti ta’ żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jiġu estiżi għall-perjodu ta’ żmien li jkun hemm bżonn biex il-Bord Amministrattiv ta’ Rieżami jew il-Qorti tal-Ġustizzja jikkonkludu l-proċedimenti jew sal-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali kontra l-impriża kkonċernata.

4c (4)

4.

Kull azzjoni tal-BĊE li tkun ddisinjata biex tinforza l-ħlas jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħlas taħt il-penali amministrattiva imposta għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar. Id-dritt tal-BĊE li jinforza deċiżjoni għall-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva għandu jiskadi ħames snin wara li tkun ittieħdet tali deċiżjoni. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali amministrattivi għandu jkun sospiż:

(a)

Sakemm tkun għaddiet l-iskadenza għall-ħlas tal-penali amministrattiva imposta;

(b)

jekk l-infurzar ta’ ħlas tal-penali amministrattiva imposta jkun sospiż skont deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.

4.

Id-dritt tal-BĊE li jeżegwixxi deċiżjoni li timponi sanzjoni jiskadi ħames snin wara li tkun għaddiet l-iskadenza għall-ħlas tas-sanzjoni imposta. Kull azzjoni tal-BĊE bl-intenzjoni li teżegwixxi ħlas jew termini u kundizzjonijiet ta’ ħlas skont is-sanzjoni imposta tikkawża interruzzjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet jiġi sospiz jekk l-eżekuzzjoni minnu tal-ħlas jiġi sospiż skont deċiżjoni tal-BĊE jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7398 — Mirael/Ferrovial/NDH1)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 461/02)

Fid-19 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7398. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/11


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.7292 — DEMB/Mondelēz/Charger OpCo)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 461/03)

Fil-15 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.7292 — DEMB/Mondelēz/Charger OpCo, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7453 — Cutrale / Safra / Chiquita)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 461/04)

Fis-16 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7453. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7413 — Cheung Kong Holdings/Mitsubishi Corporation/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 461/05)

Fil-15 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7413. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

(2014/C 461/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

fit-28 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (1),

il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3),

minħabba l-ħtieġa li tiġi adottata pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz il-ġdid ta’ baġit mill-iktar fis possibbli bil-ħsieb li jiġi adottat b’mod definittiv baġit qabel il-bidu tas-sena finanzjarja 2015, b’hekk tkun żgurata l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni, huwa ġustifikat li, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta’ għaxart ijiem previst sabiex il-punt jitqiegħed fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz il-ġdid ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ġiet adottata mill-Kunsill fit-12 ta’ Diċembru 2014.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNIN


(1)  COM(2014) 723 final.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2014/C 461/07)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 kien adottat definittivament fl-20 ta’ Novembru 2013 (2),

fit-2 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ġiet adottata fit-12 ta’ Diċembru 2014.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96, ĠU L 124, 25.4.2014, p. 30 u ĠU L 322, 7.11.2014, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2014/C 461/08)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EuratomEuratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 kien adottat definittivament fl-20 ta’ Novembru 2013 (2),

fid-9 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

fis-16 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha ittra ta’ emenda għall-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġiet adottata fit-12 ta’ Diċembru 2014.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96, ĠU L 124, 25.4.2014, p. 30 u ĠU L 322, 7.11.2014, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2014/C 461/09)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 kien adottat definittivament fl-20 ta’ Novembru 2013 (2),

fit-8 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ġiet adottata fit-12 ta’ Diċembru 2014.

Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b’rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96, ĠU L 124, 25.4.2014, p. 30 u ĠU L 322, 7.11.2014, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2014/C 461/10)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 kien adottat definittivament fl-20 ta' Novembru 2013 (2),

fis-17 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

fl-4 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha ittra ta' emenda għall-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta' emenda, ġiet adottata fit-12 ta' Diċembru 2014.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b'rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96, OJ L 124, 25.4.2014, p. 30 u ĠU L 322, 7.11.2014, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2014/C 461/11)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 kien adottat definittivament fl-20 ta' Novembru 2013 (2),

fis-17 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ġiet adottata fit-12 ta' Diċembru 2014.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b'rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96, ĠU L 124, 25.4.2014, p. 30 u ĠU L 322, 7.11.2014, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Diċembru 2014

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2014/C 461/12)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014 kien adottat definittivament fl-20 ta' Novembru 2013 (2),

fit-28 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2014,

minħabba l-fatt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit ġenerali għall-2014 jeħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien, huwa ġġustifikat li jitqassar, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, il-perijodu ta' tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem previst biex il-punt jitpoġġa fuq l-aġenda proviżorja tal-Kunsill, stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ġiet adottata fit-12 ta' Diċembru 2014.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GIANNINI


