ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 262

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
12 ta' Awwissu 2014

Avviż Nru

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 262/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2014/C 262/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

2014/C 262/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2014/C 262/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2014/C 262/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 262/06

Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu Blokok tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali)

6

2014/C 262/07

2014/C 262/08

7

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 262/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge) ( 1 )

8

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/1

Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Awwissu 2014

(2014/C 262/01)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3386

JPY

Yen Ġappuniż

136,72

DKK

Krona Daniża

7,4556

GBP

Lira Sterlina

0,79760

SEK

Krona Żvediża

9,1941

CHF

Frank Żvizzeru

1,2134

ISK

Krona Iżlandiża

NOK

Krona Norveġiża

8,2790

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,852

HUF

Forint Ungeriż

313,68

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1991

RON

Leu Rumen

4,4385

TRY

Lira Turka

2,8783

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4443

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4663

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3774

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5820

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6731

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 379,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3043

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2387

HRK

Kuna Kroata

7,6481

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 674,42

MYR

Ringgit Malażjan

4,2820

PHP

Peso Filippin

58,816

RUB

Rouble Russu

48,2950

THB

Baht Tajlandiż

42,970

BRL

Real Brażiljan

3,0476

MXN

Peso Messikan

17,7083

INR

Rupi Indjan

81,8355

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/2

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 262/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-UE li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Belġju

L-okkażjoni tal-kommemorazzjoni : Il-150 anniversarju tas-Salib l-Aħmar tal-Belġju

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti interna tal-munita turi salib, li fiċ-ċentru tiegħu hemm in-numru “150”, L-iskrizzjonijiet “Rode Kruis” u “Croix-Rouge” jinsabu rispettivament vertikalment u orizzontalment fuq in-naħa interna tas-salib. Madwar is-salib hemm il-marka taz-zekka ta’ Brussell, li hija profil bl-elmu tal-Arkanġlu Mikiel, il-marka tal-mastru taz-zekka, id-data 2014 u l-iskrizzjoni tan-nazzjonalita “BE”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Settembru 2014

(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/3

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 262/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika Ellenika

L-okkażjoni tal-kommemorazzjoni : Il-150 anniversarju tal-unjoni tal-Gżejjer Joniċi mal-Greċja (1864-2014)

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi stilla b’seba’ ponot bil-kliem imnaqqax bil-Grieg: “150 SENA MILL-UNJONI TAL-GŻEJJER JONIĊI (EPTA’NISA) MAL-GREĊJA 1864-2014”, l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “REPUBBLIKA ELLENIKA” u l-marka taz-zekka taz-Zekka Statali Griega. L-ispazji bejn il-ponot tal-istilla fihom simboli tal-Gżejjer Joniċi. Id-disinn kollu huwa mdawwar b’bordura dekorattiva stilizzata forma ta’ mewġ.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : sa 750 000

Data tal-ħruġ : Fil-ħarifa tal-2014

(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/4

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 262/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ir-Repubblika Ellenika

L-okkażjoni tal-kommemorazzjoni : L-400 anniversarju mill-mewt ta’ Domenikos Theotokopoulos (1614-2014)

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita fiha ritratt ta’ Domenikos Theotokopoulos. Fl-isfond hemm figura tipika mix-xogħol tiegħu, illustrattiva tat-teknika tiegħu. Fuq ix-xellug: is-sena 2014 u l-firma karatteristika tal-artist (“Domenikos Theotokopoulos Epoiei”) Fuq il-lemin: il-marka taz-zekka taz-Zekka Statali tal-Greċja. Id-disinn huwa mdawwar kollu bi skrizzjoni li taqra bil-Grieg “DOMENIKOS THEOTOKOPOULOS 1541-1614” u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “IR-REPUBBLIKA ELLENIKA”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : sa 750 000

Data tal-ħruġ : Fil-ħarifa tal-2014

(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/5

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2014/C 262/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jridu jkunu muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Lussemburgu

Is-Suġġett tal-kommemorazzjoni : il-50 anniversarju mill-bidu tat-renju tal-Gran Duka Jean

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi x-xbieha tal-Altezzi Rjali Tagħhom, il-Gran Duka Henri u l-Gran Duka Jean, it-tnejn iħarsu lejn ix-xellug. Fil-parti ta’ fuq tidher is-sena “1964” fuq ix-xbieha tal-Gran Duka Jean kif ukoll kuruna. Fil-qiegħ, l-ismijiet “Jean” u “Henri” jidhru taħt ix-xbieha rispettiva kif ukoll is-sena “2014”.

L-iskrizzjoni “50e ANNIVERSAIRE DE L’ACCESSION AU TRÔNE DU GRAND-DUC JEAN” tagħlaq f’forma tonda il-parti ta’ fuq ta’ ġewwa tal-munita.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 1,4 miljun

Data tal-ħruġ : Ottubru 2014

(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/6

Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew

(Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu Blokok tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali)

(2014/C 262/06)

Stat(i) Membru(i)

Referenza

Isem il-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali

Dħul fis-seħħ

Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika tal-Polonja

Ftehim tal-Istat iffirmat fis-17 ta’ Lulju 2012

BALTIC FAB

fl-1 ta’ April 2014

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/6

Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew

(Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu Blokok tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali)

(2014/C 262/07)

Stat(i) Membru(i)

Referenza

Isem il-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali

Dħul fis-seħħ

Ir-Repubblika Portugiża, Ir-Renju ta’ Spanja

Ftehim tal-Istat iffirmat fis-17 ta’ Mejju 2013

SOUTHWEST FAB

fit-18 ta’ April 2014

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/7

Avviż dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew

(Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu Blokok tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali)

(2014/C 262/08)

Stat(i) Membru(i)

Referenza

Isem il-blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali

Dħul fis-seħħ

Ir-Repubblika ta’ Ċipru, Ir-Repubblika Ellenika, Ir-Repubblika Taljana, Ir-Repubblika ta’ Malta

Ftehim tal-Istat iffirmat fit-12 ta Ottubru 2012

BLUEMED FAB

fit-22 ta’ Awwissu 2014

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/8

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 262/09)

1.

Fil-5 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Det Norske Oljeselskap ASA (“Det Norske”, in-Norveġja), finalment ikkontrollata minn Aker ASA (“Aker”, in-Norveġja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Marathon Oil Norge AS kollha kemm hi (“Marathon”, in-Norveġja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Det Norske: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni (“E&P”) taż-żejt u l-gass fil-blata kontinentali Norveġiża. Det Norske hija finalment ikkontrollata minn Aker, li hija attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha Aker Solutions ASA, Kvaerner ASA u Align AS, fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ tagħmir speċjalizzat għal kumpaniji E&P fuq livell globali kif ukoll fil-forniment tas-servizzi ta’ operazzjoni u manutenzjoni għal kumpaniji E&P b’enfasi fuq il-Baħar tat-Tramuntana,

—   għal Marathon: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ żejt u gass fil-blata kontinentali Norveġiża.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).