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1, b'rettifika fil-ĠU L 111, 15.4.2014, p. 96, ĠU L 124, 25.4.2014, p. 30 u ĠU L 322, 7.11.2014, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/21


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Diċembru 2014

(2014/C 461/13)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2279

JPY

Yen Ġappuniż

146,41

DKK

Krona Daniża

7,4391

GBP

Lira Sterlina

0,78470

SEK

Krona Żvediża

9,4624

CHF

Frank Żvizzeru

1,2039

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0145

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,636

HUF

Forint Ungeriż

316,45

LTL

Litas Litwan

3,45280

PLN

Zloty Pollakk

4,2738

RON

Leu Rumen

4,4738

TRY

Lira Turka

2,8552

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5012

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4239

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5233

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5789

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6147

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 349,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2467

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6400

HRK

Kuna Kroata

7,6660

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 254,85

MYR

Ringgit Malażjan

4,2668

PHP

Peso Filippin

54,937

RUB

Rouble Russu

73,4223

THB

Baht Tajlandiż

40,361

BRL

Real Brażiljan

3,2525

MXN

Peso Messikan

17,8389

INR

Rupi Indjan

77,7322


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/22


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/C 244/06 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma għall-2014 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 461/14)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 84(2) tiegħu.

Billi:

(1)

L-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-kompiti u r-responsabbilitajiet tal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea (UE).

(2)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE ippreżentaw il-programmi ta’ ħidma tagħhom għas-sena 2015. Dawk il-programmi ta’ ħidma jikkonformaw mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-programm ta’ ħidma attwali tal-Kummissjoni.

(3)

Minħabba s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-2014, b’mod partikolari fil-każ tat-TSEs u l-mard relatat mal-fond ta’ emerġenza, l-ammonti allokati fil-baġit ma kinux kompletament allokati.

(4)

B’konsegwenza ta’ dan, l-approprjazzjonijiet li kien għad baqa’ mill-2014 jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw il-programmi ta’ ħidma tal-2015 tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-UE.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Modifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/C 244/06

1.   Fit-titolu tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/C 244/06, “għas-sena 2015” tinbidel b’“għas-sena 2014”.

2.   Fil-premessa (2), “il-programm ta’ ħidma għall-2015” tinbidel b’“il-programm ta’ ħidma għall-2014”.

3.   Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, “2015” tinbidel b’“2014”.

4.   L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-kontribuzzjoni massima għall-implimentazzjoni tal-programm għall-2014 mill-benefiċjarji fl-2015 ġiet iffissata għal EUR 15 500 000 u għandha tiġi ffinanzjata mil-linja li ġejja tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2014: 17.0403.”

Artikolu 2

Modifika tad-Anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/C 244/06

1.   Fit-titolu tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/C 244/06, “il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2015” tinbidel b’“il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2014” u “Laboratorji ta’ Referenza tal-UE – Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2015” tinbidel b’“Laboratorji ta’ Referenza tal-UE – Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2014”.

2.   Fil-punt 1.1. Introduzzjoni, it-tieni linja tal-ewwel paragrafu, “għas-sena 2015” titħassar.

3.   Fil-punt 1.5. Prijoritajiet, it-tielet paragrafu, “mhux biss għas-sena 2015” tinbidel b’“mhux biss għas-sena 2014”.

4.   Fil-punt 1.7. Kriterji essenzjali, fir-rigward tal-Kriterji tal-għoti, “Il-konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-programm ta’ ħidma preżenti tal-Kummissjoni għas-sena 2015.” tinbidel b’“Il-konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet ta’ dan il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għas-sena 2014.”.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/24


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 461/15)

Deċiżjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu tar-reviżjoni

Raġunijiet tad-deċiżjoni

C(2014) 9676

It-18 ta’ Diċembru 2014

Ftalat tad-dibutil (DBP)

Nru KE 201-557-4

Nru CAS 84-74-2

Sasol-Huntsman GmbH & Co. KG

Römerstrasse 733

47443 Moers, DEUTSCHLAND

REACH/14/2/0

L-użu tad-DBP bħala solvent ta’ assorbiment f’sistema magħluqa fil-manifattura tal-anidride malejka (MA)

il-21 ta’ Frar 2027

Ir-riskju hu kkontrollat kif xieraq skont l-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Bħalissa ma jeżistux alternattivi xierqa.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hi ppubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/chemicals/reach/authorisation/index_en.htm


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/25


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż li joriġina mill-Indja

(2014/C 461/16)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ siliko-manganiż, li joriġina mill-Indja, qegħdin ikunu l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qegħdin jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fl-10 ta’ Novembru 2014 mill-Comité de Liaison des Industries de Ferro-Alliages (“Euroalliages” jew “l-ilmentatur”) f’isem tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ siliko-manganiż.

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa siliko-manganiż (inkluż il-ferro-siliko-manganiż), minn hawn ‘il quddiem “il-prodott investigat”.

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott allegatament oġġett ta’ dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċijiet NM ex 7202 30 00 u ex 8111 00 11. Dawn il-kodiċijiet NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping mill-Indja hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovda l-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livelli ta’ prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni bir-riżultat ta’ effetti sostanzjali mhux mixtieqa fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u l-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott investigat u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

(a)   Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Indja li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-Indja u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-Indja u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-Indja, jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament Bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping jridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni se teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni ta’ dumping individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma jkunx jippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (4)  (5)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott investigat, importat mill-Indja lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, li huma involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex investigati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-Anness II ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Biex tikseb tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lil produtturi tal-Unjoni magħrufa u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni, jiġifieri lil:

Eramet Comilog

OFZ a.s. Istebné

Italghisa S.p.A

Ferroatlantica S.L.

Comité de Liaison des Industries de Ferro-Alliages (Euroalliages)

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fl-Unjoni li ssemmew hawn fuq iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta’ produtturi fl-Unjoni li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, sabiex tinstema’ t-talba trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.

L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u/jew id-dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għaliha jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (6).

Il-partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u tal-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skenjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku dwar kwistjonijiet ta’ Ħsara: TRADE-AD-SIMN-INJURY@ec.europa.eu

Indirizz elettroniku għal kwistjonijiet ta’ Dumping: TRADE-AD-SIMN-DUMPING@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata m’għandhiex titqies li tikkostitwixxi nonkoperazzjoni, sakemm dik il-parti interessata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/index_en.htm

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Trattament tad-dejta personali:

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (7).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġini stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrbu.

(4)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha 5 % jew aktar tal-istokk jew ishma maħruġa bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom, direttament jew indirettament, tikkontrolla lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(6)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Image


ANNESS II

Image

Image


20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/35


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja

(2014/C 461/17)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġina fl-Indja, huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qed joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fl-10 ta’ Novembru 2014 minn Saint-Gobain PAM, Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH and Saint-Gobain PAM España S.A. (“l-ilmentaturi”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tat-tubi u l-pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali).

2.   Il-prodott investigat

Il-prodott suġġett għall-investigazzjoni huwa tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-prodott investigat”.

3.   L-allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7303 00 10 u ex 7303 00 90. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

L-allegazzjoni ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrik) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Abbażi ta’ dan, il-marġini ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   L-allegazzjoni tal-ħsara u l-kawżalità

L-ilmentaturi pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li ngħatat mill-ilmentaturi turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u s-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott investigat u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping

Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mħeġġa biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

(a)   Kampjunar

Minħabba li jista’ jkun hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-Anness I ma’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż kkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-produtturi esportaturi li ntgħażlu fil-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.

Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima (b) ta’ hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (3).

(b)   Marġni individwali ta’ dumping għall-kumpaniji li ma jiġux inklużi fil-kampjun

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġini ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni individwali ta’ dumping iridu jitolbu kwestjonarju u jirritornawh mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kummissjoni teżamina jekk dawn jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni tad-dumping individwali għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni tad-dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma jkunx jippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

5.1.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (4)  (5)

Importaturi tal-prodott investigat li mhumiex relatati mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba li jista’ jkun hemm għadd kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati, involuti f’dan il-proċediment, u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati, għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b’dan jintalbu biex jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-Anness II ma’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.2.    Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara u l-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Id-determinazzjoni tal-ħsara tissejjes fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżaminazzjoni oġġettiva tal-volum tal-importazzjonijiet li jkunu oġġett ta’ dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u konsegwentement l-impatt ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat huma mħeġġa biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Biex tikseb tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lil produtturi jew rappreżentanti tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa u lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi tal-Unjoni, jiġifieri lil:

Saint-Gobain PAM

Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH

Saint-Gobain PAM España S.A.

Duktus Rohrsysteme Wetzlar GmbH

Tiroler Rohre GmbH

Jindal Saw Italia SPA

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fl-Unjoni msemmija fuq iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-Unjoni li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.

5.3.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara kkawżata minnu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tkunx fl-interess tal-Unjoni. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mħeġġa biex jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom qabel il-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format ħieles inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan imħeġġa biex juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f”Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha li ppreżentaw ruħhom qabel l-iskadenzai speċifikati fuq jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għaliex tkun qiegħda ssir. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li huma marbutin mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Struzzjonijiet dwar kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u kif għandhom jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni u/jew id-dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (6).

Il-partijiet interessati li jagħtu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mħeġġa jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skenjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jaħdem u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku

:

TRADE-DCIT-INDIA-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-DCIT-INDIA-INJURY@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata m’għandhiex titqies li tikkostitwixxi nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm dik il-parti interessata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f’piż żejjed jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina mill-ġdid it-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim li jirrigwarda l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li huma marbutin mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta se jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta ta’ kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara d-divulgazzjoni tal-konklużjonijiet provviżorji.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Trade: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   Ipproċessar ta’ dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (7).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li jipproduċi u jesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott investigat.

(3)  B’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġini stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku se jitwarrbu.

(4)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament hija s-sid, tikkontrolla jew ikollha fil-pussess tagħha 5 % jew aktar tal-istokk jew ishma maħruġa bid-dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom, direttament jew indirettament, tikkontrolla lill-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien, direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk ulied tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(5)  Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll biex jiġu eżaminati aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.

(6)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS I

Image

Image


ANNESS II

Image

Image


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/45


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7474 — QIA / BPP / Songbird)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 461/18)

1.

Fil-15 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Qatar Investment Authority (“QIA”, il-Qatar) u Brookfield Property Partners LP (“BPP”, Bermuda) jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Songbird Estates plc (“Songbird”, ir-Renju Unit) permezz ta' sejħa pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

QIA hija l-fond ta’ investiment sovran tal-Istat tal-Qatar.

BPP hija kkontrollata unikament minn Brookfield Asset Management Inc (Canada), li hija kumpanija tal-ġestjoni tal-assi alternattiva li tiffoka fuq investrimenti fil-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata.

Songbird hija l-kumpanija ewlenija ta' Canary Wharf Group plc, li hija attiva fl-iżvilupp, l-investiment u l-ġestjoni tal-proprjetà f'Londra, primarjament fiż-żona ta' Canary Wharf.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7474 — QIA / BPP / Songbird, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/46


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar is-sistemi ta’ kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 461/19)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li l-applikazzjoni tiġi opposta skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2).

“PASTEL DE CHAVES”

Nru tal-KE: PT-PGI-0005-1126-2.7.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Pastel de Chaves”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Portugall

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. Ħobż, pasti, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

“Pastel de Chaves” huwa prodott tal-għaġina b’forma ta’ nofs qamar li jikkonsisti minn saffi irqaq ta’ għaġina tal-isfoll mimlijin bi preparazzjoni speċjali ta’ kkapuljat tal-vitella. Jista’ jinstab f’żewġ daqsijiet differenti, imsajjar jew iffriżat minn qabel u għandu l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi li ġejjin

Tabella 1

Karatteristiċi Fiżiċi: valuri minimi u massimi għaż-żewġ daqsijiet differenti ta’ “Pastel de Chaves”

 

Pastel de Chaves

Pastel de Chaves

aperitivo

Min.

Mass

Min.

Mass

Tul (cm)

12

14

8

9

Wisa’ (cm)

6

8,5

5

6

Għoli (cm)

3

4,5

2

3

Piż (grammi)

60

90

20

30


Tabella 2

Karatteristiċi organolettiċi

Dehra minn barra

Għaġina tal-isfoll b’forma ta’ nofs qamar bil-wiċċ ta’ fuq tagħha li jogħla fuq quddiem fejn l-għaġina tinqasam waqt li tinħema. Wara li tinħema lewnha jvarja minn isfar maħruq sa isfar dehbi.

Dehra minn ġewwa

Meta tinqata’ minn fuq għal isfel tidher li hija magħmula minn saffi rqaq ħafna u dan jagħtiha dehra ta’ saffi fini fuq xulxin. Il-parti ta’ fuq tal-għaġina hija ta’ lewn isfar dehbi u tikkuntrasta mal-parti t’isfel, li hija naqra umda u skura minħabba l-ikkapuljat. Il-mili tan-nofs fih ħafna ingredjenti differenti, fosthom biċċiet tal-laħam u basal.

Għamla

Għaġina tal-isfoll soda u li tqarmeċ li tikkuntrasta ħafna mal-mili li huwa artab, umdu, immerraq u jdub fil-ħalq.

Togħma

Fis-sajran il-meraq tal-ikkapuljat tal-vitella jerħi fl-għaġina u jagħti lill-prodott finali t-togħma u l-aroma karatteristika tiegħu. Fil-ħalq l-għaġina tal-isfoll tqarqaċ u fl-istess ħin hija zejtnija u ddub malajr u l-mili huwa artab, żejtni, umdu u aromatiku, bit-togħma tal-vitella, taż-żejt taż-żebbuġa u tal-basal li jintgħemu.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.4.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata

It-tħejjija tal-mili

Il-kompetenza u l-esperjenza tal-furnar huma fundamentali fl-istadju ta’ meta l-mili jilħaq l-aqwa grad ta’ rtubija u tal-għaqda tal-ingredjenti, u dan jissejjes fuq l-għarfien tal-furnar.

Preparazzjoni tal-għaġina, iż-żieda tal-mili u l-forma finali tal-għaġina

Dawn il-proċeduri juru biċ-ċar il-ħila tal-furnara peress li tinħtieġ sengħa kbira u ħeffa tal-id biex tinkiseb il-forma tan-nofs qamar tal-għaġina tal-istess daqs, b’dik id-dehra ta’ saffi fini u dik l-għamla soda u li tqarmeċ li huma karatteristiċi ta’ dan il-prodott.

Iffriżar minn qabel

Ġaladarba f-forom tan-nofs qamar jitlestew, xi furnara jiffriżawhom minn qabel minnufih. Dan isir fl-istess faċilitajiet ta’ produzzjoni biex jiġi evitat tmesmis mhux meħtieġ u titnaqqas il-possibbiltà ta’ tniġġis mikrobijoloġiku.

3.5.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Tkun xi tkun il-forma tal-preżentazzjoni kummerċjali, it-tikkettar irid ikun fih dawn il-kliem:

Pastel de Chaves – Indicação Geográfica Protegida jew Pastel de Chaves IGP;

Il-logo ta’ Pastel de Chaves:

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-Muniċipalità ta’ Chaves

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Mill-1862 sal-ġurnata ta’ llum, il-kompetenza marbuta mal-produzzjoni ta’ “Pastel de Chaves” baqgħet ġewwa l-konfini tal-muniċipalità.

L-aċċess diffikultuż għaż-żona, li sa ftit ta’ żmien ilu kien ifisser li ma kienx faċli li wieħed jidħol jew joħroġ mill-wied ta’ Chaves, għen biex din il-kompetenza tibqa’ ġewwa r-reġjun ta’ oriġini.

Dan huwa fattur ewlieni fl-istorja tar-riċetta, li għal aktar minn 75 sena kienet fil-pussess ta’ stabbiliment wieħed, “Casa do Antigo Pasteleiro”, fejn għad hemm sal-lum il-forn oriġinali. Kien biss fis-snin erbgħin li bdiet tidher evidenza fil-pubblikazzjonijiet lokali li s-sigriet ma kienx baqa’ f’idejn stabbiliment wieħed b’mod esklużiv iżda “Pastel de Chaves” kien sar il-prodott simboliku taż-żona. Xi wħud mir-reklami jixhdu l-importanza li l-prodott kien kiseb f’livell nazzjonali, bl-ordnijiet li setgħu jintbagħtu “kullimkien fil-pajjiż bi ħlas bil-quddiem” (Almanaque de Chaves, 1949).

Fil-Muniċipalità ta’ Chaves, hemm xhieda bil-miktub u bil-fomm li turi li “sa mill-1862 il-Pastel kien qed jiġi prodott f’Chaves mill-ewwel pasteleira, Teresa Feliz Barreira.” Notícias de Chaves, Sena XXXVII – Nru 1921, 22 ta’ April 1987). It-tradizzjoni u l-kompetenza għaddiet minn id għal id sal-ġurnata tal-lum u sinjal ċar tar-rabta tal-prodott maż-żona huwa l-isem “Pastel de Chaves” u l-fatt li ebda prodott simili jew anki imitazzjonijiet tiegħu ma jinsabu fiż-żoni tal-madwar. Dawk li jaħmu ċ-Chaves ilhom 150 sena jibnu għarfien dwar kif isir il-mili u l-għaġina, li wassal għal dan il-prodott li l-fama tiegħu hija marbuta maż-żona ta’ oriġini.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

“Pastel de Chaves” jiddistingwi ruħu minn prodotti oħra moħmija minħabba l-forma ta’ nofs qamar tiegħu u l-għaġina tal-isfoll b’saffi fini ħafna, magħmula bl-idejn fil-mod tradizzjonali, u mill-għamla u l-ispessur tal-mili li huwa artab, umdu, immerraq u jdub fil-ħalq.

Il-metodu ta’ produzzjoni użat biex tinkiseb l-għaġina fina u delikata u l-mili li fih biċċiet tal-laħam u basal mgħaġuna flimkien jissejjes fuq il-kompetenza li l-furnara ta’ Chaves żviluppaw tul iż-żminijiet.

L-ewwel nett il-metodu speċjali ta’ kif tiġi ppreparata l-għaġina, li trid tinfetaħ bil-lembuba u mbagħad tinħadem bix-xaħam u tintewa tliet darbiet biex jinkiseb romblu ta’ għaġina li jinqata’ fi slajsis ta’ bejn żewġ u tliet cm (2-3) wiesa’, juri biċ-ċar il-kompetenza tal-furnara tal-post, peress li jinħtieġu sengħa kbira u ħeffa tal-id biex tinkiseb il-forma tan-nofs qamar tal-għaġina tal-istess daqs b’dik id-dehra ta’ saffi fini u dik l-għamla soda u li tqarmeċ li huma karatteristiċi ta’ dan il-prodott.

It-tieni, il-preparazzjoni tal-mili li hija għaġna ta’ laħam imsajjar sewwa flimkien ma’ biċċiet tal-ħobż tal-qamħ ismar, b’għaġna uniformi u ratba, tirrifletti ruħa fil-kwalità tal-prodott finali u d-dehra tal-mili nnifsu, fejn il-biċċiet tal-laħam u l-basal isiru ħaġa waħda permezz tal-ħobż.

It-tielet, il-kompetenza mħaddma biex issir din l-għaġna hekk fina hija fundamentali biex tingħata forma lill-għaġina li flimkien mal-mili tagħti dik id-dehra speċifika ta’ ġewwa u ta’ barra ta’ dan il-prodott u konsistenza, togħma u għamla li jagħmluh uniku.

L-ispeċifiċità ta’ “Pastel de Chaves” ġejja mill-kompetenza mħaddma fil-produzzjoni tal-għaġina u l-mili u t-tiswir finali tal-għaġna.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO), jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-“Pastel de Chaves” huwa r-riżultat dirett tal-kompetenza meħtieġa biex jiġu ppreparati l-għaġina tal-isfoll u l-mili, li għandu storja li tmur lura lejn l-1862, meta “bejjiegħa ta’ oriġini mhux magħrufa għaddiet mill-pajjiż ta’ Chaves b’ġewlaq li kien fih prodotti magħmula mill-għaġina ta’ forma mhux tas-soltu iżda ma kellhiex biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda. Sabiex tissodisfa l-aptit lokali, Teresa Feliz Barreira, il-fundatriċi ta’ Casa do Antigo Pasteleiro, jingħad li offriet li tħallas lira għar-riċetta ta’ dan il-prodott ta’ ikel preġjat uniku” (Revista Unibanco, Jannar/Frar 2004).

Il-metodi tal-post, li pratikament baqgħu dejjem xorta għal aktar minn 150 sena, u l-kompetenza li baqgħet fl-istess stabbiliment - il-Casa do Antigo Pasteleiro - għal aktar minn 75 sena, flimkien mal-fatt li Chaves jinsab f’wied wiesa’, maħkum minn muntanji tal-granit u l-iskist għolja aktar minn 1 084 metru, u li għal żmien twil ma kienx aċċessibbli, wasslu biex dan l-għarfien baqa’ biss fir-reġjun ta’ oriġini; u ebda prodott simili qatt ma sar fiż-żoni ġeografiċi tal-madwar.

Il-“Pastel de Chaves” jibqa’ fil-memorja u fil-palat u kiseb post fuq quddiem fir-repertorju tal-ikel fil-Portugall. Jistħoqqlu t-titlu ta’ “L-aqwa għaġina tal-isfoll tal-Portugall” (Revista Unibanco, Jannar/Frar 2004).

Ir-reputazzjoni u l-fama tal-“Pastel de Chaves”, marbuta esklużivament mal-muniċipalità ta’ Chaves għal aktar minn 150 sena huma ddokumentati tajjeb.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.dgadr.mamaot.pt/images/docs/val/dop_igp_etg/Valor/CE_pastel_chaves_2012.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.